|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2523 |
12.12.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/2523 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-euro (BĊE/2025/39)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 (1), f’konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lill-Bulgarija msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 (2) ser tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(2) |
L-Artikolu 1, il-punt (d), tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) jiddefinixxi l-“[i]skema ta’ distribuzzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għall-allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta’ Jannar 2024. Peress li l-Bulgarija se tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2026 u li se japplikaw ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema tal-kaptal minn dik id-data, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 jeħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema għall-allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1, il-punt (d), hija ssostitwita b’dan li ġej: “L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għall-allokazzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.”; |
|
(2) |
L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2026.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Diċembru 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 tat-8 ta’ Lulju 2025 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija fl-1 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2025/1407, 14.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1407/oj).
(2) Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti fit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).
(3) Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/67(1)/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul b’li ġej:
“ANNESS I
SKEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2026
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,3360 % |
|
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
1,0875 % |
|
Deutsche Bundesbank |
24,2095 % |
|
Eesti Pank |
0,2710 % |
|
Central Bank of Ireland |
1,9805 % |
|
Bank of Greece |
2,0540 % |
|
Banco de España |
10,7505 % |
|
Banque de France |
18,1865 % |
|
Hrvatska narodna banka |
0,7035 % |
|
Banca d’Italia |
14,5640 % |
|
Central Bank of Cyprus |
0,2005 % |
|
Latvijas Banka |
0,3525 % |
|
Lietuvos bankas |
0,5365 % |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
0,3310 % |
|
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,1170 % |
|
De Nederlandsche Bank |
5,3710 % |
|
Oesterreichische Nationalbank |
2,6880 % |
|
Banco de Portugal |
2,1140 % |
|
Banka Slovenije |
0,4495 % |
|
Národná banka Slovenska |
1,0455 % |
|
Suomen Pankki |
1,6515 % |
|
TOTAL |
100,0000 % |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2523/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)