European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2471

5.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2471

tal-4 ta’ Diċembru 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998.

(2)

Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2020/1998, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċe rnaw 27 persuna fiżika u 12-il entità jiġu aġġornati.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DANIELSEN


(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati numru 5, 6, 7, 8, 20, 22, 23, 26, 34, 35, 43, 44, 58, 60, 84, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 113, 114, 115, 116, 119 u 121 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“5.

ZHU Hailun

朱海仑

(ortografija Ċiniża)

Pożizzjoni(jiet): Irtirat minn Mejju 2021

Membru tat-13th National People’s Congress of the People’s Republic of China (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lix-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR); Membru tan-National People’s Congress Supervisory and Judicial Affairs Committee (mid-19 ta’ Marzu 2018)

Data tat-twelid: Jannar 1958

Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Central Political and Legal Affairs Commission tax-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR)

13th People’s Congress tal-XUAR (korp leġiżlattiv lokali)

Eks Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tax-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR) u eks Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-XUAR (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Kap tal-iStanding Committee of the 13th People’s Congress tal-XUAR, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021 iżda baqa’ attiv sa tal-inqas Marzu 2021). Membru tat-13th National People’s Congress of the People’s Republic of China (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lil-XUAR. Membru tan-National People’s Congress Supervisory and Judicial Affairs Committe tal-Poplu mid-19 ta’ Marzu 2018.

Bħala Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fil-XUAR. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-‘arkitett’ ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala Viċi Kap tal-iStanding Committee of the 13th People’s Congress tal-XUAR (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fil-XUAR fejn għadu għaddej il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

22.3.2021

6.

WANG Junzheng

王君正

(ortografija Ċiniża)

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-20 Communist Party of China (CPC) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il National People’s Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Segretarju tal-Partit tal-Communist Party of China (CPC) tat-Tibet Autonomous Region (TAR);

Direttur tal-Foreign Affairs Committee tat-Tibet Autonomous Region (TAR) (minn Mejju 2024); eks Segretarju tal-Partit tax-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC), u Viċi Segretarju tal-Party Committee tax-Xinjiang Uyghur Autonomous Region taċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group

Data tat-twelid: Mejju 1963

Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Indirizz: Lhasa, Tibet

Entitajiet assoċjati: Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC

Segretarju tal-Communist Party of China (CPC) tat-Tibet Autonomous Region (TAR) minn Ottubru 2021. Membru tal-20 CPC) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il National People’s Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

Eks Segretarju tal-Partit tax-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC) u Viċi Segretarju tal-Party Committee tax-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR) taċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-XPCC minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll pożizzjonijiet għolja oħra fl-XPCC.

L-XPCC hija organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-XPCC, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-XPCC. F’dik il-pożizzjoni, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira imposti fuq l-Ujguri u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-XPCC ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.

Hu kien ukoll responsabbli għall-użu sistematiku mill-XPCC tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.

Bħala Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-XUAR, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fil-XUAR. Bħala tali, kellu pożizzjoni politika importanti, inkarigat bis-sorveljenza u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel.

22.3.2021

7.

WANG Mingshan

王明山

(ortografija Ċiniża)

Pożizzjoni(jiet): Deputat tal-14-il National People’s Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Viċi Direttur tal-iStanding Committee tal-Party Committee tax-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR)

Data tat-twelid: Jannar 1964

Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Indirizz: Urumqi, Xinjiang

Viċi Direttur (minn Frar 2024) u eks membru tal-iStanding Committee tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR). Deputat tal-14-il National People’s Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) bejn l-2017 u Jannar 2021.

Bħala Viċi Direttur u eks Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR (Settembru 2020 – Frar 2024), Wang Mingshan hu responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fil-XUAR. Bħala tali, għandu pożizzjoni politika importanti, inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujguri u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-XPSB (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien direttament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta’ big data użat biex isegwi miljuni ta’ Ujguri fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.

Fil-pożizzjoni attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom.

22.3.2021

8.

CHEN Mingguo

陈明国

(ortografija Ċiniża)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Segretarju tal-Communist Party of China (CPC) u membru tal-iStanding Committee tax-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR) (minn Diċembru 2024);

Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR (minn Frar 2024);

Membru tal-iStanding Committee tal-Communist Party of China (CPC) tal-XUAR (minn Frar 2024)

Data tat-twelid: Ottubru 1966

Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Indirizz: Urumqi, Xinjiang

Entitajiet assoċjati: Central Political and Legal Affairs Commission tal-XUAR

Segretarju tas-Central Political and Legal Affairs Commission tax-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR) u Membru tal-iStanding Committee tas-CPC tal-XUAR minn Frar 2024.

Eks Direttur tax-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) minn Jannar 2021 u Viċi President tax-XUAR People’s Government.

Bħala Segretarju tas- Central Political and Legal Affairs Commission ta’ Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR), Membru tal-iStanding Committee tas-CPC tal-XUAR u eks Direttur tal-XPSB, Chen Mingguo għandu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u huwa involut direttament fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u persuni minn minoranzi etniċi Musulmani oħra. B’mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta’ big data użat biex isegwi miljuni ta’ Ujguri fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew tat-twemmin tagħhom.

22.3.2021

20.

Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO

Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО

(Ortografija Russa)

 

Aleksandr Maloletko kien kollaboratur mill-qrib ta’ Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala ‘difensur tal-Patrija’ u bħala l-Kap tal-‘Veteran’s Interests Defenders League’ kienet imfaħħra pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA, u huwa responsabbli talli appoġġa l-atti tal-Wagner Group.

25.2.2023

22.

