European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2653

22.12.2025

REGOLAMENT (UE) 2025/2653 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2025

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153 u (UE) 2024/795, fir-rigward tal-inċentivar ta’ investiment relatat mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 164 u 172, l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, l-Artikoli 177 u 178, l-Artikolu 182(1) u (4), l-Artikolu 183, l-Artikolu 188, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-instabbiltà ġeopolitika bla preċedent u d-deterjorament rapidu tal-livelli reġjonali u globali ta’ theddid u sigurtà, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, li esponiet lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha għal riskju għoli ta’ materjalizzazzjoni ta’ theddid militari konvenzjonali, jirrikjedu żieda urġenti u sinifikanti fl-infiq tal-Unjoni fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, il-kapaċità industrijali u l-iżvilupp ta’ infrastruttura marbuta mar-reżiljenza, is-sigurtà u d-difiża. Il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) qed tiffaċċja ostakli persistenti fl-aċċess għall-finanzjament, b’mod partikolari l-finanzjament privat għall-investiment, minħabba r-riskji li l-atturi tas-suq jassoċjaw ma’ tali investiment. Għaldaqstant, l-ingranaġġ tal-investiment pubbliku relatat mad-difiża huwa essenzjali. Għalhekk, kif identifikat fil-White Paper Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 (il-“White Paper Konġunta”), li tipprovdi qafas għall-Pjan ReArm Europe, jenħtieġ li l-Unjoni tagħmel aktar biex tappoġġa l-ħtieġa urġenti li jiżdied l-investiment Ewropew relatat mad-difiża bil-baġit tal-Unjoni, flimkien ma’ żidiet fl-infiq għad-difiża nazzjonali mill-Istati Membri. L-ingranaġġ tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni biex jappoġġaw teknoloġiji u prodotti b’użu doppju u relatati mad-difiża jservi bħala pass lejn il-prontezza tad-difiża Ewropea. Tali ingranaġġ huwa maħsub ukoll biex itejjeb il-kooperazzjoni ċivili-militari fl-Istati Membri, fid-dawl tal-effetti konsegwenzjali ta’ benefiċċju reċiproku. L-azzjonijiet appoġġati mill-programmi tal-Unjoni kkonċernati jistgħu jqisu kif xieraq l-attivitajiet rilevanti mwettqa mill-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u sħab oħra meta tali attivitajiet iservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

(2)

Jenħtieġ li jiġi promoss l-investiment fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet b’użu doppju mill-aktar avvanzati, peress li tali investiment jikkontribwixxi għall-objettivi usa’ tal-Unjoni b’rabta mar-reżiljenza tas-soċjetà, is-sigurtà u l-kompetittività. L-iżvilupp tal-industriji b’użu doppju u tad-difiża fl-Unjoni kollha, filwaqt li jitqiesu r-riskji assoċjati mad-deterjorament akbar tal-kuntest tas-sigurtà tal-Unjoni, huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għal EDTIB robusta u reżiljenti u jibbenefikaw minnha.

(3)

Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), li ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), hija inizjattiva li għandha l-għan li tagħti spinta lill-kompetittività tal-Unjoni billi timmobilizza fondi minn 11-il programm eżistenti tal-Unjoni lejn teknoloġiji kritiċi fi tliet setturi strateġiċi: it-teknoloġiji diġitali u l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda, it-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi, u l-bijoteknoloġiji. Tabilħaqq, STEP hija mezz tajjeb biex jiġu mobilizzati, b’mod koordinat u sinerġetiku, ir-riżorsi tal-Unjoni lejn id-difiża, inklużi teknoloġiji diġitali ewlenin mill-aktar avvanzati li huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża.

(4)

Filwaqt li l-appoġġ għat-teknoloġiji b’implikazzjonijiet ta’ difiża llum huwa possibbli taħt it-tliet setturi strateġiċi eżistenti identifikati fl-iSTEP, jidher li huwa meħtieġ li jiżdiedu l-potenzjalitajiet tal-iżvilupp tar-riċerka, l-industrija u l-innovazzjoni fis-settur tad-difiża billi jiġi stabbilit ir-raba’ settur strateġiku fl-iSTEP, iffukat fuq it-teknoloġiji tad-difiża mingħajr ma tiġi kompromessa t-tmexxija teknoloġika maħsuba tal-Unjoni fis-setturi eżistenti. Jenħtieġ li dan ir-raba’ settur strateġiku jiżgura li l-inċentivi tal-iSTEP jintużaw biex jiżdied il-finanzjament tal-Unjoni f’teknoloġiji innovattivi tad-difiża bl-għan li jirrispondu b’mod effettiv għat-theddidiet attwali u emerġenti u li jikkontribwixxu għall-kompetittività Ewropea skont l-objettivi tal-iSTEP. It-teknoloġiji tad-difiża jenħtieġ li jinftiehmu bħala dawk inkorporati fil-prodotti tad-difiża, jew meħtieġa għall-iżvilupp u l-manifattura tagħhom, inkluż il-prodotti relatati mad-difiża msemmija fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). B’mod konsistenti mal-approċċ applikat għat-tliet setturi l-oħra stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/795, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna l-gwida prevista f’dak ir-Regolament biex jiġi kopert ir-raba’ settur strateġiku, inkluż l-interpretazzjoni tat-teknoloġiji tad-difiża. Fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li l-Gigafabbriki tal-IA jsiru infrastrutturi ewlenin għall-fini ta’ espansjoni rapida tas-setgħa tal-IA fit-teknoloġiji tad-difiża.

