European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2453

30.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2453

tas-26 ta’ Novembru 2024

fil-każ SA.101557 (2023/NN, ex-2022/PN) — Franza — Servizzi marittimi lejn Korsika (2023–2030)

(notifikata bid-dokument C(2024) 8473)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk l-artikoli (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Fażi ta’ qabel in-notifika

(1)

Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Jannar 2022, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-Bord tat-Trasport ta’ Korsika (“l-OTC”, “Office des transports de la Corse”) kien ħa passi sabiex jiddetermina jekk kienx hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku relatata mas-servizzi marittimi bejn Korsika u Franza kontinentali. Il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ qabel in-notifika fid-19 ta’ Jannar 2022, irreġistrata taħt SA.101557. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-osservazzjonijiet inizjali tagħhom lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri tad-19, tal-25 u tas-27 ta’ Jannar 2022.

(2)

Permezz ta’ ittri u ittri elettroniċi tal-4 u tal-15 ta’ Frar u tat-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Franċiżi. L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew it-tweġibiet tagħhom fil-15 ta’ Frar, u fis-7 u fil-31 ta’ Marzu 2022.

(3)

Permezz tal-ittri tal-15 ta’ Marzu, tat-8 ta’ April, u tad-19 u tal-20 ta’ Mejju 2022, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tagħhom li jagħtu ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz, għal perjodu ta’ 8 snin (2023-2030), għat-trasport marittimu ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-ħames portijiet ta’ Ajaccio, ta’ Bastia, ta’ Porto-Vecchio, ta’ Propriano u tal-L’Île-Rousse (“il-PSCs”, “Public Service Contracts”, jew “il-miżuri”).

(4)

Permezz tal-ittri u l-ittri elettroniċi tal-20 ta’ April, tat-30 ta’ Mejju, tat-12 ta’ Lulju, tal-11 ta’ Awwissu, tat-3, tat-18, tal-21, tat-23 u tat-30 ta’ Novembru, u tal-1 u tat-2 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Franċiżi. Huma ssottomettew it-tweġibiet tagħhom bl-ittri u bl-ittri elettroniċi tas-7 u tat-22 ta’ Ġunju, tat-22 u tas-27 ta’ Lulju, tal-10, tat-13 u tal-14 ta’ Ottubru, tat-8, tal-10, tal-11, tas-17, tat-22, tal-24, tal-25 u tat-30 ta’ Novembru, u tal-1 u tat-2 ta’ Diċembru 2022.

(5)

Matul il-fażi ta’ qabel in-notifika, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw laqgħat fl-1, fis-17 u fit-22 ta’ Frar, fit-18 ta’ Marzu, fil-5 ta’ April, fit-28 ta’ Ġunju, fil-11 ta’ Lulju, u fil-15, fil-21 u fit-30 ta’ Novembru 2022. Bi tħejjija għal dawn il-laqgħat jew wara li seħħew, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni addizzjonali fil-21 ta’ Frar, fit-22 ta’ Marzu u fit-12 ta’ Lulju 2022.

(6)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni rċiviet informazzjoni ġenerali mingħand parti terza fl-14 ta’ April, fis-17, fil-21, fit-22 u fit-30 ta’ Ġunju, fil-25 ta’ Lulju, fit-2 u fit-30 ta’ Settembru, fil-5 u fis-26 ta’ Ottubru u fit-2 ta’ Diċembru 2022, kif ukoll fit-30 u fil-31 ta’ Jannar 2023.

1.2.   Notifika tal-miżuri mill-awtoritajiet Franċiżi u l-ilment ta’ Corsica Ferries

(7)

Fis-27 ta’ Diċembru 2022, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-PSCs b’mod elettroniku. Peress li din in-notifika ma kinitx kompluta, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fis-16 ta’ Frar 2023. L-awtoritajiet Franċiżi ssupplimentaw in-notifika tagħhom bl-ittri elettroniċi tal-5 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2023.

(8)

Fit-23 ta’ Marzu 2023, Corsica Ferries ressqet ilment formali lill-Kummissjoni li bih ikkontestat il-legalità u l-kompatibbiltà tal-miżuri fir-rigward, b’mod partikolari, tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-awtoritajiet Franċiżi u talbet informazzjoni addizzjonali fil-11 ta’ April u fil-5 ta’ Ġunju 2023. L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew il-kummenti tagħhom dwar l-ilment u informazzjoni addizzjonali fit-28 ta’ Ġunju, fit-28 ta’ Lulju u fis-27 ta’ Ottubru 2023.

(10)

Corsica Ferries ipprovdiet ukoll informazzjoni addizzjonali dwar l-ilment tagħha permezz tal-ittri elettroniċi tat-13 ta’ Ottubru u tal-20 ta’ Diċembru 2023. Il-Kummissjoni bagħtet dik l-informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet Franċiżi fil-21 ta’ Diċembru 2023, u l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għaliha permezz ta’ ittra elettronika fis-6 ta’ Frar 2024.

1.3.   Ftuħ mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-miżuri

(11)

Permezz ta’ deċiżjoni datata t-23 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Franċiżi li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-PSCs (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”).

(12)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Franċiżi u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu il-kummenti tagħhom dwar il-PSCs.

(13)

Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fis-27 ta’ Marzu 2024. Wara li rċeviet dawk il-kummenti, il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lill-awtoritajiet Franċiżi fit-23 ta’ April, fit-13 u fit-30 ta’ Mejju, fl-14 u fil-21 ta’ Ġunju, fit-2 u fid-9 ta’ Lulju, u l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għalihom fit-23 u fil-31 ta’ Mejju, fit-13 ta’ Ġunju u fid-9, fil-11, fit-12 u fis-17 ta’ Lulju 2024, rispettivament.

(14)

Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand diversi partijiet interessati, jiġifieri Corsica Ferries (it-22 ta’ April 2024), Corsica Linea (id-29 ta’ April 2024), La Méridionale (id-29 ta’ April 2024) u l-Grupp Stef (id-29 ta’ April 2024) (3).

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet lil Franza l-kummenti ta’ Corsica Ferries (fit-23 ta’ April 2024), u minn Corsica Linea, La Méridionale u l-Grupp Stef (fit-30 ta’ April 2024), u tatha l-opportunità li tirreaġixxi għal dawk il-kummenti. Franza wieġbet għall-kummenti ta’ Corsica Ferries fil-25 ta’ Ġunju u fil-11 ta’ Lulju 2024. Ma xtaqitx tikkummenta dwar is-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati l-oħrajn.

2.   SERVIZZI MARITTIMI BEJN KORSIKA U FRANZA KONTINENTALI

2.1.   Karatteristiċi soċjoekonomiċi ta’ Korsika

(16)

Korsika hija gżira Franċiża li tinsab fil-Baħar Mediterran. Hija kkaratterizzata minn art muntanjuża, minn żoni protetti u b’mod partikolari minn żoni rurali kbar (4). Il-gżira għandha popolazzjoni ta’ kważi 350 000 abitant, li minnhom madwar 53 % jgħixu f’żoni urbani u 47 % f’żoni rurali (5). Din il-ġeografija restrittiva tagħmel lil Korsika wieħed mill-anqas reġjuni b’popolazzjoni densa fi Franza, b’densità tal-popolazzjoni ta’ 39 abitant għal kull km2. Din hija ferm anqas mill-medja Franċiża ta’ 105 abitant għal kull km2 (6).

(17)

Id-densità baxxa tal-popolazzjoni tfisser li hemm distanzi sinifikanti għall-ivvjaġġar bejn id-djar u l-postijiet tax-xogħol jew il-postijiet tad-divertiment. F’Korsika jsiru aktar vjaġġi u vjaġġi itwal meta mqabbla mal-medja nazzjonali (7). Barra minn hekk, skont l-INSEE (“L’Institut national de la statistique et des études économiques”), (8) it-topografija u n-natura rurali tal-muniċipalitajiet u l-iskarsezza tat-trasport pubbliku jfissru li jintużaw aktar vetturi personali għal vjaġġi ta’ kuljum (86 % meta mqabbla ma’ 72 % fi Franza metropolitana) (9).

(18)

Korsika ma għandha l-ebda infrastruttura tal-awtostradi. Għandha network tat-toroq limitat li jikkonsisti f’madwar 10 toroq territorjali kif ukoll f’toroq sussidjarji. Dawn it-toroq fihom ħafna liwjiet u jikkontribwixxu għal ħinijiet tal-ivvjaġġar itwal, (10) jikkumplikaw il-kundizzjonijiet tat-traffiku, (11) u jżidu r-riskju ta’ aċċidenti tat-traffiku. Korsika għandha l-ogħla rata ta’ fatalitajiet fit-toroq fi Franza (12). Skont l-Osservatorju Franċiż għas-Sikurezza fit-Toroq, dawn il-karatteristiċi huma aggravati mit-turiżmu. L-Osservatorju jistma li kull sena l-wasla u t-tluq ta’ madwar 500 000 karozza ttrasportata fuq servizzi marittimi skedati kważi jirdoppja t-traffiku medju ta’ kuljum fit-toroq ta’ Korsika matul il-perjodu tas-sajf (13).

(19)

L-ekonomija ta’ Korsika hija essenzjalment ibbażata fuq is-settur terzjarju (14). Fost is-servizzi tagħha, it-turiżmu (15) u l-bejgħ bl-imnut (16) huma fost il-muturi ewlenin tal-ġid u tal-ħolqien tax-xogħol fil-gżira. L-ekonomija lokali hija dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet minn Franza kontinentali. Fl-2019, l-importazzjonijiet minn Franza kontinentali kienu kważi ħames darbiet ogħla mill-esportazzjonijiet (17).

(20)

Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Novembru 2020 dwar il-konċentrazzjoni tas-swieq f’Korsika u l-impatt assoċjat fuq il-kompetizzjoni lokali (“l-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni”), (18) l-awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża tiddikjara li “l-insularità hija l-limitazzjoni speċifika ewlenija fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tal-gżira, peress li l-aċċess għas-swieq jista’ jitnaqqas b’kostijiet addizzjonali kkawżati mill-iżolament ġeografiku” (19). Għalhekk, l-awtorità tal-kompetizzjoni tqis li “l-insularità u d-distanza ġeografika minn Franza kontinentali jżidu l-kostijiet tal-provvista, peress li l-użu tat-trasport marittimu huwa strutturalment aktar għali”. Għalhekk, “l-operaturi ekonomiċi huma ristretti minn katina tal-provvista aktar kumplessa milli fuq l-art kontinentali” (20).

(21)

Pereżempju, fis-settur tad-distribuzzjoni tal-fjuwil, l-awtorità tal-kompetizzjoni tinnota diskrepanza sinifikanti bejn il-prezz tal-fjuwil imħallas mill-konsumaturi f’Korsika u dak imħallas fi Franza kontinentali (21). Skont l-awtorità tal-kompetizzjoni, dik id-differenza hija parzjalment spjegata mill-fatt li Korsika hija fornita bi fjuwil bil-baħar biss, u dan iżidilha l-prezz finali. It-trasport tal-fjuwils bit-triq għall-istazzjonijiet ta’ servizz huwa aktar għali wkoll, peress li t-terren muntanjuż iżid iż-żmien tat-trasport. Fl-aħħar nett, in-natura staġunali tad-domanda marbuta mal-istaġun turistiku tas-sajf tfisser li l-istokkijiet iridu jiġu ġestiti fuq bażi ta’ eżatt fil-ħin, li jwassal għar-riskju ta’ kwoti, li jistgħu jikkawżaw kostijiet addizzjonali sinifikanti, peress li l-imħażen taż-żejt ta’ Korsika għandhom kapaċità ta’ ħżin limitata (22).

(22)

Bl-istess mod, il-prodotti tal-ikel u tal-konsumatur huma ħafna aktar għaljin f’Korsika milli fil-bqija ta’ Franza, b’differenzi ta’ 14 % u ta’ 11 %, rispettivament (23). L-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni tqis li dan huwa parzjalment dovut għal fatturi strutturali, marbutin mal-insularità u mal-istaġunalità. Il-katina tal-provvista miċ-ċentri tax-xiri fin-Nofsinhar ta’ Franza hija estiża wkoll minħabba l-użu neċessarju tat-trasport marittimu (24). Il-kapaċità ta’ ħżin limitata tal-ħwienet ta’ Korsika tfisser ukoll li l-merkanzija trid tiġi kkonsenjata aktar ta’ spiss milli fi Franza kontinentali, u ma tippermettilhomx jibbenefikaw mill-istess skontijiet miċ-ċentri tax-xiri bħall-ħwienet li jinsabu fi Franza kontinentali (25).

(23)

B’mod ġenerali, l-INSEE jinnota li Korsika hija l-ifqar reġjun ta’ Franza metropolitana: Fl-2018, 18,5 % tan-nies li jgħixu Korsika kienu jgħixu taħt is-soll tal-faqar, meta mqabbla ma’ 14 % fil-livell nazzjonali. Din is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali marret għall-agħar ukoll bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021 (26) u l-inflazzjoni għolja li tirriżulta prinċipalment miż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel mill-2022 ’il quddiem (27).

2.2.   Infrastruttura tal-portijiet użata għas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika

2.2.1.   Il-portijiet ta’ Franza kontinentali

(24)

Il-portijiet ta’ Franza kontinentali li jintużaw għas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali huma l-portijiet ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza (“il-portijiet ta’ Franza kontinentali”).

(25)

Marsilja tinsab aktar minn 60 km minn Toulon (madwar 45 minuta bit-triq permezz tal-awtostrada A50, u anqas minn siegħa bil-ferrovija (28)) u kważi 200 km minn Nizza (madwar sagħtejn u nofs bit-triq permezz tal-awtostrada A8). Toulon tinsab 150 km minn Nizza (madwar siegħa u 45 minuta bit-triq permezz tal-awtostradi A57 u A8, u siegħa u 45 minuta bil-ferrovija (29)).

Illustrazzjoni 1

Il-portijiet ta’ Franza kontinentali u l-portijiet ta’ Korsika

Image 1

Sors:

Gecodia.

2.2.1.1.   Il-port ta’ Marsilja

(26)

Il-port ta’ Marsilja huwa wieħed mill-akbar fi Franza. Dan jospita numru kbir ta’ konnessjonijiet marittimi nazzjonali u internazzjonali, u jinsab qrib il-belt ta’ Marsilja, it-tieni l-akbar waħda fi Franza skont il-popolazzjoni.

(27)

L-awtorità tal-port ta’ Marsilja, il-Grand Port Maritime de Marseille, hija aġenzija industrijali u kummerċjali pubblika.

(28)

Il-port ta’ Marsilja huwa port globali b’infrastruttura li tippermetti li jiġu ġestiti t-tipi kollha ta’ traffiku. Għandu żewġ baċiri ewlenin:

id-dokk tal-Lvant (fil-Punent ta’ Marsilja), b’għaxar terminali marittimi, jintuża l-aktar mil-laneċ, mill-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija u mill-bastimenti tal-kruċiera, u għandu tarzna;

id-dokk tal-Punent (Fos-Sur-Mer) huwa ddedikat għall-movimenti interkontinentali kbar ta’ merkanzija (enerġija, karozzi, kontejners, merkanzija speċjali, eċċ.).

(29)

Id-dokk tal-Lvant għandu erba’ terminali marittimi li jilqgħu laneċ u vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inklużi ż-żewġ terminali nazzjonali ta’ Joliette u ta’ Arenc, li jospitaw b’mod partikolari t-traffiku marittimu kurrenti lejn Korsika (b’aktar minn 10 postijiet ta’ rmiġġ disponibbli). Dawn iż-żewġ terminali huma konnessi direttament ma’ tliet awtostradi: l-A7, li taqsam il-kuritur kollu ta’ Rhône minn Lyon sa Marsilja; l-A50, li tgħaqqad lil Marsilja ma’ Toulon fil-Lvant; u l-A55, li tgħaqqad lil Marsilja ma’ Martigues fil-Punent.

2.2.1.2.   Il-port ta’ Toulon

(30)

Il-port ta’ Toulon jospita konnessjonijiet marittimi nazzjonali u internazzjonali (Spanja, l-Italja). Għandu erba’ terminali madwar ir-reġjun ta’ Toulon: żewġ terminali fi Braégaillon u żewġ terminali li jinsabu fiċ-ċentru tal-belt ta’ Toulon u La Seyne-sur-Mer, rispettivament. Il-port ta’ Toulon huwa mmexxi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ VAR (“CCI ta’ Var”, “La chambre de commerce et d’industrie du Var”).

(31)

It-terminal tan-Nofsinhar f’Brégaillon huwa ddedikat kompletament għat-trasport ta’ pakketti tqal, filwaqt li t-terminal tat-Tramuntana (“Toulon-Brégaillon”) huwa mgħammar b’post wieħed ta’ rmiġġ sabiex jilqa’ esklużivament it-trasport tal-merkanzija. It-terminal f’La Seyne-sur-Mer jintuża esklużivament għall-bastiment tal-kruċiera, filwaqt li t-terminal taċ-ċentru tal-belt (“Toulon-Port de Commerce”), bi tliet postijiet ta’ rmiġġ, jintuża għal-laneċ, għall-bastimenti tal-kruċiera u għall-bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. It-terminal ta’ Toulon-Port de Commerce bħalissa jilqa’ s-servizzi kollha tat-trasport marittimu bejn Toulon u Korsika. Il-port ta’ Toulon huwa relattivament qrib l-awtostrada A50 u l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Toulon.

2.2.1.3.   Il-port ta’ Nizza

(32)

Il-port ta’ Nizza jinsab fiċ-ċentru tal-belt. Huwa mmexxi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nizza f’Côte d’Azur (is-CCI ta’ Nizza f’Côte d’Azur, “Chambre de Commerce et d’Industrie Nice Côte d’Azur”). Għandu żewġ terminali, kull wieħed b’żewġ postijiet ta’ rmiġġ li jistgħu jakkomodaw laneċ u bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Iż-żewġ terminali jintużaw prinċipalment għall-bastimenti tal-kruċiera u għat-traffiku tal-passiġġieri u, sa ċertu punt anqas, għat-traffiku tal-merkanzija. Il-port ta’ Nizza huwa relattivament ’il bogħod mill-infrastruttura tal-awtostrada (madwar għaxar kilometri), filwaqt li l-istazzjon tal-ferrovija tinsab pjuttost qrib.

2.2.2.   Il-portijiet ta’ Korsika

(33)

Il-portijiet ta’ Korsika b’konnessjonijiet marittimi ma’ Franza kontinentali huma dawk ta’ Bastia, ta’ Ajaccio, ta’ L’Île-Rousse, ta’ Porto-Vecchio u Propriano (“il-portijiet ta’ Korsika”).

(34)

Propriano huwa l-uniku port ta’ Korsika b’rotta waħda biss li tikkollegah ma’ Franza kontinentali (ma’ Marsilja). Il-portijiet ta’ Korsika l-oħrajn kollha għandhom konnessjonijiet mat-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali (Marsilja, Toulon, Nizza).

(35)

Il-portijiet ta’ Korsika lkoll huma ġestiti mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Korsika (“is-CCI ta’ Korsika”).

(36)

Il-belt ta’ Bastia tinsab fil-Grigal ta’ Korsika. Tinsab madwar 70 km mil-L’Île-Rousse (siegħa u 40 minuta bil-karozza u kważi sagħtejn bit-trasport pubbliku), li tinsab fit-Tramuntana ta’ Korsika; 145 km minn Porto-Vecchio, fix-Xlokk tal-gżira, u 150 km minn Ajaccio. Il-belt ta’ Ajaccio, f’Korsika ċentrali lejn il-Punent, tinsab madwar 70 km minn Propriano (madwar siegħa u nofs bil-karozza u sagħtejn bit-trasport pubbliku), li tinsab fil-Lbiċ ta’ Korsika, u 140 km minn Porto-Vecchio. Propriano u Porto-Vecchio jinsabu 70 km ’l bogħod minn xulxin (madwar siegħa u nofs bil-karozza u sagħtejn bit-trasport pubbliku).

(37)

Bastia, Ajaccio u L’Île-Rousse biss għandhom stazzjon tal-ferrovija. Minn Porto-Vecchio, hemm servizzi tal-karozzi tal-linja interurbani lejn Ajaccio, Propriano u Bastia, filwaqt li minn Propriano hemm servizzi tal-karozzi tal-linja interurbani lejn Ajaccio u Porto-Vecchio. Table 1 u Table 2 juru d-distanzi stmati bejn il-postijiet bit-trasport pubbliku u l-frekwenza tas-servizzi:

Tabella 1

Is-servizzi ferrovjarji f’Korsika

 

Numru ta’ vjaġġi bir-ritorn (30) kull jum

Durata tal-vjaġġ

Ajaccio – Bastia

5

4 sigħat

Ajaccio – L’Île-Rousse

2

4 sigħat 45 min - 5 sigħat

Bastia – L’Île-Rousse

3

3 sigħat 15-il min

Sors:

Il-ferroviji ta’ Korsika.

Tabella 2

Is-servizzi bejn l-ibliet f’Korsika (kowċijiet)

 

Numru ta’ vjaġġi bir-ritorn kull jum

Durata tal-vjaġġ

Ajaccio – Propriano

5

Siegħa u 45 min

Ajaccio – Porto-Vecchio

4

3 sigħat 30 min

Propriano – Porto-Vecchio

3

Siegħa u 45 min

Bastia – L’Île-Rousse

2

Siegħa u 30 min

Sors:

L-awtorità reġjonali ta’ Korsika.

2.2.2.1.   Il-port ta’ Bastia

(38)

Bastia huwa l-akbar port f’Korsika f’termini ta’ volumi ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija, u jirrappreżenta kważi 60 % tat-traffiku totali bejn Korsika u Franza kontinentali. Dan huwa port internazzjonali peress li, minbarra s-servizzi lejn Marsilja, Toulon u Nizza, jospita wkoll rotot mal-Italja.

(39)

Il-port ta’ Bastia għandu terminal marittimu bi tmien postijiet ta’ rmiġġ li jistgħu jakkomodaw laneċ u bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Bħalissa qed jiġu kkunsidrati pjanijiet għall-espansjoni jew għall-bini ta’ port akbar, peress li l-port eżistenti huwa soġġett għal konġestjoni qawwija (31). Il-port, li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, huwa moqdi bit-triq territorjali 20 minn Bastia lejn Ajaccio.

2.2.2.2.   Il-port ta’ Ajaccio

(40)

Ajaccio huwa t-tieni l-akbar port f’Korsika f’termini ta’ volumi ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija. Minbarra l-konnessjonijiet marittimi regolari ma’ Marsilja, ma’ Toulon u ma’ Nizza, il-port ta’ Ajaccio jospita wkoll rotot staġunali lejn Porto Torres (Sardenja), Calvi u Propriano.

(41)

Il-port ta’ Ajaccio għandu terminal marittimu b’sitt postijiet ta’ rmiġġ li jistgħu jakkomodaw laneċ u bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Il-port, li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, huwa servut bit-triq territorjali 20 lejn Bastia fil-Grigal u bit-triq territorjali 40 lejn Bonifacio fil-ponta tan-Nofsinhar tal-gżira.

2.2.2.3.   Il-port ta’ L’Île-Rousse

(42)

Il-port ta’ L’Île-Rousse, li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, għandu terminal marittimu b’żewġ postijiet ta’ rmiġġ għal-laneċ u għall-bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Huwa l-uniku port ta’ Korsika awtorizzat sabiex jimmaniġġa oġġetti perikolużi tal-klassi 1 (sustanzi u oġġetti splussivi). Għandu aċċess rapidu għat-triq territorjali 30 li tgħaqqad lil Calvi (25 km lejn il-Punent) ma’ Ponte-Leccia f’Korsika ċentrali.

2.2.2.4.   Il-port ta’ Porto-Vecchio

(43)

Il-port ta’ Porto-Vecchio, li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, għandu terminal marittimu b’żewġ postijiet ta’ rmiġġ għal-laneċ u għall-bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għandu aċċess relattivament veloċi għat-triq territorjali 10 lejn Bonifacio fin-Nofsinhar u lejn Bastia fit-Tramuntana.

2.2.2.5.   Il-port ta’ Propriano

(44)

Il-port ta’ Propriano, li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, għandu terminal marittimu b’żewġ postijiet ta’ rmiġġ għal-laneċ u għall-bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għandu aċċess relattivament rapidu għat-triq territorjali 40 li tgħaqqad lil Bonifacio fin-Nofsinhar u Ajaccio fit-Tramuntana.

2.3.   Is-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali

(45)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew deskrizzjoni tas-servizzi tat-trasport marittimu operati bejn l-2016 u l-2020 (32). Bejn l-2016 u l-2020, tliet operaturi marittimi mexxew servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali: Corsica Ferries (minn Toulon u Nizza), Corsica Linea u La Méridionale (minn Marsilja). Ir-raba’ operatur, Moby Line, ukoll opera servizzi marittimi bejn Nizza u Korsika bejn l-2016 u l-2019.

2.3.1.   Trasport marittimu tal-merkanzija

(46)

It-trasport marittimu huwa l-mezz tat-trasport tal-merkanzija dominanti bejn Franza kontinentali u Korsika. B’mod ġenerali, il-livell tat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali jibqa’ relattivament stabbli matul is-sena. Ma naqasx b’mod sinifikanti matul il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19.

2.3.1.1.    Data dwar it-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali

(47)

Il-merkanzija marittima tiġi ttrasportata lejn Korsika biss minn Franza kontinentali fuq ir-rotot bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali u ta’ Korsika.

(48)

Fir-rigward tal-portijiet ta’ Franza kontinentali, il-biċċa l-kbira tat-trasport tal-merkanzija huwa kkonċentrat fuq rotot lejn/minn Marsilja (Table 3 u Table 4). Il-port ta’ Marsilja għandu sehem mis-suq relattivament stabbli ta’ madwar 80 % tat-traffiku totali tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika (Table 4).

Tabella 3

It-trasport tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Franza kontinentali (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, f’metri lineari  (33) )

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

1 570 993

1 802 005

1 835 525

1 853 897

1 747 015

Toulon

429 873

394 447

375 722

388 407

371 665

Nizza

30 891

34 746

25 352

18 834

32 607

Total

2 031 757

2 231 198

2 236 599

2 261 138

2 151 287

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

Tabella 4

It-trasport tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Franza kontinentali (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, %)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

77  %

81  %

82  %

82  %

81  %

Toulon

21  %

18  %

17  %

17  %

17  %

Nizza

2  %

2  %

1  %

1  %

2  %

Total

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

(49)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-portijiet ta’ Korsika, il-flussi huma kkonċentrati l-aktar fuq il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia (Table 5 u Table 6). Kif muri fit-Table 6, dawn iż-żewġ portijiet kellhom sehem mis-suq relattivament stabbli bejn l-2016 u l-2020 ta’ madwar 35 % (Ajaccio) u 50 % (Bastia) tat-traffiku totali tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika.

Tabella 5

It-trasport tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Korsika (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, LM)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Ajaccio

715 919

800 026

802 201

782 495

757 982

Bastia

1 006 938

1 088 862

1 079 361

1 082 717

1 037 295

Porto-Vecchio

147 864

171 071

183 007

205 642

194 656

Propriano

67 793

73 093

69 820

72 152

66 747

L’Île-Rousse

93 243

98 146

102 210

118 132

94 607

Total

2 031 757

2 231 198

2 236 599

2 261 138

2 151 287

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

Tabella 6

It-trasport tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Korsika (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, %)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Ajaccio

35  %

36  %

36  %

35  %

35  %

Bastia

50  %

49  %

48  %

48  %

48  %

Porto-Vecchio

7  %

8  %

8  %

9  %

9  %

Propriano

3  %

3  %

3  %

3  %

3  %

L’Île-Rousse

5  %

4  %

5  %

5  %

4  %

Total

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

2.3.1.2.   Tipi ta’ trasport marittimu tal-merkanzija

(50)

It-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Franza kontinentali u Korsika jsir biss permezz tat-trasport ro-ro, (34) bl-użu tal-bastimenti xierqa, jiġifieri “Ro-Pax” (bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija) (35) u bastimenti purament ro-ro puri (“Ro-Ro”) (li jittrasportaw merkanzija biss). Minbarra ċerti oġġetti speċjali (siment, pakketti tqal, eċċ.), it-trasport bejn Korsika u Franza kontinentali jsir biss permezz tal-Ro-Pax.

(51)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, (36) it-trasport tal-merkanzija ro-ro huwa maqsum f’“merkanzija rmunkata” u f’“merkanzija mhux irmunkata”.

(52)

Il-merkanzija rmunkata hija ddefinita bħala t-trasport ta’ merkanzija li tuża vettura tat-triq twila aktar minn 6 metri bil-mezz ta’ propulsjoni tagħha stess (vannijiet, trakkijiet u vetturi simili, kif ukoll semitrejlers flimkien ma’ trattur). Għalhekk, dawn il-vetturi jistgħu jiġu jittellgħu direttament fuq il-bastiment u jitniżżlu direttament minnu mis-sewwieq, mingħajr il-ħtieġa ta’ mmaniġġar mill-port. It-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali u l-portijiet ta’ Korsika kollha jimmaniġġaw merkanzija rmunkata.

(53)

Merkanzija mhux irmunkata hija ddefinita bħala t-trasport ta’ merkanzija bl-użu ta’ semitrejler (37). Matul l-imbarkazzjoni, is-semitrejler jinqala’ mit-trattur fuq il-moll tat-tluq u mbagħad jitqabbad ma’ vettura speċjali ta’ trazzjoni fil-port, qabel ma jgħaddi mill-operazzjoni ta’ rriversjar fil-port tal-wasla, fejn trattur ieħor jieħu t-trejler lejn id-destinazzjoni tiegħu. It-trasport tal-merkanzija mhux irmunkata jirrappreżenta l-akbar sehem tat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali (medja ta’ 64 % tal-LM totali ttrasportati bejn l-2016 u l-2020, meta mqabbla ma’ 36 % għall-merkanzija rmunkata).

2.3.1.2.1.   Merkanzija rmunkata

(54)

Fir-rigward tal-portijiet ta’ Franza kontinentali, it-trasport tal-merkanzija rmunkata huwa prinċipalment maqsum bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon (Table 7 u Table 8). Fil-port ta’ Marsilja, il-merkanzija rmunkata kienet tirrappreżenta medja ta’ madwar 20 % tal-merkanzija totali ttrasportata lejn/minn Korsika bejn l-2016 u l-2020.

Tabella 7

It-trasport ta’ merkanzija rmunkata skont il-port ta’ Franza kontinentali (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, LM)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

414 752

352 209

367 056

368 175

289 197

Toulon

429 873

394 447

375 722

388 407

371 665

Nizza

30 891

34 746

25 352

18 834

32 607

Total

875 516

781 402

768 130

775 416

693 469

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

Tabella 8

It-trasport ta’ merkanzija rmunkata skont il-port ta’ Franza kontinentali (importazzjonijiet/esportazzjonijiet, %)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

47  %

45  %

48  %

47  %

42  %

Toulon

49  %

50  %

49  %

50  %

54  %

Nizza

4  %

4  %

3  %

2  %

5  %

Total

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

2.3.1.2.2.   Merkanzija mhux irmunkata

(55)

Bejn l-2016 u l-2020, il-port ta’ Marsilja huwa l-uniku port ta’ Franza kontinentali li kien jimmaniġġa merkanzija mhux irmunkata lejn/minn Korsika. Il-portijiet kollha ta’ Korsika jimmaniġġaw merkanzija mhux irmunkata. Dan it-tip ta’ trasport jiġi mmaniġġat kompletament bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Korsika.