Dimitri SYTII

magħruf ukoll bħala Dimitri SYTY, magħruf ukoll bħala Dmitry SYTIY

Дмитрий СЫТИЙ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian house of Bangui

Data tat-twelid: 23.3.1989

Post tat-twelid: Minsk (Belarus)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217 St Petersburg, Russian Federation

Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), u kellu rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat mit-tmexxija tal-politika ta’ influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

23.

Mikhail Sergeyevich POTEPKIN

Михаил Сергеевич ПОТЕПКИН

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur Meroe Gold

Data tat-twelid: 19.9.1981 jew 29.9.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 651697952 (passaport Russu)

Indirizz: Sudan

Kumpaniji assoċjati: Megaline; Concord; IT-Debugger

Mikhail Potepkin huwa direttur ta’ Meroe Gold, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f’M-Invest, il-kumpanija omm ta’ Meroe. Huwa għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Bl-affiljazzjoni tiegħu mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

26.

Andrei Sergeevich MANDEL

Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ

(Ortografija Russa)

Data tat-twelid: 2.3.1990

Post tat-twelid: Germany

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 753615660

Andrei Mandel huwa l-kap ta’ M-Invest, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Mandel huwa assoċjat ma’ Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. Rapporti reċenti jistqarru li Mandel ħadem ukoll għal Wagner fil-Mali.

25.2.2023

34.

Gordon Koang BIEL

Magħruf ukoll bħala Gordon Koang Char BIEL, Koang Biel CHAR, Koang NYALUALGO

 

Pożizzjoni(jiet): Kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch

Post tat-twelid: South Sudan

Nazzjonalità: Sud Sudaniża

Sess: raġel

Gordon Koang Biel kien il-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch (Unity State, is-Sudan t’Isfel) minn Frar 2021 sa Novembru 2024.

F’din il-pożizzjoni, huwa ordna lil milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta’ Unity State bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt.

Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Biel huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

35.

Toe UI

magħruf ukoll bħala: Toe YI

 

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-Anti-Corruption Commission

Grad: Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Myanmarjana/Burmiża

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa membru tal-Anti-Corruption Commission tal-awtoritajiet militari fil-Myanmar. Huwa kien Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni mit-3 ta’ Frar 2023 sat-2 ta’ Frar 2025. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa inkarigat ukoll bil-ġbir ta’ intelligence.

Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta’ Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.

Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

43.

Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV

Сергей Геннадьевич ПОДОПРИГОРОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 8.1.1974

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: 16c2, Shmitovskiy Proyezd, Apartment 52.Moscow, Russia, 123100

(Шмитовский пр-д, 16с2, Москва, Россия, 123100. Квартира 52)

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Moscow City Court, Sergei Podoprigorov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ppresieda l-kulleġġ tal-Imħallfin fil-Moscow City Court li fis-17 ta’ April 2023 ikkundanna lill-attivist tal-oppożizzjoni Kara-Murza għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F’April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b’mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta’ individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Kara Murza nħeles fl-iskambju ta’ priġunieri tal-2024 f’Ankara.

Qabel, Podoprigorov, bħala Mħallef fil-qorti distrettwali ta’ Tverskoi ta’ Moska, kien ħa żewġ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ Sergei Magnitsky, li kixef il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina ta’ uffiċjali tal-gvern Russu u aktar tard ġie ppersegwitat u miet f’ħabs Russu.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

44.

Dmitriy Viktorovich KOMNOV

Дмитрий Викторович КОМНОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni: Logutenent Kurunell, eks Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska - SIZO-5 ‘Vodnik’.

Data tat-twelid: 17.5.1977

Post tat-twelid: Kashira Region, Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Komnov kien uffiċjal għoli tas-sistema penitenzjarja Russa. Huwa kien il-Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska SIZO-5 ‘Vodnik,’ fejn kien qed jinżamm Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b’mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta’ individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Kara-Murza ddeterjorat b’mod konsiderevoli minn meta bdiet id-detenzjoni tiegħu f’April 2022. Komnov huwa responsabbli għat-trattament degradanti ta’ Kara-Murza peress li ntbagħat f’ċellola ta’ kastig minkejja disturb serju fin-nervituri kkawżat minn żewġ avvelenamenti preċedenti.

It-trattament ħażin ta’ Kara-Murza fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ġestit minn Komnov jikkonferma x-xejra ta’ prattika stabbilita ta’ trattament inuman ta’ avversarji tar-reġim detenuti. Huwa kien il-gwardja taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ‘Butyrka’ fi żmien meta l-kundizzjonijiet intollerabbli wasslu għall-mewt tal-attivist kontra l-korruzzjoni Sergei Magnitsky.

Kara Murza nħeles fl-iskambju ta’ priġunieri tal-2024 f’Ankara.

Għalhekk, Komnov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż trattament degradanti u ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

58.

Abdul Hakim HAQQANI

Magħruf ukoll bħala Mawlawi Sheikh Abdul Hakim Haqqani Ishaqzai;

‘Shaikhul Hadis’ Maulvi Abdul Hakim ‘Haqqani’

شیخ الحدیث مولوي عبدالحکیم حقاني

لقضات شیخ عبدالحکیم حقاني

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan

Qazi al-Quzzat (Imħallef Suprem)

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Panjwayi, Kandahar province, Afghanistan

Nazzjonalità: Afgana

Sess: raġel

Abdul Hakim Haqqani huwa l-aġent Prim Imħallef attwali tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, maħtur mit-tmexxija Talibana fl-2021. F’din il-kapaċità, huwa uża b’mod effettiv is-sistema legali biex jimplimenta r-repressjoni abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa billi eskluda l-imħallfin nisa mis-sistema tal-qrati Afgana u rrestrinġa sistematikament l-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja, bi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. Fit-8 ta’ Lulju 2025, il-QKI ħarġet mandat ta’ arrest għal Haqqani minħabba l-allegata responsabbiltà tiegħu għad-delitt kontra l-umanità ta’ persekuzzjoni għal raġunijiet ta’ ġeneru u dawk politiċi.

