European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2475

9.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2475

tat-8 ta’ Diċembru 2025

li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117 fir-rigward tar-rapportar superviżorju tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 430(7), il-ħames subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex jiġi implimentat l-aħħar sett ta’ standards internazzjonali tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel III). Dawk l-istandards wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 (3), li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet.

(2)

Minħabba l-bidliet fil-qafas prudenzjali għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operazzjonali, kienu meħtieġa mudelli ġodda ta’ rapportar biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jirrapportaw f’konformità mal-qafas il-ġdid fis-seħħ. Filwaqt li xi wħud minn dawk il-bidliet fil-mudelli tar-rapportar kienu diġà ġew introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117, l-aġġornament ta’ diversi mudelli oħra kien possibbli biss wara żvilupp tekniku ulterjuri tar-rekwiżiti tar-riskju operazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-komponenti tal-indikatur tan-negozju, l-entrati li għandhom jiġu esklużi mill-indikatur tan-negozju u l-immappjar tagħhom maċ-ċelloli tar-rapportar korrispondenti.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1496 (4) ippospona d-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għall-1 ta’ Jannar 2027. B’konsegwenza ta’ dan, huwa meħtieġ li jinżamm mingħajr tibdil ir-rapportar eżistenti dwar ir-rekwiżiti tar-riskju tas-suq li japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2026. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117 jenħtieġ li jiġu estiżi u t-tħassir tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (5) jenħtieġ li jiġi pospost b’sena oħra.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117 jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority).

(6)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punti (b)(i) u (c), u fl-Artikolu 92(5), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2026, jippreżentaw l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju tas-suq f’konformità mal-Artikolu 5(12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.”

;

(2)

fl-Artikolu 7, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-istituzzjonijiet omm tal-UE għandhom jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness I, il-mudell C 16.04 relatata mal-informazzjoni dwar sussidjarji soġġetti għad-deroga prevista fl-Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi trimestrali.”;

(3)

fl-Artikolu 25, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ma għandux jibqa’ japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, ħlief għall-Artikolu 5(12) u l-Anness I, il-mudelli minn 18 sa 24, u l-Anness II, il-Parti II, il-punti minn 5.1 sa 5.7. L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026 biss għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jitħassar b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2026.”

;

(4)

fl-Anness I, it-Taqsima 1 – “Rapportar dwar il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji”, hija emendata kif ġej:

(a)

il-mudell “C 16.01 - RISKJU OPERAZZJONALI - Rekwiżiti ta’ Fondi PROPRJI (OPR OF, Operational Risk, Own Funds)” huwa sostitwit bil-mudell “C 16.01 - RISKJU OPERAZZJONALI - Rekwiżiti ta’ Fondi PROPRJI (OPR OF)” stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-mudell “C 16.02 - RISKJU OPERAZZJONALI - Komponent tal-Indikatur tan-Negozju (OPR BIC, Operational Business Indicator Component)”, il-mudell “C 16.03 - DIŻAGGREGAZZJONI TAR-RISKJU OPERAZZJONALI (OPR BD, Operational Risk Breakdown) - Telf, spejjeż, provvedimenti u impatti finanzjarji oħra li jirriżultaw minn avvenimenti ta’ riskju operazzjonali” u l-mudell “C 16.04 - RISKJU OPERAZZJONALI - Informazzjoni dwar sussidjarji soġġetti għall-Artikolu 314(3) CRR” stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdiedu wara l-mudell “C 16.01 - RISKJU OPERAZZJONALI - Rekwiżiti ta’ Fondi PROPRJI (OPR OF)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 tad-29 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (ĠU L, 2024/3117, 27.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3117/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1496 tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq (ĠU L, 2025/1496, 19.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1496/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/451/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).


ANNESS

C 16.01 – RISKJU OPERAZZJONALI – REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI (OPR OF, OPERATIONAL RISK, OWN FUNDS):

C 16.01 – RISKJU OPERAZZJONALI – REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI (OPR OF)

 

 

Valur

 

Rekwiżiti ta’ fondi proprji

Ammont ta’ skopertura għar-riskju

li minnhom: aġġustamenti minħabba fużjoni/akkwiżizzjoni ta’ entitajiet jew attivitajiet

(Aġġustamenti minħabba d-disponiment ta’ entitajiet jew attivitajiet)

0010

0020

0030

0040

0050

0010

Komponent tal-indikatur tan-negozju u ASA

 