2.3.2.   It-trasport marittimu tal-passiġġieri

(56)

Is-servizzi marittimi tal-passiġġieri joperaw bejn Korsika u Franza/l-Italja. Bħala medja, bejn l-2014 u l-2019, il-konnessjonijiet ma’ Franza kontinentali kienu jirrappreżentaw madwar 65 % tat-trasport marittimu totali tal-passiġġieri, b’aktar minn 2,7 miljun passiġġier fl-2017 u l-2018, li naqsu għal 2,52 miljun passiġġier fl-2019. Fl-2020, wara l-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19, it-trasport marittimu tal-passiġġieri naqas bi 32 %.

(57)

Għall-kuntrarju tat-trasport marittimu tal-merkanzija, it-trasport marittimu tal-passiġġieri huwa staġunali, u d-domanda matul l-istaġun popolari (jiġifieri minn April sa Ottubru) hija ogħla milli matul il-bqija tas-sena.

(58)

Il-biċċa l-kbira tat-trasport marittimu tal-passiġġieri fil-portijiet ta’ Franza kontinentali huwa kkonċentrat f’Toulon (Table 9 u Table 10). Bejn l-2016 u l-2020, il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon żiedu l-ishma mis-suq tagħhom bi ftit, filwaqt li ta’ Nizza naqas b’mod konsiderevoli (Table 10).

Tabella 9

It-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Franza kontinentali (numru ta’ passiġġieri)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

606 071

653 643

690 855

662 846

476 414

Toulon

1 368 451

1 400 037

1 361 044

1 459 934

1 029 888

Nizza

713 983

697 494

672 930

404 433

224 162

Total

2 688 505

2 751 174

2 724 829

2 527 213

1 730 464

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

Tabella 10

It-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Franza kontinentali (%)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Marsilja

23  %

24  %

25  %

26  %

28  %

Toulon

51  %

51  %

50  %

58  %

60  %

Nizza

27  %

25  %

25  %

16  %

13  %

Total

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

(59)

Il-biċċa l-kbira tat-trasport marittimu tal-passiġġieri fil-portijiet ta’ Korsika huwa kkonċentrat f’Bastia u f’Ajaccio. Hekk kif jidher mit-Table 11 u mit-Table 12, id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-passiġġieri fost il-portijiet ta’ Korsika baqgħet relattivament stabbli.

Tabella 11

It-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Korsika (numru ta’ passiġġieri)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Ajaccio

967 182

1 008 021

983 285

926 771

629 585

Bastia

1 139 099

1 155 137

1 133 514

1 055 491

698 844

L’Île-Rousse

368 783

375 960

391 792

320 997

212 632

Porto-Vecchio

146 495

147 009

152 477

166 922

144 355

Propriano

66 946

65 047

63 761

57 032

45 048

Total

2 688 505

2 751 174

2 724 829

2 527 213

1 730 464

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

Tabella 12

It-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Franza kontinentali u Korsika skont il-port ta’ Korsika (%)

 

2016

2017

2018

2019

2020

Ajaccio

36  %

37  %

36  %

37  %

36  %

Bastia

42  %

42  %

42  %

42  %

38  %

L’Île-Rousse

14  %

14  %

14  %

13  %

12  %

Porto-Vecchio

5  %

5  %

6  %

7  %

8  %

Propriano

2  %

2  %

2  %

2  %

2  %

Total

100  %

100  %

100  %

100  %

100  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

2.4.   Il-qafas legali li jirregola l-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali

(60)

It-trasport marittimu ġie liberalizzat fl-Unjoni Ewropea fl-1992, meta ġie adottat ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ marittimu (“ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ”) (38). Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi qatt ma applikaw liberalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi tat-trasport marittimu fil-każ ta’ servizzi marittimi lejn Korsika, minħabba l-eżistenza ta’ ħtiġijiet tas-servizz pubbliku li jeħtieġu restrizzjoni ġenerali fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħal dawn.

(61)

Konsegwentement, bħalissa ma hemm l-ebda trasport purament kummerċjali bejn Franza kontinentali u Korsika. Is-servizzi tat-trasport marittimu huma pprovduti jew permezz ta’ skema ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (“l-iskema ta’ OSP”, “public service obligations”) kif definita fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ, jew permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz li jissodisfa d-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

2.4.1.   L-iskema tal-OSP

(62)

Permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 13/263 tal-Assemblea ta’ Korsika tal-20 ta’ Diċembru 2013, kif emendata mill-Assemblea fir-Riżoluzzjonijiet Nru 18/266 tagħha tas-27 ta’ Lulju 2018 u Nru 19/128 tal-25 ta’ April 2019, l-awtorità reġjonali ta’ Korsika (“is-CdC”, “Collectivité de Corse”) stabbiliet skema ta’ OSP li tistabbilixxi obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu rrispettati minn kwalunkwe operatur li jixtieq joffri servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali (“l-iskema ta’ OSP tal-2019”) (39).

(63)

L-iskema ta’ OSP tal-2019 tapplika għas-servizzi tat-trasport marittimu kollha mwettqin bejn il-portijiet ta’ Korsika u t-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali mill-1 ta’ Ottubru 2019 għal perjodu ta’ 10 snin – jiġifieri sat-30 ta’ Settembru 2029. Tipprevedi l-konformità ma’ numru ta’ obbligi, inkluż numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn li għandhom jiġu operati fuq kull rotta marittima matul is-sena kollha u n-nollijiet massimi għat-trasport ta’ merkanzija/passiġġieri li l-operaturi ma jistgħux jaqbżu. L-iskema ta’ OSP tal-2019 ma tipprevedi l-ebda kumpens finanzjarju lill-operaturi tat-trasport marittimu sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku li timponi.

2.4.2.   L-istorja tal-kuntratti pubbliċi ta’ servizz konklużi bejn l-1976 u l-2022

(64)

Storikament, u sal-lum, is-servizzi tat-trasport marittimu biss bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Korsika kienu s-suġġett ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz. Is-servizzi tat-trasport marittimu mill-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza ġew operati permezz ta’ skema ta’ OSP.

(65)

L-ewwel konċessjoni ta’ servizz pubbliku bejn l-impriża pubblika Société Nationale Corse Méditerranée (“SNCM”) u l-impriża privata Compagnie Méridionale de Navigation (issa La Méridionale), minn naħa waħda, u l-Istat Franċiż, min-naħa l-oħra, ġiet iffirmata fl-1976 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali bejn Korsika u Franza kontinentali għal perjodu ta’ 25 sena, jiġifieri sal-2001.

(66)

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2002, l-SNCM ipprovdiet servizz, permezz ta’ La Méridionale, bejn Marsilja u Korsika permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz konkluż mas-CdC għal perjodu ta’ 5 snin.

(67)

Mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, SNCM u La Méridionale pprovdew dak is-servizz skont kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz konkluż fis-7 ta’ Ġunju 2007 (“PSC tal-2007-2013”) li jkopri l-ħames rotot kollha bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika. Il-Kummissjoni ddikjarat parti mill-kumpens mogħti skont il-PSC tal-2007-2013 bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li kienet inkompatibbli mas-suq intern (40).

(68)

Permezz tad-deċiżjoni tal-Assemblea ta’ Korsika tas-6 ta’ Settembru 2013, is-CdC iddeċidiet li tagħti ħames kuntratti separati ta’ servizz pubbliku għal kull waħda mill-ħames rotot bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika għall-perjodu 2014-2023. Is-CdC tat dawk il-kuntratti lil SNCM u lil La Méridionale. Madankollu, wara proċedimenti ta’ amministrazzjoni li tressqu kontriha fit-28 ta’ Novembru 2014 u li ġew konklużi fl-20 ta’ Novembru 2015 permezz tas-sentenza tal-Qorti Kummerċjali ta’ Marsilja, f’Diċembru 2015 SNCM irtirat mill-kuntratt. Il-biċċa l-kbira tal-assi tagħha ġew akkwiżiti fl-2016 mill-konsorzju Corsica Maritima u ġew inkorporati fil-kumpanija l-ġdida tat-trasport marittimu Corsica Linea mnedija fl-10 ta’ Diċembru 2015. Corsica Linea saret sottokuntrattur tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz tal-2014-2023 sal-1 ta’ Ottubru 2016, meta l-kuntratti ġew itterminati permezz tas-sentenza tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia, mogħtija fis-7 ta’ April 2015.

(69)

Imbagħad, il-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale ngħata diversi kuntratti pubbliċi “temporanji” ta’ servizz għat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn l-2016 u l-2022:

ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz konklużi għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017, li jkopru r-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijietta’ Korsika;

ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-31 ta’ Mejju 2019, u estiżi sat-30 ta’ Settembru 2019, li jkopru r-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika;

ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz konklużi għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020, u estiżi sat-28 ta’ Frar 2021, li jkopru r-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika (“ PSCs tal-2019-2020 ”) (41);

ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz konklużi għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022, li jkopru r-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika (“ PSCs tal-2021-2022 ”) (42).

(70)

Il-PSCs tal-2019-2020 huma s-suġġett ta’ investigazzjoni separata dwar l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni (irreġistrata taħt SA.49207).

3.   DESKRIZZJONI TAL-PSCS

3.1.   L-iskop tal-PSCs

(71)

Il-miżuri li huma s-suġġett ta’ din il-proċedura jikkonċernaw il-kumpens finanzjarju mogħti mill-OTC skont kull wieħed mill-ħames PSCs relatati mas-servizzi marittimi lejn Korsika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2030. Il-PSCs jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri għal kull waħda mill-konnessjonijiet marittimi bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika (il-premessa 33). L-ammont totali tal-għajnuna huwa ta’ EUR 853 600 000.

(72)

L-għan tal-PSCs huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri identifikati mill-awtoritajiet Franċiżi fuq kull waħda minn dawk ir-rotot.

3.2.   Il-benefiċjarji tal-PSCs

(73)

Il-benefiċjarji tal-PSCs huma Corsica Linea u La Méridionale (“il-benefiċjarji tal-PSCs” jew “id-detenturi tal-konċessjoni”), b’mod separat jew b’mod konġunt (Table 13)

Tabella 13

Il-benefiċjarji tal-PSCs

Lottijiet

Rotot

Detentur tal-konċessjoni

1

Marsilja-Ajaccio

Il-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale

2

Marsilja-Bastia

Corsica Linea

3

Marsilja-Porto-Vecchio

La Méridionale

4

Marsilja-Propriano

Corsica Linea

5

Marsilja-L’Île-Rousse

Corsica Linea

Sors:

in-notifika tas-27 ta’ Diċembru 2022 mill-awtoritajiet Franċiżi.

3.2.1.   Corsica Linea

(74)

Corsica Linea hija kumpanija ssimplifikata b’ishma konġunti li tispeċjalizza fit-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija (43).

(75)

Corsica Linea hija sussidjarja tal-CM Holding Group, li jikkonsisti f’150 kumpanija u għandu 15-il azzjonist ewlieni. Timpjega aktar minn 1 000 persuna u għandha flotta ta’ disa’ bastimenti.

(76)

Il-kumpanija bħalissa topera bil-bandiera Franċiża servizzi marittimi bejn Korsika u l-port ta’ Marsilja permezz tal-PSCs, kif ukoll servizzi marittimi mill-port ta’ Marsilja lejn it-Tuneżija u l-Alġerija (44).

3.2.2.   La Méridionale

(77)

La Méridionale hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata li tispeċjalizza fit-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija (45).

(78)

Mill-1 ta’ Ġunju 2023, la Méridionale saret sussidjarja tal-Grupp CMA CGM, wara li ġiet akkwiżita mill-Grupp STEF, li kien ilu sid il-kumpanija mill-2009. La Méridionale timpjega kważi 650 persuna u għandha flotta ta’ erba’ bastimenti (46).

(79)

Il-kumpanija bħalissa topera bil-bandiera Franċiża servizzi marittimi bejn Korsika u l-port ta’ Marsilja permezz tal-PSCs u, mill-2024, servizz marittimu skedat bejn Toulon u L’Île-Rousse taħt l-iskema ta’ OSP tal-2019. Hija topera wkoll servizzi marittimi mill-port ta’ Marsilja lejn il-Marokk.

3.3.   L-awtorità amministrattiva li tagħti l-miżuri

(80)

Fin-notifika tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-OTC huwa l-awtorità responsabbli għall-għoti tal-miżuri.

(81)

L-OTC huwa aġenzija industrijali u kummerċjali pubblika fil-livell reġjonali maħluqa mil-Liġi Nru 91-428 tat-13 ta’ Mejju 1991 li tistabbilixxi l-istatut tal-awtorità reġjonali ta’ Korsika.

(82)

L-Artikolu L. 4420-20 tal-Kodiċi Ġenerali għall-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali (“CGCT”, “Code général des collectivités territoriales”) jistabbilixxi l-kompiti u s-setgħat tal-OTC u jindika li huwa soġġett għas-superviżjoni tas-CdC (li hija stess hija awtorità pubblika, skont l-Artikolu L. 4421-1 tas-CGCT (47)(48). Skont l-Artikolu L. 4420-20 tas-CGCT, l-OTC huwa ppresedut minn kunsillier eżekuttiv maħtur mill-president tal-kunsill eżekuttiv tas-CdC. Ir-rappreżentant tal-Istat fis-CdC jattendi awtomatikament il-laqgħat tal-bord tat-tmexxija tal-OTC u huwa destinatarju tar-riżoluzzjonijiet tiegħu. L-OTC huwa mmexxi minn direttur maħtur fuq proposta mill-president tal-OTC permezz ta’ ordni tal-kunsill eżekuttiv. Il-bord tat-tmexxija tal-OTC huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet soċjoprofessjonali u, prinċipalment, minn rappreżentanti eletti mill-Assemblea ta’ Korsika, li hija wieħed mill-korpi tas-CdC skont l-Artikolu L. 4422-1 tas-CGCT.

(83)

Fil-linji gwida stabbiliti mis-CdC, (49) l-OTC huwa responsabbli għall-iżvilupp, għall-koordinazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-politika reġjonali tat-trasport bl-ajru u marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali. Skont l-Artikolu L. 4420-20 tas-CGCT, l-OTC jikkonkludi, mal-kumpaniji maħturin sabiex joperaw ir-rotot tal-ajru u tal-baħar neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali, il-kuntratti pubbliċi ta’ servizz li jistabbilixxu n-nollijiet, il-kundizzjonijiet tal-prestazzjoni, il-kwalità tas-servizz u l-proċeduri ta’ monitoraġġ.

(84)

L-Artikolu L. 4420-20 tas-CGCT jiddikjara f’dak ir-rigward li l-OTC jiffinanzja l-kuntratti permezz tal-għotja għall-kontinwità territorjali prevista fl-Artikolu L. 4425-26 tas-CCT, li titħallas lilu mis-CdC. Din l-għotja titħallas mill-Istat lis-CdC f’konformità mal-Artikolu L. 4425-23 tas-CGCT. L-għotja għall-kontinwità territorjali, li tammonta għal EUR 187 miljun fis-sena, tiffinanzja l-arranġamenti ta’ kontinwità territorjali bl-ajru u marittima bejn Korsika u Franza kontinentali (50).

3.4.   Karatterizzazzjoni tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali

(85)

Din it-taqsima l-ewwel tiddeskrivi (i) il-proċeduri mibdijin mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkaratterizzaw l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Imbagħad tiddeskrivi l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi dwar l-eżistenza ta’ tali ħtieġa għal (ii) trasport marittimu tal-passiġġieri u (iii) trasport marittimu tal-merkanzija.

3.4.1.   Il-preżentazzjoni tal-proċeduri mibdijin mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkaratterizzaw ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(86)

Minħabba l-iskadenza, fil-31 ta’ Diċembru 2022, tal-PSCs tal-2021-2022 (il-premessa 69), l-awtoritajiet Franċiżi wettqu, minn Diċembru 2021, analiżi ta’ jekk kienx għad hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku fost l-utenti għas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali, u speċjalment bejn Marsilja u l-ħames portijiet ta’ Korsika.

(87)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-metodu sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx għad hemm ħtieġa bħal din għat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri kellu jitwettaq fi tliet stadji.

(88)

L-ewwel stadju kien li tiġi identifikata u kkwantifikata d-domanda tal-utenti għas-servizzi tat-trasport marittimu. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi.

(89)

L-għan tat-tieni stadju kien li jiġi aċċertat jekk is-suq jistax jissodisfa bis-sħiħ jew parzjalment id-domanda identifikata tal-utenti. L-awtoritajiet Franċiżi organizzaw ukoll konsultazzjoni pubblika f’dak ir-rigward.

(90)

L-awtoritajiet Franċiżi kkummissjonaw lid-ditta ta’ konsulenza ekonomika Gecodia sabiex twettaq dawn l-ewwel żewġ stadji. B’mod partikolari, Gecodia kienet responsabbli għall-ġbir u għall-ipproċessar tal-informazzjoni miġbura mill-utenti u mill-operaturi, u għall-kompilazzjoni ta’ sommarju tat-tweġibiet li waslu wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqin mill-OTC. Gecodia kienet responsabbli wkoll għat-twettiq ta’ studji addizzjonali sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħtieġa għal servizz pubbliku fir-rigward tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali.

(91)

Fl-aħħar tat-tieni stadju, Gecodia ssottomettiet ir-rapport finali tagħha tal-14 ta’ Marzu 2022 lill-OTC (“ir-rapport ta’ Gecodia”). Ir-rapport ta’ Gecodia janalizza d-domanda u l-provvista tas-suq, u jasal għal konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali.

(92)

It-tielet stadju tfassal sabiex jgħin fl-identifikazzjoni tal-approċċ li l-anqas li jaffettwa l-funzjonament xieraq tas-suq intern sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa identifikata tas-servizz pubbliku. L-għan ta’ dan l-istadju finali kien li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tas-CdC dwar kif għandha tiġi ssodisfata l-ħtieġa identifikata ta’ servizz pubbliku kienu l-anqas restrittivi għall-kompetizzjoni. It-tielet stadju se jiġi deskritt fit-Taqsima 3.5.

3.4.1.1.   Il-proċeduri mibdijin sabiex tiġi identifikata l-eżistenza tad-domanda tal-utenti

(93)

Bl-għan li jitlesta l-ewwel stadju msemmi fil-premessa 88, fis-7 ta’ Diċembru 2021 l-awtoritajiet Franċiżi nedew konsultazzjoni pubblika fost l-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq ir-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u l-ħames portijiet ta’ Korsika (“il-konsultazzjoni mal-utenti”).

(94)

Il-konsultazzjoni, li damet xahar, stiednet lil dawk l-utenti kollha u lil kwalunkwe persuna interessata oħra sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar is-servizzi tat-trasport marittimu inkwistjoni. Il-konsultazzjoni mal-utenti ġiet ippubblikata fuq is-sit web tal-OTC u dehret fl-istampa lokali u reġjonali.

(95)

Kienet tinvolvi diversi kwestjonarji, li kull wieħed minnhom kien jikkonsisti f’madwar 20 mistoqsija, indirizzati lil diversi kategoriji ta’ utenti. Il-konsultazzjoni kienet akkumpanjata wkoll minn dokument li jappoġġa l-investigazzjoni pubblika, li stabbilixxa l-karatteristiċi ġenerali tas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali, (51) u ta deskrizzjoni qasira u preliminari tad-diversi kategoriji ta’ utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali.

(96)

L-awtoritajiet Franċiżi nedew ukoll konsultazzjoni mal-portijiet ta’ Franza kontinentali (Marsilja, Toulon u Nizza) fit-22 ta’ Jannar 2022 għal perjodu ta’ xahar (“il-konsultazzjoni mal-portijiet”). Dik il-konsultazzjoni kienet tinkludi kwestjonarju li essenzjalment staqsa lill-awtoritajiet tal-portijiet dwar il-karatteristiċi tal-infrastruttura tagħhom, kemm għat-trasport tal-merkanzija kif ukoll għat-trasport tal-passiġġieri.

3.4.1.2.   Il-proċeduri mibdijin sabiex tiġi ddeterminata l-provvista tas-suq disponibbli sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti

(97)

Bl-għan li jitlesta t-tieni stadju msemmi fil-premessa 89, fid-19 ta’ Jannar 2022 l-awtoritajiet Franċiżi nedew konsultazzjoni mal-operaturi tas-servizzi tat-trasport marittimu għal perjodu ta’ ħames ġimgħat (“il-konsultazzjoni mal-operatur”). Din il-konsultazzjoni kienet disponibbli u aċċessibbli fuq is-sit web tas-CdC.

(98)

Fil-paġna introduttorja għall-konsultazzjoni mal-operaturi, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-kumpaniji tat-tbaħħir ikkonċernati jiċċaraw l-intenzjonijiet tagħhom fir-rigward tas-servizzi skedati lejn Korsika mill-1 ta’ Jannar 2023. Il-konsultazzjoni mal-operaturi kienet tinkludi wkoll kwestjonarju li kellu jimtela mill-operaturi. Kien hemm ukoll dokument ta’ akkumpanjament, li jistabbilixxi b’mod sħiħ il-kontenut tad-dokument ta’ appoġġ għall-konsultazzjoni mal-utenti tas-7 ta’ Diċembru 2021 (il-premessa 95) u preżentazzjoni qasira tar-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti. Fl-aħħar nett, il-konsultazzjoni stiednet lill-kumpaniji tat-tbaħħir interessati jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità u l-volum ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija li jistgħu jġorru fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn l-2023 u l-2028.

3.4.2.   Karatterizzazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-passiġġieri

(99)

Din is-subtaqsima tiddeskrivi l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi dwar (i) l-eżistenza tad-domanda mill-utenti tat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali u (ii) l-identifikazzjoni tal-falliment tas-suq li jissodisfa dik id-domanda.

3.4.2.1.   L-identifikazzjoni tad-domanda tal-passiġġieri

(100)

Is-subtaqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-analiżijiet imwettqin mill-awtoritajiet Franċiżi relatati mad-domanda kwalitattiva mill-passiġġieri tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali u d-domanda kwantitattiva minn dawk l-utenti.

3.4.2.1.1.   L-identifikazzjoni tad-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri

(101)

Din is-subtaqsima tippreżenta l-ewwel ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti; it-tieni, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-portijiet; u fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Gecodia li jissupplimentaw ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi.

3.4.2.1.1.1.   Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti

3.4.2.1.1.1.1.   Mistoqsijiet sottomessi lill-utenti

(102)

Fid-dokument ta’ appoġġ għall-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 95), l-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel spjegaw li, fir-rigward tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, (52) kellha ssir distinzjoni bejn il-passiġġieri li jgħixu f’Korsika (53) u l-passiġġieri mhux residenti (54). Huma qiesu wkoll li, fost il-passiġġieri li jgħixu f’Korsika, kien hemm domanda speċifika għat-trasport marittimu minn kategorija partikolari ta’ utenti, jiġifieri passiġġieri li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi (“passiġġieri mediċi”), li kienet separata mid-domanda ġenerali tal-passiġġieri. Id-dokument ta’ appoġġ għall-konsultazzjoni mal-utenti nnota wkoll li l-OTC kien identifika ħtieġa għal servizz pubbliku tat-trasport marittimu għal dawn il-kategoriji ta’ utenti skont il-PSCs tal-2021-2022.

(103)

Għalhekk, il-konsultazzjoni mal-utenti talbet lill-utenti jwieġbu żewġ kwestjonarji: wieħed indirizzat lill-passiġġieri kollha (residenti u mhux residenti ta’ Korsika); l-ieħor, aktar speċifiku, indirizzat lill-passiġġieri mediċi biss (55).

(104)

Il-kwestjonarju mibgħut lill-passiġġieri kollha (residenti/mhux residenti ta’ Korsika) kien fih madwar 20 mistoqsija, bi tweġibiet issuġġeriti (f’xi każijiet l-utenti setgħu jagħżlu tweġibiet multipli), u ż-żmien meħtieġ sabiex jitlesta l-kwestjonarju kien stmat għal ħames minuti.

(105)

L-ewwel mistoqsija talbet lill-utenti jipprovdu informazzjoni dwar ir-rotta/rotot marittimi lil Korsika li użaw bejn il-port ta’ Marsilja u l-ħames portijiet ta’ Korsika (56). Il-mistoqsijiet 2 sa 6 fittxew informazzjoni dwar il-profil tal-utenti (kategorija soċjoprofessjonali, residenti/mhux residenti ta’ Korsika, ir-raġuni(jiet) għall-vjaġġ, (57) il-frekwenza tal-vjaġġ (58) u l-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar (59)). Il-mistoqsijiet 7 sa 9 staqsew lill-utenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla f’Korsika (sodisfaċenti jew mhux sodisfaċenti; jekk mhux sodisfaċenti, il-passiġġieri riedu tluq jew wasla aktar kmieni jew aktar tard?) u l-frekwenza tas-servizzi tat-trasport marittimu offruti fuq ir-rotot marittimi użati. Il-mistoqsijiet 10 sa 14 kienu jikkonċernaw in-noll għas-servizzi inkwistjoni għar-residenti ta’ Korsika u fittxew, b’mod partikolari, li jifhmu jekk dak in-noll kienx xieraq jew kienx jenħtieġ li jinbidel.

(106)

Il-mistoqsijiet minn 15 sa 19 stiednu lill-utenti jikkummentaw dwar l-alternattivi għall-port ta’ Marsilja li setgħu jużaw. B’mod partikolari, dawn il-mistoqsijiet tfasslu sabiex jaċċertaw:

jekk, fiż-żmien tal-prenotazzjoni ta’ waħda mir-rotot minn Marsilja, l-utenti kienu qed iħarsu wkoll lejn l-alternattivi ta’ qsim disponibbli fil-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (60);

ir-raġuni ewlenija għall-għażla tal-port ta’ Marsilja meta mqabbel mal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (61);

jekk, fil-każ ta’ żieda ipotetika fin-nollijiet ta’ bejn 5-10 % għat-trasport marittimu fil-port ta’ Marsilja, l-utenti kinux lesti li jużaw is-servizzi tat-trasport marittimu f’port ieħor ta’ Franza kontinentali (Toulon, Nizza jew it-tnejn) sabiex jivvjaġġaw lejn jew minn Korsika;

jekk l-utenti kinux diġà użaw rotot minn Toulon jew minn Nizza lejn Korsika mill-2019 (iva jew le) u, jekk iva, kellha tiġi speċifikata r-raġuni ewlenija għall-għażla ta’ port ieħor ta’ Franza kontinentali (Toulon jew Nizza) minflok il-port ta’ Marsilja (62).

(107)

Il-mistoqsijiet 20 sa 22 kienu jikkonċernaw is-sostitwibbiltà bejn it-trasport marittimu u t-trasport bl-ajru. B’mod aktar speċifiku, il-mistoqsijiet kellhom l-għan li jaċċertaw, rispettivament, kemm-il darba l-utenti jqabblu t-titjiriet u l-qsim bil-baħar fil-ħin tal-prenotazzjoni, (63) ir-raġuni ewlenija għall-għażla tal-ivvjaġġar bil-baħar minflok bil-ajruplan, (64) u jekk, fil-każ ta’ żieda ta’ 5-10 % fin-noll, kinux ippreparati li jużaw servizzi tat-trasport bl-ajru (iva jew le).

(108)

Il-kwestjonarju għall-passiġġieri mediċi kien jinkludi kemm mistoqsijiet speċifiċi kif ukoll mistoqsijiet identiċi għal dawk fil-kwestjonarju ġenerali (il-premessa 103) (65). Fost il-mistoqsijiet speċifiċi, il-mistoqsija 3 kienet tikkonċerna l-grupp ta’ età tal-utenti; il-mistoqsija 4 kienet tikkonċerna n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn magħmulin kull sena mill-utenti; il-mistoqsija 5 kienet tikkonċerna l-preżenza jew in-nuqqas ta’ preżenza ta’ persuna li takkumpanja; il-mistoqsija 6 kienet tikkonċerna l-ħtieġa ta’ spazju tal-kabina u tal-parkeġġ abbord il-bastiment; il-mistoqsija 7 kienet tikkonċerna t-trattament mediku mwettaq; u l-mistoqsija 12 kienet tikkonċerna l-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa għall-kostijiet relatati mat-trattament mediku.

(109)

B’mod ġenerali, il-kwestjonarji ppermettew lill-utenti jibagħtu kontributi b’test liberu fuq consultationpublique@ofc-corse.fr.

3.4.2.1.1.1.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(110)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li rċivew aktar minn 1 000 tweġiba għall-konsultazzjoni mal-utenti, li minnhom 987 setgħu jintużaw (686 kienu minn residenti ta’ Korsika u 301 minn passiġġieri mhux residenti).

(111)

B’kuntrast ma’ dan, waslu biss 42 tweġiba għall-kwestjonarju indirizzat lill-passiġġieri mediċi. Minħabba n-numru baxx ta’ tweġibiet li waslu, ir-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni ma ġewx ikkunsidrati mill-awtoritajiet Franċiżi.

(112)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi lill-passiġġieri kollha jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

il-biċċa l-kbira tar-residenti u dawk mhux residenti (kważi 60 %) jivvjaġġaw bil-baħar bejn Korsika u Franza kontinentali minn darbtejn sa ħames darbiet fis-sena (66);

95 % tar-residenti u 93 % ta’ dawk li ma humiex residenti jgħidu li jeħtieġu kabina u karozza sabiex jivvjaġġaw fuq ir-rotot kollha;

ir-raġunijiet ewlenin għaliex ir-residenti jivvjaġġaw huma żjarat tal-familja (72 %), turiżmu (56 %), negozju (29 %) u raġunijiet mediċi (23 %). Passiġġieri mhux residenti jivvjaġġaw esklużivament għat-turiżmu (56 %) u żjarat tal-familja (52 %) (67);

il-biċċa l-kbira tar-residenti u ta’ dawk li ma humiex residenti huma favur il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fis-seħħ fil-ħin tal-konsultazzjoni mal-utenti (aktar minn 80 % tal-opinjonijiet favorevoli fiż-żewġ każijiet fuq ir-rotot kollha);

il-frekwenza tal-qsim bil-baħar bejn Marsilja u Korsika fis-seħħ fiż-żmien tal-konsultazzjoni mal-utenti fil-parti l-kbira tissodisfa l-ħtiġijiet tal-passiġġieri residenti (57 %) u tal-passiġġieri mhux residenti (65 %) (68).

(113)

Is-sommarju juri wkoll li 54 % tal-passiġġieri residenti (41 % ta’ dawk mhux residenti) iqabblu sistematikament il-qsim disponibbli fil-port ta’ Marsilja mal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (69). Madankollu, ir-rati ta’ tqabbil ivarjaw minn rotta għal oħra: għal ċerti rotot bħal Marsilja-L’Île-Rousse jew Marsilja-Porto-Vecchio, ir-rispondenti residenti jqabblu sistematikament ma’ qsim ieħor disponibbli fil-portijiet ta’ Franza kontinentali (70 % u 60 % rispettivament għar-residenti, 66 % u 35 % rispettivament għal dawk mhux residenti), filwaqt li r-rati ta’ tqabbil għar-rotta Marsilja-Propriano huma baxxi (70).