Lil hinn mir-rwol tiegħu bħala aġent Prim Imħallef tat-Taliban, Abdul Hakim Haqqani Ishaqzaih għandu l-funzjoni ta’ mexxej ideoloġiku fit-Taliban. Permezz tal-aċċess personali tiegħu għall-mexxej tat-Taliban Haibatullah Akhundzada, huwa eżerċita influwenza politika sabiex isawwar l-ideoloġija tat-Taliban fir-rigward tar-repressjoni tal-ġeneru, b’mod partikolari billi ta gwida għall-esklużjoni sistematika tan-nisa u tal-bniet mill-ħajja pubblika fl-Afganistan.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b’mod partikolari għall-ksur tad-dritt tan-nisa għal aċċess għall-ġustizja u għad-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

20.7.2023

60.

James Mark NANDO

 

Pożizzjoni(jiet): Maġġur Ġeneral, South Sudan People’s Defence Forces (SSPDF)

Post tat-twelid: Ezo, Ezo County, Western Equatoria, South Sudan

Indirizz: Juba, South Sudan

Nazzjonalità: Sud Sudaniża

Sess: raġel

James Nando huwa uffiċjal anzjan fis-South Sudan People’s Defence Forces (SSPDF), li għandu l-grad ta’ Maġġur Ġeneral. Huwa jikkmanda l-forzi fl-istat tal-Ekwatorji tal-Punent tas-Sudan t’Isfel li wettqu attakki mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili. Il-forzi tiegħu użaw b’mod sistematiku l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru bħala mezz biex il-popolazzjoni tiġi terrorizzata.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Maġġur Ġeneral, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, li jinkludu l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru. Sal-2025, huwa għadu militarment attiv u għadu involut f’atti ta’ vjolenza kontra persuni ċivili.

20.7.2023

84.

Kirill Sergeevich NIKIFOROV

Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Vladimir Regional Court

Data tat-twelid: 14.3.1992

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Sergeevich Nikiforov huwa mħallef fil-Vladimir Regional Court. Fil-kapaċità preċedenti tiegħu bħala imħallef tal-Kovrov City Court, huwa ċaħad il-kawża tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra IK-6 biex jappella kontra t-trasferiment tiegħu lejn ċella ta’ kastig għal 12-il jum. Waqt il-priġunerija tiegħu f’IK-6, l-uffiċjali regolarment qiegħdu lil Alexei Navalny f’ċella ta’ kastig għal allegat ksur minuri. Konsegwentement, huwa qatta’ xhur f’iżolament li wassal għal deterjorament sinifikattiv ta’ saħħtu.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ mħallef fil-Kovrov City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

106.

Neria BEN PAZI

magħruf ukoll bħala Naria BEN FAZ

 

Data tat-twelid: 28.11.1993

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità: 311509004

Fl-aħħar snin, Neria Ben Pazi stabbilixxa ħafna mill-aktar insedjamenti mhux uffiċjali vjolenti fix-Xatt tal-Punent.

Huwa wieħed mill-awturi ewlenin tal-ispostament furzat tal-komunità Bedwina ta’ Wadi Seeq viċin Ramallah f’Ottubru 2023. Neria Ben Pazi ilu akkużat mill-2021 li attakka ripetutament il-Palestinjani f’Wadi Seeq u f’Deir Jarir u l-azzjonijiet tiegħu ġew imqabbla mat-tortura. Fit-12 ta’ Ottubru 2023, huwa pparteċipa f’attakk vjolenti f’Wadi Seeq, fejn Palestinjani ġew imsawta b’mod sever, manettati u fotografati bil-ħwejjeġ ta’ taħt. L-abitanti tal-insedjamenti għaddew l-urina fuqhom u tfew is-sigaretti fuqhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-Palestinjani, inkluż it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19.4.2024

107.

Yinon LEVI

magħruf ukoll bħala Yinon LEVY

 

Data tat-twelid: 12.12.1992

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità: 203807276

Yinon Levi ħa sehem f’diversi atti vjolenti kontra villaġġi ġirien mir-residenza tiegħu fl-insedjament mhux uffiċjali tal-isfruttament agrikolu ta’ Meitarim.

Dan jinkludi b’mod partikolari li kien jidħol għal għarrieda u jagħmel il-ħsara fi djar tal-familji Palestinjani, inkluż fil-preżenza tan-nisa u t-tfal, kif ukoll li kien jitlaq il-klieb fuq rgħajja Palestinjani biex jattakkawhom fiżikament filwaqt li jħalli l-merħla tiegħu tirgħa fuq l-artijiet privati tagħhom.

Levi kien involut fl-attakk vjolenti mill-abitanti tal-insedjamenti fit-28 ta’ Lulju 2025 fil-villaġġ tax-Xatt tal-Punent ta’ Umm Al-Khair, li fih Levi spara u qatel lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Awdah Hathaleen.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem immirati lejn id-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19.4.2024

108.

Meir Mordechai ETTINGER

מאיר אטינגר

(Ortografija Ebrajka)

Pożizzjoni(jiet): membru ta’ Hilltop Youth

Data tat-twelid: 4.10.1991

Post tat-twelid: Kiryat Moshe, Jerusalem, Israel

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Entità assoċjata: Hilltop Youth

Meir Ettinger huwa figura ewlenija ta’ Hilltop Youth, grupp radikali taż-żgħażagħ li jikkonsisti minn membri magħrufa għal atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent.

Hilltop Youth stabbilixxa l-insedjament mhux uffiċjali fl-għoljiet fix-Xatt tal-Punent u jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa ‘price tag attacks’. Il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani hija ta’ natura sistematika.