(5)

Barra minn hekk, sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità tal-programmi koperti mill-iSTEP biex jimmobilizzaw ir-riżorsi tal-Unjoni lejn il-ħtiġijiet tad-difiża, huwa meħtieġ li jiġi kkjarifikat li dawk il-programmi jistgħu jsegwu objettivi u attivitajiet li huma relatati mat-titjib tal-kompetittività u tar-reżiljenza tal-EDTIB kif ukoll l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tad-difiża.

(6)

Orizzont Ewropa, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), huwa l-programm ta’ finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, u jiżvolġi rwol ċentrali fit-tmexxija xjentifika u teknoloġika globali tal-Unjoni. L-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council), li ġie stabbilit b’dak ir-Regolament, jipprovdi appoġġ, b’mod partikolari, għal innovazzjonijiet b’potenzjal rivoluzzjonarju u ta’ natura fixkiela b’potenzjal ta’ scale-up li jista’ jkun riskjuż wisq għall-investituri privati. L-intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs), in-negozji ġodda u xi mid-caps żgħarli joperaw fis-settur tad-difiża jirrikjedu finanzjament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti innovattivi. Madankollu, tali entitajiet ġuridiċi jiffaċċjaw ostakli ogħla biex jaċċessaw il-finanzjament, meta mqabbel ma’ entitajiet ġuridiċi f’setturi oħra. Kif enfasizzat fil-White Paper Konġunta, huwa meħtieġ li tiżdied il-prontezza tad-difiża Ewropea, minħabba li l-Ewropa bħalissa qed tiġi affettwata mill-gwerer, aggressjoni u atti ostili oħra. Għal dak l-għan, hija meħtieġa żieda sostanzjali fl-appoġġ għall-innovazzjoni b’impatt għoli u relatata mad-difiża, inkluż l-appoġġ tant meħtieġ għall-SMEs, għan-negozji ġodda u għal xi mid-caps żgħarli lesti jespandu tali innovazzjonijiet b’impatt għoli relatati mad-difiża. Madankollu, l-arkitettura attwali tal-programmi tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), ma tipprovdix l-iskala, il-flessibbiltà jew il-ħeffa meħtieġa biex tali appoġġ jiġi mobilizzat b’mod effettiv u f’waqtu. L-arkitettura attwali tista’ toħloq inċertezzi għall-entitajiet ġuridiċi fis-settur tad-difiża fir-rigward tal-aċċess għall-appoġġ għat-teknoloġiji b’applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju. Minħabba s-severità tat-theddida għall-ambjent attwali, it-teħid ta’ miżuri straordinarji huwa ġġustifikat u meħtieġ. Filwaqt li l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża jitwettaq permezz tal-EDF, li huwa programm speċifiku ta’ Orizzont Ewropa, huwa xieraq, abbażi tal-kuntest strateġiku attwali, li l-Aċċelleratur tal-EIC jinfetaħ għal azzjonijiet b’applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju, filwaqt li jiġi avvanzat l-użu tal-applikazzjonijiet ċivili. Jenħtieġ li l-appoġġ għall-iscale-ups taħt l-Iskema għall-Iscale-ups, STEP (“l-Iskema”) tal-Aċċelleratur tal-EIC, jiġi estiż ukoll għal SMEs mhux bankabbli, inklużi n-negozji ġodda u l-mid-caps żgħar mhux bankabbli, bħall-entitajiet li diġà rċevew appoġġ mill-Aċċelleratur li jwettqu innovazzjoni trasformattiva u rivoluzzjonarja mhux bankabbli f’teknoloġiji kritiċi tad-difiża filwaqt li jrawmu, fejn xieraq, l-innovazzjonijiet b’potenzjal ta’ użu doppju. L-appoġġ għall-iscale-up fil-forma ta’ investiment dirett fl-ekwità, fejn il-finanzjament jiġi pprovdut direttament lill-kumpaniji, mhuwiex disponibbli fil-qafas tal-istrumenti ta’ finanzjament eżistenti ffukati fuq id-difiża, b’mod partikolari l-EDF u l-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża mħaddma taħt il-programm InvestEU. Għalhekk, il-ftuħ tal-Iskema għall-innovazzjoni f’teknoloġiji kritiċi tad-difiża huwa meħtieġ biex jiġu appoġġati l-entitajiet ġuridiċi li jinvestu fis-settur tad-difiża, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà ma’ strumenti eżistenti oħra tal-Unjoni. Dan jiġġustifika l-istabbiliment ta’ eċċezzjoni mmirata fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali għall-prinċipju li huwa stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2021/695, li jipprevedi li l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa għandhom fokus esklużiv fuq l-applikazzjonijiet ċivili, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa. L-eċċezzjoni mmirata hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati li ġejjin fil-kuntest tal-QFP li jmiss. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura sorveljanza xierqa tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni mmirata, inkluż permezz tal-ġbir u tar-rapportar ta’ data xierqa, fil-kuntest ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni eżistenti tal-EIC, mingħajr ma toħloq piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-parteċipanti.

