European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2648

23.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2648

tat-22 ta’ Diċembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fir-Riżoluzzjoni ES-11/7 tagħha, adottata fl-24 ta' Frar 2025, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti reġgħet fakkret fil-ħtieġa ta' implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tagħha adottati b'rispons għall-aggressjoni kontra l-Ukrajna, b'mod partikolari t-talba tagħha li l-Federazzjoni Russa tirtira minnufih, kompletament u mingħajr kundizzjonijiet il-forzi militari kollha tagħha mit-territorju tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, u t-talba tagħha għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, b'mod partikolari ta' kwalunkwe attakk kontra persuni ċivili u oġġetti ċivili.

(3)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali jekk ikun meħtieġ. Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2026.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2648/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)