Meir Ettinger jinkoraġġixxi u jinċita attakki u jipparteċipa f’intimidazzjoni biex iġiegħel lill-Palestinjani jitilqu minn arthom. Huwa kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ insedjamenti u ċentri illegali fuq artijiet Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, billi uża u skuża tattiċi ta’ intimidazzjoni, fastidju u vjolenza.

Meta kien diġà meqjus bħala parti minn Hilltop Youth, fl-2015 huwa kien involut f’attakk ta’ ħruq doluż fatali fuq dar tax-Xatt tal-Punent Palestinjan li qatel żewġ ġenituri u binhom ta’ 18-il xahar.

Għalhekk, Meir Ettinger huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent u għall-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ tali atti. Dawk l-abbużi u l-ksur huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19.4.2024

109.

Elisha YERED

אלישע ירד

(Ortografija Ebrajka)

Pożizzjoni(jiet): membru ta’ Hilltop Youth

Data tat-twelid: 2001

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Entità assoċjata: Hilltop Youth

Elisha Yered huwa attivista Iżraeljan tal-abitanti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u magħruf bħala affiljat ma’ Hilltop Youth, grupp radikali taż-żgħażagħ li jinvolvi ruħu f’atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent.

Hilltop Youth jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa ‘price tag attacks’. Din il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani hija ta’ natura sistematika.

Elisha Yered jinkoraġġixxi atti bħal dawn u jipparteċipa fihom. Huwa jinċita regolarment il-vjolenza kontra l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent inkluż billi jqassam messaġġi biex, pereżempju, ‘jiġi eliminat’ villaġġ Palestinjan.

F’April 2024, Elisha Yered ikkoordina u inċita attakki mill-abitanti tal-insedjamenti li ħallew erba’ Palestinjani mejta, għexieren ta’ persuni midruba, għexieren ta’ djar u aktar minn 100 karozza maħruqin fi 11-il villaġġ, u eluf ta’ annimali maqtula. Huwa bagħat messaġġi fuq WhatsApp fejn appella għal ‘kastig kollettiv kontra l-poplu qattiel Għarbi’. Dan l-attakk kien wieħed mill-aktar intensi u sistematiċi f’għexieren ta’ snin.

Huwa personalment ta fastidju lil familja Palestinjana, bl-użu ta’ lingwaġġ intimidanti u ta’ theddid biex jimpedixxi l-libertà ta’ moviment tagħhom fuq l-art tagħhom stess u huwa involut fil-qerda tal-proprjetà tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent.

Elisha Yered kien parti minn grupp ta’ abitanti ta’ insedjamenti armati li fl-4 ta’ Awwissu 2023 imxew ’il quddiem mid-direzzjoni taċ-ċentru illegali ta’ Oz Zion għall-villaġġ Palestinjan ta’ Burqa viċin Ramallah. L-abitanti ta’ insedjamenti sparaw balal lejn il-Palestinjani, li wasslu għall-mewt ta’ Palestinjan ta’ 19-il sena, Qusai Jammal Mi’tan u darbu għadd ta’ Palestinjani oħra.

Għalhekk, Elisha Yered huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent u għall-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ tali atti, u huwa responsabbli għall-promozzjoni ta’ mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dak il-ksur jew l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19.4.2024

110.

Moshe SHARVIT

משה שרביט

(Ortografija Ebrajka)

Data tat-twelid: 13.11.1994

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità: 206223000

Indirizz: Tirzah Valley Farm outpost, West Bank, Occupied Palestinian Territories

Entitajiet assoċjati: Moshe’s Farm

Moshe Sharvit huwa abitant ta’ insedjament Iżraeljan fil-Wied tal-Ġordan, li jgħix f’insedjament mhux uffiċjali qrib villaġġ, imsejjaħ ‘Tirza Valley Farm’, u magħruf ukoll bħala ‘Moshe’s Farm’.

Moshe Sharvit huwa involut fi vjolenza u theddid mill-abitanti tal-insedjamenti fil-konfront tar-residenti Palestinjani f’komunitajiet ta’ rgħajja qrib l-insedjament tiegħu fuq l-għoljiet fix-Xatt tal-Punent.

Il-fastidju tiegħu kontra dawk il-komunitajiet żdied minn Ottubru 2023. Moshe Sharvit spiss iffastidja lill-Palestinjani b’mod verbali u fiżiku, u ordnalhom li jħallu djarhom u l-proprjetajiet tagħhom. F’Ottubru 2023, dik l-imġiba wasslet biex ċivili Palestinjani ħarbu mill-villaġġ tagħhom ta’ Ein Shibli. Huwa uża lingwaġġ ta’ theddid kontra irġiel, nisa u tfal Palestinjani u attakka fiżikament persuna anzjana. L-atti tiegħu jinkludu t-tfigħ ta’ ġebel lill-Palestinjani u l-bhejjem tagħhom, is-sewqan intenzjonat f’merħliet u għelieqi kkultivati, l-iskjerament ta’ klieb biex jattakkaw liil-Palestinjani u l-bhejjem tagħhom, u abbuż fiżiku tal-annimali permezz ta’ lembubi u frosti. Fis-6 ta’ Marzu 2025, qorti ta’ Ġerusalemm ipprojbiet lil Sharvit milli javviċina kumpless ta’ familja Palestinjana qrib l-insedjament mhux uffiċjali tiegħu, wara attakki u fastidju ripetuti.

Għalhekk, Moshe Sharvit huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

111.