(7)

Peress li l-attivitajiet ta’ innovazzjoni b’applikazzjonijiet ta’ użu doppju jistgħu jaffettwaw l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni jew l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jista’ jkun meħtieġ li r-regoli ta’ eliġibbiltà jiġu adattati, fil-programmi ta’ ħidma rilevanti taħt Orizzont Ewropa, biex il-parteċipazzjoni tkun tista’ tiġi limitata għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti biss fl-Istati Membri jew għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati speċifikati flimkien mal-Istati Membri, jew li tiġi eskluża l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiżi assoċjati u li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. Jenħtieġ għalhekk li l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) 2021/695 jiġi emendat biex jippermetti tali possibbiltà. Il-possibbiltà li jiġu adattati r-regoli ta’ eliġibbiltà fil-programmi ta’ ħidma rilevanti hija speċifika għal attivitajiet ġodda ta’ innovazzjoni li għandhom applikazzjonijiet b’użu doppju u ma taffettwax ir-regoli li jirregolaw l-appoġġ għall-attivitajiet b’applikazzjonijiet ċivili taħt Orizzont Ewropa jew il-finanzjament ta’ tali attivitajiet.

(8)

Peress li l-attivitajiet ta’ innovazzjoni fit-teknoloġiji kritiċi tad-difiża jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà li jiżguraw il-konsistenza ma’ strumenti oħra tal-Unjoni fis-settur tal-industrija tad-difiża u li jqisu l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Tali regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà jenħtieġ li jillimitaw il-parteċipazzjoni għall-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, fl-Ukrajna, jew f’membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (membru taż-ŻEE) u li huwa assoċjat ma’ Orizzont Ewropa. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jeskludu l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa, jew minn entitajiet ġuridiċi ta’ tali pajjiż terz. Madankollu, entità ġuridika stabbilita fl-Unjoni, jew f’membru taż-ŻEE assoċjat ma’ Orizzont Ewropa, u li tkun ikkontrollata minn pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat ma’ Orizzont Ewropa, jew minn entità ġuridika ta’ pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li tkun eliġibbli biex tkun benefiċjarju, dment li l-garanziji approvati f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-membru taż-ŻEE li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika jsiru disponibbli għall-Kummissjoni.

(9)

Filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa urġenti u straordinarja li jkomplu jissaħħu s-sovranità u s-sigurtà tal-Unjoni kif previst fir-Regolament (UE) 2024/795, u sabiex jiġu żgurati l-mobilizzazzjoni u l-investiment mill-ġdid rapidi tar-riżorsi finanzjarji f’setturi kritiċi, inklużi proġetti b’użu doppju u tad-difiża taħt l-Aċċelleratur tal-EIC taħt Orizzont Ewropa, jixraq li ssir deroga mill-Artikolu 212(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”). Minħabba dawk iċ-ċirkostanzi u l-ħtieġa ta’ disponibbiltà rapida tal-fondi, huwa partikolarment meħtieġ li l-ħlasijiet lura, inklużi l-avvanzi rimborżati, id-dħul u l-ammonti mhux użati netti tat-tariffi u l-kostijiet tal-komponent ta’ investiment ta’ finanzjament imħallat tal-EIC tal-Proġett Pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020 ikunu jistgħu jiġu investiti mill-ġdid fil-Fond tal-EIC aktar milli diretti lejn il-baġit tal-Unjoni, sabiex jiġu ffinanzjati proġetti b’applikazzjonijiet ċivili, kif ukoll proġetti b’użu doppju u ta’ difiża li jibbenefikaw mill-kamp ta’ applikazzjoni emendat. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien li huwa stabbilit fl-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju jiġi emendat biex tiġi żgurata implimentazzjoni sinifikanti f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Biex ikun hemm dik il-possibbiltà, huwa meħtieġ li tiġi introdotta deroga minn dik id-dispożizzjoni.