(114)

Barra minn hekk, irrispettivament mir-rotta kkonċernata, ir-raġuni ewlenija kemm għall-passiġġieri residenti kif ukoll għal dawk mhux residenti li jagħżlu l-port ta’ Marsilja hija l-qrubija tiegħu għad-destinazzjoni finali tagħhom (53 % u 50 % rispettivament). Fil-każ ta’ żieda ipotetika ta’ bejn 5 u 10 % fin-noll għall-qsim fuq il-baħar minn Marsilja, tal-anqas 60 % tar-rispondenti (residenti u mhux residenti) jgħidu li jkunu lesti li jaqilbu għal Toulon u 35 % anke għal Nizza (71). Fl-aħħar nett, kważi 70 % tar-rispondenti residenti użaw il-portijiet ta’ Toulon jew ta’ Nizza fl-2019 għall-vjaġġi tagħhom lejn/minn Korsika (meta mqabbla ma’ 52 % tar-rispondenti mhux residenti) (72). Ir-raġuni ewlenija għall-użu ta’ dawn iż-żewġ portijiet l-oħrajn hija n-nollijiet orħos permezz ta’ Toulon jew Nizza (57 % tar-residenti, 56 % ta’ dawk mhux residenti) (73).

(115)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-sostitwibbiltà tat-trasport bl-ajru u tat-trasport marittimu, il-konsultazzjoni mal-utenti wriet li 56 % tal-passiġġieri residenti (79 % ta’ dawk mhux residenti) ma jaqabblux titjiriet mal-vjaġġi fuq id-dgħajjes fil-ħin tal-prenotazzjoni (74). Dawn il-proporzjonijiet huma akbar għal ċerti rotot, bħal Marsilja-Propriano (75). Fir-rigward tal-mistoqsija 21 (il-premessa 107), ir-raġuni ewlenija kemm għar-residenti ta’ Korsika (83 % tar-rispondenti) kif ukoll għal dawk mhux residenti (76 %) li jagħżlu qsim fuq il-baħar aktar milli għall-ivvjaġġar bl-ajru fuq ir-rotot kollha hija l-ħtieġa li jivvjaġġaw b’vettura. Fir-rigward tal-possibbiltà li jaqilbu għat-trasport bl-ajru fil-każ ta’ żieda ipotetika ta’ 5-10 % fin-noll tal-vjaġġi fuq il-baħar, ftit aktar minn nofs ir-rispondenti jgħidu li ma jaqilbux (76).

3.4.2.1.1.2.   Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-portijiet

3.4.2.1.1.2.1.   Mistoqsijiet magħmulin

(116)

Il-kwestjonarju li jakkumpanja l-konsultazzjoni mal-portijiet kien jinkludi tliet partijiet dwar it-traffiku tal-passiġġieri.

(117)

L-ewwel parti tal-kwestjonarju (il-mistoqsijiet 1.1 sa 1.5) stiednet lill-awtoritajiet tal-port jikkummentaw dwar il-karatteristiċi tad-domanda tal-utenti, kif identifikati u ppreżentati fid-dokument ta’ appoġġ għall-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 95). B’mod aktar speċifiku, l-ewwel parti talbet lill-awtoritajiet sabiex:

jikkummentaw dwar id-distinzjoni bejn passiġġieri residenti, mhux residenti u mediċi;

jindikaw id-daqs taż-żona ta’ klijentela tal-port tagħhom, fuq il-bażi tal-għarfien tagħhom dwar is-suq;

jindikaw jekk kinux iqisu li l-infrastruttura tal-port tagħhom ma hijiex sostitwibbli ma’ portijiet oħrajn għat-traffiku kollu tal-passiġġieri jew parti minnu bejn Korsika u Franza kontinentali;

jikkummentaw dwar il-livell ta’ kompetizzjoni, kemm kurrenti kif ukoll fuq perjodu ta’ 7 snin, bejn il-portijiet għat-trasport tal-passiġġieri.

(118)

It-tieni parti tal-kwestjonarju talbet lill-awtoritajiet tal-port sabiex jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-infrastruttura tal-portijiet li x’aktarx jassenjaw lis-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali.

(119)

It-tielet parti (il-mistoqsijiet 4.1 sa 4.8) essenzjalment staqsiet lill-awtoritajiet tal-port dwar il-kapaċità tal-infrastruttura tagħhom li jimmaniġġaw it-traffiku tal-passiġġieri. B’mod aktar speċifiku, talbuhom jindikaw:

jekk l-infrastruttura tagħhom kellhiex żoni ddedikati għat-traffiku skedat tal-passiġġieri (77);

it-tip ta’ bastimenti li jistgħu jakkomodaw (78);

jekk l-infrastruttura tagħhom attwalment kinitx timmaniġġa t-traffiku skedat tal-passiġġieri (79);

jekk l-infrastruttura tagħhom tistax takkomoda vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum (80) u mhux ta’ kuljum (81) għat-traffiku tal-passiġġieri;

jekk l-awtoritajiet tal-port setgħux jiggarantixxu numru ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum u/jew ta’ kull ġimgħa għas-servizzi tal-passiġġieri lejn Korsika (82).

3.4.2.1.1.2.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(120)

L-awtoritajiet Franċiżi ġabru kontributi mingħand l-awtoritajiet tal-port ta’ Toulon (CCI ta’ Var) u ta’ Nizza (CCI ta’ Nizza f’Côte d’Azur). L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw ukoll matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li l-awtorità tal-port ta’ Marsilja (Grand Port Maritime de Marseille) kienet diġà pprovdiet kontribut b’test liberu fil-21 ta’ Diċembru 2021 bħala parti mill-konsultazzjoni mal-utenti, u li hija ssottomettiet l-istess kontribut bi tweġiba għall-konsultazzjoni mal-portijiet, mingħajr ma wieġbet speċifikament għall-kwestjonarju previst fil-konsultazzjoni mal-port. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-kontribut mill-port ta’ Marsilja kien fih l-informazzjoni rilevanti mitluba fil-kwestjonarju dwar il-portijiet (83).

(121)

Fir-rigward tal-ewwel parti tal-kwestjonarju, l-ebda wieħed mit-tliet portijiet ma kkontestat id-distinzjoni bejn id-diversi kategoriji ta’ passiġġieri identifikati minn Franza. Fir-rigward taż-żona ta’ klijentela tagħhom, il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon iqisu li jattiraw klijenti minn Franza kollha u lil hinn minnha, filwaqt li l-port ta’ Nizza jindika li ż-żona ta’ klijentela tiegħu hija primarjament reġjonali.

(122)

It-tliet portijiet iqisu li l-infrastruttura tal-port tagħhom hija sostitwibbli fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri. Fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali, Toulon u Marsilja jiddikjaraw li huma jikkompetu b’mod miftuħ ma’ xulxin, bil-port ta’ Toulon jiddikjara li huwa l-“mexxej mhux ikkontestat fit-trasport tal-passiġġieri”. Huma jindikaw, l-istess bħall-awtorità tal-port ta’ Nizza nnifisha, li l-port ta’ Nizza għadu lura wara Marsilja u Toulon, bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fit-traffiku tal-passiġġieri f’dawn l-aħħar snin.

(123)

Fir-rigward tat-tielet parti tal-kwestjonarju:

l-awtorità tal-port ta’ Marsilja tiddikjara li għandha 13-il post ta’ rmiġġ li kapaċi jimmaniġġaw it-traffiku tal-passiġġieri destinat għal Korsika. Ħamsa minnhom diġà huma ddedikati bis-sħiħ għat-traffiku lejn Korsika skont il-PSCs tal-2021-2022, u tmienja oħrajn jistgħu jiġu allokati b’mod supplimentari. Għalhekk, il-port jista’ jakkomoda t-traffiku skedat tal-passiġġieri. Barra minn hekk, il-port ta’ Marsilja jispjega fil-kontribut tiegħu li l-aċċess għall-bastimenti huwa faċli kemm għall-passiġġieri bil-vetturi kif ukoll għall-passiġġieri bil-mixi (84). Fl-aħħar nett, il-port ta’ Marsilja jiddikjara li jista’ joffri servizz ta’ tiswija tal-bastimenti għal intervent tekniku immedjat;

l-awtorità tal-port ta’ Toulon tiddikjara li l-infrastruttura tal-port tagħha tippermettiha timmaniġġa t-traffiku skedat tal-passiġġieri, iżda biss fit-terminal Toulon-Port de Commerce, peress li t-traffiku tal-passiġġieri huwa pprojbit fiż-żewġ terminali ta’ Brégaillon. Hija tiddikjara li Toulon-Port de Commerce għandha żoni ddedikati għal dan it-traffiku, b’żona ta’ mmaniġġar ta’ 24 000 m2. Madankollu, l-awtorità tal-port twissi li, minħabba r-rata kurrenti ta’ okkupazzjoni ta’ dawn iż-żoni minn Corsica Ferries (80 %), ma tistax tiggarantixxi li dawn jistgħu jiġu allokati kuljum għat-traffiku skedat minn/lejn Korsika (85). Toulon-Port de Commerce għandu tliet postijiet ta’ rmiġġ għall-vapuri tal-passiġġieri. Dan it-terminal jista’ jimmaniġġa l-imbarkazzjoni/l-iżbark ta’ 2 000 passiġġier fis-siegħa, u jakkomoda sa tliet waqfiet twal kuljum. L-awtorità tal-port tiddikjara li ma tistax tiggarantixxi servizz tal-passiġġieri ta’ vjaġġ bir-ritorn kuljum lejn Korsika;

l-awtorità tal-port ta’ Nizza tiddikjara li l-infrastruttura tal-port tagħha tista’ timmaniġġa traffiku skedat tal-passiġġieri. Din l-infrastruttura għandha żona ta’ mmaniġġar ta’ 25 900 m2. Hemm erba’ postijiet ta’ rmiġġ disponibbli. L-awtorità tal-port tindika wkoll li l-port jista’ jakkomoda sa tmien waqfiet qosra kuljum. Il-port ta’ Nizza jsostni li jista’ jiggarantixxi sa erba’ servizzi tal-passiġġieri ta’ vjaġġ bir-ritorn kuljum lejn Korsika.

(124)

Barra minn hekk, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw ukoll li l-awtorità tal-port ta’ Korsika, is-CCI ta’ Korsika, kienet ipprovdiet ukoll kontribut b’test liberu fis-7 ta’ Jannar 2022 bħala parti mill-konsultazzjoni mal-utenti. Dan il-kontribut b’test liberu pprovda informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-ħames portijiet ta’ Korsika użati għas-servizzi marittimi lejn Korsika.

(125)

Is-CCI ta’ Korsika ma tindika l-ebda restrizzjoni partikolari fuq it-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, issemmi konġestjoni konsiderevoli fil-portijiet ta’ Korsika, b’mod partikolari ta’ Bastia (sitwazzjoni kritika s-sena kollha), u ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio (livelli għoljin ta’ konġestjoni fis-sajf).

3.4.2.1.1.3.   Il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Gecodia dwar id-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri

(126)

Minbarra l-konsultazzjonijiet pubbliċi, l-awtoritajiet Franċiżi inkarigaw ukoll lil Gecodia bit-twettiq ta’ analiżijiet addizzjonali tad-domanda tal-passiġġieri għas-servizzi marittimi lejn Korsika. Il-konklużjonijiet ta’ dawn l-analiżijiet huma deskritti fis-subtaqsimiet ta’ hawn taħt.

3.4.2.1.1.3.1.   Id-domanda għat-trasport marittimu mhux issodisfata mit-trasport bl-ajru

(127)

L-ewwel nett, ir-rapport ta’ Gecodia analizza jekk, mill-perspettiva tal-passiġġieri, vjaġġ bl-ajru jistax jitqies bħala sostitwibbli għal vjaġġ bid-dgħajsa sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa għat-trasport bejn Korsika u Franza kontinentali. Ir-rapport jikkonkludi li dan ma kienx il-każ.

(128)

Ir-rapport ta’ Gecodia jibbaża din il-konklużjoni, l-ewwel nett, fuq il-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, (86) li tindika li s-sostitwibbiltà hija virtwalment mhux eżistenti fil-każ ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bil-vettura tagħhom stess jew b’ammont sostanzjali ta’ bagalji. Dan huwa l-każ f’Korsika, peress li l-proporzjon bejn in-numru ta’ passiġġieri u n-numru ta’ vetturi ħfief tat-tipi kollha fuq il-bastimenti huwa ta’ madwar 0,7 għall-passiġġieri residenti u 0,4 għall-passiġġieri mhux residenti (87).

(129)

It-tieni, ir-rapport ta’ Gecodia jirreferi għar-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti, li fil-biċċa l-kbira għandha t-tendenza li turi li t-trasport bl-ajru u bil-baħar ma huwiex sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti (il-premessa 115).

(130)

It-tielet, ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li l-vjaġġi bid-dgħajsa huma ħafna itwal minn dawk bl-ajru (bejn 6 sigħat u 12-il siegħa skont liema portijiet, l-aktar billejl, meta mqabbla ma’ siegħa bl-ajru) (88). L-istess japplika għall-frekwenzi, bis-servizzi tal-ajru li huma ħafna aktar frekwenti mis-servizzi marittimi (89). Għalhekk, skont ir-rapport ta’ Gecodia, vjaġġ bil-baħar ma jistax jitqies bħala alternattiva għall-passiġġieri b’restrizzjonijiet ta’ ħin.

(131)

Fuq il-bażi tar-rapport ta’ Gecodia, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm domanda kwalitattiva għat-trasport marittimu fost ir-residenti u dawk mhux residenti ta’ Korsika li jivvjaġġaw bejn Korsika u Franza kontinentali.

3.4.2.1.1.3.2.   Domanda separata għat-trasport marittimu skont il-post ta’ residenza tal-passiġġier (resident/mhux resident ta’ Korsika)

(132)

Ir-rapport ta’ Gecodia analizza jekk kienx hemm differenza sostantiva fid-domanda għat-trasport marittimu tal-passiġġieri skont il-profil tal-utent jew l-għażla tagħhom tal-port tal-wasla ta’ Franza kontinentali.

(133)

Ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi l-ewwel nett li, fir-rigward tat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali, trid issir distinzjoni bejn il-passiġġieri li jgħixu f’Korsika u l-passiġġieri mhux residenti. Skont ir-rapport:

il-prinċipju tal-kontinwità territorjali jirrikjedi li servizz tat-trasport jiġi offrut lir-residenti ta’ Korsika sabiex itaffi r-restrizzjonijiet tal-insularità u jippermettilhom jivvjaġġaw lejn Franza kontinentali. Għalhekk, il-passiġġieri residenti jibbenefikaw minn noll speċjali impost mill-iskema ta’ OSP tal-2019 (90);

in-nollijiet offruti mill-kumpaniji tat-tbaħħir ivarjaw ħafna bejn iż-żewġ kategoriji tal-passiġġieri (residenti u mhux residenti). Skont ir-rapport ta’ Gecodia, il-prezz tal-biljetti mitlub lil passiġġieri mhux residenti jvarja b’mod konsiderevoli skont l-istaġun, filwaqt li l-prezz tal-biljett għar-residenti huwa stabbli matul is-sena. Barra minn hekk, xi kumpaniji tat-tbaħħir, bħal Corsica Ferries, japplikaw nollijiet għar-residenti fuq inizjattiva tagħhom stess, barra mill-ambitu tal-obbligi legali, u b’mod partikolari fuq rotot bejn l-Italja u Korsika. Għaldaqstant, il-kumpaniji tat-tbaħħir infushom jiddistingwu bejn passiġġieri residenti u mhux residenti;

il-passiġġieri residenti għandhom imġibiet u preferenzi differenti, kif ikkonfermat, skont l-awtoritajiet Franċiżi, mir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti. Id-domanda għat-trasport marittimu mir-residenti tkompli matul is-sena kollha: bejn Novembru u Marzu, li huwa l-istaġun kwiet, jgħaddi bejn 30 u 39 % tat-traffiku tal-passiġġieri residenti, filwaqt li dawk li ma humiex residenti jivvjaġġaw l-aktar matul l-istaġun turistiku (80-94 % tat-traffiku ta’ dawk mhux residenti). Barra minn hekk, kważi r-residenti kollha jippreferu t-tluq ta’ filgħaxija, filwaqt li żewġ terzi biss tal-persuni mhux residenti huma favurihom (91).

(134)

Għal dawk ir-raġunijiet, b’mod ġenerali, id-domanda għat-trasport marittimu fost ir-residenti ta’ Korsika hija differenti minn dik fost dawk li ma humiex residenti.

(135)

Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Gecodia jqis li minn perspettiva ġeografika:

il-passiġġieri mhux residenti ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali ta’ Marsilja, ta’ Nizza u ta’ Toulon meta jagħżlu qsim bil-baħar bejn Korsika u Franza kontinentali. Għalhekk, il-passiġġieri mhux residenti jqisu li dawk it-tliet portijiet huma sostitwibbli fir-rigward tal-ħtiġijiet tat-trasport marittimu tagħhom;

il-passiġġieri residenti jqisu li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma sostitwibbli fir-rigward tal-ħtiġijiet tat-trasport marittimu tagħhom, u hekk ukoll il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza. Madankollu, il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Nizza ma humiex sostitwibbli mill-perspettiva tagħhom, peress li d-distanza bejniethom hija aktar minn 200 km.

3.4.2.1.1.3.3.   Id-domanda speċifika għat-trasport marittimu fost il-passiġġieri mediċi

(136)

L-awtoritajiet Franċiżi indirizzaw kwestjonarju speċifiku lill-passiġġieri mediċi sabiex jidentifikaw kwalunkwe karatteristika ta’ domanda minn din il-kategorija ta’ utent. Huma rċivew ftit tweġibiet għal dan il-kwestjonarju (il-premessa 111). Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kellhom analiżi supplimentari mwettqin minn Gecodia sabiex jiġi vverifikat jekk kienx hemm domanda speċifika minn passiġġieri mediċi.

(137)

Ir-rapport ta’ Gecodia l-ewwel jirreferi għall-qafas legali li jirregola l-ivvjaġġar mediku bejn Korsika u Franza kontinentali. Dan jispjega li t-trasport mediku bejn Korsika u Franza kontinentali huwa s-suġġett ta’ politika koordinata mill-awtoritajiet pubbliċi. Is-CdC, l-Istat (permezz tal-aġenzija reġjonali tas-saħħa ta’ Korsika) u l-korpi tal-assigurazzjoni tas-saħħa (permezz tal-fondi tal-assigurazzjoni tas-saħħa primarja ta’ Corse-du-Sud (2A) u Haute-Corse (2B) – “CPAM”, “Caisse primaire d’assurance maladie”) ħadu azzjoni koordinata sabiex inaqqsu l-ostakli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni minn Korsika li jeħtieġu li jirċievu jew ikomplu trattament li ma jkunx disponibbli f’Korsika.

(138)

Skont ir-rapport ta’ Gecodia, ir-regoli dwar il-kopertura tal-kostijiet tat-trasport huma bbażati fuq l-Artikoli R. 322-10 sa R. 322-10-9 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (“CSS”, “Code de la sécurité sociale”). L-Artikolu R. 322-10 tas-CSS jelenka l-każijiet li fihom l-kostijiet tat-trasport ta’ persuna assigurata li hija obbligata tivvjaġġa sabiex tirċievi trattament jew tgħaddi minn eżaminazzjonijiet xierqa għall-kundizzjoni tagħha jistgħu jkunu koperti mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa (92). Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom il-persuna assigurata tuża t-trasport sabiex tivvjaġġa lejn post li jinsab aktar minn 150 km ’il bogħod, li huwa l-każ għal persuna assigurata li tivvjaġġa minn Korsika lejn Franza kontinentali sabiex tirċievi trattament. L-Artikolu R. 322-10-2 tas-CSS jiddikjara li, fil-każijiet kollha, il-kopertura tal-kostijiet tat-trasport mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa “hija soġġetta għall-preżentazzjoni mill-persuna assigurata ta’ riċetta medika għat-trasport u ta’ fattura maħruġa mit-trasportatur jew prova tat-trasport. Ir-riċetta medika trid tindika r-raġuni għat-trasport u l-mezz tat-trasport użat...”

(139)

Ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi li huwa t-tabib li jiddetermina l-aktar mod xieraq ta’ trasport għall-pazjent, skont l-istat tas-saħħa u l-livell ta’ awtonomija tiegħu (l-Artikolu L. 322-5 tas-CSS), u li dik l-għażla hija stess soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-CPAM. Barra minn hekk, l-Artikolu R. 322-10-4 tas-CSS jirrikjedi li ssir eżaminazzjoni medika biex jiġi vverifikat li t-trattament ma jistax jiġi pprovdut f’faċilità li tinsab mhux aktar minn 150 km ’il bogħod. Fi kliem ieħor, skont ir-rapport ta’ Gecodia, huma koperti biss il-kostijiet tat-trasport għal speċjalitajiet jew għal trattament mhux disponibbli f’Korsika. Fl-aħħar nett, l-Artikolu R. 322-10-5 tas-CSS jiddikjara li r-rimborż tal-kostijiet tat-trasport huwa kkalkolat fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post inizjali tal-kura tal-pazjent u l-eqreb faċilità ta’ trattament ordnata.

(140)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi waslu għal żewġ konklużjonijiet.

(141)

L-ewwel nett, il-mezz tat-trasport użat, jiġifieri l-bastiment jew l-ajruplan, jiġi ordnat mit-tabib u huwa soġġett għal ftehim mis-CPAMs għar-rimborż tal-kostijiet tat-trasport. Għalhekk, il-passiġġieri mediċi ma jistgħux jagħżlu l-mezz tat-trasport jekk ikunu jixtiequ rimborż tal-kostijiet tat-trasport tagħhom.

(142)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan juri n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn it-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu mill-perspettiva tal-passiġġieri mediċi. L-għażla ta’ mod wieħed jew ieħor tat-trasport hija imposta fuqhom skont il-qafas legali nazzjonali li jirregola r-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

(143)

It-tieni, l-ivvjaġġar mediku kopert mill-assigurazzjoni tas-saħħa jikkonċerna pazjenti li ma jistgħux isibu trattament xieraq f’Korsika, u li għalhekk għandhom ħtieġa urġenti li jivvjaġġaw lejn Franza kontinentali sabiex jirċievu trattament xieraq hemmhekk. Ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li jrid jiġi pprovdut trattament xieraq, bil-liġi, fiċ-ċentru mediku li huwa ġeografikament l-eqreb tal-post fejn il-pazjent jirċievi kura medika f’Korsika. Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia jassumi li l-passiġġieri mediċi huma sensittivi ħafna għad-distanza u għandhom it-tendenza li jiffavorixxu lill-portijiet fil-postijiet bl-eqreb ċentru ta’ trattament ordnat, sabiex jevitaw li l-kostijiet tal-ivvjaġġar tagħhom ma jiġux rimborżati, jew jiġu rimborżati parzjalment biss, mis-CPAMs.

(144)

Ir-rapport ta’ Gecodia isemmi li numru ta’ servizzi tal-kura medika relatati ma’ attivitajiet tal-isptar fil-mediċina, fil-kirurġija u fl-ostetrika (“MCO”, “médecine, chirurgie et obstétrique”), fil-kura ta’ segwitu u fir-riabilitazzjoni (“SSR”, “soins de suivi et de réadaptation”) u fil-psikjatra (“PSY”, “psychiatrie”) ma humiex disponibbli f’Korsika. Fuq il-bażi tad-data miġbura mill-aġenzija teknika għall-informazzjoni dwar l-ammissjoni fl-isptar (“ATIH” , “Agence technique d’information sur l’hospitalisation”) għall-perjodu 2015-2020, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li hemm fluss lejn Franza kontinentali ta’ pazjenti li jgħixu f’Korsika li qed jirċievu kura bħal din. Id-data pprovduta fir-rapport ta’ Gecodia turi li bħala medja r-residenti ta’ Korsika kienu jirrappreżentaw kważi 15 000 soġġorn fi sptar (MCO) fis-sena fi Franza kontinentali, żewġ terzi minnhom fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône (Marsilja); Ir-residenti ta’ Korsika qattgħu kważi 34 000 jum fis-sena fit-trattament għall-SSR fi Franza kontinentali, nofshom fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône; u rċivew kważi 1 700 trattament tal-PSY fis-sena, kważi nofshom fid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône.

(145)

Fuq din il-bażi, ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi li hemm domanda speċifika mill-passiġġieri mediċi għat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kostijiet tat-trasport u l-post taċ-ċentri xierqa għal trattament li ma huwiex disponibbli f’Korsika.

(146)

Ir-rapport ta’ Gecodia ħares ukoll lejn il-ħtiġijiet tal-passiġġieri mediċi f’termini ta’ destinazzjoni fi Franza kontinentali.

(147)

F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lis-CPAMs sabiex jipprovduhom b’data dwar in-numru ta’ talbiet għal approvazzjoni minn qabel li huma aċċettaw għall-kopertura tal-kostijiet tat-trasport mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa. Skont id-data miksuba mis-CPAM 2A (aktar minn 15 000 awtorizzazzjoni mogħtija), (93) aktar minn 80 % kienu jikkonċernaw vjaġġ wieħed jew aktar lejn Marsilja, meta mqabblin ma’ anqas minn 14 % lejn Nizza, 1,1 % lejn Pariġi u inqas minn 0,3 % lejn Toulon (94).

(148)

Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia kkonkluda li d-domanda mill-passiġġieri mediċi x’aktarx li tkun biss għall-portijiet ta’ Franza kontinentali qrib id-destinazzjoni finali tagħhom fi Franza kontinentali (faċilitajiet ta’ kura ordnati mit-tabib). Il-maġġoranza l-kbira tal-passiġġieri mediċi jivvjaġġaw lejn Marsilja.

3.4.2.1.2.   L-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva tal-passiġġieri għat-trasport marittimu

3.4.2.1.2.1.   L-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva fost il-passiġġieri residenti u mhux residenti ta’ Korsika

(149)

Sabiex jikkwantifikaw id-domanda tal-passiġġieri (residenti u mhux residenti ta’ Korsika), l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw kemm fuq id-data storika kif ukoll fuq il-projezzjonijiet għall-perjodu 2023-2030.

(150)

L-awtoritajiet Franċiżi analizzaw id-domanda storika fost il-passiġġieri residenti u l-passiġġieri mhux residenti ta’ Korsika fuq il-bażi tad-data disponibbli mill-2016 sal-2021. Fir-rigward tad-domanda mistennija għall-perjodu 2023-2030, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu projezzjonijiet fuq il-bażi tad-domanda osservata fl-2019 (bl-2020 u bl-2021 li huma s-snin affettwati mill-kriżi tal-COVID-19). Huma vvalutaw il-bidla fid-domanda għat-trasport marittimu minn passiġġieri residenti u mhux residenti fuq il-bażi tar-rata medja ta’ tkabbir annwali tad-domanda għat-trasport fit-tul (2015-2030) ippubblikata mill-Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika f’Lulju 2016, (95) u aġġornata f’Ottubru 2021 (96).

(151)

Id-domanda mistennija għat-trasport marittimu fl-2030 hija ppreżentata fit-Table 14.

Tabella 14

Id-domanda tal-passiġġieri skont ir-rotta fl-2030

 

2030

Passiġġieri mhux residenti (iż-żona ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza)

2030

Passiġġieri residenti (iż-żona ta’ Marsilja u ta’ Toulon)

2030

Total

Ajaccio

1 050 000

45 000

1 095 000

Bastia

950 000

35 000

985 000

Porto-Vecchio

200 000

7 500

207 500

Propriano

50 000

4 000

54 000

L’Île-Rousse

325 000

5 500

330 500

Sors:

Ir-rapport ta’ Gecodia, it-tabelli 43-44.

3.4.2.1.2.2.   L-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva mill-passiġġieri mediċi

(152)

Fir-rigward tal-passiġġieri mediċi, l-awtoritajiet Franċiżi ma kellhomx data diretta dwar in-numru ta’ pazjenti u ta’ persuni li jakkumpanjawhom li ġew ittrasportati, id-destinazzjoni tagħhom jew il-mezz tat-trasport użat. F’dak ir-rigward, ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li l-aġenzija tas-saħħa reġjonali ta’ Korsika u s-CPAMs ġew mistoqsija dwar din id-data. L-aġenzija reġjonali tas-saħħa ta’ Korsika qalet li ma kellhiex din l-informazzjoni. Is-CPAMs iċċaraw li s-sistema ta’ informazzjoni tagħhom ma kinitx tipprovdi data affidabbli u kompluta.

(153)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi reġgħu bnew stima ta’ dawn il-vjaġġi billi użaw data indiretta.

(154)

L-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel ibbażaw fuq id-data tal-ATIH (il-premessa 144) dwar in-numru ta’ trattamenti jew ta’ soġġorni mediċi (għal trattament mhux disponibbli f’Korsika) irreġistrati għar-residenti ta’ Korsika fi Franza kontinentali (u, b’mod aktar speċifiku, fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte-d’Azur, fejn jinsabu l-bliet ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza). L-awtoritajiet Franċiżi stmaw in-numru ta’ passiġġieri mediċi u ta’ persuni li jakkumpanjawhom fuq il-bażi tan-numru ta’ trattamenti jew ta’ soġġorni mediċi rreġistrati għall-attivitajiet tal-SSR, tal-MCO u tal-PSY għar-residenti ta’ Korsika fir-reġjun kollu ta’ Provence-Alpes-Côte-d’Azur (97). B’kollox, waslu għal stima ta’ medja ta’ 65 000 passiġġier mediku fis-sena għal kull trattament mediku relatat mal-attivitajiet tal-SSR, tal-MCO u tal-PSY. Id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône (Marsilja) waħdu jirrappreżenta medja ta’ madwar 53 000 passiġġier fis-sena matul il-perjodu 2015-2019.

(155)

Din l-istima tinkludi wkoll il-persuni li jakkumpanjawhom. L-awtoritajiet Franċiżi qiesu li persuna waħda ta’ akkumpanjament kienet preżenti b’mod sistematiku għal passiġġieri mediċi taħt l-età ta’ 19-il sena u ta’ aktar minn 75 sena, u fil-gruppi ta’ età l-oħrajn persuna waħda minn kull tnejn kienet akkumpanjata. B’riżultat ta’ dan, huma stabbilew li vjaġġ mediku (ta’ ritorn) minn pazjent ta’ Korsika joħloq ħtieġa de facto għat-trasport ta’ 1,4 passiġġier (vjaġġ ta’ ritorn), filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-persuni li jakkumpanjawhom. Skont Franza, din is-suppożizzjoni kienet konsistenti mad-data empirika miġbura mis-CPAM 2A, billi mill-15 237 talba għal approvazzjoni minn qabel aċċettati mis-CPAM 2A, 41,5 % (6 318) kienu jinvolvu persuna li takkumpanja u minn dawk it-6 318-il talba, 7,5 % kienu jinvolvu wkoll it-tieni persuna li takkumpanja.

(156)

Imbagħad, l-awtoritajiet Franċiżi stmaw in-numru ta’ vjaġġi bil-baħar b’żewġ modi.

(157)

L-ewwel approċċ kien li jinkiseb in-numru ta’ passiġġieri mediċi billi jitnaqqas in-numru ta’ passiġġieri mediċi li vvjaġġaw bl-ajruplan min-numru totali stmat ta’ passiġġieri mediċi. Id-data dwar il-passiġġieri mediċi li vvjaġġaw bl-ajru bejn Korsika u d-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône (Marsilja), disponibbli għall-awtoritajiet Franċiżi għall-perjodu 2016-2019, (98) turi li l-ivvjaġġar bl-ajru kien jammonta għal madwar 38 000 passiġġier fis-sena bħala medja (madwar 70 % tat-total stmat ta’ 53 000 passiġġier mediku, il-premessa 154). Fuq il-bażi ta’ dawn il-kalkoli, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li t-trasport marittimu jista’ jirrappreżenta sa 30 % tal-vjaġġi tal-passiġġieri mediċi lejn id-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône.