Zvi BAR YOSEF

magħruf ukoll bħala Zvi BAR-YOSEF

 

Data tat-twelid: 20.9.1992

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità: 204377998

Entitajiet assoċjati: Zvi’s Farm

Zvi Bar Yosef stabbilixxa l-insedjament mhux awtorizzat magħruf bħala ‘Zvi’s Farm’ fix-Xatt tal-Punent, fil-Lvant tal-insedjament ta’ Halamish. L-insedjament okkupa madwar 2 500 dunams / 620 ettaru li ġew ikkultivati mill-irħula ta’ Jibya, Kaubar (Kobar) u Umm Safa.

Fl-2019, 2021 u 2023, Zvi Bar Yosef ripetutament attakka u wettaq atti ta’ vjolenza kontra l-Palestinjani minn dawk l-irħula, li kkawżaw korrimenti serji lil xi wħud minnhom. Bar Yosef għadu jgħix fi Zvi’s Farm. L-istorja ta’ vjolenza tiegħu biddlet iż-żona tal-madwar f’żona projbittiva hekk kif il-Palestinjani ma jistgħux jibqgħu jaċċessaw l-għelieqi tagħhom stess.

Għalhekk, Zvi Bar Yosef huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbużi tad-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

113.

Baruch MARZEL

 

Pożizzjoni(jiet): Membru ta’ Otzma Yehudit

Data tat-twelid: 23.4.1959

Post tat-twelid: Boston, USA

Nazzjonalità: Amerikana, Iżraeljana

Sess: raġel

Indirizz: Tel Rumeida settlement, Hebron, Occupied Palestinian Territories

Baruch Marzel huwa l-fundatur tal-partit politiku tal-lemin estrem ‘Otzma Yehudit’, li bħalissa huwa mmexxi minn Itamar Ben Gvir. Il-partit jirrappreżenta waħda mill-aktar ideoloġiji estremisti ta’ Iżrael u huwa parti mill-moviment Kahanist. Fis-snin 90, kien il-mexxej tal-partit Kahane sakemm ġie pprojbit mill-awtoritajiet Iżraeljani fl-1994.

Fl-2019, Baruch Marzel ġie pprojbit mill-Qorti Suprema Iżraeljana milli joħroġ għall-elezzjonijiet parlamentari għax il-qorti sabet li kien għamel bosta rimarki razzisti.

Baruch Marzel jappella għall-ħolqien ta’ Iżrael Akbar fejn il-Palestinjani ma jkollhomx post. Huwa jappella apertament għal tindif etniku tal-Palestinjani u jiċħad id-dritt tal-Palestinjani għal arthom stess. Minn meta beda l-kunflitt ta’ Gaża, huwa appella ripetutament biex l-għajnuna umanitarja lil Gaża tiġi mblukkata u biex il-popolazzjoni kollha ta’ Gaża tiġi ttrasferita bil-forza.

Għalhekk, Baruch Marzel huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-promozzjoni sistematika tal-mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża, li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

114.

Ben-Zion ‘Bentzi’ GOPSTEIN

בן ציון גופשטיין

(Ortografija Ebrajka)

Pożizzjoni: fundatur u mexxej ta’ Lehava

Data tat-twelid: 10.9.1969

Nazzjonalità: Iżraeljana

Sess: raġel

Numru tal-karta tal-identità: 024526394

Indirizz: Givat HaAvot, Kiryat Arba, Occupied Palestinian Territories

Entitajiet assoċjati: Lehava

Ben-Zion ‘Bentzi’ Gopstein, li jgħix fl-insedjament ta’ Kiryat Arba (ix-Xatt tal-Punent), huwa l-fundatur u l-mexxej tal-organizzazzjoni estremista ‘Lehava’, organizzazzjoni li tidderiva mill-moviment Kahanist, bl-għan li ‘tiġġieled l-assimilazzjoni fl-Art Imqaddsa’.

Ben-Zion ‘Bentzi’ Gopstein jippromwovi viżjoni li tiċħad id-drittijiet tal-Palestinjani kollha u jappella għat-tmiem tal-preżenza Palestinjana f’Iżrael u fit-Territorji Palestinjani.

Ben-Zion ‘Bentzi’ Gopstein huwa pprojbit mill-Qorti Suprema Iżraeljana milli joħroġ għall-elezzjonijiet ta’ Knesset tal-2019 minħabba li huwa ‘jinċita sistematikament ir-razziżmu kontra l-pubbliku Għarbi’. Fl-2025, huwa nstab ħati ta’ inċitament għat-terrur, wara li attakka l-Iżraeljani Għarab, u ddikjara ‘L-għedewwa fostna huma kanċer, u jekk ma neħilsux minn dan il-kanċer, mhux ser inkunu nistgħu nkomplu neżistu hawnhekk bħala Lhud’.

Gopstein ilu mill-2023 jagħti pariri lill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali tal-lemin estrem Itamar Ben-Gvir u uffiċjali għolja tal-pulizija dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà. Wara attakk terroristiku f’Ġerusalemm tal-Lvant, huwa ppropona li l-ministru jieħu miżuri brutali inkluż qtil immirat, demolizzjonijiet tad-djar, l-imblokk ta’ viċinati sħaħ, u leġiżlazzjoni għad-deportazzjoni tal-familji tal-aggressuri.

Għalhekk, Ben-Zion ‘Bentzi’ Gopstein huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem li jikkonsistu fil-promozzjoni tal-mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża, li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

115.

Abdel Karim Mahmoud (Mahmood, Mohammad) IBRAHIM

عبد الكريم محمود إبراهيم

(Ortografija Għarbija)

Pożizzjoni(jiet): Kap Kmandant tal-Armata Sirjana

Post tat-twelid: Tartous, Syria

Nazzjonalità: Sirjana

Sess: raġel

Abdel Karim Mahmoud Ibrahim kien il-kap kmandant tal-Armata Sirjana bejn l-2022 u Diċembru 2024.

