|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2524 |
11.12.2025 |
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA DEĊIŻJONI DELEGATA Nru 184/25/COL
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 150/25/COL li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza fin-Norveġja marbuta ma’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 259(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikoli 21, 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 [2025/2524]
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(e), l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tiegħu.
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 13 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE,
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), kif emendat u kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-adattamenti speċifiċi u settorjali msemmijin fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1)(c) tiegħu,
kif adattat għall-Ftehim ŻEE mill-punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE
Billi:
L-influwenza avjarja b’livell patoġeniku għoli (“HPAI”, highly pathogenic avian influenza) hija marda virali infettiva fl-għasafar u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li tikkawża tfixkil għall-kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal matul il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittrażmetti ruħu fuq l-annimali jew fuq il-bnedmin. L-HPAI hija msemmija fl-Artikolu 9(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) 2016/429 bħala marda elenkata soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-HPAI bħala marda tal-kategorija A, D u E kif definit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 259(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tirrieżamina l-miżuri ta’ emerġenza meħuda mill-awtoritajiet kompetenti Norveġiżi skont l-Artikolu 257(1) tal-istess Regolament fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda elenkata msemmija fl-Artikolu 9(1)(a), (il-“miżuri Norveġiżi”), inkluż l-HPAI. L-Artikolu 259(1)(c) jirrikjedi li l-Awtorità, fejn tqis li hemm bżonn li jiġi evitat it-tfixkil mhux ġustifikat fil-moviment tal-annimali u l-prodotti, tadotta l-miżuri ta’ emerġenza msemmijin fl-Artikolu 257(1) li japprovaw il-miżuri Norveġiżi.
L-Artikoli 60, 64, 65 u 68 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu li għandhom jiġu stabbiliti żoni ristretti madwar stabbiliment affettwat f’każijiet ta’ tifqigħa kkonfermata ta’ marda elenkata u jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ristretti u l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw qabel ma jkunu jistgħu jitneħħew il-miżuri. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard tal-Kategoriji A, B u C stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, inklużi l-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. L-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-HPAI, kif ukoll żoni ristretti oħra jekk ikun meħtieġ. Din ir-reġjonalizzazzjoni hija applikata b’mod partikolari biex tippreserva l-istatus tas-saħħa tal-għasafar fil-bqija tat-territorju tan-Norveġja billi tipprevjeni l-introduzzjoni tal-aġent patoġeniku u tiżgura d-detezzjoni bikrija tal-marda.
L-awtorità kompetenti għandha tkompli tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard fiż-żoni ristretti sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikoli 39, 55 u fl-Annessi X-XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Dan jinkludi l-konferma li t-tindif u d-diżinfezzjoni finali twettqu f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.
Fil-5 ta’ Settembru 2025, in-Norveġja nnotifikat tifqigħa kkonfermata tal-HPAI fi stabbiliment kummerċjali b’7,500 tajra tal-pollam fil-muniċipalità ta’ Hadsel fil-Kontea ta’ Nordland (2). L-Awtorità rrevediet il-miżuri ta’ kontroll tal-mard meħuda min-Norveġja u adottat id-Deċiżjoni Nru 150/25/COL tal-11 ta’ Settembru 2025 li tapprova dawk il-miżuri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti min-Norveġja jridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, filwaqt li l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jinżammu mill-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness.
Fil-15 ta’ Settembru 2025, in-Norveġja nnotifikat dewmien fil-finalizzazzjoni tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u li l-perjodu ta’ żmien taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kien ġie estiż b’konsegwenza ta’ dan (3). Fit-23 ta’ Settembru 2025, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 155/25/COL li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 150/25/COL biex testendi l-perjodu ta’ żmien tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ristretti.
Fis-17 ta’ Ottubru 2025, in-Norveġja infurmat li kienet estendiet il-perjodu ta’ żmien tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fiż-żona ta’ sorveljanza peress li l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 68(1)(b), tar-Regolament (UE) 2016/429 ma kinux ġew issodisfati (4). Il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġi kkonfermat li jkunu twettqu t-tindif u d-diżinfezzjoni finali.
Konsegwentement, id-Deċiżjoni Nru 150/25/COL jenħtieġ li tiġi emendata biex tirrifletti t-tul ta’ żmien meħtieġ tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ sorveljanza.
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-ŻEE fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.
Fit-22 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorità, bid-Deċiżjoni Delegata tagħha Nru 183/25/COL (id-Dokument Nru 1569061), debitament ippreżentat l-abbozz tad-Deċiżjoni lill-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 259(1) u mal-Artikolu 266(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Fl-24 ta’ Ottubru 2025, il-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, l-abbozz tad-Deċiżjoni huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 150/25/COL għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Verżjoni konsolidata tad-Deċiżjoni Nru 150/25/COL għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika bil-lingwa Ingliża.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi skont id-Deċiżjoni Delegata Nru 130/20/COL,
Árni Páll ÁRNASON
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Għal For Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS
Kontrofirmar bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) Inkorporat fil-Ftehim ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2020 tal-11 ta’ Diċembru 2020.
(2) Id-Dokument Nru 1558598.
(3) Id-Dokumenti Nru 1560390 u 1560392.
(4) Id-Dokument Nru 1569222.
ANNESS
Parti A
Iż-żoni ta’ protezzjoni fin-Norveġja kif imsemmijin fl-Artikoli 1 u 2
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona li tkopri |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
NO-HPAI(P)-2025-001 |
Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Hadsel fil-kontea ta’ Nordland li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS: latitudni 68.51307; lonġitudni 14.72709 |
4.10.2025 |
Parti B
Iż-żoni ta’ sorveljanza fin-Norveġja kif imsemmijin fl-Artikoli 1 u 3
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Iż-żona li tkopri |
Data sa meta tapplika f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
NO-HPAI(P)-2025-001 |
Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Hadsel fil-kontea ta’ Nordland li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS: latitudni 68.51307; lonġitudni 14.72709 |
31.1.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2524/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)