(10)

L-EDF, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), huwa l-programm ewlieni għat-tisħiħ tal-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija teknoloġika tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. L-EDF għandu l-għan li jappoġġa azzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża. Sabiex jiġu indirizzati aħjar l-ispeċifiċitajiet ta’ tali azzjonijiet, bħal jekk għandhomx skala partikolarment żgħira jew il-ħtieġa partikolari għal appoġġ rapidu, jixraq li jitqassru b’mod sinifikanti u jiġu ssimplifikati l-proċeduri biex tittieħed deċiżjoni dwar l-appoġġ għal dawk l-azzjonijiet, filwaqt li fl-istess ħin jitfasslu l-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni dwar tali appoġġ fil-programm ta’ ħidma u mingħajr ma jiġi mminat il-prinċipju ta’ eċċellenza.

(11)

Jeħtieġ ukoll li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-EDF u programmi oħra tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji għall-EDF, bħala dħul assenjat estern. Jenħtieġ li jkunu possibbli trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża għall-EDF u l-kombinament ta’ kontribuzzjonijiet mill-EDF ma’ programmi oħra tal-Unjoni għal azzjonijiet speċifiċi, dment li l-appoġġ kumulattiv tal-Unjoni ma jkunx jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni.

(12)

Fit-23 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew iddeċieda jagħti l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Ukrajna, li esprimiet rieda qawwija li torbot ir-rikostruzzjoni mar-riformi fil-perkors Ewropew tagħha. Fil-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u ddikjara li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati li jikkontribwixxu, fit-tul u flimkien mas-sħab, għall-impenji ta’ sigurtà għall-Ukrajna li se jgħinu lil din tal-aħħar tiddefendi lilha nnifisha, tirreżisti l-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni u tiskoraġġixxi atti ta’ aggressjoni fil-futur. L-appoġġ qawwi lill-Ukrajna huwa prijorità ewlenija għall-Unjoni u rispons xieraq għall-impenn politiku qawwi tal-Unjoni biex tappoġġa lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ. Fil-5 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni pproponiet li jinħoloq Strument (l-“Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna”) biex tiġi indirizzata l-ħsara kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja lill-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (id-“DTIB tal-Ukrajna”) u biex jiġu appoġġati r-rikostruzzjoni, l-irkupru u l-modernizzazzjoni tagħha, filwaqt li titqies l-integrazzjoni futura possibbli tagħha fl-EDTIB. Id-DTIB tal-Ukrajna żviluppat b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tagħha mill-bidu tal-invażjoni Russa fuq skala sħiħa tal-Ukrajna sabiex tindirizza l-ħtiġijiet tal-forzi armati tal-Ukrajna. F’dak il-kuntest, l-iżgurar ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-EDTIB u d-DTIB tal-Ukrajna jippermetti li l-EDTIB ikollha aċċess għal dawk il-kapaċitajiet u jikkontribwixxi għall-objettiv li jitrawmu l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-EDTIB, filwaqt li jkun hemm konsistenza mal-appoġġ kontinwu tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-manifattura tad-difiża tal-Ukrajna. Għaldaqstant, fid-dawl tal-objettivi u l-għanijiet komuni tal-Unjoni u tal-Ukrajna b’rabta mar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża u fid-dawl tal-benefiċċji għaż-żewġ naħat li jistgħu jkunu mistennija minn integrazzjoni aktar mill-qrib f’dak ir-rigward, jixraq li l-Ukrajna tiġi assoċjata mal-EDF.

(13)

Il-Programm Ewropa Diġitali (DEP), stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), għandu l-għan li jappoġġa u jaċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, l-industrija u s-soċjetà Ewropea u li jtejjeb il-kompetittività tal-Ewropa fl-ekonomija diġitali globali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-programm ikollu l-għan li jappoġġa, b’mod partikolari, proġetti, servizzi u kompetenzi b’applikazzjoni potenzjali b’użu doppju skont l-objettivi speċifiċi kollha tiegħu. Dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-soċjetà tal-Unjoni fid-dawl tal-attakki ibridi u l-indħil barrani li għaddejjin bħalissa. Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-kooperazzjoni transfruntiera u l-faċilitazzjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija bejn l-Istati Membri fi proġetti b’użu doppju fis-settur diġitali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis id-dimensjoni trans-Ewropea meta taġġudika proġetti b’użu doppju. Għalhekk jixraq li dan il-kriterju tal-aġġudikazzjoni jsir obbligatorju għall-proġetti b’użu doppju.