L-Istat Sirjan taħt ir-reġim ta’ al-Assad, inkluż il-militar tiegħu, wettaq tortura sistematika u mifruxa, stupru u vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru kontra persuni ċivili.

Bħala l-kap kmandant tal-Armata Sirjana, Abdel Karim Mahmoud Ibrahim huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi armati taħt il-kmand tiegħu.

Abdel Karim Mohammad Ibrahim huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż għal tortura u vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

22.7.2024

116.

Ali Mahmoud ABBAS

علي محمود عباس

(Ortografija Għarbija)

Pożizzjoni(jiet): Ministru għad-Difiża u Viċi Kap Kmandant tal-Armata

Data tat-twelid: 2.11.1964

Post tat-twelid: Rif Dimashq, Syria

Nazzjonalità: Sirjana

Sess: raġel

Ali Mahmoud Abbas kien Ministru għad-Difiża tas-Sirja u Viċi Kap Kmandant tal-Armata Sirjana bejn l-2022 u Diċembru 2024.

L-Istat Sirjan taħt ir-reġim ta’ al Assad, inkluż il-militar tiegħu, wettaq tortura sistematika u mifruxa, stupru kif ukoll vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru kontra persuni ċivili.

Bħala l-Ministru għad-Difiża tas-Sirja u Viċi Kap Kmandant tal-Armata Sirjana, Ali Mahmoud Abbas huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi armati taħt il-kmand tiegħu.

Għalhekk, Ali Mahmoud Abbas huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

22.7.2024

119.

Muhammad Hussein AL-JASIM

magħruf ukoll bħala Abu AMSHA, Muhammad Husayn AL-JASIM, Muhammad AL-JASSIM BIN HUSSEIN, Mohamed ALJASEM, al-Amshat

محمد حسين الجاسم

أبو عمشة

محمد حسين الجاسم

محمد الجاسم بن حسين

محمد الجاسم

(Ortografija Għarbija)

Pożizzjoni(jiet):

Data tat-twelid: 1985

Post tat-twelid: Al-Jawsa, Hama Governorate, Syria

Nazzjonalità: Sirjana

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati:

Sultan Sulaiman Shah Brigade

Muhammad Hussein al-Jasim huwa l-fundatur u l-mexxej tas-Sultan Sulaiman Shah Brigade, milizzja armata Sirjana attiva fil-gwerra ċivili Sirjana.

F’Marzu 2025, is-Sultan Sulaiman Shah Brigade, taħt il-kmand ta’ Muhammad Hussein al-Jasim, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta’ persuni ċivili.

Muhammad Hussein Al-Jasim huwa għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż qtil arbitrarju.

28.5.2025

121.

Miqdad Lu’ay FATIHA

magħruf ukoll bħala Miqdad FATIHA, Miqdad FUTAIHA, Abu Jafar, Abu Jaafar, Abu Ja’ afa, Miqdad Fteha

مقداد لؤيّ فتيحة

مقداد فتيحة

(Ortografija Għarbija)

Data tat-twelid: 19.6.1989

Post tat-twelid: Jableh, Latakia, Syria

Nazzjonalità: Sirjana

Sess: raġel

Indirizz: Syria/Lebanon

Miqdad Fatiha huwa eks membru tas-Syrian Republican Guard, li minn dak iż-żmien ’l hawn ġiet xolta. F’dan ir-rwol kien responsabbli għal ħafna ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili ieħor tal-priġunieri.

Wara l-waqgħa tar-reġim ta’ al-Assad f’Diċembru 2024, Miqdad Fatiha fforma milizzji fir-reġjuni kostali tas-Sirja, li kebbsu tensjonijiet settarji u inċitament għall-vjolenza. L-unitajiet taħt il-kmand tiegħu kienu involuti fil-vjolenza settarja ta’ Marzu 2025 fir-reġjun kostali tas-Sirja li rriżultat fit-telf ta’ mijiet ta’ ħajjiet ta’ ċivili.

Bħala l-mexxej tal-milizzji, Miqdad Fatiha huwa għalhekk responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor.

23.6.2025”;

(2)

fit-Taqsima “B. Persuni fiżiċi, entitajiet u korpi”, l-entrati numru 1, 2, 5, 6, 7, 9, 28, 29, 30, 31, 34 u 35 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“1.

Xinjiang Production and Construction Corps Public Security Bureau

新疆生产建设兵团公安局

(ortografija Ċiniża)

Indirizz: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Telefown: +86 991 598 8114

Tip ta’ entità: Aġenzija Governattiva

Post ta’ reġistrazzjoni: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Data tar-reġistrazzjoni: April 1984

Post prinċipali tan-negozju: Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Individwi assoċjati:

Guangqiu YANG 杨光秋 (2.2017-2.2023);

Zhiyong GONG 龚志勇 (Minn 2.2023-);

Segretarju tas-CPC/Kap tal-Pulizija/Kap Spettur tal-XPCC Public Security Bureau;

Ix-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC) Public Security Bureau huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-XPCC relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċentri ta’ detenzjoni. L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

Bħala l-organizzazzjoni inkarigata mill-politiki tas-sigurtà fl-XPCC, l-XPCC Public Security Bureau huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira kkawżati fuq l-Ujgur u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, b’rabta ma’, fost l-oħrajn, l-implimentazzjoni min-naħa tal-XPCC ta’ sorveljanza, detenzjoni u programmi ta’ indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn minoranzi etniċi Musulmani.

Bħala parti mill-programm imsemmi hawn fuq, l-XPCC juża lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra bħala forza tax-xogħol furzata, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala l-organizzazzjoni inkarigata minn politiki tas-sigurtà fl-XPCC, l-XPCC Public Security Bureau huwa responsabbli għall-użu sistematiku ta’ xogħol furzat.

