|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2576 |
19.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2576
tat-18 ta’ Diċembru 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1762 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil, u titlob li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762 fir-rigward tal-użu għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil. Dik l-applikazzjoni kienet tikkonċerna l-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni eżistenti bl-introduzzjoni ta’ formulazzjoni ġdida b’żieda ta’ 10 darbiet fil-konċentrazzjoni tal-aġenti attivi fl-addittiv (minn 3,2 × 109 għal 3,2 × 1010 unitajiet li jiffurmaw kolonji (CFU, colony forming units)/g ta’ addittiv). |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Marzu 2025 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, inkluż l-ispeċijiet tal-pollam għall-bajd u għat-tnissil, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840, fiż-żewġ forom tal-addittiv, mhuwiex irritanti għall-għajnejn iżda jitqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda, u kwalunkwe esponiment mill-ġilda u mill-apparat respiratorju jitqies bħala riskju. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-pollam kollu f’ammont ta’ 1,6 × 109 CFU/kg ta’ għalf u 5,4 × 108 CFU/L ta’ ilma tax-xorb. Ma kinitx tal-fehma li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(7) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Marzu 2020 (4) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (5), ma kienx meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(8) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 meta t-termini ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġu mmodifikati fir-rigward tal-użu għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil, billi tintroduċi formulazzjoni ġdida b’żieda ta’ 10 darbiet fil-konċentrazzjoni tal-aġenti attivi fl-addittiv (minn 3,2 × 109 għal 3,2 × 1010 unitajiet li jiffurmaw kolonji (CFU)/g ta’ addittiv). Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840, kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1762, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li huma maħsuba għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Lulju 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Jannar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għall-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Jannar 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Jannar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1762 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tat-tjur għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Chr. Hansen A/S) (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1762/oj).
(3) EFSA Journal 2025;23:e9361. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9361.
(4) EFSA Journal 2020;18(4):6094. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6094.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS I
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
CFU/l ta’ ilma tax-xorb |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||||||||||||
|
4b1894 |
Chr. Hansen A/S |
Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 li fih minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g ta’ addittiv (1,6 × 109 CFU B. subtilis DSM 32324/g; 1,0 × 109 CFU B. subtilis DSM 32325/g u 0,6 × 109 CFU B. amyloliquefaciens DSM 25840/g) (proporzjon ta’ 1.6:1.0:0.6) Forom solidi Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840. Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) (CEN/TS 17697) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: Metodu tat-tifrix fuq it-tryptone soya agar (EN 15784) |
L-ispeċijiet kollha tal-pollam għall-bajd jew għat-tnissil |
- |
1,6 × 109 |
- |
5,4 × 108 |
- |
|
8 ta’ Jannar 2036 |
||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ANNESS II
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
CFU/l ta’ ilma tax-xorb |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||||||||||||
|
4b1894 |
Chr. Hansen A/S |
Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 li fih minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g ta’ addittiv (1,6 × 109 CFU B. subtilis DSM 32324/g; 1,0 × 109 CFU B. subtilis DSM 32325/g u 0,6 × 109 CFU B. amyloliquefaciens DSM 25840/g) (proporzjon ta’ 1.6:1.0:0.6) Forom solidi Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli taċ-ċelloli ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840. Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) (CEN/TS 17697) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: Metodu tat-tifrix fuq it-tryptone soya agar (EN 15784). |
L-ispeċijiet kollha tal-pollam għas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tnissil |
- |
1,6 × 109 |
- |
5,4 × 108 |
- |
|
16.12.2030 |
||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2576/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)