(14)

Biex jissaħħu s-sovranità teknoloġika u l-kompetittività, l-Unjoni teħtieġ l-infrastrutturi tal-computing, tal-cloud u tad-data meħtieġa mit-tmexxija tal-IA. Bħala parti mill-istrateġija għall-Kontinent tal-IA, il-fabbriki u l-Gigafabbriki tal-IA huma essenzjali biex l-Unjoni tkun tista’ tikkompeti fil-livell globali u tiżgura l-awtonomija strateġika u l-kompetittività tagħha fix-xjenza, fir-riċerka b’potenzjal ta’ użu doppju u fis-setturi industrijali kritiċi, inkluża l-industrija tad-difiża. Il-mudelli tal-IA tal-ġenerazzjoni li jmiss jirrikjedu infrastruttura tal-computing konnessa estensiva għal innovazzjonijiet f’oqsma speċifiċi inkluża d-difiża. Għalhekk, fl-Objettiv Speċifiku 1 – Computing ta’ Prestazzjoni Għolja tad-DEP, jixraq li jiżdied objettiv operazzjonali supplimentari ddedikat għall-implimentazzjoni u l-operat tal-Fabbriki tal-AI u l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Gigafabbriki tal-IA li jkunu speċjalizzati fl-iżvilupp, fit-taħriġ u t-tħaddim tal-mudelli u l-applikazzjonijiet tal-IA l-aktar kumplessi u kbar ħafna, inklużi l-hardware u s-software meħtieġa għal din l-implimentazzjoni.

(15)

L-esponiment li qed jintensifika għat-theddid ċibernetiku u ibridu fl-Unjoni jiġġustifika ż-żieda ta’ fokus espliċitu fuq ir-reżiljenza kontra t-theddid ċibernetiku u ibridu taħt l-Objettiv Speċifiku 3 tad-DEP. Fl-Objettiv Speċifiku 5 tad-DEP – L-Implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċità Diġitali u l-Interoperabbiltà, jeħtieġ ukoll li, fl-objettiv operazzjonali definit biex jiġi appoġġat is-settur pubbliku u l-oqsma ta’ interess pubbliku, tiżdied referenza għad-difiża sabiex jiġi kkjarifikat li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-objettiv tista’ tiġi estiża għal dak is-settur.

(16)

Jista’ jkun meħtieġ ukoll li r-regoli ta’ eliġibbiltà fil-programm ta’ ħidma tad-DEP jiġu adattati għal każijiet speċifiċi u debitament ġustifikati, sabiex l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati jew stabbiliti fl-Unjoni iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi, ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew f’xi wħud minnhom li huma ffukati fuq teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju skont kwalunkwe objettiv speċifiku. Għalhekk jenħtieġ li ssir dispożizzjoni li tippermetti possibbiltà bħal din. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li s-sejħiet għal proposti u s-sejħiet għall-offerti jkunu ristretti għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Unjoni u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri.

(17)

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandha l-għan li taċċellera l-investiment fil-qasam tan-networks trans-Ewropej, filwaqt li tippermetti sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Sabiex tiġi appoġġata l-infrastruttura tal-computing konnessa, li hija meħtieġa mill-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża u lil hinn minn dawk l-oqsma, jenħtieġ li l-objettivi tas-settur diġitali tal-FNE f’dak ir-Regolament jiġu estiżi għall-implimentazzjoni u l-forniment ta’ kapaċitajiet diġitali bħall-cloud, l-IA, il-fabbriki tal-IA u l-Gigafabbriki tal-IA.

(18)

Il-White Paper Konġunta rrikonoxxiet il-mobbiltà militari bħala faċilitatur essenzjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea u enfasizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fl-appoġġ għall-infrastruttura b’użu doppju għall-mobbiltà. Fil-kuntest tal-White Paper Konġunta, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli rrikonoxxew l-importanza li jiġu identifikati proġetti ta’ hot spot tal-mobbiltà militari u li jitneħħew il-lakuni u l-konġestjonijiet ewlenin tul l-erba’ Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE. Il-mobbiltà militari hija wkoll wieħed mill-objettivi tal-FNE. Il-politika tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) isservi bħala strument strateġiku ewlieni biex tinbena l-infrastruttura tat-trasport transfruntiera tal-Unjoni. Minkejja li oriġinarjament kien maħsub għal skopijiet ċivili, għandu wkoll potenzjal notevoli għall-użu doppju tad-difiża u dak ċivili. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 dwar it-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa jirreferi speċifikament għall-ħtieġa li tiġi intensifikata aktar il-ħidma fuq il-kurituri prijoritarji tat-trasport b’użu doppju għall-movimenti militari u l-estensjoni tal-ktajjen tal-provvista tal-fjuwil għall-forzi armati tul dawk il-kurituri. Minħabba l-importanza li tissaħħaħ l-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju fid-dawl tal-kuntest tas-sigurtà tal-Unjoni li qed jiddeterjora, jixraq li jiġi ċċarat li attivitajiet speċifiċi fl-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 3(2) tal-FNE jistgħu, fejn rilevanti, jinkludu miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju fir-rigward tal-kontromobbiltà militari jew biex tiġi pprovduta infrastruttura tal-fjuwil għall-użu doppju tad-difiża u dak ċivili.