(158)

It-tieni approċċ kien li jiġu analizzati l-15 237 talba għal approvazzjoni minn qabel mibgħutin lis-CPAM 2A mir-residenti ta’ Korsika bejn l-2020 u l-2021 għar-rimborż tal-kostijiet tat-trasport relatati mal-ivvjaġġar mediku. L-analiżi ta’ dawn it-talbiet għal approvazzjoni minn qabel, li trid tinkludi r-riċetta medika li tindika l-mod tat-trasport ordnat mit-tabib skont il-kundizzjoni tal-pazjent (il-premessi 136 sa 148), żvelat li madwar 4 % minnhom kienu jikkonċernaw it-trasport marittimu.

(159)

Fuq il-bażi ta’ dawn iż-żewġ approċċi, il-proporzjon ta’ passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw bil-baħar min-numru totali ta’ passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw lejn Marsilja jvarja bejn 4 % u 30 %. Sabiex jiġu rrikonċiljati ż-żewġ approċċi u jiġi żgurat li l-firxa tad-domanda minn dawn il-passiġġieri tiġi vvalutata b’mod konservattiv, l-awtoritajiet Franċiżi finalment jistmaw li 10 % tal-passiġġieri mediċi vvjaġġaw bid-dgħajsa (madwar 5 400 passiġġier mediku fis-sena minn total ta’ 53 000 passiġġier mediku fis-sena stmati mill-awtoritajiet Franċiżi għad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône fl-2019).

(160)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi assenjaw in-numru ta’ passiġġieri mediċi lid-diversi portijiet ta’ Korsika fuq il-bażi tad-diżaggregazzjoni tal-attività tal-MCO skont ir-reġjun (li mappa tagħha hija disponibbli fuq is-sit tal-ATIH).

(161)

Sabiex tiġi stmata d-domanda annwali mill-passiġġieri mediċi li għandha tiġi ssodisfata bejn l-2023 u l-2030, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li, sabiex titqies iż-żieda mistennija fil-popolazzjoni u l-popolazzjoni li qed tixjieħ, minn naħa waħda, u l-iżvilupp tal-provvista tal-kura tas-saħħa f’Korsika, min-naħa l-oħra, id-domanda prevista bejn l-2023 u l-2030 tibqa’ stabbli fuq il-bażi tal-vjaġġi mediċi tal-passiġġieri stmati għall-2019. It-Table 15 turi l-istima ta’ vjaġġi mediċi bid-dgħajsa bejn il-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja.

Tabella 15

Stima tal-vjaġġi mediċi bid-dgħajsa ta’ pazjenti li jgħixu f’Korsika u l-persuni li jakkumpanjawhom (passiġġieri annwali) bejn Korsika u Marsilja

 

2018

2019

2020

2023-2030

Ajaccio

2 134

2 145

1 667

2 145

Bastia

2 407

2 419

1 880

2 419

Porto-Vecchio

251

252

196

252

Propriano

126

126

98

126

L’Île-Rousse

425

427

332

427

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023.

3.4.2.2.   Id-determinazzjoni tal-kapaċità tas-suq li jissodisfa d-domanda tal-utenti

(162)

Wara li jistmaw id-domanda kwalitattiva u kwantitattiva mid-diversi kategoriji ta’ utenti tat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali, l-awtoritajiet Franċiżi ppruvaw jiddeterminaw sa liema punt il-provvista tas-suq tista’ tissodisfa dik id-domanda.

3.4.2.2.1.   Il-konsultazzjoni mal-operaturi

3.4.2.2.1.1.   Mistoqsijiet magħmulin

(163)

Il-konsultazzjoni mal-operaturi fil-bidu kienet tinkludi kwestjonarju, li kien fih erba’ mistoqsijiet ġenerali dwar it-trasport tal-passiġġieri:

l-ewwel mistoqsija talbet lit-trasportaturi marittimi jikkummentaw dwar il-karatteristiċi tad-domanda tal-utenti identifikata u ppreżentata fid-dokument ta’ appoġġ tal-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 95);

it-tieni mistoqsija talbet lill-operaturi jiddeskrivu l-flotta li x’aktarx jużaw għas-servizzi marittimi bejn Korsika u Franza kontinentali;

it-tielet mistoqsija staqsiet jekk, skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, l-operaturi kinux qed jippjanaw li jintroduċu servizz fuq rotta waħda jew aktar mill-2023 ’il quddiem. Din il-mistoqsija pproponiet ukoll lista ta’ rotot li jkopru l-konnessjonijiet marittimi kollha bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Korsika, bejn Toulon u l-portijiet ta’ Korsika, u bejn Nizza u l-portijiet ta’ Korsika. Għal kull rotta, l-operaturi kellhom jindikaw jekk kinux se joperaw ir-rotta skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 jew le. Il-kwestjonarju ppermetta wkoll lill-operaturi jipprovdu kwalunkwe kumment dwar l-operat tar-rotta inkwistjoni.

(164)

Jekk it-tweġiba għat-tielet mistoqsija kienet “iva” għal rotta waħda jew aktar, il-kwestjonarju mbagħad ippropona lista ta’ mistoqsijiet aktar speċifiċi dwar is-servizz li l-operatur kieku jintroduċi. L-operaturi kellhom jipprovdu din l-informazzjoni għal kull rotta li għaliha kienu ddikjaraw li setgħu jipproponu servizz kummerċjali skont l-iskema ta’ OSP tal-2019.

(165)

Pereżempju, jekk operatur iddikjara li kien kapaċi jipprovdi servizz kummerċjali fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio, kellu jwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

diġà kien ipprovda servizz tat-trasport marittimu għall-perjodu 2015-2022 fuq ir-rotta inkwistjoni (99)?

f’liema żmien tas-sena l-operatur jipprovdi s-servizz tiegħu (100)?

x’tip ta’ bastimenti juża l-operatur sabiex jipprovdi s-servizz kummerċjali tiegħu (101)?

3.4.2.2.1.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(166)

Tliet operaturi wieġbu għall-konsultazzjoni mal-operaturi: Corsica Linea, La Méridionale u Corsica Ferries.

(167)

Corsica Linea u La Méridionale ddikjaraw li kieku ma joffru l-ebda servizz kummerċjali bejn Korsika u Franza kontinentali skont l-iskema ta’ OSP tal-2019.

(168)

Corsica Ferries issottomettiet is-servizz kummerċjali li kienet tuża fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz għat-trasport tal-passiġġieri. B’appoġġ għat-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju, Corsica Ferries issottomettiet diversi files Excel li jispjegaw, fost l-oħrajn, il-kapaċitajiet tal-bastimenti tagħha u s-servizz kummerċjali li kieku tipprovdi.

(169)

Bi tweġiba għall-mistoqsija 1 tal-konsultazzjoni mal-operaturi, Corsica Ferries indikat li t-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju, kif ukoll il-file Excel tad-data relatata mas-servizz tat-trasport tagħha, kienu tfasslu fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni fid-dokumenti pprovduti mis-CdC tal-ħtiġijiet u tar-rekwiżiti ta’ kontinwità territorjali. Fid-dawl ta’ dawn l-inċertezzi, Corsica Ferries ma kinitx immudellat, fil-file Excel tagħha dwar il-kapaċità tal-bastimenti tagħha, kwalunkwe żieda jew tnaqqis fil-kapaċità offruta matul il-perjodu 2023-2028: għalhekk, il-kapaċità rrapportata kienet identika matul il-perjodu taħt analiżi.

(170)

Bi tweġiba għall-mistoqsija 4, Corsica Ferries iddikjarat li, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, mill-1 ta’ Jannar 2023 hija kieku topera servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bejn il-portijiet kollha ta’ Franza kontinentali (Marsilja, Nizza, Toulon) u l-portijiet kollha ta’ Korsika ħlief il-port ta’ Propriano. B’mod aktar speċifiku, kieku toffri servizzi kummerċjali matul il-jum u matul il-lejl (merkanzija u passiġġieri), li jinkludu:

vjaġġ ta’ kuljum bir-ritorn bejn Franza kontinentali (tal-anqas ħames darbiet fil-ġimgħa minn Toulon u darbtejn fil-ġimgħa minn Marsilja) u ż-żewġ portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia;

żewġ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull xahar minn Marsilja, u tal-anqas tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa minn Toulon, għal kull wieħed mill-portijiet ta’ Porto-Vecchio u ta’ L’Île-Rousse;

l-ebda servizz kummerċjali lejn Propriano peress li, skont Corsica Ferries, dak il-port kien sostitwibbli ma’ Ajaccio, li diġà kien ippropona li jservi tal-anqas darba kuljum minn Marsilja u minn Toulon;

servizzi addizzjonali tat-trasport marittimu bejn il-port ta’ Nizza u ta’ Korsika minn Lulju sa Settembru.

(171)

Corsica Ferries infurmat lill-awtoritajiet Franċiżi li kellha flotta ta’ 13-il bastiment, li ma kinux assenjati għal rotta partikolari. Il-kumpanija ddikjarat ukoll li 15 % tal-qsim tagħha, fuq ir-rotot kollha, isir matul il-jum (it-tluq bejn is-6 a.m. u l-4 p.m. għall-wasla bejn is-2 p.m. u nofsillejl fiż-żewġ direzzjonijiet).

(172)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-bastimenti tagħha għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, Corsica Ferries ipprovdiet lill-awtoritajiet Franċiżi bl-informazzjoni stabbilita fit-Table 16.

Tabella 16

Is-servizz potenzjali ta’ Corsica Ferries skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 (passiġġieri annwali) fin-nuqqas ta’ PSCs

 

2023-2028

Passiġġieri mhux residenti (iż-żona ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza)

2023-2028

Passiġġieri residenti (iż-żona ta’ Marsilja u ta’ Toulon)

2023-2028

Total

Ajaccio

1 790 601

971 940

2 762 541

Bastia

1 881 317

907 995

2 789 312

Porto-Vecchio

279 532

136 803

416 335

Propriano

0

0

0

L’Île-Rousse

586 182

256 158

842 340

Sors:

Ir-reazzjoni ta’ Corsica Ferries għat-test tas-suq dwar is-servizzi marittimi bejn Korsika u Franza kontinentali (it-22 ta’ Frar 2022).

(173)

Corsica Ferries iddikjarat ukoll li l-offerta tagħha (mill-port ta’ Marsilja) tkun valida biss fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn Korsika u Franza kontinentali.

3.4.2.2.2.   Analiżi tal-falliment tas-suq

(174)

Wara li analizzaw il-kapaċità li kienet tuża Corsica Ferries, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li, fin-nuqqas ta’ PSCs, is-suq jista’ jissodisfa d-domanda mbassra fil-perjodu 2023-2028 mill-passiġġieri residenti (minbarra passiġġieri mediċi) u dawk mhux residenti għal servizzi marittimi bejn il-portijiet ta’ Ajaccio, ta’ Bastia, ta’ L’Île-Rousse u ta’ Porto-Vecchio u l-portijiet ta’ Franza kontinentali.

(175)

Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li Corsica Ferries kieku ma sservix il-port ta’ Propriano. Għalhekk, jikkonkludu li hemm falliment tas-suq sħiħ għat-trasport marittimu bejn il-port ta’ Propriano u l-portijiet ta’ Franza kontinentali, kemm għall-passiġġieri residenti kif ukoll għal dawk mhux residenti.

(176)

Barra minn hekk, fir-rigward tad-domanda mill-passiġġieri mediċi, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kumpanija Corsica Ferries isservi l-port ta’ Marsilja darbtejn fil-ġimgħa biss mill-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, u tliet darbiet fix-xahar mill-portijiet ta’ Porto-Vecchio u ta’ L’Île-Rousse. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 170, Corsica Ferries kieku ma sservix il-port ta’ Propriano. Għalhekk, huma jqisu li s-servizz offrut minn Corsica Ferries ma kienx regolari biżżejjed għall-port ta’ Marsilja, li huwa l-port preferut għall-passiġġieri mediċi.

3.4.2.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku fir-rigward tat-trasport marittimu tal-passiġġieri

(177)

Fid-dawl ta’ falliment tas-suq bejn il-port ta’ Propriano u l-portijiet ta’ Franza kontinentali għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri residenti u mhux residenti, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku li jkopri d-domanda kwantitattiva stmata kollha bejn l-2023 u l-2030 minn/lejn il-port ta’ Propriano, kif indikat fit-Table 14.

(178)

Fid-dawl ta’ falliment tas-suq bejn kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri mediċi minħabba l-inadegwatezza tas-servizzi tat-trasport li jiġu pprovduti minn Corsica Ferries, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku li jkopri d-domanda kollha minn passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw lejn Marsilja bejn l-2023 u l-2030, kif indikat fit-Table 15.

3.4.3.   Karatterizzazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-merkanzija

(179)

Din is-subtaqsima tiddeskrivi l-konklużjonijiet li waslu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi dwar (i) l-eżistenza tad-domanda mill-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali u (ii) id-deskrizzjoni ta’ falliment tas-suq mill-issodisfar ta’ din id-domanda.

3.4.3.1.   Identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti

(180)

Is-subtaqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-analiżijiet imwettqin mill-awtoritajiet Franċiżi relatati kemm mad-domanda kwalitattiva mill-utentii tat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali kif ukoll mad-domanda kwantitattiva minn dawk l-utenti.

3.4.3.1.1.   Identifikazzjoni tad-domanda kwalitattiva

(181)

Din is-subtaqsima tippreżenta l-ewwel ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti; it-tieni, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-portijiet; fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Gecodia li jissupplimentaw ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi.

3.4.3.1.1.1.   Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti

3.4.3.1.1.1.1.   Mistoqsijiet magħmulin

(182)

Fid-dokument ta’ appoġġ ta’ konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 95), l-awtoritajiet Franċiżi għamlu distinzjoni preliminari bejn it-trasport ta’ merkanzija rmunkata u t-trasport ta’ merkanzija mhux irmunkata (102).

(183)

Il-konsultazzjoni mal-utenti kienet tinkludi kwestjonarju indirizzat lill-utenti kollha tat-trasport marittimu tal-merkanzija. Il-kwestjonarju kien fih lista ta’ madwar 20 mistoqsija, bit-tweġibiet proposti (f’xi każijiet l-utenti jistgħu jimmarkaw tweġibiet multipli) u ħin stmat ta’ tlestija ta’ ħames minuti.

(184)

L-ewwel tliet mistoqsijiet fittxew informazzjoni ġenerali dwar il-profili tal-utenti. L-ewwel mistoqsija talbet lill-utenti jipprovdu informazzjoni dwar ir-rotta/rotot marittimi lil Korsika li użaw bejn il-port ta’ Marsilja u l-ħames portijiet ta’ Korsika (103). It-tieni mistoqsija fittxet informazzjoni dwar is-settur ta’ attività tal-utenti u l-kodiċi postali tal-uffiċċju ewlieni tagħhom. It-tielet mistoqsija talbet lill-utenti għall-opinjoni tagħhom dwar id-distinzjoni bejn it-trasport ta’ merkanzija rmunkata u t-trasport ta’ merkanzija mhux irmunkata, u talbuhom jipprovdu informazzjoni dwar il-volum ta’ merkanzija rmunkata u/jew mhux irmunkata ttrasportata fuq ir-rotta inkwistjoni fl-2019.

(185)

Il-mistoqsijiet minn 4 sa 13 staqsew lill-utenti dwar is-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi tat-trasport marittimu offruti fuq ir-rotta/i kkonċernata/i. B’mod aktar speċifiku, staqsew:

jekk is-servizz offrut fuq ir-rotta inkwistjoni jissodisfax il-ħtiġijiet tal-utent (tweġiba: iva jew le);

jekk l-utenti sabux diffikultajiet f’termini tal-kapaċità disponibbli (104);

sabiex jispeċifikaw it-tip ta’ merkanzija li għaliha l-utenti ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dawn u jekk biddlux il-merkanzija tagħhom għal rotot oħrajn bħala riżultat ta’ dawk id-diffikultajiet (105);

jekk l-utenti kinux issodisfati bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla minn/lejn Korsika (sodisfaċenti jew mhux sodisfaċenti; jekk mhux sodisfaċenti, l-utenti riedu ħin tat-tluq jew tal-wasla aktar kmieni jew aktar tard?) u l-frekwenza tas-servizzi tat-trasport marittimu offruti fuq ir-rotot marittimi użati;

jekk in-noll massimu tal-merkanzija skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 jenħtieġx li jinbidel.

(186)

Il-mistoqsijiet minn 14 sa 20 stiednu lill-utenti jagħtu l-valutazzjoni tagħhom tal-għażla tal-port ta’ Franza kontinentali għas-servizz. B’mod partikolari, dawn il-mistoqsijiet staqsew:

jekk, fiż-żmien tal-prenotazzjoni ta’ waħda mir-rotot minn Marsilja, l-utenti ħarsux ukoll lejn l-alternattivi ta’ qsim disponibbli fil-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (106);

ir-raġuni ewlenija għall-għażla tal-port ta’ Marsilja għall-kuntrarju tal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (107);

jekk, fil-każ ta’ żieda ipotetika fin-nollijiet ta’ bejn 5-10 % għat-trasport marittimu fil-port ta’ Marsilja, l-utent kienx lest li juża s-servizzi tat-trasport marittimu f’port ieħor ta’ Franza kontinentali (Toulon, Nizza jew it-tnejn) sabiex jivvjaġġa lejn jew minn Korsika;

jekk l-utent kienx diġà uża rotot minn Toulon jew minn Nizza lejn Korsika mill-2019 (iva jew le) u, jekk iva, jispeċifika r-raġuni ewlenija għall-għażla ta’ port ta’ Franza kontinentali (Toulon jew Nizza) minflok il-port ta’ Marsilja (108).

(187)

Fl-aħħar nett, il-mistoqsija 21 staqsiet lill-utenti dwar l-adegwatezza ta’ servizz tat-trasport li juża bastimenti kompletament iddedikati għall-merkanzija (Ro-Ro) meta mqabbel mas-servizz kurrenti (Ro-Pax).

3.4.3.1.1.1.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(188)

Sa tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kienu rċivew biss ħames tweġibiet għall-kwestjonarju. Fid-dawl ta’ dan in-numru baxx, Gecodia kkuntattjat direttament diversi kumpaniji tat-trasport u tal-loġistika li jużaw is-servizzi tal-merkanzija marittima bejn Korsika u Franza kontinentali, sabiex tgħaddi l-kwestjonarju direttament magħhom bit-telefown.

(189)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-Gecodia kkuntattjat 21 kumpanija tat-trasport li jirrappreżentaw madwar 90 % tat-traffiku totali tal-merkanzija mhux irmunkata u 70 % tal-merkanzija rmunkata li tgħaddi bejn Korsika u Franza kontinentali. It-trasportaturi tal-merkanzija mistħarrġa kienu jużaw prinċipalment rotot minn Marsilja, filwaqt li aktar minn nofshom użaw ukoll rotot minn Toulon. It-trasportaturi tal-merkanzija wieġbu għal kull waħda mir-rotot li użaw bejn Korsika (kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika) u Franza kontinentali (kull wieħed mill-portijiet ta’ Franza kontinentali), u għal kull tip ta’ merkanzija (merkanzija rmunkata u mhux irmunkata).

(190)

Fir-rigward tal-merkanzija mhux irmunkata, (109) it-tweġibiet għall-kwestjonarju jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

ftit aktar minn nofs ir-rispondenti jqisu li s-servizz kurrenti tat-trasport marittimu offrut ġeneralment ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Dawn ir-riżultati jvarjaw skont ir-rotta: filwaqt li kważi l-utenti kollha li jużaw is-servizzi tat-trasport bejn Franza kontinentali u Propriano u l-L’Île-Rousse huma ssodisfati bl-offerti kurrenti, minn fost dawk li jużaw is-servizzi tat-trasport lejn/minn Ajaccio u Bastia kważi ħadd ma huwa sodisfatt (110);

il-biċċa l-kbira tal-utenti jiffaċċjaw diffikultajiet f’termini ta’ kapaċità disponibbli, b’mod partikolari fuq rotot bejn Franza kontinentali u Bastia (100 % jiltaqgħu ma’ diffikultajiet regolarment jew sistematikament), Ajaccio u Porto-Vecchio (aktar minn 50 % jiltaqgħu ma’ diffikultajiet regolarment jew sistematikament);

ir-rispondenti fil-biċċa l-kbira japprezzaw il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla f’Korsika u l-frekwenzi tal-vjaġġi bir-ritorn fis-seħħ fil-ħin tal-konsultazzjoni mal-utenti;

l-ebda wieħed mir-rispondenti ma jqabbel il-qsim disponibbli fil-port ta’ Marsilja mal-qsim disponibbli f’portijiet oħrajn. Il-qrubija tal-port ta’ Marsilja hija kważi l-unika raġuni għall-għażla ta’ dak il-port. Anke fil-każ ta’ żieda ipotetika fil-prezzijiet tat-trasport marittimu minn Marsilja, l-ebda wieħed mir-rispondenti ma jaqleb għall-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali;

kważi r-rispondenti kollha jippreferu servizz b’bastimenti tal-merkanzija biss (Ro-Ro) minflok servizz tal-passiġġieri u tal-merkanzija.

(191)

Fir-rigward tal-merkanzija rmunkata, it-tweġibiet għall-kwestjonarju jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

ftit aktar minn nofs it-tweġibiet jiddikjaraw li s-servizz kurrenti tat-trasport marittimu offrut minn/lejn Marsilja ġeneralment jissodisfa l-ħtiġijiet, filwaqt li s-servizz minn Toulon jitqies bħala mhux sodisfaċenti (77 % tat-tweġibiet). Dawn ir-riżultati jvarjaw skont ir-rotta: kważi l-utenti kollha lmentaw dwar ir-rotta lejn/minn Bastia (għar-rispondenti li jużaw Marsilja u Toulon). Nofshom lanqas ma huma sodisfatti bis-servizz lejn/minn Ajaccio u Porto-Vecchio (għar-rispondenti li jużaw Marsilja u Toulon), filwaqt li jesprimu s-sodisfazzjon ġenerali bir-rotot lejn/minn Propriano u L’Île-Rousse;

il-biċċa l-kbira tal-utenti jiffaċċjaw diffikultajiet f’termini ta’ kapaċità disponibbli, b’mod partikolari fuq ir-rotot lejn Bastia (100 % jiltaqgħu ma’ diffikultajiet regolarmentjew sistematikament, kemm f’Marsilja kif ukoll f’Toulon) kif ukoll lejn Ajaccio u Porto-Vecchio (50 % jiltaqgħu ma’ diffikultajiet regolarment jew sistematikament minn Marsilja u 100 % minn Toulon);

ir-rispondenti fil-biċċa l-kbira japprezzaw il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla u l-frekwenza tal-vjaġġi bir-ritorn fis-seħħ fi żmien il-konsultazzjoni mal-utenti kemm f’Toulon kif ukoll f’Marsilja;

kważi l-ebda wieħed mir-rispondenti ma jqabbel il-qsim disponibbli fil-port ta’ Marsilja mal-qsim disponibbli f’portijiet oħrajn. Il-qrubija tal-port ta’ Marsilja hija kważi l-unika raġuni għall-għażla ta’ dak il-port. Anke fil-każ ta’ żieda fil-prezzijiet tat-trasport marittimu minn Marsilja, l-ebda wieħed mir-rispondenti ma jaqleb għall-portijiet oħrajn ta’ Franza kontinentali;

fl-2019 anqas minn 40 % tar-rispondenti kienu jużaw portijiet ta’ Franza kontinentali minbarra Marsilja. Ir-riżultati jvarjaw skont ir-rotta: 80 % u 50 % (rispettivament) tar-rispondenti li kienu jivvjaġġaw lejn/minn Bastia u Ajaccio kienu jużaw Toulon, meta mqabblin ma’ prattikament l-ebda persuna li tivvjaġġa lejn/minn portijiet oħrajn ta’ Korsika. L-unika raġuni għall-użu tal-port ta’ Toulon hija li s-servizzi huma kompletament ipprenotati fil-port ta’ Marsilja. Anke fil-każ ta’ żieda fil-prezzijiet tat-trasport marittimu minn Marsilja, l-ebda wieħed mir-rispondenti ma jaqleb għall-portijiet oħrajn ta’ Franza kontinentali;

il-maġġoranza tar-rispondenti jippreferu servizz b’bastimenti tal-merkanzija biss (Ro-Ro) minflok servizz ibbażat fuq Ro-Pax.

3.4.3.1.1.2.   Il-konsultazzjoni mal-portijiet

3.4.3.1.1.2.1.   Mistoqsijiet magħmulin

(192)

Il-kwestjonarju li jakkumpanja l-konsultazzjoni mal-portijiet kien jinkludi tliet partijiet dwar it-traffiku tal-merkanzija.

(193)

L-ewwel parti tal-kwestjonarju stiednet lill-awtoritajiet tal-port jikkummentaw dwar il-karatteristiċi tad-domanda tal-utenti, kif identifikati u ppreżentati fid-dokument ta’ appoġġ għall-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 95). B’mod aktar speċifiku, l-ewwel parti talbet lill-awtoritajiet tal-portijiet sabiex:

kumment dwar id-distinzjoni bejn merkanzija rmunkata u mhux irmunkata;

jindikaw id-daqs taż-żona ta’ klijentela tal-port tagħhom, fuq il-bażi tal-għarfien tagħhom dwar is-suq;

jindikaw jekk kinux iqisu li l-infrastruttura tal-port tagħhom ma hijiex sostitwibbli ma’ portijiet oħrajn għall-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata kollha jew parti minnha bejn Korsika u Franza kontinentali;

jikkummentaw dwar il-livell ta’ kompetizzjoni, kemm kurrenti kif ukoll fuq perjodu ta’ 7 snin, bejn il-portijiet għat-trasport tal-merkanzija.

(194)

It-tieni parti tal-kwestjonarju talbet lill-awtoritajiet tal-port sabiex jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-infrastruttura tal-portijiet li x’aktarx jużaw lis-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali.

(195)

It-tielet parti (il-mistoqsijiet 5.1 sa 5.8 għall-merkanzija mhux irmunkata u l-mistoqsijiet 6.1 sa 6.8 għall-merkanzija rmunkata) essenzjalment staqsew lill-awtoritajiet tal-port dwar il-kapaċità tal-infrastruttura tagħhom sabiex jimmaniġġaw it-traffiku tal-merkanzija. B’mod aktar speċifiku, talbuhom jindikaw:

jekk l-infrastruttura tagħhom tinkludix żoni ta’ mmaniġġar għal merkanzija mhux irmunkata u rmunkata (tweġiba: iva jew le) (111);

it-tip ta’ bastimenti li jistgħu jakkomodaw (112);

jekk l-infrastruttura tal-port tagħhom attwalment kinitx timmaniġġa merkanzija rmunkata u/jew mhux irmunkata (113);

jekk l-infrastruttura tagħhom tistax takkomoda vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum (114) u ta’ kull ġimgħa (115) għat-traffiku tal-merkanzija (tweġiba: iva jew le);

jekk l-awtoritajiet tal-port setgħux jiggarantixxu numru ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa għas-servizzi tal-merkanzija lejn Korsika (tweġiba: iva jew le) (116).

3.4.3.1.1.2.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(196)

Kif indikat fil-premessa 120, l-awtoritajiet Franċiżi ġabru kontributi mingħand l-awtoritajiet tal-port ta’ Toulon, ta’ Marsilja u ta’ Nizza.

(197)

Fir-rigward tal-ewwel parti tal-kwestjonarju, it-tliet portijiet iqisu li l-approċċ meħud mill-awtoritajiet Franċiżi fid-distinzjoni bejn merkanzija rmunkata u mhux irmunkata huwa xieraq. Fir-rigward taż-żona ta’ klijentela tagħhom għat-trasport tal-merkanzija, il-portijiet ta’ Nizza u ta’ Toulon iqisu li ż-żona ta’ klijentela tagħhom hija biss lokali u limitata għaż-żona immedjata taż-żona interna, filwaqt li l-port ta’ Marsilja jqis li huwa jattira t-trasport ta’ merkanzija minn Franza kollha, u b’mod partikolari t-trasport ta’ merkanzija li tgħaddi mill-wied ta’ Rhône.

(198)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-port ta’ Nizza jqis li l-infrastruttura tiegħu, li tinsab fiċ-ċentru tal-belt, u n-nisġa industrijali u kummerċjali dgħajfa madwar Nizza ma jippermettulux, u mhux se jippermettulu fuq perjodu ta’ 7 snin, li jissodisfa d-domanda għat-trasport tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali. Il-port ta’ Toulon jiddikjara wkoll li l-port ta’ Marsilja huwa l-mexxej mhux ikkontestat fis-suq tal-merkanzija, u li jista’ biss jippożizzjona ruħu sabiex jikkomplementa lil Marsilja. Il-port ta’ Toulon jindika li l-livell ta’ kompetizzjoni bejn Marsilja u Toulon huwa “b’saħħtu, minkejja l-kapaċità baxxa ta’ Toulon, li jfisser li ma jistax jikkompeti verament f’dan is-suq”. Il-port ta’ Marsilja jqis li l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, fil-qalba tal-ġunzjonijiet tal-awtostradi u tal-binarji ferrovjarji u qrib iċ-ċentri ewlenin tal-loġistika u tat-trasport, kif ukoll l-aċċess faċli ħafna għall-infrastruttura tiegħu minn tliet awtostradi jagħtuh vantaġġ kbir għat-trasport tal-merkanzija.

(199)

Fir-rigward tat-tielet parti tal-kwestjonarju:

L-awtorità tal-port ta’ Marsilja jiddikjara li għandu 13-il post ta’ rmiġġ li kapaċi jirċievu traffiku tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata lejn Korsika. Ħamsa minnhom diġà huma ddedikati bis-sħiħ għat-traffiku lejn Korsika skont il-PSCs tal-2021-2022, u tmienja oħrajn jistgħu jiġu allokati b’mod supplimentari. Il-port ta’ Marsilja għandu 120 000 m2 ta’ żoni ta’ mmaniġġar, li jistgħu jiġu ddedikati kompletament għat-traffiku tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata lejn Korsika. Kważi 30 000 m2 ta’ spazju addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli skont il-kundizzjonijiet tat-temp jew sabiex jiġu mmaniġġati oġġetti perikolużi. Fl-aħħar nett, proġett ta’ espansjoni tat-terminali jinvolvi l-ħolqien ta’ aktar minn 60 000 m2 ta’ żoni ta’ mmaniġġar addizzjonali, li l-port jista’ juża għas-servizzi marittimi lejn Korsika. Barra minn hekk, il-port ta’ Marsilja jiddikjara fil-kontribut tiegħu li l-aċċess għall-bastimenti huwa faċli għat-trakkijiet (117). Il-port ta’ Marsilja jista’ wkoll jimbarka/jiżbarka 35 trejler fis-siegħa bħala medja, u jimmaniġġa kważi 240 trejler kuljum. Fl-aħħar nett, il-port ta’ Marsilja jiddikjara li jista’ jipprovdi servizz ta’ tiswija tal-bastimenti għal Ro-Pax għal intervent tekniku immedjat.

