|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2561 |
15.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2561
tal-15 ta' Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 (1). |
|
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, u b'hekk tistabbilixxi qafas iddedikat għal miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti u għal azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Haiti, kif ukoll kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill Ewropew iddikjara li kien għadu mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fil-Haiti u appella għal sanzjonijiet ġodda mmirati kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-vjolenza, bl-għan li jgħin sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi, is-sigurtà, l-istabbiltà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Haiti. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, ta' sigurtà u umanitarja li qed tiddeterjora fil-Haiti, inkluż ir-riżultati taż-żieda fil-vjolenza minn gruppi organizzati, l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr waqfien imwettqa minn gruppi organizzati, u l-impunità kontinwa għall-awturi ta' reati, jenħtieġ li tliet individwi u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2319/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1574 tat-28 ta' Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1574/oj).
ANNESS
L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “A. Lista ta' persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 2a(1) u fl-Artikolu 3a(1)”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura: “B. Lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 3a(1)”, jiżdiedu t-tabella u l-entrata li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2561/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)