(19)

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni, li t-tnejn huma stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), introduċa l-possibbiltà li jsir investiment fl-infrastruttura tad-difiża jew dik b’użu doppju biex titrawwem il-mobbiltà militari li tibbenefika minn prefinanzjament ta’ 20 % tal-ammonti programmati u l-possibbiltà li jiġi applikat finanzjament mill-Unjoni li jiżdied b’10 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli, u li ma jaqbiżx il-100 %. Fejn l-Istati Membri jittrasferixxu fl-FNE riżorsi allokati lilhom b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li huma jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet rigward ir-rati tal-prefinanzjament u tal-kofinanzjament għal proġetti tal-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju kif introdotti fil-FEŻR u fil-Fond ta’ Koeżjoni. F’każ bħal dan, jenħtieġ li dawk l-ammonti jkunu riżervati għal proġetti li jiżviluppaw il-Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE identifikati mill-Istati Membri fl-Anness II għar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-UE u lil hinn minnha, kif approvat mill-Kunsill fis-17 ta’ Marzu 2025, jew kwalunkwe verżjoni aktar riċenti ta’ dak l-anness approvat mill-Kunsill, kif ukoll il-konnettività u l-kapaċitajiet diġitali, inklużi ċ-ċentri loġistiċi u s-sezzjonijiet transfruntiera ta’ dawk il-kurituri. Ir-Regolament Finanzjarju jipprevedi possibbiltà li jiġu introdotti kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni speċifiċi li jaffettwaw is-sigurtà u l-ordni pubbliku. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu previsti tali kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jinsabu f’wieħed jew aktar mill-Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE, inklużi kundizzjonijiet relatati mal-pajjiż ta’ oriġini tat-tagħmir, tal-oġġetti, tal-provvisti jew tas-servizz.

(20)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jsaħħaħ l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fl-użu doppju u d-difiża, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u għalhekk jikkontribwixxi għall-prontezza tad-difiża tal-Unjoni billi jiffoka mill-ġdid l-investimenti ta’ dawn il-prijoritajiet kritiċi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(21)

Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġu permessi investimenti kruċjali fid-difiża fil-kuntest ta’ sfidi ġeopolitiċi urġenti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(22)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153 u (UE) 2024/795 jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2021/694 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

li jappoġġa u jaċċellera proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju, filwaqt li jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà.”

;

(2)

fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

timplimenta u topera Fabbriki tal-IA u Gigafabbriki tal-IA ta’ ġenerazzjoni ġdida li jkunu speċjalizzati fl-iżvilupp, fit-taħriġ u fit-tħaddim tal-mudelli u l-applikazzjonijiet tal-IA l-aktar kumplessi u kbar ħafna, inklużi l-hardware u s-software meħtieġa għal tali implimentazzjoni.”

;

(3)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(e)

ittejjeb ir-reżiljenza kontra t-theddidiet ċibernetiċi u ibridi kontra l-infrastruttura diġitali kritika u l-attakki ċibernetiċi, tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għarfien dwar ir-riskji u l-għarfien tal-proċessi taċ-ċibersigurtà, tappoġġa lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati biex jiksbu l-livelli bażiċi ta’ ċibersigurtà, pereżempju billi jimplimentaw kriptaġġ minn tarf sa tarf tal-aġġornamenti tad-data u tas-software;

(f)

ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u tad-difiża fir-rigward ta’ proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju fiċ-ċibersigurtà, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji taċ-ċibersigurtà mfassla apposta għall-infrastruttura relatata mad-difiża, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/887/oj).”;"

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-azzjonijiet skont l-Objettiv Speċifiku 3 għandhom ikunu implimentati primarjament permezz taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u tan-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/887. Madanakollu, ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni u, f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2025/38, minn ENISA.”

;

(4)

fl-Artikolu 8(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tappoġġa lis-settur pubbliku u oqsma ta’ interess pubbliku, bħas-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, id-dwana, il-protezzjoni ċivili, id-difiża, it-trasport, il-mobbiltà, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż in-negozji rilevanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni, biex effettivament jimplimentaw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali mill-aktar avvanzati, bħall-HPC, il-kwantum, l-IA u ċ-ċibersigurtà;”

;

(5)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi li jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda li jkunu kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom taħt l-Objettiv Speċifiku 3 u f’azzjonijiet iffukati fuq teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju taħt kwalunkwe objettiv speċifiku għal raġunijiet ta’ sigurtà debitament ġustifikati. F’każijiet bħal dawn, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri. Tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati għall-aċċess għall-kapaċitajiet implimentati taħt tali sejħiet. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u applikati biss fejn ikun strettament meħtieġ.”

;

(6)

fl-Artikolu 20(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

għal sejħiet għall-proposti maħsuba biex jappoġġaw teknoloġiji, servizzi, kompetenzi jew applikazzjonijiet b’użu doppju, id-dimensjoni trans-Ewropea tal-proġett.”