22.3.2021

2.

Supreme Public Prosecutor’s Office (magħruf ukoll bħala Office of the Prosecutor of the Democratic People’s Republic of Korea (DPRK))

 

 

Is-Supreme Public Prosecutor’s Office huwa istituzzjoni, li tissorvelja l-proċedimenti kriminali kollha fid-Democratic People’s Republic of Korea (DPRK), inkluż l-investigazzjoni, l-interrogazzjoni, iż-żamma taħt arrest u l-proċess kriminali.

Is-Supreme Public Prosecutor’s Office jintuża għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ persuni għal għemil ħażin politiku fi proċessi kriminali fundamentalment inġusti. Huwa jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà istituzzjonali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’ħabsijiet komuni u f’ċentri ta’ detenzjoni tal-interrogazzjoni billi jonqos milli jinforza d-drittijiet ta’ detenuti qabel il-proċess u priġunieri kkundannati. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeri għas-Sigurtà tal-Istat u għas-Sigurtà Soċjali, huwa jerfa’ r-responsabbiltà u jipprovdi leġittimità għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-amministrazzjoni tas-sigurtà tad-DPRK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

22.3.2021

5.

Wagner Group (magħruf ukoll bħala Grupp Vagner, PMC Wagner, Liga, League)

Группа Вагнера

(magħruf ukoll bħala ЧВК ‘Вагнер’)

(Ortografija Russa)

 

Il-Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur tal-Korp Slavoniku. Huwa kien immexxi minn Dimitriy Utkin u ffinanzjat minn Yevgeny Prigozhin. Permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, il-Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu.

Il-Wagner Group huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), is-Sudan, il-Mali u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.

13.12.2021

6.

Lobaye Invest SARLU

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Central African Republic)

Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017

Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru ‘NIF’, Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic

Informazzjoni oħra: Fergħa ta’ M-Finans

Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata rreġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, li kienet ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa pożizzjoni eżekuttiva għolja f’Wagner Group, u minn Yevgeny Khodotov, li kien assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest tħaddem minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Sengo, stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan li jmexxi kampanji ta’ diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA.

Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA.

25.2.2023

7.

DIAMVILLE

 

Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019

Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519

Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic

Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati:

Yevgeny Prigozhin (deċedut), Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest

Diamville hija kumpanija faċċata li tintuża mill-Wagner Group preżenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta’ djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Dimitri Sytii u preċedentement Yevgeny Prigozhin. Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tappoġġa abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA.

25.2.2023

9.

Radio Centrafricaine Lengo Sengo

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui, Central African Republic

Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018

Post prinċipali tan-negozju: Galabadja Bangui, Commune de Bangui Galabadja, 8eme Arr.

[GPS]-> 4.4070, 18.5465

Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f’operazzjonijiet ta’ influwenza online f’isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija tmexxi kampanji ta’ diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata li qabel kienet marbuta ma’ Yevgeny Prigozhin u konnessa mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tagħha fir-RCA.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA.

Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

28.

Hilltop Youth (magħruf ukoll bħala No’ar HaGva’ot)

נוער הגבעות

(Ortografija Ebrajka)

Individwi assoċjati:

Meir Mordechai Ettinger; Elisha Yered

Hilltop Youth huwa grupp radikali taż-żgħażagħ li jikkonsisti minn membri magħrufa għal atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent.

Il-grupp jistabbilixxi insedjamenti mhux uffiċjali fl-għoljiet fix-Xatt tal-Punent u jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa ‘price tag attacks’. Din il-vjolenza mill-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom hija ta’ natura sistematika u wasslet għat-trasferiment furzat ta’ komunitajiet sħaħ.

Għalhekk, Hilltop Youth huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fosthom it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi serji tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja tal-familja u dik privata tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19.4.2024

29.

Moshe’s Farm (magħruf ukoll bħala Tirza Valley Farm Outpost)

החווה של משה

(Ortografija Ebrajka)

Indirizz: West Bank, Occupied Palestinian Territories

Data tar-reġistrazzjoni: 2021

Individwi assoċjati:

Moshe Sharvit

Moshe’s Farm, magħruf ukoll bħala Tirza Valley Farm, huwa proprjetà tal-abitant ta’ insedjament Iżraeljan Moshe Sharvit, u ġie mwaqqaf minnu fl-2020. Moshe Sharvit huwa involut fi vjolenza u theddid mill-abitanti tal-insedjamenti fil-konfront tar-residenti Palestinjani f’komunitajiet ta’ rgħajja qrib l-insedjament tiegħu fuq l-għoljiet fix-Xatt tal-Punent.

Moshe’s Farm huwa insedjament illegali li jinsab madwar 1,5 kilometru fix-Xlokk tal-insedjament ta’ Hamra, fix-Xatt tal-Punent. Moshe’s Farm espanda minn mindu twaqqaf, u bħalissa jinkludi diversi binjiet residenzjali, lukanda għall-vjaġġaturi u kumpless għal avvenimenti. Il-lukanda tista’ takkomoda sa 100 persuna, u l-binjiet kollha ġew stabbiliti mingħajr permessi u għalhekk huma illegali. Sa mit-twaqqif ta’ Moshe’s Farm, kien ċentru ta’ vjolenza u fastidju kontra l-komunitajiet ta’ rgħajja Palestinjani u kien il-bażi minn fejn Moshe Sharvit u r-residenti l-oħra tal-azjenda agrikola iwettqu vjolenza u fastidju kontra l-Palestinjani. Fis-6 ta’ Marzu 2025, qorti ta’ Ġerusalemm ipprojbiet lil Sharvit milli javviċina kumpless ta’ familja Palestinjana qrib l-insedjament mhux uffiċjali tiegħu fix-Xatt tal-Punent, wara attakki u fastidju ripetuti.

