|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2534 |
15.12.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2534
tal-10 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija
(notifikata bid-dokument C(2025) 8752)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dak il-mard jinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2415 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415 tipprevedi li ż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, li għandha tiġi stabbilita mir-Rumanija, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, trid tinkludi mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u l-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u fiż-żoni ta’ sorveljanza, iridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness. |
|
(4) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li jżommu annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontea ta’ Teleorman, barra miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2025/2415. |
|
(5) |
Għalhekk, iż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza fir-Rumanija, deskritti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415, jenħtieġ li tiġi aġġustata, fl-ispazju u fiż-żmien, sabiex jiġi evitat it-tixrid aktar tal-marda fit-territorju tar-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, meta jiġu applikati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali li tikkonċerna l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija, jeħtieġ li tiġi stabbilita żona ristretta ulterjuri fil-kontej ta’ Teleorman, Olt u Dolj minħabba li bħalissa huma l-kontej f’livell ogħla ta’ riskju ta’ tixrid, sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda. |
|
(6) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li se jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda kif ukoll il-livell ta’ riskju għat-tixrid aktar ta’ dik il-marda, u huma konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). |
|
(7) |
Minbarra dan, fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ta’ aktar tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, fir-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, hemm rikorrenza ta’ dik il-marda f’żona li diġà ġiet affettwata qabel, bi ftit li xejn informazzjoni dwar l-oriġini tat-tifqigħa u t-tixrid possibbli bejn it-tifqigħat, li jindika li l-marda setgħet diġà ċċirkolat f’żoni oħra tar-Rumanija, mingħajr ma ġie individwata u mingħajr l-ebda miżura restrittiva fis-seħħ biex jiġi evitat jew jitnaqqas it-tixrid tagħha. |
|
(8) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri addizzjonali ta’ emerġenza sabiex jittaffa r-riskju tat-tixrid aktar tal-marda fit-territorju tar-Rumanija u fi Stati Membri oħra, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu mhux ġustifikat għall-kummerċ. Għal dan l-għan, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-movimenti tal-annimali ovini u kaprini miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri, stabbiliti fit-territorju tar-Rumanija, lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni taż-żona ristretta ulterjuri jkunu pprojbiti, sat-23 ta’ Diċembru 2025. |
|
(9) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jeħtieġ ukoll li jiġu identifikati ż-żoni fit-territorju tar-Rumanija fejn jenħtieġ li japplikaw miżuri ulterjuri bħal dawk applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u fejn il-movimenti tal-annimali ovini u kaprini barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni huma pprojbiti, mill-24 ta’ Diċembru 2025 sal-31 ta’ Jannar 2026. |
|
(10) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-ħtieġa li jiġi evitat li l-marda tinxtered aktar mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru, jew lejn kwalunkwe Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jibdew japplikaw mill-aktar fis. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2415 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ir-Rumanija għandha tistabbilixxi:
Artikolu 2 Ir-Rumanija għandha tipprojbixxi, sad-dati stabbiliti għaż-żoni ta’ protezzjoni, għaż-żoni ta’ sorveljanza jew għaż-żoni ristretti ulterjuri rispettivi fl-Anness I:
|
|
2. |
Jiddaħħal l-Artikolu 2 a li ġej: “Artikolu 2a Ir-Rumanija għandha tapplika l-miżuri li huma applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati stipulati fih. Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni għandhom jiġu pprojbiti sad-dati stipulati f’dak l-Anness.” |
|
3. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2415 tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 (ĠU L, 2025/2415, 28.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2415/oj).
(5) 5. https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.
ANNESS
“ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza li jiffurmaw parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-kontea ta’ Dolj RO-CAPRIPOX-2025-00024 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24). |
9.12.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24), excluding the areas contained in the protection zone. |
18.12.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24). |
10.12.2025-18.12.2025 |
|
|
Il-kontea ta’ Teleorman RO-CAPRIPOX-2025-00025 RO-CAPRIPOX-2025-00026 RO-CAPRIPOX-2025-00027 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25); Lat. 43.758, Long 24.894 (2025/26); Lat. 44.063 Long. 24.815 (2025/27). |
14.12.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25), Lat. 43.758, Long 24.894 (2025/26); Lat. 44.063 Long. 24.815 (2025/27); excluding the areas contained in the protection zone. |
23.12.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25); Lat. 43.758, Long 24.894 (2025/26); Lat. 44.063 Long. 24.815 (2025/27). |
15.12.2025–23.12.2025 |
Parti B: Żoni ristretti ulterjuri
|
Żona ristretta ulterjuri |
Reġjun |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 1 |
Il-kontea ta’ Teleorman |
The entire Teleorman, Dolj and Olt counties, excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
23.12.2025 |
|
Il-kontea ta’ Dolj |
|||
|
Il-kontea ta’ Olt |
“ANNESS II
|
Qasam |
Reġjun |
Żoni, imsemmija fl-Artikolu 2a |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona Nru 1 |
Il-kontea ta’ Teleorman |
The entire Teleorman, Dolj and Olt counties. |
24.12.2025–31.1.2026” |
|
Il-kontea ta’ Dolj |
|||
|
Il-kontea ta’ Olt |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2534/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)