L-awtorità tal-port ta’ Toulon tiddikjara li l-infrastruttura tal-port tagħha tista’ tittratta t-traffiku tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata. Tindika li Toulon-Port de Commerce għandu żoni ta’ mmaniġġar (3 400 m2) u tliet postijiet ta’ rmiġġ għall-bastimenti Ro-Pax, li jistgħu jiżguraw żewġ vjaġġi bir-ritorn kuljum (118). L-awtorità tal-port tiddikjara li tista’ tittratta l-imbarkazzjoni jew l-iżbark ta’ 80 trejler kuljum (iżda madwar għaxra biss fil-perjodu tas-sajf) f’dan it-terminal. Madankollu, l-awtorità tal-port twissi li, minħabba l-livell kurrenti ta’ okkupazzjoni ta’ dawn iż-żoni ddedikati minn Corsica Ferries (80 %), ma tistax tiggarantixxi li dawn jistgħu jiġu allokati kuljum għat-traffiku skedat minn/lejn Korsika (119). Toulon-Port de Commerce jista’ jakkomoda merkanzija rmunkata, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti perikolużi. Toulon-Brégaillon, min-naħa tiegħu, għandu 30 000 m2 ta’ żoni ta’ mmaniġġar li jista’ juża għat-traffiku tal-merkanzija mhux irmunkata, inklużi oġġetti perikolużi. Madankollu, għandha biss post ta’ rmiġġ wieħed, għall-bastimenti Ro-Ro biss. Dan jista’ jimmaniġġa 120 trejler kuljum. Is-CCI ta’ Var tiddikjara li Toulon-Brégaillon huwa adattat sabiex jaqdi l-aħjar lit-traffiku pur tal-merkanzija, peress li ma jistax jakkomoda t-traffiku tal-passiġġieri minħabba li t-terminal jinsab f’żona fejn jiġu mmaniġġati l-isplussivi.

L-awtorità tal-port ta’ Nizza tiddikjara li l-infrastruttura tal-port tagħha ma tistax takkomoda traffiku tal-merkanzija mhux irmunkata. Madankollu, tista’ tiġi mmaniġġata merkanzija rmunkata. Din l-infrastruttura għandha żona ta’ mmaniġġar ta’ 25 900 m2, iżda l-port jispeċifika li t-traffiku tal-passiġġieri jieħu prijorità fuq kwalunkwe attività oħra. Hemm erba’ postijiet ta’ rmiġġ disponibbli. L-awtorità tal-port tiddikjara li tista’ tiggarantixxi sa erba’ vjaġġi billejl ta’ kuljum għal servizzi tal-merkanzija rmunkata lejn Korsika.

(200)

Kif indikat fil-premessa 124, is-CCI ta’ Korsika pprovdiet ukoll kontribut b’test liberu matul il-konsultazzjoni mal-utenti. Is-CCI ta’ Korsika pprovdiet diversi biċċiet ta’ informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija fil-portijiet ta’ Korsika.

(201)

B’mod ġenerali, is-CCI ta’ Korsika tenfasizza l-problemi ta’ kapaċità li jiltaqgħu magħhom il-portijiet kollha ta’ Korsika, bl-eċċezzjoni tal-port ta’ Propriano. Din is-sitwazzjoni teħtieġ regolarment eżenzjonijiet prefattorali matul il-perjodu tas-sajf sabiex il-vetturi tqal tal-merkanzija jitħallew isuqu f’jiem ta’ traffiku kbir fit-toroq (jiem “ħomor”). B’mod aktar speċifiku, is-CCI ta’ Korsika tosserva li:

il-port ta’ Bastia ra żieda qawwija ħafna fit-traffiku tal-merkanzija mill-2010 ’l hawn, li ma kkalmatx bil-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, il-kapaċità tal-port ta’ Bastia laħqet punt ta’ saturazzjoni, b’żoni ta’ mmaniġġar iffullati żżejjed, b’operazzjonijiet ta’ mmaniġġar dejjem aktar stretti matul perjodu ta’ żmien limitat u fi spazju ristrett, u bil-konġestjoni tal-vetturi li tagħmilha impossibbli għat-trasportaturi tal-merkanzija li jagħmlu l-konsenji tagħhom fil-ħin b’mod regolari. Għalkemm il-port ta’ Bastia għandu tmien postijiet ta’ rmiġġ, fl-istess ħin ma jistax jakkomoda tmien bastimenti minħabba, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tekniċi tal-postijiet ta’ rmiġġ tiegħu (tul u pixka limitati). Għalhekk, fil-kontribut tagħha, is-CCI ta’ Korsika titlob li jinżammu l-vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum bejn Bastia u Marsilja, u li jiżdiedu vjaġġi bir-ritorn addizzjonali sabiex jitqassam it-traffiku u tiġi evitata l-konġestjoni / li l-merkanzija titħalla fuq il-moll;

il-portijiet ta’ Ajaccio u Porto-Vecchio wkoll qegħdin jesperjenzaw żidiet qawwija fit-traffiku tal-merkanzija, bil-merkanzija li dejjem aktar qiegħda titħalla fuq il-moll minħabba nuqqas ta’ spazju abbord il-bastimenti. Is-CCI ta’ Korsika titlob li l-vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa jinżammu għaż-żewġ portijiet, bi vjaġġi bir-ritorn addizzjonali sabiex it-traffiku jitqassam f’ħinijiet differenti u tiġi evitata l-konġestjoni / jiġi evitat li l-merkanzija titħalla fuq il-moll;

skont is-CCI ta’ Korsika, il-port ta’ L’Île-Rousse ibati minn żbilanċ meta mqabbel mal-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika, fis-sens li wieħed minn kull tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa huwa ddedikat għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi, li joħloq problema f’termini tal-vitalità ekonomika taż-żona ta’ klijentela tal-port (Balagne), it-tieni destinazzjoni turistika l-aktar popolari wara Porto-Vecchio. Barra minn hekk, il-port ta’ L’Île-Rombse għandu żewġ postijiet ta’ rmiġġ li ma jistgħux ikunu okkupati fl-istess ħin minħabba l-wisgħa tal-uniku taljamar użat kemm għall-postijiet ta’ rmiġġ kif ukoll it-tul tal-bnajkiet. Skont is-CCI ta’ Korsika, il-vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa jenħtieġ li jiżdiedu għal tlieta flimkien ma’ vjaġġ bir-ritorn speċifiku għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi;

ma hemm l-ebda konġestjoni sinifikanti fil-port ta’ Propriano.

3.4.3.1.1.3.   Il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Gecodia dwar id-domanda kwalitattiva mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija

(202)

Minbarra l-konsultazzjonijiet pubbliċi, l-awtoritajiet Franċiżi talbu wkoll lil Gecodia sabiex twettaq analiżijiet addizzjonali fuq talba mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija għas-servizzi marittimi lejn Korsika.

(203)

Kif indikat fil-premessa 95, l-awtoritajiet Franċiżi kienu indikaw fid-dokument ta’ appoġġ tal-konsultazzjoni mal-utenti li kellha ssir distinzjoni bejn it-trasport ta’ merkanzija rmunkata u t-trasport ta’ merkanzija mhux irmunkata, b’mod partikolari minħabba r-restrizzjonijiet differenti ta’ mmaniġġar li dan it-traffiku jinvolvi.

(204)

L-istudju li sar minn Gecodia jikkonferma din id-distinzjoni bejn merkanzija rmunkata u merkanzija mhux irmunkata. Gecodia wettqet ukoll analiżi tal-ambitu ġeografiku tad-domanda tal-utenti għat-trasport tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata bil-baħar, sabiex tiddetermina jekk kienx hemm domanda tal-utenti għal port wieħed jew aktar ta’ Franza kontinentali sabiex jittrasporta l-merkanzija tagħhom bejn Korsika u Franza kontinentali. B’mod partikolari, fit-twettiq ta’ din l-analiżi tqiesu l-parametri li ġejjin:

il-kapaċità tal-portijiet li jaċċettaw it-traffiku;

il-kummenti miġburin matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi;

il-kost addizzjonali għat-tranżitu minn port wieħed jew ieħor skont il-punt tat-tluq tal-merkanzija minn Franza kontinentali lejn Korsika jew il-punt tad-destinazzjoni tal-merkanzija minn Korsika lejn Franza kontinentali; kif ukoll

l-osservazzjoni ta’ xokk tal-prezzijiet permanenti u sinifikanti (għall-merkanzija rmunkata biss).

3.4.3.1.1.3.1.   Domanda separata għall-utenti skont it-tip ta’ trasport tal-merkanzija (merkanzija rmunkata u merkanzija mhux irmunkata)

(205)

Ir-rapport ta’ Gecodia jqis li hemm differenza sostanzjali bejn il-merkanzija rmunkata u l-merkanzija mhux irmunkata.L-ewwel nett, merkanzija mhux irmunkata tfisser li s-semitrejler irid jinqala’ mit-trakk sabiex jitgħabba fuq il-bastiment, li jeħtieġ tagħmir speċjalizzat u intervent mill-ħaddiema tal-baċir. It-tieni, il-port irid ikollu biżżejjed kapaċità (żoni ta’ mmaniġġar) sabiex jaħżen is-semitrejlers qabel it-tagħbija. Fl-aħħar nett, it-tagħbija tas-semitrejlers ma tistax isseħħ fl-istess ħin tal-imbarkazzjoni tal-passiġġieri u tat-trakkijiet, li jfisser li l-bastiment għandu waqfa twila. Madankollu, waqfa twila tillimita l-użu ta’ bnajka, u għalhekk il-port irid ikollu diversi bnajkiet sabiex jaqdi diversi destinazzjonijiet fl-istess ħin. Ir-rapport ta’ Gecodia jibbaża fuq ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-utenti u mal-portijiet sabiex jappoġġa l-adegwatezza ta’ din id-distinzjoni.

(206)

Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Gecodia jindika li, mill-perspettiva tat-trasportaturi tal-merkanzija, il-merkanzija rmunkata u l-merkanzija mhux irmunkata għandhom karatteristiċi differenti. Meta t-trasport tal-merkanzija rmunkata ikun jeħtieġ flotta kbira ta’ tratturi semitrejler sabiex jiġi żgurat it-trasport ta’ kuljum ta’ diversi trejlers, (120) it-trasport tal-merkanzija mhux irmunkata jippermetti li l-flotta ta’ tratturi tiġi ottimizzata fir-rigward tan-numru ta’ semitrejlers, u b’hekk it-trasportatur ikun jista’ jagħmel diversi vjaġġi bir-ritorn bi trattur wieħed bejn il-port u l-bażi loġistika tiegħu f’jum wieħed. Ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li, matul il-konsultazzjoni mal-utenti, it-trasportaturi tal-merkanzija ġeneralment iddikjaraw li għamlu bejn erba’ u sitt vjaġġi bir-ritorn f’jum bi trattur għal merkanzija mhux irmunkata.

(207)

Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi li, għal trasportatur, il-bidla minn merkanzija mhux irmunkata għal merkanzija rmunkata tinvolvi kostijiet sinifikanti f’termini ta’ persunal u ta’ xiri ta’ tratturi semitrejler addizzjonali. Għalhekk, it-trasport ta’ merkanzija rmunkata u merkanzija mhux irmunkata jinvolvi żewġ tipi differenti ta’ domanda.

(208)

Madankollu, ir-rapport ta’ Gecodia jindika li hemm xi affarijiet komuni bejn il-merkanzija rmunkata u l-merkanzija mhux irmunkata. B’mod partikolari, ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li l-konsenji (merkanzija rmunkata jew mhux irmunkata) iridu jsiru filgħodu qabel ħin impost mill-klijent tat-trasportatur tal-merkanzija, soġġett għal penali jekk il-konsenja tkun tard jew trid tiġi skedata mill-ġdid. Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia jenfasizza l-importanza tal-ilqugħ fil-portijiet fl-aktar ħin kmieni possibbli (bejn is-6 a.m. u s-7 a.m.) sabiex ikunu jistgħu jitwasslu lid-destinatarji fil-ħin, irrispettivament mill-ispeditur (supermarkets, kostruzzjoni, kurrieri jew operaturi tal-merkanzija bl-ingrossa). Fil-każ ta’ merkanzija mhux irmunkata, huwa meħtieġ ukoll ilqugħ bikri ħafna fil-port għal semitrejlers mingħajr tagħbija (li jirritornaw lejn Franza kontinentali), minħabba l-ħin meħtieġ sabiex is-semitrejlers żbarkati jiġu rritornati lejn il-bażijiet loġistiċi (bejjiegħa bl-imnut jew trasportaturi tal-merkanzija), jitgħabbew u mbagħad jiġu rritornati l-port. Barra minn hekk, fiż-żewġ każijiet, is-servizzi marittimi regolari jridu jiġu żgurati sabiex tiġi ggarantita l-provvista tal-merkanzija lejn Korsika u r-ritorn ta’ semitrejlers/trakkijiet lejn Franza kontinentali.

3.4.3.1.1.3.2.   Id-domanda għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata esklużivament fil-port ta’ Marsilja

(209)

Ir-rapport ta’ Gecodia jqis li l-utenti tat-trasport tal-merkanzija mhux irmunkata jużaw il-port ta’ Marsilja esklużivament u li, għalhekk, dan il-port ma huwiex sostitwibbli mal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali ta’ Toulon u ta’ Nizza.

(210)

L-ewwel nett, ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li l-portijiet ta’ Marsilja (121) u ta’ Toulon-Brégaillon biss għandhom l-infrastruttura neċessarja sabiex jakkomodaw dan it-tip ta’ traffiku, li ma huwiex il-każ għall-portijiet ta’ Toulon-Port de Commerce u ta’ Nizza. Toulon-Brégaillon għandu wkoll kapaċità limitata għal post ta’ rmiġġ wieħed, li ma jippermettix li dan jipprovdi aktar minn qsim wieħed ta’ kuljum lejn Korsika, minħabba r-restrizzjonijiet tad-durata tal-waqfa u tal-ħin tat-tluq għal merkanzija mhux irmunkata (122). Għalhekk, jista’ jkun li teżisti s-sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon-Brégaillon għal dan it-tip ta’ traffiku, iżda fuq mhux aktar minn rotta waħda biss.

(211)

It-tieni, skont ir-rapport ta’ Gecodia, il-konsultazzjoni mal-utenti fil-biċċa l-kbira tikkonferma li, għall-merkanzija mhux irmunkata, it-trasportaturi tal-merkanzija qatt jew rarament jikkunsidraw alternattiva għall-port ta’ Marsilja meta jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. L-ebda wieħed mir-rispondenti ma indika li żieda fil-prezz ta’ 5-10 % fil-port ta’ Marsilja kieku twassalhom sabiex jaqilbu għall-portijiet ta’ Toulon, minħabba li jekk jitilqu minn Toulon ma jkunux jistgħu jottimizzaw l-operazzjonijiet ta’ kuljum tagħhom.

(212)

Fir-rigward tal-awtoritajiet tal-port, is-CCI ta’ Nizza f’Côte d’Azur iddikjarat li ż-żona ta’ klijentela tal-port hija biss lokali u li “l-port ta’ Nizza, bl-infrastruttura tiegħu fil-belt u n-nisġa industrijali u kummerċjali dgħajfa tiegħu, huwa żvantaġġat u qatt ma hu se jkun jista’ jissodisfa d-domanda għall-merkanzija lejn Korsika, peress li Toulon u Marsilja huma aktar adattati għall-ħtiġijiet”. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Gecodia jenfasizza d-dikjarazzjoni magħmula mill-port ta’ Toulon matul il-konsultazzjoni mal-portijiet, li skont din il-port ta’ Toulon jista’ biss jippożizzjona ruħu sabiex jikkomplementa l-port ta’ Marsilja, minħabba ż-żona ta’ klijentela limitata tiegħu taż-żona interna ta’ Toulon u l-livelli limitati ta’ kapaċità tat-terminali marittimi tiegħu.

(213)

It-tielet, ir-rapport ta’ Gecodia josserva li, sabiex jiġu żgurati konsenji lill-ħwienet, unitajiet kbar ta’ distribuzzjoni jiddependu prinċipalment fuq imħażen reġjonali jew nazzjonali. Fil-każ ta’ Korsika, aktar minn 90 % tal-provvisti lill-ħwienet tad-dipartiment ta’ Korsika jintbagħtu permezz ta’ dawn il-bażijiet loġistiċi, b’tali mod li l-biċċa l-kbira tal-oġġetti importati f’Korsika joriġinaw miċ-ċentri loġistiċi fir-reġjun ta’ PACA (Provence-Alpes-Côte d’Azur) (123). Ir-rapport ta’ Gecodia jispjega li l-imħażen u l-pjattaformi loġistiċi huma kkonċentrati l-aktar fil-Majjistral u madwar Marsilja, kif ukoll fil-kuritur ta’ Rhône. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-istudju konġunt imwettaq f’Ottubru 2021 mill-aġenzija tal-ippjanar urban taż-żona metropolitana ta’ Marsilja u mill-aġenzija tal-ippjanar urban tar-reġjun ta’ Aix-Durance, li jistabbilixxi l-pożizzjoni ġeografika ta’ dawn l-imħażen u l-pjattaformi (124). Dan l-istudju juri l-konċentrazzjoni għolja ħafna tal-flussi loġistiċi lejn Marsilja. Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia jqis li l-għażla tal-port ta’ Marsilja hija fil-biċċa l-kbira ġġustifikata mill-qrubija tal-port għas-siti tat-tagħbija u mill-preżenza tal-infrastruttura xierqa.

(214)

Skont ir-rapport ta’ Gecodia, il-qrubija tal-maġġoranza tal-bażijiet loġistiċi u tal-imħażen għall-port ta’ Marsilja għandha żewġ implikazzjonijiet. L-ewwel nett, fuq il-bażi tas-simulatur tal-kostijiet ippubblikat mill-kumitat nazzjonali tat-toroq, l-użu tal-port ta’ Toulon-Brégaillon għat-trasportaturi kollha tal-merkanzija bbażati madwar Marsilja jew fil-kuritur ta’ Rhône jirriżulta f’kost addizzjonali medju ta’ EUR 11/LM għal kull vjaġġ ta’ semitrejler meta mqabbel mal-port ta’ Marsilja (125). It-tieni, minbarra din il-kost addizzjonali tat-triq, ikun hemm żieda fil-kost tal-produzzjoni għat-trasportaturi tal-merkanzija. Dan għaliex, minħabba d-distanza akbar li jkollhom ikopru, it-trasportaturi tal-merkanzija jkollhom inaqqsu bin-nofs in-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn għal kull trattur li jistgħu jagħmlu f’jum wieħed bejn il-bażi loġistika tagħhom u l-port tat-tluq/tal-wasla, li jfisser li jkollhom jiksbu tratturi addizzjonali sabiex iżommu l-istess volum ta’ attività.

(215)

Ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi li, mill-perspettiva tal-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija mhux irmunkata, il-port ta’ Marsilja ma huwiex sostitwibbli mal-portijiet ta’ Toulon jew ta’ Nizza għas-servizzi marittimi lejn Korsika.

3.4.3.1.1.3.3.   Domanda speċifika għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja

(216)

Ir-rapport ta’ Gecodia jqis li, mill-perspettiva tal-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata, il-port ta’ Marsilja jista’ jiġi ssostitwit biss bit-terminal Toulon-Port de Commerce (minbarra s-sostitwibbiltà ma’ Nizza u mat-terminali l-oħrajn ta’ Toulon), u parzjalment biss sa fejn xi utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata ma jqisux li dan it-terminal huwa alternattiva għall-port ta’ Marsilja.

(217)

L-ewwel nett, ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li l-merkanzija rmunkata ma teħtieġ l-ebda infrastruttura partikolari tal-port, peress li s-semitrejler jitgħabba mis-sewwieq tiegħu direttament fuq il-bastiment bħala vettura waħda. Għalhekk, kull wieħed mit-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali jista’ jakkomoda merkanzija rmunkata mingħajr restrizzjonijiet partikolari (126). Madankollu, ir-rapport ta’ Gecodia jinnota li, matul il-konsultazzjoni mal-portijiet, il-port ta’ Toulon iddikjara li huwa diffiċli li jiġi akkomodat aktar traffiku tal-merkanzija rmunkata matul is-sena, peress li l-kapaċità tal-port diġà hija ta’ 80 % mimlija mit-traffiku eżistenti ta’ Corsica Ferries, filwaqt li l-port ta’ Nizza ddikjara li xtaq jagħti prijorità lit-traffiku tal-passiġġieri.

(218)

It-tieni, ir-rapport ta’ Gecodia jinnota li l-ebda wieħed mir-rispondenti għall-konsultazzjoni mal-utenti ma indika li żieda fil-prezz ta’ 5-10 % f’Marsilja twassal sabiex il-merkanzija rmunkata tagħhom tiġi ddevjata lejn Toulon (u saħansitra anqas lejn Nizza). Għalhekk, minn dik il-konsultazzjoni jidher li t-trasportaturi tal-merkanzija ma jqisux rotta alternattiva meta jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. L-għażla tal-port ta’ Marsilja hija fil-biċċa l-kbira ġġustifikata mill-qrubija tiegħu għas-siti tat-tagħbija tat-trasportaturi tal-merkanzija u mill-infrastruttura tal-port disponibbli.

(219)

It-tielet, bl-istess mod bħal fil-każ tal-merkanzija mhux irmunkata, ir-rapport ta’ Gecodia jispjega li, minħabba l-qrubija tal-bażijiet loġistiċi tal-biċċa l-kbira tat-trasportaturi tal-merkanzija għall-port ta’ Marsilja (il-premessa 213), it-trasferiment ta’ xi utenti, li l-bażijiet loġistiċi tagħhom jinsabu qrib Marsilja, lejn il-port ta’ Toulon ikun jirriżulta f’distanzi itwal u fi f’kostijiet tat-trasport addizzjonali (EUR 4,5/LM). Dawn il-kostijiet addizzjonali jistgħu jżidu l-kostijiet tal-produzzjoni għal trasportatur b’sa 17 % (127). Ir-rapport ta’ Gecodia jiddikjara li dawn is-sejbiet huma konsistenti mad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-portijiet ta’ Nizza u ta’ Toulon matul il-konsultazzjoni mal-portijiet, li skont din dawk iż-żewġ portijiet jattiraw biss traffiku lokali, limitat għaż-żona interna immedjata tagħhom. L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw ukoll li n-noll marittimu mħallas mit-trasportaturi tal-merkanzija jingħadda bis-sħiħ lill-klijenti tagħhom u li, konsegwentement, il-varjazzjoni fin-noll tat-trasport marittimu minn port ta’ Franza kontinentali għal ieħor ma għandha l-ebda effett fuq il-kost tal-produzzjoni għat-trasportaturi tal-merkanzija.

(220)

Fl-aħħar nett, ir-rapport ta’ Gecodia jippreżenta analiżi kwantitattiva li turi li żieda fin-noll ta’ kull xahar għal kull metru lineari ta’ merkanzija rmunkata f’Marsilja ma twassalx għal trasferiment tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata lejn il-portijiet ta’ Toulon. B’mod aktar speċifiku, ir-rapport ta’ Gecodia investiga żewġ każijiet riċenti ta’ xokkijiet persistenti fil-prezzijiet fuq ir-rotot ta’ Marsilja, (128) filwaqt li n-noll ta’ kull xahar għal kull metru lineari baqa’ ġeneralment stabbli f’Toulon (129). Ir-rapport ta’ Gecodia jispjega li, bejn Lulju 2018 u Mejju 2019, ix-xokk ’il fuq fil-prezzijiet ma wassalx għal reazzjoni min-naħa tat-trasportaturi tal-merkanzija, peress li s-sehem mis-suq ta’ Toulon baqa’ stabbli matul dak il-perjodu.

(221)

Għalhekk, ir-rapport ta’ Gecodia jikkonkludi li l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja huma biss parzjalment sostitwibbli fir-rigward tat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata bejn Korsika u Franza kontinentali.

3.4.3.1.2.   L-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva għat-trasport marittimu tal-merkanzija

3.4.3.1.2.1.   Id-domanda kwantitattiva għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata

(222)

Ir-rapport ta’ Gecodia stima d-domanda annwali futura għat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata matul il-perjodu 2023-2030 għal kull waħda mir-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika.

(223)

Id-domanda storika għall-merkanzija mhux irmunkata ġiet stabbilita fuq il-bażi tad-data miġbura mill-kumpaniji tat-tbaħħir. Sabiex tiġi vvalutata d-domanda mbassra għall-2023-2030, it-tkabbir annwali osservat bejn l-2010 u l-2019 (2,3 % fis-sena) ġie applikat għat-traffiku fl-2019. Id-domanda mbassra ġiet stabbilita kif ġej:

Tabella 17

Id-domanda għall-merkanzija mhux irmunkata skont ir-rotta marittima (f’LM) minn Marsilja osservata għall-perjodu 2018-2020 u stmata għall-perjodu 2023–2030

 

2018

2019

2020

2023*

2025*

2030*

Ajaccio

523 874

516 467

505 631

565 647

591 965

663 246

Bastia

677 280

674 081

677 321

738 269

772 620

865 653

Porto-Vecchio

141 610

155 785

155 461

170 619

178 558

200 059

Propriano

52 331

54 160

52 453

59 317

62 077

69 552

L’Île-Rousse

73 374

85 229

66 952

93 345

97 688

109 451

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023 (ir-rapport ta’ Gecodia, it-tabella 56).

3.4.3.1.2.2.   Id-domanda kwantitattiva għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata

(224)

Id-domanda kwantitattiva għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata ġiet stmata fuq il-bażi tal-istess parametri bħad-domanda kwantitattiva għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata (il-premessi 222 u 223).

(225)

Kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.1.1.3.3, ir-rapport ta’ Gecodia kkonkluda li l-port ta’ Marsilja u l-port ta’ Nizza ma humiex sostitwibbli fir-rigward tat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata u li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma biss parzjalment sostitwibbli f’dak ir-rigward.

(226)

L-awtoritajiet Franċiżi qiesu, fuq il-bażi tar-rapport ta’ Gecodia, li s-sehem tad-domanda mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata li jqisu li l-port ta’ Marsilja ma huwiex sostitwibbli mal-port ta’ Toulon jirrappreżenta 80 % tad-domanda storika għall-merkanzija rmunkata bejn Marsilja u Korsika fl-2019, filwaqt li l-20 % li jifdal iqisu lil Toulon bħala alternattiva għall-port ta’ Marsilja.

(227)

L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li din l-istima ta’ 80 % ġiet minn dikjarazzjonijiet mit-trade union tat-trasportaturi tal-merkanzija ta’ Korsika u minn Corsica Linea, magħmulin fil-kuntest ta’ konsultazzjoni tas-suq datata l-2020. B’mod aktar speċifiku, it-trade union (li tammonta għal [20-50] % tal-volum ta’ LM ta’ merkanzija rmunkata ttrasportata bejn Korsika u Franza kontinentali) u Corsica Linea indikaw, rispettivament, li 84 %/85 % tal-merkanzija rmunkata oriġinat mid-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône (li Marsilja hija l-port prinċipali tiegħu) jew kienet destinata hemmhekk.

(228)

Wara li ddeterminat id-domanda speċifika stmata għall-merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja, l-awtoritajiet Franċiżi kkwantifikaw din id-domanda għas-snin li ġejjin. Id-domanda kwantitattiva għall-merkanzija rmunkata mill-grupp ta’ utenti li ma jqisux l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja (jiġifieri 80 % tad-domanda stmata għall-2023-2030 bejn Marsilja u Korsika) hija ppreżentata fit-Table 18.

Tabella 18

Id-domanda għall-merkanzija rmunkata skont ir-rotta marittima (f’LM) minn Marsilja osservata għall-perjodu 2018-2020 u stmata għall-perjodu 2023-2030

 

2018

2019

2020

2023*

2025*

2030*

Ajaccio

116 797

113 958

95 040

99 848

104 493

117 076

Bastia

172 671

166 125

120 047

145 555

152 328

170 670

Porto-Vecchio

36 082

43 222

37 063

37 870

39 632

44 404

Propriano

17 489

17 992

14 294

15 764

16 498

18 484

L’Île-Rousse

24 017

26 878

22 753

23 550

24 646

27 613

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023 (ir-rapport ta’ Gecodia, it-tabella 57 għall-2018-2020 u t-tabella 60 għall-2023, għall-2025 u għall-2030).

(229)

Barra minn hekk, peress li l-merkanzija rmunkata teħtieġ ukoll it-trasport tas-sewwieqa (li jikkostitwixxu kategorija ta’ passiġġieri), l-awtoritajiet Franċiżi identifikaw ukoll domanda għat-trasport tas-sewwieqa. L-awtoritajiet Franċiżi qiesu li d-domanda mis-sewwieqa kienet proporzjonali għall-volum ta’ merkanzija rmunkata ttrasportata, u li dan il-proporzjon kien kostanti maż-żmien.

(230)

Sabiex jiġi stmat, għal kull rotta marittima, il-proporzjon ta’ sewwieqa għal LM ta’ merkanzija rmunkata, l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw fuq il-valur medju osservat għall-perjodu 2018-2021. Dan il-proporzjon ġie applikat għad-domanda stmata għall-merkanzija rmunkata għall-2030. Konsegwentement, skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-domanda għat-trasport tas-sewwieqa hija kif ġej:

Tabella 19

It-traffiku marittimu tas-sewwieqa (in-numru ta’ sewwieqa) minn Marsilja osservat għall-perjodu 2018-2021 u stmat għall-perjodu 2023-2030

 

2018

2019

2020

2021

2023*

2025*

2030*

Ajaccio

6 435

6 496

4 736

6 915

5 991

6 270

7 025

Bastia

9 934

9 423

6 303

8 022

8 733

9 140

10 240

Porto-Vecchio

2 222

2 664

2 699

2 536

2 651

2 774

3 108

Propriano

1 414

1 446

1 203

1 411

1 576

1 650

1 848

L’Île-Rousse

1 900

2 289

1 768

2 233

1 884

1 972

2 209

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023.

3.4.3.2.   Id-determinazzjoni tal-kapaċità tas-suq li jissodisfa d-domanda tal-utenti

(231)

Wara li jistmaw id-domanda kwalitattiva u kwantitattiva mid-diversi kategoriji ta’ utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali, l-awtoritajiet Franċiżi ppruvaw jiddeterminaw sa liema punt il-provvista tas-suq tista’ tissodisfa dik id-domanda.

3.4.3.2.1.   Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-operaturi

3.4.3.2.1.1.   Mistoqsijiet magħmulin

(232)

L-operaturi tat-trasport marittimu kellhom iwieġbu għall-istess mistoqsijiet stabbiliti fil-premessi 163 sa 165 fir-rigward tas-servizz tal-merkanzija li kienu jużaw fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz. B’mod partikolari, l-operaturi tat-trasport marittimu ntalbu jimlew file Excel li jipprovdi informazzjoni separata dwar il-volumi ta’ merkanzija rmunkata u mhux irmunkata li kieku jġorru.

3.4.3.2.1.2.   Sommarju tat-tweġibiet riċevuti

(233)

Tliet operaturi wieġbu għall-konsultazzjoni mal-operaturi: Corsica Linea, La Méridionale u Corsica Ferries.

(234)

Corsica Linea u La Méridionale ddikjaraw li, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, kieku ma joffru l-ebda servizz kummerċjali bejn Korsika u Franza kontinentali.

(235)

Corsica Ferries issottomettiet l-offerta kummerċjali li kieku tagħmel fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz għat-trasport tal-merkanzija. B’appoġġ għat-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju, Corsica Ferries issottomettiet diversi files Excel li jispjegaw, fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-bastimenti tagħha u l-offerta kummerċjali li kieku timplimenta.

(236)

Bi tweġiba għall-mistoqsija 2 tal-konsultazzjoni mal-operaturi, li talbet lill-operaturi jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-adegwatezza tad-distinzjoni bejn merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, Corsica Ferries indikat in-natura artifiċjali u ineffettiva tad-distinzjoni sistematika magħmula mill-OTC bejn merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, li kienet tiddependi mid-daqs, mill-organizzazzjoni u mill-għażliet ta’ kull trasportatur tal-merkanzija aktar milli mis-servizz ipprovdut mill-kumpaniji tat-tbaħħir. Corsica Ferries enfasizzat ukoll li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, merkanzija rmunkata kienet tfisser li kellu jkun hemm sewwieq abbord il-bastiment, filwaqt li fi ħdan il-merkanzija rmunkata, kien hemm distinzjoni bejn merkanzija rmunkata akkumpanjata (b’sewwieq) u merkanzija rmunkata mhux akkumpanjata (mingħajr sewwieq).