 

 

 

 

0020

Indikatur tan-negozju

 

 

 

 

 

0030

Komponent tal-Imgħax, tal-lokazzjonijiet u tad-dividendi

 

 

 

 

 

0040

ILDC relatat mal-istituzzjoni individwali/grupp konsolidat (esklużi l-entitajiet ikkunsidrati mill-Artikolu 314(3)

 

 

 

 

 

0050

ILDC għal entitajiet ikkunsidrati mill-Artikolu 314(3)

 

 

 

 

 

0060

Komponent tas-servizzi

 

 

 

 

 

0070

Komponent finanzjarju

 

 

 

 

 

0080

ASA skont l-Artikolu 314(4) (Operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur)

 

 

 

 

 

0090

ASA skont l-Artikolu 314(4) (Servizzi bankarji kummerċjali)

 

 

 

 

 

0100

Entrata ta’ Memorandum: ILDC relatata mal-Istituzzjoni Individwali/Grupp konsolidat, inklużi entitajiet ikkunsidrati mill-Artikolu 314(3)

 

 

 

 

 

Informazzjoni oħra

0110

Approċċ użat għall-kalkolu tal-FC

 

 

 

 

C 16.02 - RISKJU OPERAZZJONALI - Komponent tal-Indikatur tan-Negozju (OPR BIC):

C 16.02 – RISKJU OPERAZZJONALI – Komponent tal-Indikatur tan-Negozju (OPR BIC)

 

 

SENA-3

SENA-2

IS-SENA L-OĦRA

 

Valur ta’ kontabilità

Valur — Approċċ ta’ Konfini Prudenzjali

Valur ta’ kontabilità

Valur — Approċċ ta’ Konfini Prudenzjali

Valur ta’ kontabilità

Valur — Approċċ ta’ Konfini Prudenzjali

Valur medju

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0010 - 0210

1.

Komponent tal-imgħax, tal-lokazzjonijiet u tad-dividendi (ILDC)

 

0010

Komponent tal-imgħax

 

 

 

 

 

 

 

0020

Introjtu nett

 

 

 

 

 

 

 

0030

Introjtu mill-imgħax (inkluż minn assi mogħtija b’lokazzjoni (Finanzjarji u Operatorji))

 

 

 

 

 

 

 

0040

Introjtu mill-imgħax

 

 

 

 

 

 

 

0050

Introjtu minn assi mogħtija b’lokazzjoni (Finanzjarji u Operatorji) għajr introjtu mill-imgħax

 

 

 

 

 

 

 

0060

Profitti minn assi mogħtija b’lokazzjoni (Finanzjarji u Operatorji)

 

 

 

 

 

 

 

0070

(Spejjeż tal-imgħax (inkluż minn assi mogħtija b’lokazzjoni (Finanzjarji u Operatorji)))

 

 

 

 

 

 

 

0080

(Spejjeż tal-imgħax)

 

 

 

 

 

 

 

0090

(Spejjeż għall-assi operatorji mogħtija b’lokazzjoni għajr spejjeż tal-imgħax)

 

 

 

 

 

 

 

0100

(Telf minn assi operatorji mogħtija b’lokazzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

0110

Komponent tal-assi

 

 

 

 

 

 

 

0120

Assi totali

 

 

 

 

 

 

 

0130

Bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

0140

Titoli ta’ dejn

 

 

 

 

 

 

 

0150

Self u avvanzi

 

 

 

 

 

 

 

0160

Derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

0170

Ħeġġijiet għan-negozju jew ekonomiċi

 

 

 

 

 

 

 

0180

Kontabbiltà għall-iħħeġġjar

 

 

 

 

 

 

 

0190

Assi soġġetti għal lokazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

0200

Komponent tad-dividendi

 

 

 

 

 

 

 

0210

Introjtu mid-dividendi

 

 

 

 

 

 

 

0220 - 0360

2.