;

(7)

fl-Objettiv Speċifiku 5, il-punt I tal-Anness I, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   It-trasport, il-mobbiltà, l-enerġija u l-ambjent

Jiġu implimentati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastruttura meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal sewqan awtomatizzat konness, vetturi tal-ajru, tal-art, tal-wiċċ u ta’ taħt l-ilma mingħajr bdot abbord, kunċetti ta’ mobbiltà intelliġenti, bliet intelliġenti, żoni rurali intelliġenti jew reġjuni ultraperiferiċi, b’appoġġ għall-politiki tat-trasport, tal-enerġija u tal-ambjent u f’koordinazzjoni mal-azzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tat-trasport u tal-enerġija taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) 2021/695 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 46, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 212(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), il-ħlasijiet lura, inklużi l-avvanzi rimborżati, id-dħul u l-ammonti mhux użati netti mit-tariffi u l-kostijiet, tal-finanzjament imħallat tal-EIC tal-Proġett Pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020, għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (f), u l-Artikolu 21(4) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u r-restrizzjoni taż-żmien ta’ sentejn stabbilita fl-Artikolu 212(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 għandha tapplika mill-23 ta’ Diċembru 2025.

(*2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).”;"

(2)

l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, wara t-tieni subparagrafu jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1), l-appoġġ imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jinkludi applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju, filwaqt li jiġi avvanzat l-użu tal-applikazzjonijiet ċivili.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1), l-appoġġ imsemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jinkludi innovazzjoni f’teknoloġiji kritiċi tad-difiża msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament STEP, filwaqt li jrawwem, fejn xieraq, innovazzjonijiet b’potenzjal ta’ użu doppju.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-applikazzjoni tad-derogi għall-Artikolu 7(1) previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi inkluża fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-Programm skont l-Artikolu 50.”

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-benefiċjarju tal-Aċċeleratur għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew, f’każijiet eċċezzjonali, bħala mid-cap żgħira li jkollha l-intenzjoni li tespandi, stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat.

Fir-rigward tal-appoġġ għall-innovazzjoni fit-teknoloġiji kritiċi tad-difiża skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, il-parteċipazzjoni għandha tkun limitata għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, fl-Ukrajna jew f’membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa. L-entitajiet ġuridiċi kkontrollati direttament jew indirettament minn pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa, jew minn entitajiet ġuridiċi ta’ tali pajjiż terz għandhom jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni.

Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu, entità ġuridika stabbilita fl-Unjoni, jew f’membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa, u li tkun ikkontrollata minn pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa, jew minn entità ġuridika ta’ pajjiż terz għajr l-Ukrajna jew membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa, għandha tkun eliġibbli biex tkun benefiċjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li l-garanziji jsiru disponibbli għall-Kummissjoni. Tali garanziji għandhom jiġu approvati f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-membru taż-ŻEE assoċjat mal-Orizzont Ewropa li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika, bħal miżuri adegwati skont l-iskrinjar, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

Il-garanziji għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li appoġġ għall-entità ġuridika ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kif stabbilit fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni skont it-Titolu V tat-TUE, inkluż ir-rispett għall-prinċipju tar-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.

Fir-rigward ta’ appoġġ skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu b’applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju, il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi li jkun possibbli li tiġi limitata l-parteċipazzjoni għall-entitajiet ġuridiċi stabbiliti biss fl-Istati Membri jew għall-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati speċifikati flimkien mal-Istati Membri. Kwalunkwe limitazzjoni fuq il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati li jkunu membri taż-ŻEE għandha tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Għal raġunijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-programm ta’ ħidma jista’ jeskludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiżi assoċjati kkontrollati direttament jew indirettament minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati minn sejħiet individwali għal proposti, jew jagħmel il-parteċipazzjoni tagħhom soġġetta għal kundizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta’ ħidma.

Il-proposta tista’ tiġi ppreżentata mill-benefiċjarju, jew, soġġett għal qbil minn qabel mill-benefiċjarju, minn persuna fiżika jew entità ġuridika waħda jew aktar, li jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġaw lil dak il-benefiċjarju. Fil-każ tal-aħħar, il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiġi ffirmat biss mal-benefiċjarju.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj).”."

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) 2021/697 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Pajjiżi assoċjati

Il-Fond għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin (pajjiżi assoċjati):

(a)

il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-ŻEE, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

l-Ukrajna, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna.”

;

(2)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża

1.   Il-Fond għandu jappoġġa azzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża fl-oqsma ta’ intervent definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 24.

2.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-forom l-aktar xierqa ta’ finanzjament, kriterji u proċeduri tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni, u implimentazzjoni għal teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża.”

;

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Finanzjament kumulattiv u trasferimenti ta’ riżorsi

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Fond, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti għall-Fond, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Tali riżorsi għandhom jiġu implimentati għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat u f’konformità mar-regoli tal-Fond.

3.   Ir-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13(2), jintużaw għall-fini ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 10(3), il-punti (e) sa (h), sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

4.   Fejn il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u fi kwalunkwe każ sat-30 ta’ Settembru 2027, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu trasferiti lura għal programm sors rispettiv wieħed jew aktar, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060.

5.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-Fond. Tali kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punt (a), (d) jew (e), jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj)."