(237)

Fit-tweġiba tagħha, Corsica Ferries iddikjarat li s-servizz li toffri fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kapaċitajiet tat-trasport offruti skont it-tip ta’ merkanzija prevista. B’hekk, il-file tad-data Excel li ssottomettiet wera l-kapaċitajiet kumulattivi tat-trasport tal-merkanzija tal-kumpanija, jiġifieri inkluża kemm merkanzija mhux irmunkata kif ukoll dik irmunkata, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn it-tnejn.

(238)

Corsica Ferries għamlet ukoll l-istess kritika msemmija fil-premessa 169.

(239)

Bi tweġiba għall-mistoqsija 4, Corsica Ferries iddikjarat li, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, mill-1 ta’ Jannar 2023 hija kieku topera servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bejn il-portijiet kollha ta’ Franza kontinentali (Marsilja, Ajaccio, Toulon) u l-portijiet kollha ta’ Korsika, bl-eċċezzjoni tal-port ta’ Propriano. B’mod aktar speċifiku, kieku toffri servizzi kummerċjali matul il-jum u matul il-lejl (merkanzija u passiġġieri), li jinkludu:

vjaġġ ta’ kuljum bir-ritorn bejn Franza kontinentali (tal-anqas ħames darbiet fil-ġimgħa minn Toulon u darbtejn fil-ġimgħa minn Marsilja) u kull wieħed mill-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia;

żewġ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull xahar minn Marsilja, u tal-anqas tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa minn Toulon, għal kull wieħed mill-portijiet ta’ Porto-Vecchio u ta’ L’Île-Rousse;

l-ebda servizz kummerċjali lejn Propriano minħabba, skont Corsica Ferries, is-sostitwibbiltà ta’ dak il-port ma’ dak ta’ Ajaccio, li hija pproponiet li sservi tal-anqas darba kuljum minn Marsilja u minn Toulon;

servizzi addizzjonali tat-trasport marittimu bejn il-port ta’ Nizza u ta’ Korsika minn Lulju sa Settembru.

(240)

Corsica Ferries infurmat lill-awtoritajiet Franċiżi li kellha flotta ta’ 13-il bastiment, li ma humiex assenjati għal rotta partikolari. Il-kumpanija ddikjarat ukoll li 15 % tal-qsim tagħha, fuq ir-rotot kollha, isir matul il-jum (it-tluq bejn is-6 a.m. u l-4 p.m. għall-wasla bejn is-2 p.m. u nofsillejl fiż-żewġ direzzjonijiet).

(241)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-bastimenti tagħha għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija, Corsica Ferries ipprovdiet lill-awtoritajiet Franċiżi bl-informazzjoni stabbilita fit-Table 20.

Tabella 20

It-trasport marittimu tal-merkanzija ta’ Corsica Ferries skont ir-rotta marittima (f’LM) minn Marsilja u minn Toulon osservat għall-perjodu 2016-2019 u stmat għall-perjodu 2023-2028 fin-nuqqas ta’ PSCs

Marsilja

Medja annwali (2016-2019, LM)

Medja annwali (2023-2028, LM)

Żieda (%)

Ajaccio

-

232 566

M.A.

Bastia

-

270 297

M.A.

Porto-Vecchio

-

47 371

M.A.

Propriano

-

-

M.A.

L’Île-Rousse

-

51 123

M.A.

Total Marsilja

-

601 357

M.A.

Toulon

Medja annwali (2016-2019, LM)

Medja annwali (2023-2028, LM)

%

Ajaccio

163 611

1 172 434

617 %

Bastia

223 077

1 069 916

380 %

Porto-Vecchio

6 425

122 404

1 805  %

Propriano

-

-

M.A.

L’Île-Rousse

3 999

310 533

7 665  %

Total Toulon

397 112

2 675 288

574 %

Total ta’ Marsilja u Toulon

397 112

3 276 644

825 %

Sors:

Ir-reazzjoni ta’ Corsica Ferries għat-test tas-suq dwar is-servizzi marittimi bejn Korsika u Franza kontinentali (it-22 ta’ Frar 2022).

(242)

Corsica Ferries iddikjarat ukoll li l-offerta proposta tkun valida biss fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn Korsika u Franza kontinentali.

3.4.3.2.2.   Analiżi tal-falliment tas-suq

(243)

Wara li analizza l-kapaċità (retrospettiva u prospettiva) applikata minn Corsica Ferries, ir-rapport finali kkonkluda li, fin-nuqqas ta’ PSCs, il-provvista tas-suq ma tissodisfax id-domanda kollha tal-utenti għal merkanzija mhux irmunkata u rmunkata.

(244)

Fir-rigward tal-merkanzija mhux irmunkata, ir-rapport ta’ Gecodia kkunsidra li l-offerta ta’ Corsica Ferries ikkonformat ma’ ċerti konklużjonijiet li wasal għalihom ir-rapport, sa fejn Corsica Ferries ipproponiet li tittrasporta merkanzija mhux irmunkata fuq bastimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija (Ro-Pax) mill-port ta’ Toulon ħames darbiet fil-ġimgħa fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia, u tliet darbiet fil-ġimgħa għall-portijiet sekondarji ta’ Korsika. Madankollu, huma biss (i) Toulon-Brégaillon (u mhux Toulon-Port de Commerce) li għandhom l-infrastruttura neċessarja sabiex jimmaniġġaw merkanzija mhux irmunkata, u (ii) Toulon-Brégaillon tista’ takkomoda bastimenti Ro-Ro biss, u għal mhux aktar minn rotta waħda (il-premessa 210).

(245)

Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Gecodia kien tal-fehma li l-offerta proposta minn Corsica Ferries ma kinitx adegwata sabiex tissodisfa d-domanda tal-utenti għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata minħabba n-numru insuffiċjenti ta’ frekwenzi ta’ kull ġimgħa offruti bejn Marsilja u Korsika. Skont ir-rapport ta’ Gecodia, Corsica Ferries inizjalment illimitat lilha nnifisha sabiex toffri żewġ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, filwaqt li l-utenti kienu jeħtieġu vjaġġi bir-ritorn kważi ta’ kuljum sabiex jittrasportaw il-merkanzija mhux irmunkata tagħhom. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ Gecodia nnota li l-frekwenzi proposti bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ L’Île-Rousse u ta’ Porto-Vecchio kienu limitati għal tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull xahar, filwaqt li l-utenti kellhom bżonn trasport marittimu ta’ kull ġimgħa. Fl-aħħar nett, ir-rapport ta’ Gecodia sab li Corsica Ferries ma pproponiet l-ebda servizz kummerċjali bejn il-port ta’ Marsilja u l-port ta’ Propriano, minkejja l-fatt li l-utenti kellhom bżonn trasport marittimu ta’ kull ġimgħa.

(246)

Fir-rigward tal-merkanzija rmunkata, ir-rapport ta’ Gecodia qies, għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi 244 u 245, li Corsica Ferries ipproponiet frekwenzi insuffiċjenti bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika sabiex tissodisfa d-domanda għall-merkanzija rmunkata li ma kinitx tikkunsidra xi alternattiva għall-port ta’ Marsilja (jiġifieri 80 % tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata totali bejn Marsilja u Korsika). L-awtoritajiet Franċiżi indikaw ukoll li, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tas-CCI ta’ Var dwar il-livell ta’ saturazzjoni tal-infrastruttura tagħha u d-diffikultà għat-terminal Toulon-Port de Commerce sabiex iżid it-traffiku tal-merkanzija rmunkata kurrenti tiegħu, l-offerta ta’ Corsica Ferries, li pprovdiet ukoll żieda fil-kapaċità tagħha minn Toulon, dehret li ma kinitx realistika.

3.4.3.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-merkanzija

(247)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li hemm bżonn ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata li jikkorrispondi għad-domanda stmata bejn l-2023 u l-2030 bejn Marsilja u kull wieħed mill-ħames portijiet ta’ Korsika, kif ippreżentata fit-Table 21.

Tabella 21

Il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-merkanzija (f’LM) minn Marsilja stmata għall-perjodu 2023-2030

 

Merkanzija mhux irmunkata

(LM Annwali)

Merkanzija rmunkata - Iż-żona ta’ Marsilja (mhux sostitwibbli)

(LM Annwali)

Merkanzija totali

(LM Annwali)

2023

2030

2023

2030

2023

2030

Ajaccio

565 647

663 246

99 848

117 076

665 495

780 322

Bastia

738 269

865 653

145 555

170 670

883 824

1 036 323

Porto-Vecchio

170 619

200 059

37 870

44 404

208 489

244 463

Propriano

59 317

69 552

15 764

18 484

75 081

88 036

L’Île-Rousse

93 345

109 451

23 550

27 613

116 895

137 064

Total

1 627 197

1 907 961

322 587

378 247

1 949 784

2 286 208

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

3.5.   In-neċessità u l-proporzjonalità tal-PSCs

(248)

Wara li stabbilew l-eżistenza ta’ diversi ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri, l-awtoritajiet Franċiżi fittxew li jiddeterminaw l-istrument legali neċessarju u l-obbligi ta’ servizz pubbliku xierqa sabiex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet li kienu l-anqas li jaffettwaw il-libertajiet essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern (il-premessa 92).

3.5.1.   In-neċessità u l-proporzjonalità tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz

(249)

L-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel eżaminaw il-possibbiltà li tissaħħaħ l-iskema ta’ OSP tal-2019 (il-premessa 62) għal rotot jew għal utenti li għalihom ġiet identifikata ħtieġa għal servizz pubbliku tat-trasport marittimu. Madankollu, huma ħassew li approċċ bħal dan kellu diversi limitazzjonijiet.

(250)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi kienu tal-fehma li l-iskema ta’ OSP tal-2019 ma kinitx tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ provvista privata sabiex tiġi ssodisfata d-domanda identifikata. Huma qiesu li, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, l-offerta proposta ta’ Corsica Ferries skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 mill-port ta’ Marsilja diġà kienet inadegwata sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet kollha identifikati minn Franza (it-Taqsimiet 3.4.2.3 u 3.4.3.3) u li, għalhekk, tisħiħ tal-iskema ta’ OSP tal-2019 ma kien ikollu l-ebda effett.

(251)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi sabu li l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla tal-bastimenti bejn Franza kontinentali u Korsika kienu karatteristiċi importanti tad-domanda għat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri (il-premessi 112, 190, 191 u 208). Skont Franza, ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ ma ppermettiex lill-Istati Membri jistabbilixxu l-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-bastimenti fi skema ta’ OSP. Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament, meta jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku, l-Istati Membri huma limitati għar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-portijiet li għandhom jiġu servuti, għar-regolarità, għall-kontinwità, għall-frekwenza, għall-kapaċità li jiġi pprovdut is-servizz, għar-rati li għandhom jintalbu u għall-ekwipaġġ tal-bastiment.

(252)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li skema bħal din, li kieku kellha tkun akkumpanjata minn kumpens, ma tippermettix lis-CdC tikkontrolla l-kostijiet assoċjati mas-servizz pubbliku, peress li ma tkunx tista’ tistma dawk il-kostijiet (li jiġu kkumpensati wara li jkun ġie pprovdut is-servizz) minħabba n-numru inċert ta’ qsim li jkun se jsir.

(253)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li l-konklużjoni tal-PSCs kienet neċessarja sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti xierqa tas-servizz pubbliku tat-trasport marittimu sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku identifikati għal kull rotta marittima bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika.

3.5.2.   In-neċessità u l-proporzjonalità tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fil-kuntest tal-PSCs

(254)

L-awtoritajiet Franċiżi qiesu li l-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku identifikati kienu jeħtieġu l-konklużjoni ta’ PSCs li jistabbilixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku li ġejjin.

(255)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizz għal kull rotta marittima koperta minn ħtieġa identifikata ta’ servizz pubbliku. Kull kuntratt pubbliku ta’ servizz kellu jinkludi l-obbligu li jiġu operati servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, kif ukoll it-trasport tal-passiġġieri (sewwieqa u passiġġieri mediċi) bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika, mingħajr waqfiet intermedji. Barra minn hekk, il-kuntratt pubbliku ta’ servizz għar-rotta Marsilja-L’Île-Rousse kellu jinkludi wkoll l-obbligu li jinġarru oġġetti perikolużi (L’Île-Rousse huwa l-uniku port ta’ Korsika awtorizzat li jirċievi oġġetti bħal dawn), filwaqt li r-rotta Marsilja-Propriano kellha tinkludi l-obbligu li jiġu ttrasportati passiġġieri residenti u mhux residenti, kif ukoll passiġġieri mediċi u sewwieqa. L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li dawn l-obbligi rriżultaw strettament min-nuqqasijiet tas-suq identifikati matul il-konsultazzjoni mal-operaturi.

(256)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li kien neċessarju li jiġu imposti skedi speċifiċi f’kull PSC, bit-tluq ta’ filgħaxija lejn/mill-portijiet ta’ Korsika u l-wasliet bikrija ta’ filgħodu f’Korsika jew f’Marsilja. Dawk l-iskedi jkunu kompletament konformi mad-domanda tal-utenti stabbilita permezz tal-konsultazzjoni mal-utenti (passiġġieri/merkanzija) u l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Gecodia dwar l-organizzazzjoni tal-katina loġistika bejn Korsika u Franza kontinentali (il-premessa 208). Dawn l-obbligi huma ppreżentati għal kull rotta fit-Table 22.

Tabella 22

L-obbligi tal-iskeda għat-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri fil-PSCs fiż-żewġ direzzjonijiet (Marsilja-Korsika u Korsika-Marsilja)

Marsilja

Ajaccio

Bastia

Porto-Vecchio

Propriano

L’Île-Rousse

Ħin tat-tluq

Bejn is-6.30 p.m. u t-8 p.m.

Ħin tal-wasla (l-għada)

Bejn is-6 a.m. u t-8 a.m.

Bejn is-6 a.m. u t-8 a.m.

Bejn is-7 a.m. u t-8 a.m.

Bejn is-7 a.m. u t-8 a.m.

Bejn is-6 a.m. u t-8 a.m.

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju 2023.

(257)

It-tielet, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti obbligi tal-frekwenza, li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw ir-regolarità tas-servizzi f’konformità mal-ħtiġijiet identifikati (il-premessi 112 u 208) u flessibbiltà suffiċjenti fil-provvista tas-servizz pubbliku fid-dawl ta’ fluttwazzjonijiet sinifikanti fid-domanda. L-awtoritajiet Franċiżi qiesu li l-PSCs jenħtieġ li jinkludu tliet obbligi tal-frekwenza għal kull rotta marittima kkonċernata:

obbligu li jiġi żgurat numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa;

obbligu li jiġi żgurat numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali;

obbligu, f’ċerti każijiet u għal ċerti rotot marittimi, li jiġu żgurati vjaġġi bir-ritorn addizzjonali f’limitu stabbilit mill-PSCs.

(258)

Dawn l-obbligi tal-frekwenza għal kull PSC huma stabbiliti fit-Table 23. Dawn il-frekwenzi huma, b’mod partikolari, akbar għar-rotot marittimi ta’ Bastia u ta’ Ajaccio, peress li dawn iż-żewġ portijiet jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti ta’ traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija lejn Korsika (il-premessi 54, 55 u 59).

Tabella 23

L-obbligi tal-frekwenza għat-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri fil-PSCs

 

Ajaccio

Bastia

Porto-Vecchio

Propriano

L’Île-Rousse

Numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa fl-istaġun kwiet (130) (traffiku bażiku)

6

6

2 -3

2 -3

3

Numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa fl-eqqel staġun (131) (traffiku bażiku)

7

7

3

3

3

Numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali (traffiku bażiku)

365

365

156

156

156

Numru ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali addizzjonali

10

30

-

-

10

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju 2023.

(259)

Kif jaħdmu dawn l-obbligi ta’ frekwenza jista’ jintwera bl-eżempju li ġej. Kif muri fit-Table 23, id-detentur tal-konċessjoni huwa meħtieġ jopera sitt vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio fl-istaġun kwiet u sebgħa fl-eqqel staġun. Għalhekk, il-frekwenza minima ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa li trid tiġi rrispettata tinvolvi 130 vjaġġ bir-ritorn fl-istaġun kwiet u 214-il vjaġġ bir-ritorn fl-eqqel staġun, b’total ta’ 344 vjaġġ bir-ritorn. L-operatur huwa meħtieġ iwettaq 365 vjaġġ bir-ritorn kull sena: id-differenza bejn it-365 vjaġġ bir-ritorn meħtieġa fis-sena u t-344 vjaġġ bir-ritorn meħtieġa kull ġimgħa hija n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn (19-il vjaġġ bir-ritorn) li għandhom jitwettqu mill-operatur matul is-sena (minbarra n-numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa meħtieġa) iżda li l-operatur huwa liberu li jippjana fil-jiem tas-sena li jixtieq. Madankollu, il-karatteristika speċjali ta’ dawn id-19-il vjaġġ bir-ritorn hija li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi (“vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid”). L-iskedar mill-ġdid jista’ jseħħ, pereżempju, jekk l-awtoritajiet isibu li, f’jum partikolari, id-domanda tkun baxxa ħafna u jkun xieraq li s-servizz jiġi pospost għal jum ieħor. Għalhekk, dawn il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid huma kkaratterizzati mill-flessibbiltà tagħhom u jipprovdu lill-awtoritajiet Franċiżi b’għodda flessibbli sabiex jadattaw il-provvista tas-servizz pubbliku għall-fluttwazzjonijiet fid-domanda jew għal avvenimenti mhux previsti.

(260)

Fi kliem ieħor, l-awtoritajiet Franċiżi jistabbilixxu numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali li għandhom jitwettqu sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa kwantitattiva u kwalitattiva għal servizz pubbliku (kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija), inkluż l-obbligu għall-operatur (i) li jwettaq vjaġġi bir-ritorn fissi u minimi ta’ kull ġimgħa sabiex tiġi żgurata r-regolarità tas-servizzi tat-trasport marittimu u (ii) vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà tas-servizzi bl-għan li tiġi ssodisfata l-ħtieġa tas-servizz pubbliku.

(261)

Barra minn hekk, sabiex titlesta s-sistema, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li huwa neċessarju li jiġu introdotti obbligi ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali għal ċerti rotot marittimi. Dawn il-vjaġġi bir-ritorn jikkorrispondu għan-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jsiru minbarra n-numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn kull sena. L-iskop tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huwa r-rispons għal żieda f’daqqa eċċezzjonali fit-traffiku. Dawn jiġu organizzati fuq talba unika tal-awtoritajiet Franċiżi jekk ikunu sabu li d-domanda għall-merkanzija f’jum partikolari (u għall-merkanzija biss – il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali ma jikkonċernawx lill-passiġġieri) taqbeż il-kapaċità massima ta’ ġarr tal-bastimenti magħmula disponibbli f’dak il-jum. Għalhekk, l-iskop tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huwa li jiġi evitat li l-merkanzija titħalla fuq il-moll, li jwassal għal dewmien fil-konsenja f’Korsika. Kif muri fit-Table 23, l-awtoritajiet Franċiżi ppjanaw vjaġġi bir-ritorn addizzjonali għal tliet rotot (Ajaccio, Bastia u L’Île-Rousse), fejn il-probabbiltà li jiġu organizzati vjaġġi bir-ritorn bħal dawn hija l-ogħla.

(262)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li kien neċessarju li jiġu imposti kapaċitajiet minimi ta’ ġarr għal bastimenti għal kull qsim. Dawn l-obbligi jikkorrispondu għall-kapaċità minima għal kull qsim li l-operatur irid iġorr sabiex jissodisfa l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku kwantitattiva ta’ kuljum stmata mill-awtoritajiet Franċiżi għat-trasport tal-passiġġieri (residenti u mhux residenti għar-rotta marittima Marsilja-Propriano, u tal-passiġġieri mediċi għar-rotot kollha) u tal-merkanzija (irmunkata u mhux irmunkata, inklużi s-sewwieqa).

(263)

Sabiex jiksbu l-kapaċitajiet minimi tal-passiġġieri għal kull qsim, l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw fuq id-domanda annwali mbassra mistennija fl-2030 għal kull kategorija ta’ passiġġieri u r-rotta (it-Table 14 u t-Table 19), filwaqt li qiesu n-numru ta’ qsim meħtieġ fis-sena (it-Table 23). Barra minn hekk, għat-trasport tal-passiġġieri mediċi u tas-sewwieqa, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li l-vjaġġ isir kuljum ħlief fi tmiem il-ġimgħa għall-portijiet ewlenin ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, u 3 ijiem fil-ġimgħa għall-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika. Ir-riżultat finali (in-numru ta’ passiġġieri għal kull qsim) huwa ppreżentat fit-Table 24.

Tabella 24

L-obbligi ta’ kapaċità minima għat-traffiku tal-passiġġieri fil-PSCs

 

Ajaccio

Bastia

Porto-Vecchio

Propriano

L’Île-Rousse

Total

Passiġġieri mediċi għal kull qsim (traffiku bażiku)

4

5

1

1

2

13

Sewwieqa għal kull qsim (traffiku bażiku)

14

19

10

4

7

54

Passiġġieri (minbarra passiġġieri mediċi u sewwieqa) għal kull qsim (traffiku bażiku)

-

-

-

186

-

186

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju u fit-28 ta’ Lulju 2023.

(264)

Fl-aħħar nett, sabiex tinkiseb id-domanda mill-passiġġieri mediċi għal kull qsim (inklużi l-persuni li jakkumpanjawhom), huma qiesu li l-vjaġġ kien isir kuljum ħlief fi tmiem il-ġimgħa għall-portijiet ewlenin ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, u 3 ijiem fil-ġimgħa lejn il-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika. Il-livell magħżul jiġi aġġustat għall-ittondjar. Ir-riżultat finali (in-numru ta’ passiġġieri mediċi għal kull qsim u rotta marittima) huwa ppreżentat fit-Table 25.

Tabella 25

Id-domanda stmata mill-passiġġieri mediċi u mill-persuni li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw bid-dgħajsa bejn Korsika u Marsilja (passiġġieri għal kull qsim)

 

2023-2030

Ajaccio

4

Bastia

5

Porto-Vecchio

1

Propriano

1

L’Île-Rousse

2

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023.

(265)

Fir-rigward tal-kapaċità minima ta’ ġarr għall-merkanzija għal kull qsim, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li kienu stabbilewha kif ġej.

(266)

Sabiex jiġu kkalkolati l-kapaċitajiet tal-merkanzija meħtieġa fil-ġimgħa, l-awtoritajiet Franċiżi ħadu bħala referenza l-ħtieġa stmata ta’ servizz pubbliku ta’ kull ġimgħa għall-merkanzija f’Lulju 2030 (li tikkostitwixxi l-ogħla livell ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikat matul il-perjodu kopert mill-miżuri inkwistjoni). Għar-rotot lejn Ajaccio u lejn Bastia, l-awtoritajiet Franċiżi assumew li 90 % tat-trasport tal-merkanzija jsir f’jiem tax-xogħol li jaħdbu matul il-ġimgħa, filwaqt li din iċ-ċifra tiżdied għal 100 % għar-rotot lejn it-tliet portijiet l-oħrajn ta’ Korsika. Billi jikkombinaw il-volum meħtieġ ta’ merkanzija ta’ kull ġimgħa man-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn minimi ta’ kull ġimgħa imposti (jiġifieri sitt vjaġġi bir-ritorn kull ġimgħa matul il-perjodu tax-xitwa fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia, u tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa lejn il-portijiet l-oħrajn), l-awtoritajiet Franċiżi kisbu l-kapaċità minima meħtieġa għal kull qsim tal-merkanzija, kif indikat fit-Table 26.

Tabella 26

L-obbligi ta’ kapaċità minima għat-traffiku tal-merkanzija fil-PSCs

 

Ajaccio

Bastia

Porto-Vecchio

Propriano

L’Île-Rousse

Il-volum minimu ta’ merkanzija (LM) għal kull qsim (traffiku bażiku)

1 470

1 860

1 040

520

700

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju u fit-28 ta’ Lulju 2023.

3.6.   Il-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs

3.6.1.   Ir-Riżoluzzjoni Nru 22/050 tat-28 ta’ April 2022

(267)

Wara l-identifikazzjoni ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku u minħabba l-ħtieġa li jintuża kuntratt pubbliku ta’ servizz sabiex tiġi ssodisfata kif suppost, is-CdC nediet il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs fit-28 ta’ April 2022.

(268)

F’dan il-każ, permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 22/050 tat-28 ta’ April 2022 tal-Assemblea ta’ Korsika, is-CdC iddeċidiet li tuża PSCs “rotta b’rotta” għall-operat tas-servizzi tat-trasport marittimu għall-merkanzija (inklużi oġġetti perikolużi) u għall-passiġġieri bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Ajaccio (Lott 1), Bastia (Lott 2), Porto-Vecchio (Lott 3), Propriano (Lott 4) u L’Île-Rousse (Lott 5) għal perjodu ta’ 7 snin (bil-possibbiltà ta’ massimu ta’ 12-il xahar addizzjonali, jiġifieri perjodu massimu ta’ 8 snin) bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2030.

(269)

L-ambitu tal-PSCs kien jinkludi l-obbligi ta’ servizz pubbliku kollha stabbiliti fit-Taqsima 3.5.2 ta’ din id-deċiżjoni.

(270)

L-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti (132) stipula li “l-karatteristiċi minimi ta’ kull kuntratt huma kif ġej: in-nollijiet massimi applikabbli għar-residenti ta’ Korsika u għat-trasport tal-merkanzija, il-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti, l-iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz, id-durata tal-kuntratt, l-ammont massimu ta’ kumpens finanzjarju mħallas mill-OTC”.

(271)

L-Artikolu 9.2 tar-regoli tal-offerti jistipula li “kull offerta se tiġi eżaminata fuq il-bażi ta’ kriterji li jippermettu li tiġi ddeterminata l-aħjar offerta f’termini ta’ benefiċċju ekonomiku ġenerali għas-[CdC]. Dawn il-kapaċitajiet se jiġu vvalutati b’mod ġenerali għall-konsorzji.

Kriterji

Analiżi skont il-kriterju

Ponderazzjoni

Kriterju 1: Valur tekniku tal-offerta

60  %

Subkriterju 1

Kwalità teknika tal-bastimenti: l-adegwatezza tal-flotta proposta mill-kandidat fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

il-preżentazzjoni tal-flotta (numru, assenjament, ċertifikazzjoni u kontroll tal-bastimenti, klassifikazzjoni, stat tal-bandiera, konformità mad-diversi kodiċijiet u konvenzjonijiet). Kwalunkwe kuntratt ta’ noleġġ irid jiġi nnotifikat;

l-adegwatezza għall-kundizzjonijiet tal-baħar u tat-tbaħħir u għal-limitazzjonijiet tal-portijiet (is-sena tal-konsenja, it-tip, in-numru ta’ pontijiet u ta’ magni, il-potenza ta’ unità, il-veloċità, il-veloċità fil-modalità ta’ prestazzjoni mnaqqsa).

20  %

Subkriterju 2

Frekwenzi u skedi ta’ żmien: l-adegwatezza tal-flotta tal-kandidat għall-frekwenzi u għall-iskedi ta’ żmien fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 1:

il-frekwenzi minimi (passiġġieri, sewwieqa, merkanzija)

vjaġġi bir-ritorn addizzjonali

il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla

15  %

Subkriterju 3

L-adattament tal-flotta għall-ħtiġijiet tal-utenti (metri lineari tal-merkanzija, it-tul, l-għoli, is-saħħa tal-pont, in-numru ta’ żbokki għall-kontejners ikkontrollati bit-temperatura għar-rotot kollha u n-numru ta’ kabini u ta’ sits), il-kabini għall-PMM u l-liftijiet

15  %

Subkriterju 4

Il-kwalità tas-servizzi għall-utenti professjonali u privati:

servizzi għall-utenti (catering, servizzi ta’ lukandi, faċilitajiet ta’ divertiment, kundizzjonijiet għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa u b’mod aktar ġenerali għal persuni li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi, servizz ta’ informazzjoni għall-utenti, eċċ.)

servizzi tal-merkanzija (ipproċessar u mmaniġġar, komunikazzjoni)

is-sikurezza abbord il-flotta (struzzjonijiet dwar is-sikurezza, emerġenzi)

il-kontinwità tas-servizz pubbliku (inkluż is-servizz soċjali u bbażat fuq is-solidarjetà [ (133)]): pjan ta’ informazzjoni f’każ ta’ tfixkil, ta’ mmaniġġar tal-ilmenti, ta’ arranġamenti ta’ kumpens, eċċ.)

10  %

Kriterju 2: L-ammont ta’ kumpens finanzjarju u r-robustezza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju

30  %

Subkriterju 1: L-ammont totali ta’ kumpens finanzjarju

Dan is-sottokriterju jiġi analizzat f’termini tal-ammont totali ta’ kumpens finanzjarju propost mill-kandidat għall-provvista tas-servizz matul id-durata tal-kuntratt. Dan il-kumpens huwa maqsum f’komponent għall-kostijiet operatorji, f’komponent għall-kostijiet tal-investiment u f’komponent għall-kostijiet tal-fjuwil.

20  %

Subkriterju 2: Ir-robustezza tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju proviżorju tal-kandidat

Il-konsistenza tal-kostijiet u tad-dħul ippreżentati fil-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9 tal-abbozz tal-kuntratt) mas-suppożizzjonijiet operatorji użati mill-kandidat, li huwa se jkun spjega fir-rapport finanzjarju.

10  %

Kriterju 3: Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR, “Corporate Social Responsibility”)

L-azzjonijiet u l-livell ta’ impenn tal-kandidat se jiġu ppreżentati, kif ukoll il-mezzi ta’ monitoraġġ tagħhom f’termini ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva: il-prestazzjoni etika, soċjali u ambjentali.

10  %

3.6.2.   Il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni

(272)

Is-sejħa pubblika għall-offerti ġiet ippubblikata fis-6 ta’ Mejju 2022, (134) bi skadenza għar-riċevuta tal-applikazzjonijiet u tal-offerti tal-25 ta’ Lulju 2022.

(273)

Qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, Corsica Ferries għamlet numru ta’ mistoqsijiet lis-CdC bl-għan li tikseb kjarifika dwar diversi punti tar-regoli tal-offerti. Peress li s-CdC ma weġbitx, jew ma weġbitx b’mod suffiċjenti, il-mistoqsijiet tagħha, Corsica Ferries ressqet talba quddiem l-imħallef tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia għal miżuri proviżorji prekuntrattwali li permezz tagħhom talbet li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSC tiġi annullata minħabba ksur mis-CdC tal-obbligi relatati mar-reklamar u mas-sejħiet għall-offerti kompetittivi imposti fuq l-awtorità kontraenti (135).

(274)

Bid-Digriet Nru 2200797 tal-20 ta’ Lulju 2022, l-imħallef għal miżuri proviżorji fil-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia kkunsidra, fil-biċċa l-kbira, li d-diffikultajiet imqajmin minn Corsica Ferries ma kinux jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti. Fir-rigward tal-bqija, l-imħallef ċaħad il-ksur imsemmi minn Corsica Ferries minħabba li, fl-opinjoni tal-imħallef, kien possibbli għall-kandidati interessati li jissottomettu offerta li tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi kollha stabbiliti fid-dokumenti tal-offerti. Imbagħad, Corsica Ferries appellat kontra s-sentenza inkwistjoni quddiem il-Kunsill tal-Istat. F’sentenza tal-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill tal-Istat iddikjara l-appell inammissibbli (Société Corsica Ferries, Nru 466415).

