|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2473 |
8.12.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2473
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal Betabaculovirus phoperculellae, ħadid elementali u żejt taż-żerriegħa tal-lift f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għas-sustanzi attivi Betabaculovirus phoperculellae u ħadid elementali, ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu ta’ residwi (“MRLs”) speċifiku. Għaldaqstant għal dawk is-sustanzi attivi japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Billi ma kien meħtieġ l-ebda MRL għas-sustanza attiva żejt taż-żerriegħa tal-lift (kolza), dik is-sustanza attiva ġiet inkluża temporanjament fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni approvat lil Betabaculovirus phoperculellae bħala sustanza attiva (2) b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), l-esponiment għal dik is-sustanza ma joħloqx riskji għas-saħħa tal-konsumaturi (4). Għalhekk jixraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni approvat il-ħadid elementali bħala sustanza attiva b’riskju baxx (5) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità kkonkludiet li l-esponiment naturali tal-pjanti għall-ħadid elementali mill-ħamrija huwa mistenni li jkun ogħla mill-esponiment marbut mal-użu tiegħu bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti (6). Għalhekk jixraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(4) |
Iż-żejt taż-żerriegħa tal-lift huwa sustanza attiva approvata diġà inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fuq bażi temporanja (7). Skont l-Awtorità, is-sustanza mhijiex mistennija li jkollha proprjetajiet perikolużi, u l-esponiment mill-użi bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti x’aktarx li ma jkunx ogħla mill-esponiment permezz tal-ikel (8). Għalhekk huwa xieraq li din is-sustanza attiva tinżamm fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li titħassar ir-referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna li tindika l-inklużjoni temporanja tagħha fl-Anness IV. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/103 tat-22 ta’ Jannar 2025 li japprova s-sustanza attiva Betabaculovirus phoperculellae bħala sustanza attiva b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2025/103, 23.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/103/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).
(4) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Phthorimaea operculella granulovirus. EFSA Journal 2024;22(8): e8976. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8976.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/845 tal-5 ta’ Mejju 2025 li japprova s-sustanza attiva ħadid elementali bħala sustanza attiva b’riskju baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2025/845, 6.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/845/oj).
(6) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance elemental iron. EFSA Journal 2024;22(10): e9056. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9056.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Annessi II, III u IV dwar il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ċerti prodotti (ĠU L 234, 30.8.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/839/oj).
(8) Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance rape seed oil. EFSA Journal 2022;20(5): e07305. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7305.
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna 1 wara l-entrata “Żjut tal-pjanti/Żejt tal-kolza” titħassar; |
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin: “ Betabaculovirus phoperculellae; Ħadid elementali”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2473/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)