|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2623 |
19.12.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2623
tas-16 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għad-detetturi tas-sħana tat-tip lineari riaġġustabbli u għall-konnetturi għal sezzjonijiet tubulari u għal prodotti oħra tal-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat disa’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni. |
|
(2) |
Id-disa’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti tal-bini:
|
|
(3) |
Id-disa’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti tal-bini hija ppubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(6) |
Sabiex jiġi permess l-użu tad-disa’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-manifatturi li diġà għandhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Kerstin JORNA
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs
(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“100031-00-1103 |
Detetturi tas-sħana tat-tip lineari riaġġustabbli” |
|
“200345-00-0103 |
Konnetturi għal sezzjonijiet tubulari” |
|
“280050-00-0605 |
Penetrazzjonijiet tas-servizzi għal pajpijiet li jgħaddu mill-ħitan u mill-art” |
|
“330046-02-0602 |
Viti tal-irbit għall-irbit ta’ elementi strutturali u folji tal-metall ma’ strutturi tal-metall jew tal-injam (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330046-01-0602’)” |
|
“330076-01-0604-v01 |
Varjant: Ankri tal-injezzjoni tal-metall biex jintużaw fil-bini — Gruppi ta’ ankri f’każijiet ta’ esponiment għan-nirien” |
|
“330499-02-0601-v01 |
Varjant: Elementi tal-irbit magħqudin u elementi tal-irbit tal-espansjoni magħqudin għall-użu fil-konkos — Metodi alternattivi ta’ tħaffir, reżistenza siżmika u għan-nirien fil-konkos rinfurzat bil-fibri tal-azzar, valutazzjoni tal-ħajja operattiva varjabbli u taż-żmien sal-falliment” |
|
“332795-01-0601 |
Elementi tal-irbit bil-kamin magħqudin għall-użu fil-konkos (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 332795-00-0601’)” |
|
“333530-00-0601 |
Konnetturi bil-ponta tal-azzar inossidabbli għall-ħitan intermedji” |
|
“350022-02-1107 |
Sistemi tal-għeluq għal sistemi trasportaturi (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 350022-01-1107’)”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2623/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)