(275)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries iddeċidiet li ma tiħux sehem fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSC, wara b’mod partikolari qieset li ma kellhiex bastimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi kollha stabbiliti mis-CdC fil-PSCs

(276)

Is-CdC rċiviet tliet applikazzjonijiet:

il-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale: Lott 1;

Corsica Linea: Lottijiet 2, 3, 4 u 5;

La Méridionale: Lottijiet 3 u 4.

(277)

Il-kumitat tad-delega tas-servizz pubbliku fetaħ l-offerti fis-26 ta’ Lulju 2022. Wara l-opinjoni ta’ dak il-kumitat, datata t-2 ta’ Awwissu 2022, it-tliet kandidati ġew ammessi sabiex jissottomettu offerta. Fil-31 ta’ Awwissu 2022, wara li analizza l-offerti tagħhom, il-kumitat irrakkomanda l-ftuħ tal-proċedura nnegozjata ma’ dawk il-kandidati.

(278)

Skont Franza, is-CdC mexxiet in-negozjati mal-kandidati kif ġej:

l-ewwel sessjoni ta’ negozjati saret fis-6 u fis-7 ta’ Settembru 2022: imbagħad, il-kandidati ntalbu jtejbu b’mod komprensiv l-aspetti finanzjarji tal-offerti tagħhom;

it-tieni sessjoni saret fl-4, fil-5 u fis-6 ta’ Ottubru 2022: imbagħad, il-kandidati ntalbu jidentifikaw modi addizzjonali kif jottimizzaw l-aspetti finanzjarji;

it-tielet sessjoni saret fit-18 u fid-19 ta’ Ottubru 2022 u kellha l-għan li tikkonsolida l-offerta finanzjarja tal-kandidati u li tirrieżamina l-proposti tagħhom għal emendi għall-kuntratt;

ir-raba’ sessjoni saret fis-7 ta’ Novembru 2022 bl-għan li jiġi ffinalizzat l-abbozz tal-kuntratt u li jiġi kkonsolidat il-progress finanzjarju bl-għan li jiġu ppreżentati l-offerti finali mill-kandidati;

fl-10 ta’ Novembru 2022, il-kandidati ssottomettew l-offerti finali tagħhom.

(279)

Il-kumitat ta’ delega tas-servizz pubbliku responsabbli għas-sottomissjoni tal-offerti finali ltaqa’ fit-23 ta’ Novembru 2022.

3.6.3.   Ir-Riżoluzzjoni Nru 22/188 tal-20 ta’ Diċembru 2022

(280)

Permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 22/188 tal-20 ta’ Diċembru 2022, l-Assemblea ta’ Korsika approvat l-għażla tal-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale għal-Lott 1, ta’ Corsica Line għal-Lottijiet 2, 4 u 5 u ta’ La Méridionale għal-Lott 3. It-Table 27 tippreżenta l-ammont ta’ kumpens finanzjarju għal kull lott.

Tabella 27

L-ammont totali ta’ kumpens finanzjarju għal kull lott tal-PSC (f’miljuni ta’ EUR)

Il-portijiet ta’ Korsika

Kumpens finanzjarju għall-2023-2030

Kumpens finanzjarju annwali (medja)

Lott 1: Ajaccio

245,9

30,7

Lott 2: Bastia

251,1

31,4

Lott 3: Porto-Vecchio

132,2

16,5

Lott 4: Propriano

122,6

15,3

Lott 5: L’Île-Rousse

101,8

12,7

Total

853,6

106,6

Sors:

in-notifika tas-27 ta’ Diċembru 2022 mill-awtoritajiet Franċiżi.

3.7.   Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PSCs

(281)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiddeskrivi l-klawżoli kuntrattwali tal-PSCs. Dawn il-klawżoli huma ġeneralment komuni għall-ħames PSCs.

3.7.1.   Id-ispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u d-durata tagħhom

3.7.1.1.   Il-kontenut tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(282)

L-Artikoli 1 u 2 tal-ħames PSCs jispeċifikaw li, bħala parti mill-kontinwità territorjali bejn il-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja, id-detentur tal-konċessjoni huwa fdat bit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”, “Service of General Economic Interest”) relatati ma’:

it-trasport ta’ merkanzija (inklużi oġġetti perikolużi għar-rotta lejn L’Île-Rousse) fil-forma ta’ merkanzija mhux irmunkata u rmunkata; kif ukoll

it-trasport ta’ (i) passiġġieri li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi, (136) (ii) passiġġieri li jivvjaġġaw bħala sewwieqa tal-merkanzija rmunkata, u (iii) għar-rotta bejn Marsilja u Propriano biss, passiġġieri residenti ta’ Korsika u passiġġieri mhux residenti.

(283)

L-Artikolu 1 jipprevedi wkoll li kwalunkwe servizz ta’ trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri pprovdut mid-detentur tal-konċessjoni li ma jaqax fl-ambitu tal-SGEI jaqa’ fl-ambitu tas-“servizz kummerċjali jew mhux SGEI”.

(284)

L-Artikolu 4 jispeċifika li d-dokumenti kuntrattwali li jorbtu lill-partijiet huma l-kuntratt u l-annessi tiegħu (u, fuq il-bażi tal-Artikolu 1, kwalunkwe emenda għalih). F’każ ta’ kontradizzjoni, il-kuntratt jieħu preċedenza fuq l-annessi.

3.7.1.2.   Arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(285)

L-Anness 1 tal-ħames PSCs jagħti dettalji dwar il-karatteristiċi tas-servizzi marittimi assoċjati. Dawn huma deskritti fit-Taqsima 3.5.2 ta’ din id-deċiżjoni.

(286)

L-Artikolu 17 tal-PSCs jiddikjara li, fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija u għal kull qsim, id-detentur tal-konċessjoni ma jridx iħalli t-trejlers fuq il-bnajka, sakemm it-trasportatur tal-merkanzija ma jitlobx dan jew sakemm il-kapaċità tal-bastiment ma tkunx partikolarment saturata, sabiex jiġi żgurat li d-domanda mill-utenti professjonali tiġi ssodisfata u sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali. Dik id-dispożizzjoni żżid li “sabiex tiġi ottimizzata l-organizzazzjoni tat-traffiku, l-awtorità kontraenti tista’ tiskeda mill-ġdid vjaġġi bir-ritorn, f’konformità man-numru totali ta’ vjaġġi bir-ritorn kull sena stabbilit fl-Anness 1 tal-kuntratt. Dan l-iskedar mill-ġdid isir fil-kuntest tal-kumitat tekniku msemmi fl-Artikolu 10.2” (ara wkoll il-premessa 290).

(287)

L-Artikolu 18 tal-kuntratti għar-rotot minn/lejn Ajaccio, Bastia u L’Île-Rousse jistipula li “fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi pprovdut is-servizz pubbliku, l-awtorità kontraenti tista’ titlob lid-detentur tal-konċessjoni jwettaq vjaġġi bir-ritorn addizzjonali fuq bażi ad hoc, li n-numru massimu u l-kundizzjonijiet tagħhom huma stabbiliti fl-Anness 1. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali se tiġi eżaminata mill-kumitat tekniku previst fl-Artikolu 10.2”. Fil-prattika, skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn il-vjaġġi bir-ritorn jiġu organizzati biss jekk, fil-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-kumitat tekniku, l-awtoritajiet Franċiżi jsibu li l-bastimenti għandhom kapaċità sħiħa u li hemm domanda addizzjonali għal tal-anqas 40 trejler. Wara l-laqgħa tal-kumitat tekniku, permezz ta’ ittra d-detentur tal-konċessjoni jifformalizza l-proposti tiegħu għall-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali f’konformità mal-ħtieġa espressa mill-awtorità kontraenti u jirċievi konferma bil-posta għal kwalunkwe vjaġġ bir-ritorn addizzjonali miftiehem. Il-perjodu minimu ta’ avviż mogħti mill-awtorità kontraenti lill-kuntrattur huwa stmat “fil-ġimgħa” sabiex ikun kemm jista’ jkun qrib ix-xejriet tal-impenn; l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li, fil-prattika, id-domanda għat-trasport tal-merkanzija tkun ġeneralment magħrufa tal-anqas 15-il jum minn qabel.

(288)

L-Artikolu 20 tal-PSCs jiddikjara li d-detentur tal-konċessjoni jista’, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-awtorità kontraenti, jissostitwixxi bastiment wieħed b’bastiment ieħor magħmul disponibbli mid-detentur tal-konċessjoni sabiex jeżegwixxi l-kuntratt, dment li, b’mod partikolari, il-bastiment ta’ sostituzzjoni jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 1.

(289)

L-Artikolu 22 tal-PSCs jirrikjedi li l-bastimenti użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt, kif ukoll is-servizzi pprovduti mid-detentur tal-konċessjoni, jikkonformaw mal-istandards dwar l-aċċessibbiltà għall-PMM. Il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għal dawn il-persuni huma stabbiliti fl-Anness 5 tal-PSCs.

3.7.1.3.   Il-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(290)

L-Artikolu 10.2 tal-PSCs jipprevedi li kumitat ta’ monitoraġġ tekniku, magħmul fost l-oħrajn minn rappreżentanti tal-OTC, mid-detentur tal-konċessjoni, mill-maniġer tal-infrastruttura tal-port u mit-trasportaturi tal-merkanzija, jiltaqa’ kull ġimgħa sabiex jimmonitorja l-eżekuzzjoni tas-servizz u kwalunkwe aġġustament li jista’ jkun meħtieġ.

(291)

L-Artikolu 11.1 tal-PSCs jipprevedi li, fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ avvenimenti imprevisti, il-partijiet jaħdmu flimkien sabiex jidentifikaw miżuri maħsubin sabiex jirrestawraw il-bilanċ ekonomiku tal-PSCs.

3.7.1.4.   Id-durata tal-PSCs

(292)

L-Artikolu 3 tal-PSCs jiddikjara li l-kuntratt jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023 u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2029. Dan iżid li l-partijiet jistgħu jaqblu dwar estensjoni possibbli għal massimu ta’ 12-il xahar, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ġdid fi tmiem il-kuntratt. Għalhekk, id-durata massima possibbli tal-kuntratt hija ta’ 8 snin.

3.7.2.   Dispożizzjonijiet relatati mal-kumpens mogħti lill-benefiċjarji tal-PSCs

3.7.2.1.   Parametri ġenerali

(293)

L-Artikolu 30 tal-PSCs jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali dwar il-kumpens għall-obbligi ta’ SGEI. Jiddikjara b’mod partikolari li:

id-detentur tal-konċessjoni jitħallas mid-dħul iġġenerat mill-operat tal-SGEI u jġarrab il-kostijiet ta’ dan. Huwa awtorizzat joffri servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija jew tal-passiġġieri fuq bażi kummerċjali sal-punt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-SGEI. Id-dħul mill-operat tas-servizz kummerċjali jinżamm mid-detentur tal-konċessjoni;

il-kumpens finanzjarju massimu mħallas mill-OTC lid-detentur tal-konċessjoni għall-obbligi ta’ SGEI tiegħu ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex ikopri l-kost nett tal-forniment tal-obbligu tal-SGEI, filwaqt li jitqies profitt raġonevoli (f’konformità mar-regoli tal-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku (137) (“ Qafas tal-SGEI’));

il-kumpens finanzjarju jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, u jirrappreżenta d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul mistennijin tad-detentur tal-konċessjoni relatati mat-twettiq tal-SGEI (kif stabbilit fl-Anness 9 għall-PSCs li fihom il-kont operatorju ipproġettat tad-detentur tal-konċessjoni), soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35.1, 37.1 u 40 dwar il-verifika ta’ kwalunkwe kumpens żejjed;

il-kostijiet tal-SGEI li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-kumpens jinkludu l-kostijiet diretti neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tal-SGEI u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet indiretti komuni kemm għall-SGEI kif ukoll għall-attivitajiet kummerċjali;

il-kostijiet u d-dħul stmati huma bbażati fuq parametri plawżibbli u osservabbli;

il-kontijiet interni tad-detentur tal-konċessjoni jridu juru b’mod separat il-kostijiet u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk relatati mas-servizzi l-oħrajn. L-użu ta’ koeffiċjenti tal-kontabilità u tal-allokazzjoni tal-kostijiet huwa neċessarju sabiex jiġu identifikati:

il-kostijiet relatati mal-attività ta’ SGEI u dawk relatati mal-attività kummerċjali;

peress li n-natura tat-traffiku ma teskludix l-użu ta’ bastimenti Ro-Pax, id-diżaggregazzjoni, fi ħdan l-attività tal-SGEI, bejn l-attivitajiet tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri għar-rotot ikkonċernati.

(294)

L-Artikolu 31 tal-PSCs jirrikjedi li l-bilanċ ekonomiku ta’ kull rotta jiġi stabbilit fl-Anness 9 sottomess mid-detentur tal-konċessjoni, li jiddetermina l-prestazzjoni prevista tal-PSCs, bir-riskju proprju tad-detentur tal-konċessjoni.

3.7.2.2.   Parametri relatati mad-dħul u mal-kostijiet assoċjati mal-eżekuzzjoni tal-SGEI

3.7.2.2.1.   Dħul

(295)

L-Artikolu 32 tal-PSCs jipprevedi li d-detentur tal-konċessjoni jirċievi direttament id-dħul kollu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni tal-SGEI, b’mod partikolari:

id-dħul mit-trasport ta’ merkanzija f’konformità mal-iskeda tan-nollijiet stabbilita fl-Artikolu 33.2 tal-PSCs;

id-dħul relatat mat-trasport ta’ passiġġieri residenti f’Korsika li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi f’konformità mal-iskeda tan-nollijiet stabbilita fl-Artikolu 33.3 tal-PSCs (138);

dħul anċillari, fost l-oħrajn, mis-servizzi speċjali pprovduti mid-detentur tal-konċessjoni fuq inizjattiva tiegħu stess lis-sewwieqa tal-merkanzija jew lir-residenti ta’ Korsika li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi (catering, bagalji, logħob, eċċ.).

(296)

Barra minn hekk, l-Artikolu 32 tal-PSCs jipprevedi wkoll li, għall-perjodu 2023-2028, is-surplus tar-riżultat kummerċjali mhux tal-SGEI meta mqabbel mal-Anness 9 irid jintuża bħala kwistjoni ta’ prijorità mid-detentur tal-konċessjoni sabiex jiffinanzja investimenti li jiffavorixxu soluzzjonijiet tekniċi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u, b’mod aktar ġenerali, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tat-titjib tal-kwalità ambjentali tal-SGEI, kif previst fl-Artikolu 11.2 tal-PSCs. Is-surpluses li ma jintużawx f’sena finanzjarja speċifika jiġu kkapitalizzati sakemm isiru l-investimenti jew sa tmiem il-kuntratt. Is-surpluses mhux użati jitħallsu lura bis-sħiħ lill-awtorità kontraenti mal-iskadenza normali jew bikrija tal-kuntratt. L-użu ta’ dawn is-surpluses jiġi rrieżaminat mill-kumitat ambjentali, ekonomiku u legali msemmi fl-Artikolu 10.1 tal-PSCs.

(297)

L-Artikolu 33.2 tal-PSCs jispeċifika li l-iskeda tan-nollijiet għat-trasport ta’ merkanzija fil-qafas tal-SGEI hija stabbilita fl-Anness 8, li jistabbilixxi n-nollijiet li ġejjin u jipprevedi li, għall-merkanzija rmunkata, il-qsim tal-ewwel sewwieq huwa inkluż fl-iskeda tan-nollijiet:

Tabella 28

In-nollijiet massimi applikabbli għat-trasport tal-merkanzija fil-qafas tal-PSCs

Għal vjaġġ wieħed

Nollijiet tal-merkanzija (f’euro, minbarra t-taxxi)

Metru lineari ta’ merkanzija ro-ro jew konvenzjonali

40

Metru lineari tal-“Esportazzjoni”

jew tal-“Materja prima”

20

Metru lineari tal-“esportazzjoni +”

15

Tip ieħor ta’ merkanzija

In-noll jiġi ddeterminat liberament mid-detentur tal-konċessjoni f’konformità mal-iskema ta’ OSP tal-2 019 .

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju 2023.

(298)

L-Artikolu 33.3 tal-PSCs jipprevedi li l-iskeda tan-nollijiet għat-trasport tar-residenti ta’ Korsika skont l-SGEI hija dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-iskema ta’ OSP tal-2019. Barra minn hekk, in-nollijiet applikati għall-passiġġieri mhux residenti ta’ Korsika skont l-SGEI huma ddeterminati liberament mid-detentur tal-konċessjoni iżda ma jistgħux jaqbżu n-nollijiet massimi stabbiliti f’dik l-iskema.

Tabella 29

In-nollijiet applikabbli għat-trasport tal-passiġġieri skont il-PSCs

Vjaġġ wieħed għal kull persuna (jew unità)

Nollijiet massimi għar-residenti ta’ Korsika (f’euro, esklużi t-taxxi)

Nollijiet għal dawk li ma humiex residenti ta’ Korsika

Passiġġier

Adult

Minorenni

35

20

In-nollijiet jiġu ddeterminati liberament mid-detentur tal-konċessjoni (iżda ma jistgħux jaqbżu n-nollijiet massimi stabbiliti fir-Riżoluzzjoni Nru 19/128) (139).

Akkomodazzjoni

Kabina ta’ barra

Kabina interna

Pultruna

51

46

7

Vettura

4,5  m jew anqas

Bejn 4,5  m u 5  m

Aktar minn 5  m.

46

51

56

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju 2023.

3.7.2.2.2.   Il-kostijiet u l-kumpens finanzjarju

(299)

L-Artikolu 34.1 tal-PSCs jipprevedi li d-detentur tal-konċessjoni jġarrab il-kostijiet operatorji kollha mhux tal-fjuwil (inklużi l-persunal, l-imposti tal-portijiet, l-oġġetti tal-ikel li għandhom jinbiegħu) u li għandu jiġi applikat marġni għal dawk il-kostijiet operatorji kif stabbilit fl-Anness 9.

(300)

L-Artikolu 34.2 tal-PSCs jipprevedi li l-kostijiet ta’ investiment assoċjati mal-bastimenti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-flotta assenjata mid-detentur tal-konċessjoni sabiex jopera r-rotot koperti mill-PSCs.

(301)

L-Artikolu 35.1 tal-PSCs jipprevedi li l-kumpens finanzjarju għall-operat u għall-investiment (“CFEI”, “compensation financière pour l’exploitation et l’investissement”) imħallas kull sena mill-OTC lid-detentur tal-konċessjoni jikkonsisti f’żewġ komponenti:

komponent fir-rigward tal-kostijiet operatorji (“ CFE ”, “coûts financiers d’exploitation”), li jikkorrispondi għall-kostijiet operatorji li jirriżultaw mill-forniment tal-SGEI (esklużi l-kostijiet tal-fjuwil u tal-investiment), netti mid-dħul iġġenerat mill-forniment tal-SGEI stabbilit fl-Artikolu 31 u fl-Anness 9. Is-CFE jqisu t-titjib fl-effiċjenza mistennija mid-detentur tal-konċessjoni matul it-terminu tal-kuntratt. Fil-prattika, il-mekkaniżmu ta’ effiċjenza jiżgura li l-ammont tas-CFE jiġi kkalkolat b’tali mod li ż-żidiet fil-kostijiet minħabba l-inflazzjoni reali ma jiġux ikkumpensati kompletament;

komponent fir-rigward tal-kostijiet tal-investiment (“ CFI ”, “coûts financiers d’investissement”) li jikkorrispondu għal imposti tad-deprezzament u/jew ta’ lokazzjoni u/jew għall-kost tan-noleġġ tal-bastiment assenjat sabiex iwettaq l-SGEI, kif ikkalkolati fl-Anness 9.

(302)

L-Artikolu 35.3 tal-PSCs jipprevedi li l-Anness 9 jiġi aġġornat kull sena sabiex iqis il-bidliet fl-inflazzjoni reali u jiddeskrivi l-metodu għall-kalkolu ta’ dak l-aġġornament, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, it-titjib fl-effiċjenza.

(303)

L-Artikolu 36.2 tal-PSCs jipprevedi li l-kost tal-fjuwil neċessarju għall-forniment tas-servizzi tat-trasport marittimu (esklużi l-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali) huwa soġġett għal mekkaniżmu ta’ ħħeġġar tal-fjuwil għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar. Wara dan il-perjodu, id-detentur tal-konċessjoni jkun responsabbli għan-negozjar ta’ kuntratt ta’ ħħeġġar ġdid billi jitlob tal-anqas tliet kwotazzjonijiet. Id-detentur tal-konċessjoni jibgħat il-kwotazzjonijiet lill-awtorità kontraenti u jindika l-fornitur tas-servizz li jixtieq juża. Permezz ta’ deroga, malli jiskadi l-kuntratt inizjali għall-iħħeġġar tal-fjuwil, l-OTC jista’ jiddeċiedi li jimplimenta mekkaniżmu li jippermetti l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-fjuwil (skont il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 11.1 tal-PSCs). Dan il-mekkaniżmu jieħu post il-kuntratt ta’ ħħeġġar il-ġdid li għandu jiġi konkluż mid-detentur tal-konċessjoni. Barra minn hekk, il-varjazzjonijiet fil-kostijiet tal-fjuwil ma humiex riflessi fl-iskedi tan-nollijiet. Il-kost unitarju tal-fjuwil inkluż fil-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9) għall-perjodu korrispondenti u l-mekkaniżmu assoċjat huma deskritti fl-Anness 10.

(304)

L-Artikolu 37.1 tal-PSCs jistipula li kull sena l-OTC jeħtieġlu iħallas il-kumpens finanzjarju lid-detentur tal-konċessjoni għall-kostijiet tal-fjuwil assoċjati mal-forniment tal-SGEI (“CFC”, “compensation des frais de carburant”). Il-kumpens finanzjarju massimu tas-CFC huwa stabbilit fl-Anness 9.

(305)

L-Artikolu 38.1 tal-PSCs jipprevedi l-kumpens massimu b’rata fissa għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali (“CFsup”, “compensation forfaitaire pour allers-retours supplémentaires”). Dan il-kumpens jikkonsisti fi tliet komponenti:

komponent tal-kost operatorju (“ CFEsup ”, “coûts financiers d’exploitation pour allers-retours supplémentaires”), li jikkorrispondi għall-kostijiet operatorji li jirriżultaw mit-twettiq ta’ vjaġġ bir-ritorn addizzjonali (minbarra l-imposti tal-fjuwil), nett mid-dħul iġġenerat minn vjaġġ bir-ritorn addizzjonali. Iqis il-kostijiet operatorji u d-dħul fl-ambitu tal-SGEI, filwaqt li jqis profitt raġonevoli kif stabbilit fl-Anness 9;

komponent tal-kost tal-investiment (“ CFIsup ”, “coûts financiers d’investissement pour allers-retours supplémentaires”), li jikkorrispondi għal imposti tad-deprezzament u/jew ta’ lokazzjoni u/jew għall-kost tan-noleġġ tal-bastiment użat sabiex jitwettqu l-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali (kif ikkalkolat fl-Anness 9);

komponent tal-kost tal-fjuwil (“ CFCsup ”, “compensation des frais de carburant pour allers-retours supplémentaires”), li jikkorrispondi għall-kostijiet tal-fjuwil imġarrbin mid-detentur tal-konċessjoni għat-twettiq ta’ vjaġġ bir-ritorn addizzjonali (l-ammont tas-CFCsup huwa stabbilit fl-Anness 9 għall-2023, u jiġi aġġustat għas-snin sussegwenti f’konformità mal-prezz tal-fjuwil).

(306)

Barra minn hekk, l-Artikolu 38.1 tal-PSCs jispeċifika li l-kumpens għal vjaġġ bir-ritorn addizzjonali, jekk jitwettaq, ikun l-aktar ammont baxx bejn (i) l-ammont mistenni ta’ kumpens għal kull vjaġġ bir-ritorn indikat fl-Anness 9 (kont operatorju proviżorju), u (ii) l-ammont li jirriżulta mill-kont operatorju aġġornat, li jinkludi l-kostijiet netti reali mġarrbin fl-operat ta’ vjaġġ bir-ritorn addizzjonali u li huwa parti mir-rapport annwali sottomess mill-kuntratturi tal-OTC (imsemmi fl-Artikolu 46 tal-PSCs).

3.7.2.3.   Parametri relatati mal-allokazzjoni tal-kostijiet assoċjati mal-forniment tal-SGEI

(307)

L-Artikoli 35.1 u 37.1 tal-PSCs jipprevedu wkoll li, sa fejn id-detentur tal-konċessjoni juża l-bastimenti sabiex joffri attivitajiet kummerċjali barra mill-SGEI, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Anness 9 jintuża sabiex tiġi stabbilita l-kontabilità tal-kostijiet u jiġi stabbilit l-ammont ta’ kumpens finanzjarju b’rata fissa. Dan il-koeffiċjent tal-allokazzjoni huwa stabbilit għad-durata tal-kuntratt u huwa vinkolanti fuq il-partijiet.

(308)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, (140) l-allokazzjoni tal-kostijiet għall-SGEI u s-servizz kummerċjali saret (u ġiet ippreżentata lill-offerenti bħala parti mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs) fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin, li, skont Franza, diġà ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni f’każijiet preċedenti (141):

il-kostijiet direttament marbutin mat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija jiġu allokati lill-SGEI fuq il-bażi tan-numru ta’ passiġġieri jew tal-volum ta’ merkanzija (f’LM) li d-detenturi tal-konċessjoni huma meħtieġa jiggarantixxu skont l-obbligi ta’ kapaċità stabbiliti fil-PSCs;

il-kostijiet komuni (eż. il-persunal, il-manutenzjoni, il-fjuwil, il-kost tan-noleġġ tal-bastimenti, id-deprezzament, eċċ.), li jammontaw għall-maġġoranza tal-kostijiet operatorji tad-detenturi, huma ddebitati lill-SGEI b’mod proporzjonat għall-kapaċità (espressa f’m3 ta’ volum) irriżervata fuq il-bastiment għall-attivitajiet tal-SGEI (142).

(309)

Kif indikat fit-Table 30, fil-kuntest tal-PSCs, id-detenturi tal-konċessjoni allokaw bħala medja [60-75] % tal-kostijiet operatorji għall-attivitajiet tal-SGEI, bl-eċċezzjoni tal-PSC b’rabta mar-rotta Marsilja-Propriano, li fih 100 % tal-kostijiet ġew allokati għall-SGEI.

Tabella 30

Is-sehem tal-kostijiet allokati lill-SGEI fil-PSCs

Kostijiet

Ajaccio

Bastia

Porto-Vecchio

Propriano

L’Île-Rousse

Ekwipaġġ (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Persunal fuq l-art (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kostijiet kummerċjali - passiġġieri (143)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kostijiet kummerċjali - karozzi (146)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kostijiet kummerċjali - merkanzija (144)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Immaniġġar (144)  (147)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Imposti tal-port (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Immaniġġar tal-passiġġieri (143)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Oġġetti tal-ikel (għall-bejgħ) (143)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Oġġetti tal-ikel għall-ekwipaġġ (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Provvisti (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Komunikazzjoni (146)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Assigurazzjoni (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

IT3

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Dazji u taxxi (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kostijiet strutturali tal-kumpanija detentriċi tal-konċessjoni (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Manutenzjoni u servizzjar (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kost għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-bastimenti (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kost tan-noleġġ tal-bastimenti (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Kostijiet tal-fjuwil (145)

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Medja ponderata

[...] %

[...] %

[...] %

100  %

[...] %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fit-28 ta’ Ġunju 2023.

3.7.2.4.   Parametri għall-kalkolu ta’ profitt raġonevoli

(310)

L-Artikolu 39 tal-PSCs jipprevedi li profitt raġonevoli jiġi ddeterminat f’konformità mal-Qafas tal-SGEI u jikkorrispondi għall-proporzjon li ġej (ikkalkolat fl-Anness 9 tal-PSCs): il-qligħ kurrenti mill-SGEI qabel it-taxxa u l-imgħax / il-fatturat tal-SGEI (inkluż il-kumpens finanzjarju riċevut mill-kuntrattur). Għal kull rotta, il-profitt raġonevoli ma jridx jaqbeż it-2,13 % għad-durata tal-kuntratt, sakemm studju indipendenti ieħor, imwettaq fil-każ ta’ tfixkil fis-suq, ma jiġġustifikax reviżjoni ta’ din ir-rata.

(311)

Ir-rata ta’ 2,13 % hija derivata mill-offerti finanzjarji sottomessi minn Corsica Linea u minn La Méridionale, li stmaw għar-rotot kollha, fuq il-bażi tal-kontijiet tal-profitt u t-telf imbassrin, marġni operazzjonali għall-attivitajiet relatati mal-SGEI ta’ bejn 0,69 % (Lott 4: Propriano) u 2,13 % (Lott 3: Porto-Vecchio). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ studju estern ikkummissjonat minn Franza, (148) li stima, fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ kumpaniji tat-tbaħħir komparabbli ma’ Corsica Linea u ma’ La Méridionale, (149) marġni operatorju ta’ referenza ta’ 7,8 %.

3.7.2.5.   Parametri għall-monitoraġġ tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed

(312)

L-Artikolu 7 tal-PSCs jipprevedi li l-awtorità kontraenti (jiġifieri l-OTC u s-CdC) tivverifika li l-ammont ta’ kumpens imħallas lid-detentur tal-konċessjoni skont il-kuntratt ma jwassalx għal xi kumpens żejjed, u li tordna lid-detentur tal-konċessjoni jħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed, flimkien ma’ mgħax ta’ inadempjenza, f’konformità mal-Artikoli 35.1, 37.1 u 40.

(313)

F’konformità mal-Artikolu 46 tal-PSCs, id-detentur tal-konċessjoni jrid jissottometti lill-OTC fir-rapport annwali tiegħu kont operatorju fl-istess format bħall-kont operatorju proviżorju. Tqabbil tal-kontijiet proviżorji u finali jrid ikun akkumpanjat minn nota ta’ spjegazzjoni dwar id-differenzi li nstabu. Il-kumpens effettivament imħallas irid jiġi rimborżat mid-detentur tal-konċessjoni jekk l-analiżi mwettqa mill-OTC turi li huwa ogħla minn dak neċessarju sabiex ikun kopert il-kost nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jitqies profitt raġonevoli, f’konformità mal-Artikoli 35.1, 37.1, 39 u 40 tal-PSCs.

(314)

L-Artikoli 35.1, 37.1 u 40 tal-PSCs jipprevedu li, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ kumpens żejjed, l-OTC iwettaq verifika annwali tal-kalkolu tal-kumpens fuq il-bażi ta’ rapport annwali dwar is-servizzi sabiex tiġi vvalutata kwalunkwe differenza bejn il-kalkolu bbażat fuq il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Anness 9 u l-kalkolu bbażat fuq koeffiċjent tal-allokazzjoni li jirriżulta mill-operazzjoni reali (kostijiet u dħul reali, it-tħaddim reali tal-bastimenti, eċċ.). Fil-każ ta’ differenza bejn il-kalkolu li jirriżulta mill-operazzjoni reali u dak imsemmi fil-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9), nofs kwalunkwe kumpens żejjed imħallas jista’ jinżamm mid-detentur tal-konċessjoni sa massimu ta’ 5 % tal-kumpens, u s-surplus jiġi rritornat lill-OTC f’konformità mal-arranġamenti li jiddeċiedi dwarhom, flimkien mal-imgħax ta’ inadempjenza. Fi kwalunkwe każ, il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont li jirriżulta mill-Anness 9.

