|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2593 |
23.12.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2593
tal-11 ta’ Awwissu 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u ta’ ċetaċji żgħar oħra fil-Golf tal-Biskalja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi r-regoli fil-livell reġjonali fir-rigward tal-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet sensittivi inklużi ċ-ċetaċji, billi jingħataw dettalji dwar iż-żoni ristretti, il-perjodi u l-limitazzjonijiet tal-irkaptu. |
|
(2) |
Fost l-oħrajn, dak ir-Regolament jipprevedi miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tad-dniefel komuni u ċetaċji żgħar oħra fil-Golf tal-Biskalja (is-subżona 8 tal-ICES). Dawn il-miżuri jinkludu: (i) l-użu ta’ apparat akustiku deterrenti għax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku ta’ nofs l-ilma u x-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi kollha, (ii) għeluq tas-sajd mit-22 ta’ Jannar sal-20 ta’ Frar u (iii) sett ta’ miżuri anċillari għall-ġbir ta’ data xjentifika dwar il-qabdiet aċċessorji ta’ ċetaċji żgħar fil-ġurnal ta’ abbord, kif ukoll reġistrazzjonijiet magħmula billi jiġu koperti ċerti perċentwali tal-isforz tas-sajd b’osservaturi jew sistemi elettroniċi ta’ monitoraġġ li jinkorporaw kameras abbord. |
|
(3) |
Dawk il-miżuri speċifiċi, introdotti fir-Regolament (UE) 2019/1241 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3089 (2), jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2025. Permezz ta’ rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata fis-6 ta’ Ġunju 2025, il-grupp reġjonali tal-Ilmijiet tal-Lbiċ (il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall) jitlob l-estensjoni tal-miżuri rilevanti attwalment stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 għaċ-ċetaċji żgħar fil-Golf tal-Biskalja. |
|
(4) |
Peress li dawn il-miżuri jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-qabdiet ċċessorji tad-denfil komuni fil-Golf tal-Biskalja, jenħtieġ li dawn jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(5) |
Minbarra li titlob l-estensjoni tal-miżuri eżistenti, ir-rakkomandazzjoni konġunta tas-6 ta’ Ġunju 2025 tipproponi żieda fil-kopertura tal-osservaturi tal-isforz tas-sajd totali mkejjel f’jiem fuq il-baħar għal mill-inqas 7 % għall-pariti (GTR) u l-għeżula tal-qiegħ (ankrati) (GNS) bejn Jannar u Marzu. |
|
(6) |
Peress li l-miżuri ta’ ġestjoni huma l-istess bħal dawk li applikaw fl-2025 u l-miżuri ta’ monitoraġġ tjiebu, il-konklużjonijiet tal-parir tal-STECF ta’ Lulju 2024 (3) dwar il-miżuri ta’ ġestjoni u monitoraġġ għadhom validi, il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni tal-miżuri sa tmiem l-2026 hija ġġustifikata. |
|
(7) |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ġie kkonsultat fit-8 ta’ Lulju 2025. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament Delegat huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tad-dniefel komuni u ċetaċji żgħar oħra li l-Kummissjoni tista’ tadotta skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (4) jew, f’każ ta’ raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati ma’ theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u miżuri nazzjonali aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għal dak l-għan fl-ilmijiet tagħhom f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013 u (UE) 2019/1241. |
|
(9) |
Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. Peress li l-miżuri li jridu jiġu estiżi jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2025, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità legali. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3089 tat-30 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 fir-rigward ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u ta’ ċetaċji żgħar oħra fil-Golf tal-Biskalja (ĠU L, 2024/3089, 9.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3089/oj).
(3) Il-Kummissjoni Ewropea: iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, 76th plenary report (STECF-PLEN-24-02), Rihank, D.(editur) u Doerner, H.(editur), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea il-Lussemburgu, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2760/1035959, JRC140570.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).
ANNESS
Il-parti A tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1.1(b) l-entrata dwar is-subżona 8 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||
|
(2) |
il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) L-ispeċijiet tal-familja Delphinidae u l-familja Phocoenidae li huma preżenti (b’mod permanenti jew temporanju) fis-subżona 8 tal-ICES.” " |
(*1) L-ispeċijiet tal-familja Delphinidae u l-familja Phocoenidae li huma preżenti (b’mod permanenti jew temporanju) fis-subżona 8 tal-ICES.” ”
(**) Din il-miżura għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2026.”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2593/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)