(*5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).”."

Artikolu 4

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-għanijiet ġenerali tal-FNE huma li tibni, tiżviluppa, timmodernizza, tlesti u tagħmel reżiljenti n-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li tqis l-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul u tal-għanijiet għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea; it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; il-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika; u l-aċċess għas-suq intern, u l-integrazzjoni tiegħu, b’enfasi fuq l-iffaċilitar tas-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.”

;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fis-settur diġitali: li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mat-tħaddim ta’, u mal-aċċess għal, networks diġitali sikuri u siguri, b’kapaċità għolja ħafna, inkluż sistemi 5G, għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ kapaċitajiet diġitali bħall-cloud, l-IA, il-fabbriki tal-IA u l-Gigafabbriki tal-IA, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-networks ċentrali diġitali fit-territorji tal-Unjoni billi tgħaqqadhom ma’ territorji ġirien, kif ukoll mad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trasport u tal-enerġija.”

;

(2)

fl-Artikolu 8(4), jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għall-istabbiliment u t-tħaddim jew l-aġġornament sinifikanti tal-kapaċitajiet diġitali, inklużi l-cloud, l-IA, il-fabbriki tal-IA u l-Gigafabbriki tal-IA għandhom jingħataw prijorità sa fejn jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib tal-prestazzjoni, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u dik diġitali li huma kritiċi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.”

;

(3)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Attivitajiet speċifiċi f’azzjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, jistgħu jinkludu, fejn rilevanti, miżuri li jissalvagwardjaw l-infrastruttura għal użu doppju tad-difiża u dak ċivili fir-rigward ta’ kontromobbiltà militari jew li jipprovdu infrastruttura tal-fjuwil għal attivitajiet tat-trasport b’użu doppju tad-difiża u dak ċivili.”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni, it-tħaddim ta’ networks ċentrali ġodda jew l-aġġornament sinifikanti ta’ networks ċentrali eżistenti, jew it-tiswija tagħhom, inkluż b’kejbils sottomarini, fl-Istati Membri u bejniethom u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, bħall-azzjonijiet elenkati fil-Parti V, il-punt 3, tal-Anness, kif ukoll azzjonijiet oħrajn li jappoġġaw it-tħaddim tan-networks ċentrali msemmijin f’dak il-punt;”

;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

azzjonijiet li jappoġġaw l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ kapaċitajiet diġitali fil-cloud, l-IA, il-fabbriki tal-IA u l-Gigafabbriki tal-IA.”

;

(4)

fl-Artikolu 15(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

soġġett għat-trasferiment tar-riżorsi meħtieġa għall-FNE fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi skont ir-Regolamenti (UE) 2021/1058 (*6) u (UE) 2021/1056 (*7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skont l-Artikolu 4(13) ta’ dan ir-Regolament, għal xogħlijiet relatati mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a)(ii), ta’ dan ir-Regolament, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ kofinanzjament imsemmija fil-punt (b);

(ii)

l-azzjonijiet huma intitolati għal pagament ta’ prefinanzjament li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-ammont allokat fil-ftehim ta’ għotja;

(iii)

l-azzjonijiet għandhom jinsabu f’wieħed jew aktar mill-erba’ Kurituri tal-Mobbiltà Militari Prijoritarji tal-UE li ġew identifikati mill-Istati Membri fl-Anness II tar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-UE u lil hinn minnha, inklużi ċ-ċentri loġistiċi u s-sezzjonijiet transfruntiera ta’ dawk il-kurituri, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-infrastruttura kif stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328 (*8) u kundizzjonijiet speċifiċi għal parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni għal tali azzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9);

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj)."

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj)."

(*8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jispeċifika r-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 288, 11.8.2021, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1328/oj)."

(*9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).”."

Artikolu 5

L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-paragrafu 1, il-punt (a), jiżdied il-punt li ġej:

“(iv)

teknoloġiji tad-difiża.”

;

(2)

il-paragrafu 2, il-punt (b), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

huma jikkontribwixxu għat-tnaqqis jew għall-prevenzjoni tad-dipendenzi strateġiċi u l-vulnerabbiltajiet tal-Unjoni.”

;

(3)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Sat-2 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar kif it-teknoloġiji fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitqiesu kritiċi kif ukoll dwar kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’dik il-gwida, il-Kummissjoni għandha tiċċara l-kunċett ta’ katina tal-valur u servizzi assoċjati kritiċi u speċifiċi għall-iżvilupp jew għall-manifattura tal-prodotti finali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Sal-24 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-gwida biex tkopri s-settur stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(iv). Dik il-gwida għandha tiġi rieżaminata, fejn xieraq, fid-dawl tar-rapport ta’ evalwazzjoni interim imsemmi fl-Artikolu 8.”.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)  L-Opinjoni tat-18 ta’ Settembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU C, C/2025/6325, 3.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6325/oj.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2025

(4)  Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj).

(5)  Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/43/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2653/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)