Komponent tas-servizzi (SC)

0220

Introjtu operatorju ieħor

 

 

 

 

 

 

 

0230

Introjtu operatorju ieħor minn membri li jappartjenu għall-istess IPS

 

 

 

 

 

 

 

0240

Profitt minn assi mhux kurrenti u gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ li ma jikkwalifikawx bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx

 

 

 

 

 

 

 

0250

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

0260

(Spejjeż operatorji oħrajn)

 

 

 

 

 

 

 

0270

(Spejjeż operatorji oħrajn minn membri li jappartjenu għall-istess IPS)

 

 

 

 

 

 

 

0280

(Total tat-telf, tal-ispejjeż, tal-provvedimenti u ta’ impatti finanzjarji oħra minħabba l-avvenimenti ta’ riskju operazzjonali)

 

 

 

 

 

 

 

0290

(Telf minn assi mhux kurrenti u gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ li ma jikkwalifikawx bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx)

 

 

 

 

 

 

 

0300

(Oħrajn)

 

 

 

 

 

 

 

0310

Komponent tal-introjtu minn tariffi u minn kummissjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

0320

Introjtu minn tariffi u minn kummissjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

0330

li minnhom: minn membri li jappartjenu għall-istess IPS

 

 

 

 

 

 

 

0340

(Komponent tal-ispejjeż tat-tariffi u tal-kummissjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

0350

(Spejjeż ta’ tariffi u ta’ kummissjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

0360

(li minnhom: lil membri li jappartjenu għall-istess IPS)

 

 

 

 

 

 

 

0370 - 0480

3.

Komponent finanzjarju (FC, financial component)

0370

Komponent tal-portafoll tan-negozjar

 

 

 

 

 

 

 

0380

Profitt jew (-)telf nett applikabbli għall-portafoll tan-negozjar

 

 

 

 

 

 

 

0390

Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar jew għall-finijiet ta’ negozjar, nett

 

 

 

 

 

 

 

0400

Portafoll tan-negozjar - Qligħ jew (-) telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, nett

 

 

 

 

 

 

 

0410

Portafoll tan-negozjar - Differenzi fil-kambju [qligħ jew (-) telf], nett

 

 

 

 

 

 

 

0420

Komponent tal-portafoll bankarju

 

 

 

 

 

 

 

0430

Qligħ jew (-)telf nett applikabbli għall-portafoll bankarju

 

 

 

 

 

 

 

0440

Qligħ jew (-) telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf, nett

 

 

 

 

 

 

 

0450

Qligħ jew (-) telf fuq assi finanzjarji mhux għan-negozjar b’mod obbligatorju bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett

 

 

 

 

 

 

 

0460

Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett

 

 

 

 

 

 

 

0470

Portafoll bankarju - Qligħ jew (-) telf mill-kontabilità tal-iħħeġġjar, nett

 

 

 

 

 

 

 

0480

Portafoll bankarju - Differenzi fil-kambju [qligħ jew (-) telf], nett

 

 

 

 

 

 

C 16.03 — DIŻAGGREGAZZJONI TA’ RISKJU OPERAZZJONALI (OPR BD) - Telf, spejjeż, provvedimenti u impatti finanzjarji oħra li jirriżultaw minn avvenimenti ta’ riskju operazzjonali:

C 16.03 — DIŻAGGREGAZZJONI TA’ RISKJU OPERAZZJONALI (OPR BD, Operational Risk Breakdown) — Telf, spejjeż, provvedimenti u impatti finanzjarji oħra li jirriżultaw minn avvenimenti ta’ riskju operazzjonali

 

Valur ta’ kontabilità

SENA-3

SENA-2

IS-SENA L-OĦRA

0010

0020

0030

0010-0080

Telf, spejjeż, provvedimenti u impatti finanzjarji oħra minħabba avvenimenti ta’ riskju operazzjonali kif ġej:

 

 

 

0010

(Spejjeż tal-imgħax)

 

 

 

0020

(Spejjeż operatorji oħra)

 

 

 

0030

(Spejjeż amministrattivi)

 

 

 

0040

(Deprezzament minħabba avvenimenti ta’ riskju operazzjonali)

 

 

 

0050

(Provvedimenti jew (-) riversjar tal-provvedimenti)

 

 

 

0060

(Indeboliment jew (-) riversjar tal-indeboliment)

 

 

 

0070

(Oħrajn)

 

 

 

0080

(Total)

 

 

C 16.04 — RISKJU OPERAZZJONALI - Informazzjoni dwar sussidjarji soġġetti għall-Artikolu 314(3) CRR:

C 16.04 — RISKJU OPERAZZJONALI - Informazzjoni dwar sussidjarji soġġetti għall-Artikolu 314(3) CRR

 

 

Isem tal-Entità Legali

Kodiċi LEI

ILDC

IC

AC

DC

Ringieli

0010

0020

0030

0040

0050

0060

 

 

 

 

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2475/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)