Għalhekk, Moshe’s Farm huwa entità assoċjata ma’ Moshe Sharvit, elenkat għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

30.

Zvi’s Farm

החווה של צבי

(Ortografija Ebrajka)

Indirizz: Halamish, West Bank, Occupied Palestinian Territories

Individwi assoċjati:

Zvi Bar Yosef

Zvi’s Farm huwa insedjament tal-biedja illegali u mhux awtorizzat fit-territorju Palestinjan, qrib Halamish, fix-Xatt tal-Punent.

Zvi’s Farm jinsab f’medda tax-Xatt tal-Punent, taħt kontroll militari Iżraeljan sħiħ u tospita residenti Palestinjani.

Zvi’s Farm huwa operat minn Zvi Bar Yosef, li juża l-insedjament bħala bażi li minnha huwa jwettaq vjolenza kontra r-residenti Palestinjani u jipprevjeni lill-bdiewa Palestinjani milli jaċċessaw u jużaw l-artijiet tagħhom. L-insedjament okkupa madwar 2 500 dunams / 620 ettaru li ġew ikkultivati mill-irħula ta’ Jibya, Kaubar (Kobar) u Umm Safa.

Fl-2019, 2021 u 2023, Zvi Bar Yosef ripetutament attakka u wettaq atti ta’ vjolenza kontra l-Palestinjani minn dawk l-irħula, li kkawżaw korrimenti serji lil xi wħud minnhom.

Għalhekk, Zvi’s Farm huwa entità assoċjata ma’ Zvi Bar Yosef, elenkata għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbużi tad-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

31.

Tzav 9 (magħruf ukoll bħala Tsav 9; Order 9)

 

Sit web: https://www.tzav9.co.il/faq

Tzav 9 huwa grupp Iżraeljan ta’ attivisti vjolenti mwaqqfa b’mod konġunt f’Jannar 2024 minn Reut Ben Haim u Aviad Shlomo Sarid. Reut Ben Haim u Yossef (Sefi) Ben Haim bħalissa jmexxu l-grupp.

Skont is-sit web tiegħu, iż-żewġ missjonijiet ewlenin ta’ Tzav 9 huma li jimblokka trakkijiet tal-provvista li jwasslu għajnuna umanitarja, inkluż l-ikel, l-ilma u l-fjuwil, lejn Gaża; u, li jagħmel ħsara lil-leġittimità tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib f’Iżrael.

Minn Jannar 2024, Tzav 9 imblokka regolarment trakkijiet tal-għajnuna umanitarja. Fit-18 ta’ Jannar 2024, il-grupp wettaq l-ewwel imblokki ta’ kunsinni ta’ għajnuna f’Kerem Shalom. Fit-13 ta’ Mejju 2024 fil-punt ta’ kontroll ta’ Tarqumiyah, Tzav 9 ħa sehem fi protesta vjolenti kontra sewwieq ta’ trakk. Fis-16 ta’ Mejju 2024 fix-Xatt tal-Punent, Tzav 9 kien involut f’attakk kontra trakk tal-ikel. Inċidenti oħra seħħew, inter alia, fiż-żoni ta’ Kerem Shalom u Nitzana. L-attivisti ta’ Tzav 9 interċettaw trakkijiet tal-għajnuna fit-22, is-27 u l-31 ta’ Mejju, it-13, is-17 u d-19 ta’ Lulju u l-4 u s-6 ta’ Awwissu 2025, fil-punt ta’ qsim ta’ Allenby, fil-port ta’ Ashdod u fit-triq li twassal hemmhekk, b’mod notevoli f’Arad u Dimona. L-azzjonijiet imwettqa jinkludu protesti vjolenti, attakki kontra trakkijiet tal-ikel u l-qerda tal-ikel. Dawk l-azzjonijiet ikkontribwew aktar għas-sitwazzjoni diġà mwiegħra tal-popolazzjoni ċivili f’Gaża.

Għalhekk, Tzav 9 huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

15.7.2024

34.

Sultan Sulaiman Shah Brigade (magħrufa wkoll bħala Suleiman Shah Brigade, al-Amshat, Amshat)

فرقة السلطان سليمان شاه

(Ortografija Għarbija)

Individwu/i assoċjati:

Muhammad Hussein al-Jasim

Is-Sultan Sulaiman Shah Brigade hija milizzja armata maħluqa fl-2016, attiva fil-gwerra ċivili Sirjana. Twaqqfet fl-2016 f’Jarabulus minn Muhammad Hussein al-Jasim, magħruf ukoll bħala Abu Amsha u ssostni li għandha aktar minn 2 000 ġellied, prinċipalment Turkmeni.

F’Marzu 2025, is-Sultan Sulaiman Shah Brigade, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta’ persuni ċivili.

Is-Sultan Sulaiman Shah Brigade hija għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż qtil arbitrarju ta’ persuni ċivili.

28.5.2025

35.

The Hamza Division (magħrufa wkoll bħala Hamzat)

فرقة الحمزة

(Ortografija Għarbija)

Individwu/i assoċjati:

Sayf Boulad Abu Bakr

Il-Hamza Division hija milizzja armata maħluqa fl-2016 u li topera fis-Sirja. Matul il-gwerra ċivili Sirjana, il-Hamza Division kienet responsabbli għal bosta atti ta’ tortura fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tagħha, għal estorsjoni u għal spostament furzat ta’ persuni ċivili, speċjalment fir-reġjun ta’ Afrin u Aleppo.

F’Marzu 2025, il-Hamza Division, taħt il-kmand ta’ Sayf Boulad Abu Bakr, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta’ persuni ċivili.

Il-Hamza Division hija għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż tortura u qtil arbitrarju.

28.5.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2471/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)