|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2532 |
17.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2532
tas-16 ta’ Diċembru 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45j(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 ġiet introdotta lista ta’ servizzi fiduċjarji u servizzi fiduċjarji kwalifikati ġodda, inkluż is-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, meta meħtieġ, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet għal dawk is-servizzi. |
|
(2) |
“Arkivjar elettroniku” tfisser servizz għar-riċeviment, il-ħżin, l-irkupru u t-tħassir ta’ data elettronika u dokumenti elettroniċi li jiżgura d-durabbiltà u l-leġibbiltà tagħhom, u li jħares l-integrità, il-kunfidenzjalità u l-prova tal-oriġini tagħhom tul il-perjodu tal-preservazzjoni. Is-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat jaqdu rwol kruċjali fl-ambjent diġitali tan-negozju billi jippromwovu t-tranżizzjoni minn proċessi tradizzjonali bbażati fuq il-karti għall-ekwivalenti elettroniċi. Biex ikun żgurat li d-data elettronika u d-dokumenti elettroniċi jħarsu l-preżunzjoni tal-integrità tagħhom u tal-oriġini tagħhom tul il-perjodu tal-preservazzjoni mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji, u biex jinkiseb livell għoli ta’ trasparenza u fiduċja fost il-parteċipanti kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-informazzjoni, jeħtieġ jiġi stabbilit sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. |
|
(3) |
Biex jiżdiedu l-valur evidenzjarju, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat, fejn jintużaw firem elettroniċi, siġilli elettroniċi jew kronogrammi elettroniċi biex joħolqu, jiffirmaw, jissiġillaw jew jiċċertifikaw id-data u l-ħin ta’, pereżempju, arkivjar ta’ evidenza, rekords tal-evidenza, rekords tal-avvenimenti, rekords tal-implimentazzjoni korretta tal-proċeduri, jew arkivjar tar-rapporti tal-konferma, jenħtieġ li jintużaw servizzi fiduċjarji kwalifikati. |
|
(4) |
Il-preżunzjoni tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 45j(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jenħtieġ li tapplika biss meta s-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-istandards ta’ referenza għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat jenħtieġ li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u jkunu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Dawn jenħtieġ li jiġu adattati biex ikunu jinkludu kontrolli addizzjonali li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. |
|
(5) |
Jekk fornitur tas-servizzi fiduċjarji josserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-korpi superviżorji jenħtieġ li jassumu l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u jqisu kif xieraq dik il-preżunzjoni għall-għoti jew għall-konferma tal-istatus kwalifikat tas-servizz fiduċjarju. Iżda fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji xorta jista’ jistrieħ fuq prattiki oħra biex juri l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
(6) |
Biex iħarsu l-integrità u l-prova tal-oriġini tad-data elettronika u tad-dokumenti elettroniċi li jkun fihom firma jew siġill elettroniku kwalifikat wieħed jew aktar, is-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat jenħtieġ li jużaw proċeduri u teknoloġiji li kapaċi jestendu l-affidabbiltà ta’ dawk il-firem u s-siġilli elettroniċi kwalifikati lil hinn mill-perjodu tal-validità teknoloġika, imqar tul il-perjodu tal-preservazzjoni. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment teknoloġiji, prattiki, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda. F’konformità mal-Premessa 75 tar-Regolament (UE) 2024/1183, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni biex iżżommu konformi mal-iżviluppi globali, ma’ teknoloġiji, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda, u biex timxi mal-aqwa prattiki fis-suq intern. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Ottubru 2025 (6). |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Arkivjar elettroniku ta’ dokumenti li jkollhom firma elettronika kwalifikata jew siġill elettroniku kwalifikat
1. Meta jarkivjaw data elettronika jew dokumenti elettroniċi li jkun fihom firem elettroniċi kwalifikati jew siġilli elettroniċi kwalifikati, il-fornituri tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat għandhom jiżguraw li tinżamm l-affidabbiltà ta’ dawk il-firem elettroniċi kwalifikati jew is-siġilli elettroniċi kwalifikati, inkluż lil hinn mill-perjodu tal-validità teknoloġika tagħhom, u li l-integrità u l-akkuratezza tal-oriġini tal-firem u s-siġilli elettroniċi kwalifikati jinżammu, imqar sa tmiem il-perjodu tal-preservazzjoni legali jew kuntrattwali.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat jistgħu jistrieħu fuq servizz ta’ preservazzjoni kwalifikata għall-firem elettroniċi kwalifikati jew fuq servizz ta’ preservazzjoni kwalifikata għas-siġilli elettroniċi kwalifikati.
Artikolu 2
Standards ta’ referenza u speċifikazzjonijiet għall-forniment tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat
L-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45j(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(6) Kummenti formali tal-EDPS dwar l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat.
ANNESS
Lista tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat
CEN/TS 18170:2025 (“CEN/TS 18170”) japplika bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
Referenzi normattivi (il-klawżola 2)
|
|
(b) |
Dikjarazzjoni ta’ politika u prattika (il-klawżola 6.1)
|
|
(c) |
Termini u Kundizzjonijiet (il-klawżola 6.2)
|
|
(d) |
Riżorsi umani (il-klawżola 7.3)
|
|
(e) |
Kontrolli u monitoraġġ kriptografiċi (il-klawżola 7.6)
|
|
(f) |
Network (il-klawżola 7.9)
|
|
(g) |
Ġbir tal-evidenza (il-klawżola 7.11)
|
|
(h) |
Pjan tat-terminazzjoni u terminazzjoni tal-EATSP (il-klawżola 7.13)
|
|
(i) |
Ħin affidabbli tal-avvenimenti (il-klawżola 13.3.1)
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq il-Kriterji Komuni (“EUCC”) (ĠU L, 2024/482, 7.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/482/oj).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3144 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 fir-rigward tal-istandards internazzjonali applikabbli u li jikkoreġi dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ĠU L, 2024/3144, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3144/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2532/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)