(315)

L-Artikoli 35.2 u 37.2 tal-PSCs jiddikjaraw li n-nuqqas li jsir qsim, tkun xi tkun il-kawża, jirriżulta fi tnaqqis fil-kumpens li jikkorrispondi għal dak li jiffranka d-detentur tal-konċessjoni mis-CFEI u mis-CFC bħala riżultat tan-nuqqas ta’ forniment tal-SGEI. L-ammont tat-tnaqqis ma jistax ikun negattiv.

(316)

Jekk is-sostituzzjoni ta’ bastiment prevista fl-Artikolu 20 tal-PSCs (il-premessa 288) twassal għal żieda fil-kostijiet inizjalment determinati fil-kont operatorju proviżorju li jikkostitwixxi l-Anness 9, dik iż-żieda tiġġarrab mid-detentur tal-konċessjoni. Jekk is-sostituzzjoni twassal għal tnaqqis f’dawk il-kostijiet, l-awtorità kontraenti u d-detentur tal-konċessjoni jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji neċessarji wara s-sottomissjoni tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 46 tal-PSCs.

(317)

L-Artikolu 38 tal-PSCs iżid li, fir-rapport annwali tiegħu, id-detentur tal-konċessjoni “jeħtieġlu jindika l-kost reali ta’ kull vjaġġ bir-ritorn addizzjonali, li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-kostijiet reali u d-dħul ta’ dak il-vjaġġ bir-ritorn. L-awtorità kontraenti tħallas kumpens magħruf bħala kumpens reali għall-qsim i [(“Cri”)] li jikkorrispondi għall-ammont minimu bejn il-kost reali ta’ dan il-vjaġġ bir-ritorn addizzjonali u l-kumpens massimu għal kull vjaġġ ta’ vjaġġ bir-ritorn addizzjonali fil-perjodu meta jsir il-qsim”.

3.8.   Ilment minn Corsica Ferries

(318)

Fit-23 ta’ Marzu 2023, Corsica Ferries ippreżentat ilment lill-Kummissjoni kontra l-miżuri aġġudikati lil La Méridionale u lil Corsica Linea.

(319)

Fl-ilment tagħha, Corsica Ferries iddikjarat li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-ilment jixħet enfasi partikolari fuq il-fatt li l-miżuri inkwistjoni jagħtu vantaġġ lil dawk il-kumpaniji, fis-sens li ma jikkonformaw mal-ebda wieħed mill-erba’ kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Altmark (150). Corsica Ferries argumentat ukoll li l-miżuri kienu inkompatibbli mas-suq intern, peress li kisru d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (151) dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (“id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet”), “meħuda flimkien mal-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE”.

(320)

Permezz tal-ittri tat-13 ta’ Ottubru u tal-20 ta’ Diċembru 2023, Corsica Ferries ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar l-ilment li turi, fil-fehma tagħha, li ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ servizz pubbliku u li l-obbligi ta’ servizz imposti fil-kuntest tal-PSCs kienu sproporzjonati. Din l-informazzjoni addizzjonali, meħuda flimkien mal-ilment tat-23 ta’ Marzu 2023, se tissejjaħ “l-ilment” f’din id-deċiżjoni.

(321)

L-ittra tat-13 ta’ Ottubru 2023 tirreferi għal informazzjoni relatata mal-qsim magħmul barra u fil-qafas tal-PSCs minn Corsica Linea fis-sajf tal-2023.

(322)

Fl-ittra tagħha tal-20 ta’ Diċembru 2023, Corsica Ferries ipprovdiet ir-riżultati ta’ studju datat l-14 ta’ Diċembru 2023, li hija kkummissjonat minn Berkeley Research Group (“l-istudju 1 ta’ BRG”).

(323)

L-istudju 1 ta’ BRG jiddikjara li l-iskop tiegħu huwa li jivvaluta l-adegwatezza tal-inklużjoni fl-ambitu tal-PSCs fuq ir-rotot lejn Ajaccio u Bastia ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport ta’ aktar minn 12-il passiġġier għal kull qsim. L-istudju 1 ta’ BRG jiddiskuti biss il-ħtieġa li s-sewwieqa tat-trasport ivvalutati minn Franza, minbarra kwalunkwe ħtieġa oħra ta’ servizz pubbliku identifikata minn Franza.

(324)

Barra minn hekk, l-istudju 1 ta’ BRG jiddikjara li, fid-dawl tan-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku fil-kuntest tal-PSCs, l-istudju kien jibbaża fuq rapporti u fuq studji relatati mal-PSCs preċedenti sabiex jerġa’ jibni l-metodoloġija li deher li ntużat minn Franza.

(325)

Fil-kummenti tagħha sottomessi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Corsica Ferries fil-biċċa l-kbira tenniet il-kontenut tal-ilment. Għalhekk, il-kontenut tal-ilment huwa stabbilit fit-taqsima li tippreżenta dawk il-kummenti (it-Taqsima 5.1).

3.9.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali

(326)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-PSCs kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(327)

Il-Kummissjoni qieset li l-PSCs taw, fost l-oħrajn, vantaġġ lid-detenturi tal-konċessjoni li ma kinux jiksbu f’kundizzjonijiet normali tas-suq. B’mod aktar speċifiku, il-PSCs inkwistjoni ma kinux jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark għall-esklużjoni ta’ vantaġġ bħal dan.

(328)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-PSCs jissodisfawx ħtieġa ġenwina ta’ servizz pubbliku fir-rigward tat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata (l-ewwel kriterju ta’ Altmark).

(329)

Il-Kummissjoni qieset li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux stabbilew biżżejjed a priori li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon kienu biss parzjalment sostitwibbli fir-rigward tat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata (il-premessi 310 sa 312 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(330)

Il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Franċiżi kienu bbażaw biss fuq dikjarazzjonijiet ġenerali magħmulin mill-parteċipanti fis-suq sabiex jikkwantifikaw dik is-sostitwibbiltà parzjali (il-premessa 227). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar dik il-valutazzjoni, peress li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux vverifikaw id-data sottostanti li tappoġġaha. Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jipprovdu evidenza aktar konklużiva bl-għan li jiġġustifikaw il-valutazzjoni ta’ din id-domanda speċifika għall-port ta’ Marsilja minn xi utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata.

(331)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità u n-neċessità ta’ ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku imposti mill-PSCs sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati (il-premessi 337 sa 340 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija (irmunkata u mhux irmunkata) meħtieġa mill-awtoritajiet Franċiżi u l-obbligu għall-benefiċjarji tal-miżuri li joperaw numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali ma kinux jidhru ġustifikati biżżejjed fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku identifikati fir-rapport ta’ Gecodia. Il-Kummissjoni kellha tħassib li dawn l-obbligi jistgħu jwasslu sabiex il-kapaċità tal-merkanzija offruta mid-detenturi ta’ konċessjoni tkun ogħla b’mod sinifikanti mill-ħtieġa kwantitattiva tas-servizz pubbliku.

(332)

Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li l-miżuri ma ssodisfawx ir-raba’ kriterju ta’ Altmark. Hija qieset li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSC mwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi ma kinitx kompetittiva biżżejjed sabiex tiżgura li l-kumpens mogħti lill-benefiċjarji tal-PSC kien jikkostitwixxi l-anqas kost għall-komunità. Hija kienet tal-fehma wkoll li l-ammont ta’ dak il-kumpens ma kienx ġie stabbilit fir-rigward tal-kostijiet imġarrbin minn kumpanija tipika mmexxija tajjeb b’mezzi adegwati sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati.

(333)

Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li l-miżuri kienu imputabbli lill-Istat u ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Il-miżuri kienu wkoll b’mod selettivi favur il-benefiċjarji u kienu jikkostitwixxu ostaklu għall-kummerċ intra-UE u distorsjoni tal-kompetizzjoni f’suq liberalizzat.

(334)

It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux ipprovdew biżżejjed evidenza sabiex juru l-kompatibbiltà tal-PSCs mal-Qafas tal-SGEI. Minbarra d-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar l-ambitu tal-PSCs, il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar il-konformità tal-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs mad-dritt tal-UE dwar il-konċessjonijiet.

4.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA

(335)

L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Marzu 2024. Il-kummenti jikkonċernaw (i) il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku u (ii) il-konformità mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

4.1.   L-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(336)

Bi tweġiba għall-eżaminazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tal-eżistenza ta’ ħtieġa ġenwina ta’ servizz pubbliku, l-awtoritajiet Franċiżi kkummentaw dwar ħames punti.

4.1.1.   Franza stmat b’mod korrett id-domanda kwantitattiva speċifika mill-utenti tal-merkanzija rmunkata għall-port ta’ Marsilja

(337)

Kif indikat fil-premessa 227, l-awtoritajiet Franċiżi stmaw li s-sehem tal-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata li ma jqisu l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja għall-ivvjaġġar lejn Korsika kien jirrappreżenta 80 % tad-domanda storika totali għall-merkanzija rmunkata bejn Marsilja u Korsika.

(338)

Fid-dawl tad-dubji espressi mill-Kummissjoni fil-premessa 329 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi wettqu analiżijiet aktar dettaljati, imwettqin minn Gecodia, sabiex jipprovdu evidenza kwantitattiva tal-livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon fir-rigward tad-domanda għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata.

(339)

L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet Franċiżi, analiżi tal-post fejn jinsabu l-uffiċċji prinċipali, l-imħażen u l-bażijiet loġistiċi tat-trasportaturi tal-merkanzija li jirrappreżentaw 80,8 % tal-volum ta’ merkanzija rmunkata ttrasportata fuq ir-rotot bejn Marsilja u Korsika turi li l-faċilitajiet tagħhom jinsabu fil-viċinanza immedjata tal-port ta’ Marsilja, li tiġġustifika l-preferenza tagħhom għal dak il-port.

(340)

It-tieni, Gecodia analizzat il-flussi tal-merkanzija rmunkata ta’ 122 klijent ta’ Corsica Linea (li jirrappreżentaw 85 % tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata tagħha) u 62 tal-klijenti ta’ La Méridionale (li jirrappreżentaw 78 % tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata tagħha). L-analiżi turi li 83 % (Corsica Linea) u 88 % (La Méridionale) ta’ dawn il-flussi jistgħu jiġu traċċati għall-bażijiet loġistiċi qrib il-port ta’ Marsilja, li jimplika preferenza għal dak il-port.

(341)

It-tielet, Gecodia analizzat l-operazzjonijiet minn 32 trasportatur tal-merkanzija rmunkata (li wħud minnhom għandhom diversi bażijiet loġistiċi qrib Marsilja jew Toulon) bejn Korsika u Franza kontinentali li jużaw il-port ta’ Marsilja u/jew il-port ta’ Toulon, li jirrappreżentaw madwar 65 % tal-volum tal-merkanzija rmunkata bejn Korsika u l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon fl-2017-2019 u fl-2021 (152).

(342)

Sabiex jiksbu din id-data, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-kumpaniji tat-tbaħħir talba għal informazzjoni rigward lista tal-klijenti ewlenin tagħhom u l-volumi assoċjati ta’ merkanzija rmunkata (f’LM). Din id-data ġiet aggregata sabiex jinkiseb numru rappreżentattiv ta’ trasportaturi tal-merkanzija ewlenin fiż-żona kollha ta’ Marsilja u ta’ Toulon. Sabiex il-flussi jiġu assoċjati bl-aktar mod akkurat possibbli ma’ bażi loġistika tat-tluq, l-awtoritajiet Franċiżi użaw l-informazzjoni miġbura matul l-intervisti mwettqin fil-konsultazzjoni mal-utenti.

(343)

Il-lista mfassla b’dan il-mod turi, għal kull klijent, il-post tal-bażi tal-loġistika, id-distanza bejn il-bażi tal-loġistika u l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja, u l-volum annwali ta’ merkanzija rmunkata (f’LM) ittrasportata f’kull port matul il-perjodu 2017-2021. It-tip ta’ merkanzija ttrasportata huwa speċifikat ukoll għal xi klijenti (eż. it-trasport ta’ tagħmir militari, prodotti li jitħassru, materjali tal-kostruzzjoni jew oġġetti perikolużi). L-awtoritajiet Franċiżi ġabru wkoll informazzjoni kwalitattiva addizzjonali speċifika għat-trasportaturi tal-merkanzija individwali u rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostitwibbiltà taż-żewġ portijiet. Pereżempju, xi utenti indikaw li kienu użaw il-port ta’ Toulon fil-passat minħabba restrizzjonijiet ta’ kapaċità fil-port ta’ Marsilja.

(344)

L-analiżi ta’ din id-data tiżvela, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li l-maġġoranza tat-trasportaturi tal-merkanzija jużaw biss il-port li huwa l-eqreb tal-bażi loġistika tagħhom (22 trasportatur tal-merkanzija minn 32). L-analiżi turi li, minkejja li għandha bażi loġistika eqreb lejn Marsilja, l-għaxar trasportaturi tal-merkanzija l-oħrajn kienu jużaw il-port ta’ Toulon esklużivament jew spiss ħafna. L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li xi trasportaturi tal-merkanzija rrapportaw li jużaw il-port ta’ Toulon minħabba li kellhom konnessjonijiet tal-awtostrada ma’ Toulon li ppermettewlhom jevitaw iż-żona metropolitana ta’ Marsilja (il-bypass tat-Tramuntana), filwaqt li oħrajn kienu ċaqilqu l-bażi/il-maħżen tagħhom mir-reġjun ta’ Marsilja lejn ir-reġjun ta’ Toulon, li wassal f’bidla fil-flussi tat-trasport lejn il-port ta’ Toulon.

(345)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-analiżi tal-informazzjoni miġbura turi li l-għażla tal-port ta’ utent hija influwenzata ħafna mill-qrubija tal-port għall-bażi loġistika tat-trasportatur tal-merkanzija. Skont l-awtoritajiet, huma prinċipalment restrizzjonijiet fuq il-provvista li jwasslu lill-utenti b’bażijiet eqreb lejn Marsilja sabiex imexxu t-traffiku tagħhom lejn Toulon.

(346)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din l-informazzjoni kollha tikkonferma (i) li l-port għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata primarjament jintgħażel fuq il-bażi tal-post tal-bażijiet loġistiċi tat-trasportaturi tal-merkanzija u (ii) li aktar minn 80 % tal-volum ta’ merkanzija rmunkata ttrasportata mill-kumpaniji kuntratturi jista’ jkun assoċjat ma’ bażi loġistika li tinsab fiż-żona ta’ Marsilja. Għalhekk, l-utenti għandhom preferenza ġenwina għall-port ta’ Marsilja u, għal dawn l-utenti, il-port ta’ Marsilja ma huwiex sostitwibbli ma’ Toulon.

4.1.2.   L-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-volum minimu ta’ merkanzija li għandha tiġi ttrasportata kienu proporzjonati għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata minn Franza

(347)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-kapaċità minima imposta fil-PSCs għat-trasport tal-merkanzija ma hijiex sproporzjonata għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata. Dawn jipprovdu tliet raġunijiet għal dan.

(348)

L-ewwel nett, skont Franza, ma huwiex possibbli li jintuża approċċ ibbażat fuq il-medji tat-traffiku, minħabba l-volatilità għolja tad-domanda.

(349)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-kapaċità minima ta’ ġarr għal kull qsim stabbilita fil-PSCs tqis (i) il-kummenti mill-konsultazzjoni mal-utenti (saturazzjoni regolari fuq ċerti rotot), (ii) it-tixrid tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku fuq il-qsim, il-jiem u x-xhur (irreġistrati fuq il-bażi ta’ data storika għall-2019 u tat-tbassir għall-2023-2030) u (iii) id-distribuzzjoni mbassra tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku fix-xahar (użata sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità minima fil-ġimgħa u l-kapaċità minima għal kull qsim sabiex it-traffiku jiġi assorbit b’mod sodisfaċenti). Franza tinnota wkoll li l-issodisfar tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku huwa obbligatorju sabiex it-trejlers ma jitħallewx fuq il-bnajka, u b’hekk jiġu ggarantiti l-fluwidità tat-traffiku (l-ebda saturazzjoni), il-kwalità (l-ebda penali għat-trasportatur tal-merkanzija minħabba dewmien jew tfixkil fil-provvista għall-kumpaniji f’Korsika) u s-sigurtà (l-ebda merkanzija ma titħalla fuq il-bnajka fejn tista’ tinsteraq jew titħassar).

(350)

F’dan ir-rigward, matul il-konsultazzjoni mal-utenti l-awtoritajiet Franċiżi nnotaw li d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-utenti tat-trasport tal-merkanzija fir-rigward tal-kapaċità saturata tal-bastimenti kienu qegħdin jikbru f’dawn l-aħħar snin, speċjalment fuq ir-rotot lejn Bastia u Ajaccio. Skont Franza, din is-saturazzjoni tfisser li mhux id-domanda kollha mit-trasportaturi tal-merkanzija tista’ tiġi ssodisfata fuq kull qsim. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li d-data dwar il-prenotazzjonijiet tad-detenturi tal-konċessjoni għall-PSCs tal-2021-2022 ikkonfermat li kien hemm merkanzija li tħalliet fuq il-bnajka. It-tagħbija ġiet irrifjutata għal aktar minn 35 % tal-merkanzija fuq ir-rotta Marsilja-Bastia u għal aktar minn 20 % tal-merkanzija fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio.

(351)

Għalhekk, l-approċċ meħud mill-awtoritajiet Franċiżi huwa mfassal sabiex jiżgura li s-servizzi stabbiliti jkunu jistgħu jassorbu d-domanda għall-merkanzija b’mod aċċettabbli u proporzjonat.

(352)

F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa ddikjarat fil-premessa 338 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-kapaċità minima meħtieġa għal kull qsim ma ġietx stabbilita “b’tali mod li s-servizz pubbliku jista’ jwieġeb fi kwalunkwe ħin għall-ogħla domanda osservata fid-data storika (fil-kuntest tal-PSCs preċedenti)”.

(353)

Għall-kuntrarju, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni turi li, kważi kull xahar, l-ogħla livell storiku ta’ traffiku osservat jaqbeż il-kapaċità minima imposta fil-PSCs. Pereżempju, fuq ir-rotta Marsilja-Bastia, il-kapaċità minima hija stabbilita għal 1 860 LM għal kull qsim. Madankollu, analiżi tad-data storika mill-2019 turi li dan il-volum jinqabeż tal-anqas darba fix-xahar għal 8 xhur tas-sena, filwaqt li l-projezzjonijiet juru li din il-kapaċità se tinqabeż sistematikament fl-2025. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li fl-2023, fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-PSCs, il-volum meħtieġ għall-kapaċità minima nqabeż tal-anqas darba fix-xahar, ħlief f’Diċembru.

(354)

B’hekk, skont Franza, it-tixrid tat-traffiku matul is-sena jipprevjeni milli l-kapaċità minima tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-volumi annwali medji antiċipati għall-perjodu 2023-2030 fl-istudju ta’ Gecodia. Approċċ bħal dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni li fiha l-bastimenti jistgħu jkunu regolarment taħt il-kapaċità sabiex jassorbu d-domanda għall-merkanzija.

(355)

It-Table 31 tirriproduċi n-numru ta’ qsim li għalih id-domanda tkun ogħla mill-kapaċità minima medja fl-2019 u fl-2030, meta din il-kapaċità ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-volumi annwali medji antiċipati għall-perjodu 2023-2030 fir-rapport ta’ Gecodia. Jidher li, fuq ir-rotot bejn Marsilja u Ajaccio, Bastia u Porto-Vecchio, id-domanda taqbeż il-kapaċità minima meħtieġa fi qsim wieħed minn kull tnejn, meta tiġi rreġistrata domanda li taqbeż il-kapaċità minima meħtieġa (qsim wieħed minn kull erbgħa għar-rotot bejn Marsilja u Propriano u L’Île-Rousse).

Tabella 31

In-numru ta’ qsim b’domanda ogħla mill-kapaċità minima medja stabbilita fuq il-bażi tal-volumi annwali medji antiċipati għall-perjodu 2023-2030 fl-istudju ta’ Gecodia

 

In-numru ta’ vjaġġi annwali ppjanati fil-PSCs

Il-kapaċità minima medja għal kull qsim (LM) (153)

In-numru ta’ qsim b’domanda ogħla mill-kapaċità minima medja

 

 

 

2019

2030

 

 

 

Numru ta’ qsim

% tal-qsim annwali

Numru ta’ qsim

% tal-qsim annwali

Bastia

730

1 420

299

41  %

414

57  %

Ajaccio

730

1 069

301

41  %

402

55  %

Porto Vecchio

312

784

79

25  %

143

46  %

Propriano

312

282

79

25  %

125

40  %

L’Île-Rousse

312

439

62

20  %

112

36  %

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fl-4 ta’ Frar 2024.

(356)

It-tieni, skont Franza, il-mobilizzazzjoni ta’ flotta b’kapaċità ogħla mit-traffiku medju osservat matul is-sena tikkostitwixxi prattika normali tas-suq (154). L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li wettqu analiżi tal-organizzazzjoni tal-flotot li jipprovdu servizzi marittimi regolari fl-Ewropa. F’Sardinja u fil-Gżejjer Baleariċi, il-kapaċità nominali tal-bastimenti tvarja bejn 1 500 LM u 1 900 LM, li hija perfettament konsistenti mal-kapaċità tal-bastimenti li joperaw fuq servizzi lejn Korsika fil-qafas tal-PSCs.

(357)

It-tielet, sa fejn jafu l-awtoritajiet Franċiżi, ma hemm l-ebda każ fil-Punent tal-Mediterran fejn jiġu mmobilizzati żewġ bastimenti iżgħar għall-istess vjaġġ bir-ritorn minflok bastiment akbar, fil-kuntest ta’ delegazzjonijiet ta’ servizz pubbliku jew tas-suq ħieles.

4.1.3.   Il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano ma humiex sostitwibbli

(358)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kumpanija Corsica Ferries ma tipprovdi l-ebda evidenza serja fl-ilment tagħha sabiex tappoġġa l-affermazzjoni tagħha li l-portijiet ta’ Propriano u ta’ Ajaccio huma sostitwibbli. Skont Franza, il-fatturi li ġejjin juru l-oppost.

(359)

L-ewwel nett, is-sempliċi distanza bit-triq bejn iż-żewġ portijiet ma hijiex indikatur suffiċjenti ta’ kwalunkwe sostitwibbiltà: minħabba n-nuqqas ta’ toroq espress u t-topografija tar-rotta bejn Ajaccio u Propriano, id-durata tal-vjaġġ bit-triq bejn iż-żewġ portijiet hija ta’ kważi siegħa u nofs, u aktar minn sagħtejn f’każ ta’ konġestjoni. F’dan ir-rigward, Franza tirreferi għad-data li pprovdiet dwar id-distanzi u l-ħinijiet tal-vjaġġ bejn il-portijiet ta’ Korsika, ippreżentata fit-Taqsima 2.2.

(360)

Barra minn hekk, l-infrastruttura fil-port ta’ Ajaccio diġà tinsab qrib il-punt ta’ saturazzjoni, u ma hemm l-ebda żona ta’ mmaniġġar kbira biżżejjed sabiex jiġu ċċentralizzati l-flussi tal-merkanzija akbar minn dawk previsti għall-perjodu 2023-2029.

(361)

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-infrastruttura tat-toroq ta’ Korsika hija saturata ħafna, b’mod partikolari fl-eqqel ħinijiet u matul l-istaġun turistiku, u li hemm livell għoli ta’ mwiet minn aċċidenti tat-traffiku f’Korsika (ara t-Taqsima 2.1). L-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tat-trasport marittimu b’tali mod li jiżdied it-traffiku fit-toroq tmur kontra l-mandat tas-sikurezza impost fuq is-CdC.

4.1.4.   Is-servizzi offruti minn Corsica Linea u minn La Méridionale barra mill-qafas tal-PSCs jikkonformaw mal-iskema ta’ OSP u ma jitfgħux dubji dwar il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata minn Franza

(362)

L-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li, għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet ta’ Corsica Ferries fl-ilment tagħha, huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, li l-prinċipju u t-termini tagħhom huma stabbiliti fil-PSCs, u l-qsim kummerċjali offrut liberament (barra mill-PSCs) minn xi wieħed jew ieħor mid-detenturi tal-konċessjoni fil-qafas tal-iskema ta’ OSP tal-2019.

(363)

Skont Franza, il-qsim kummerċjali inkwistjoni ma huwiex kopert mill-PSCs jew ipprojbit minnhom u ma jitfax dubju fuq il-valutazzjoni ta’ Franza tas-servizz pubbliku.

(364)

Franza tiddikjara li l-qsim kummerċjali operat minn Corsica Linea fl-2023 u fl-2024 mill-port ta’ Marsilja kien (i) il-qsim staġunali offrut matul ir-rebbiegħa skolastika u l-vaganzi tas-sajf; (ii) il-qsim li jġorr passiġġieri biss, u l-ebda merkanzija; u (iii) ma ġiex ikkumpensat, peress li sar barra mill-PSCs. Fir-rigward tal-qsim operat minn La Méridionale mill-port ta’ Toulon fl-2024, Franza tindika li (i) dak il-qsim ġie propost wara l-bidla fil-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpanija fl-2023; (ii) iġorr passiġġieri biss, u l-ebda merkanzija; u (iii) ma ġiex ikkumpensat, peress li sar barra mill-PSCs.

4.1.5.   Ma kien hemm l-ebda preġudizzju metodoloġiku fil-konsultazzjoni mal-utenti

(365)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, għall-kuntrarju ta’ dak li tissuġġerixxi l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ma kien hemm l-ebda preġudizzju metodoloġiku fil-konsultazzjoni pubblika mal-utenti.

(366)

L-ewwel nett, huma jindikaw li l-konsultazzjoni mal-utenti ġiet ippubblikata b’mod wiesa’ fl-istampa lokali u speċjalizzata (il-gazzetta Le Marin), fuq is-sit web tas-CdC u fuq in-networks soċjali.

(367)

Huma jemmnu wkoll li l-mistoqsijiet li saru ma ħolqu l-ebda preġudizzju favur il-port ta’ Marsilja.

(368)

Fir-rigward tal-konsultazzjoni tal-utenti għat-trasport marittimu tal-passiġġieri, il-mistoqsijiet li saru ffukaw fuq l-objettiv li tiġi identifikata s-sostitwibbiltà possibbli bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali mill-perspettiva tal-utenti. Ir-rapport ta’ Gecodia kkonkluda wkoll li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon kienu sostitwibbli mil-lat tad-domanda minn passiġġieri residenti u mhux residenti f’Korsika.

(369)

Fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-utenti għat-trasport marittimu tal-merkanzija, il-mistoqsijiet li saru koprew b’mod sistematiku r-rotot kollha minn Marsilja u minn Toulon.

4.2.   Il-PSCs jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet

4.2.1.   Iż-żmien li għadda bejn l-aġġudikazzjoni tad-diversi lottijiet lid-detenturi tal-konċessjoni u d-dħul fis-seħħ tal-PSCs ma kellu l-ebda effett ta’ esklużjoni

(370)

Bħala punt preliminari, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li la d-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet u lanqas id-dritt Franċiż ma jipprevedu perjodu strett bejn l-aġġudikazzjoni ta’ konċessjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dik il-konċessjoni.

(371)

Fi kwalunkwe każ, huma jqisu li l-perjodu qasir inkwistjoni ma kellu l-ebda effett ta’ esklużjoni għal tliet raġunijiet.

(372)

L-ewwel nett, l-iskeda ta’ żmien inizjali mfassla minn Franza, ippubblikata fl-avviż ta’ sejħa għall-offerti tas-6 ta’ Mejju 2022 għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs, prevista għal perjodu ta’ xahrejn bejn l-aġġudikazzjoni u d-dħul fis-seħħ (155). Għalhekk, dak il-perjodu kien itwal minn dak stabbilit għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs fil-ġurisprudenza SNCM II (23 jum) (156).

(373)

It-tieni, mar-riċevuta tal-applikazzjonijiet u tal-offerti fil-25 ta’ Lulju 2022, l-awtoritajiet Franċiżi sabu li l-kandidati li kienu ssottomettew applikazzjoni u offerta fil-limiti ta’ żmien stipulati kienu d-detenturi tal-konċessjoni li kienu ħirġin tal-PSCs tal-2021-2022, jiġifieri La Méridionale u Corsica Linea. Peress li l-ebda entrant ġdid ma kien applika għall-PSCs, perjodu iqsar mix-xahrejn (inizjalment previst fl-istedina għall-offerti) bejn l-aġġudikazzjoni tal-PSCs u l-bidu tal-operazzjonijiet ma setax ikollu effett ta’ esklużjoni.

(374)

It-tielet, hekk kif id-dħul fis-seħħ tal-PSCs segwa minnufih l-iskadenza tal-PSCs tal-2021-2022, dawk il-limiti ta’ żmien inġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi ekonomiċi interessati kollha malli tnediet il-proċedura, permezz tad-dokumenti tal-offerti għall-utenti u għall-operaturi. Għalhekk, l-operaturi kollha kienu konxji mid-data tal-bidu mistennija tal-miżuri. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li, wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti fis-6 ta’ Mejju 2022, l-ebda wieħed mill-kandidati potenzjali ma ppreżenta ruħu sabiex jitlob bidla fl-iskeda ta’ żmien, minkejja li, fil-fehma tagħhom, din hija prattika komuni fl-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni.

4.2.2.   Id-durata tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ma rriżultat fl-ebda trattament mhux ugwali bejn il-kandidati

(375)

Bi tweġiba għad-dubji espressi mill-Kummissjoni fil-premessa 424 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, (157) l-awtoritajiet Franċiżi għamlu l-kummenti li ġejjin.

(376)

L-ewwel nett, l-Artikolu 39(3) u (5) tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet jeħtieġ perjodu minimu ta’ 30 jum għar-riċevuta ta’ applikazzjonijiet u ta’ offerti mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ konċessjoni; dan jista’ jitnaqqas għal 25 jum meta l-offerti jkunu jistgħu jiġu sottomessi b’mod elettroniku. Soġġett għall-konformità ma’ dawn il-limiti ta’ żmien minimi, l-awtorità kontraenti hija libera li tiddetermina l-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u tal-offerti.

(377)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti fis-6 ta’ Mejju 2022, l-ebda wieħed mill-kandidati potenzjali ma ppreżenta ruħu sabiex jitlob bidla fl-iskeda.

4.2.3.   Ir-rekwiżiti minimi ma nbidlux matul il-proċedura tas-sejħa għal offerti u l-PSCs iffirmati jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi

(378)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi xtaqu jiċċaraw l-ambitu tar-rekwiżiti minimi applikabbli f’dan il-każ għall-PSCs. It-tieni, huma spjegaw li r-rekwiżiti minimi stabbiliti ma nbidlux matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt. It-tielet, huma tennew li l-PSCs iffirmati jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi.

4.2.3.1.   L-ambitu tar-rekwiżiti minimi

(379)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li, f’dan il-każ, ir-rekwiżiti minimi ġew stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti (il-premessa 270). Skont dawn, il-kontenut tar-rekwiżiti minimi kien kif ġej:

(a)

“In-nollijiet massimi għar-residenti ta’ Korsika u għat-trasport tal-merkanzija: jirreferi għan-nollijiet ippreżentati b’rabta mar-Riżoluzzjoni AC Nru 19-128 tal-Assemblea ta’ Korsika li temenda s-sistema ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija bejn il-portijiet ta’ Marsilja, ta’ Toulon, ta’ Nizza u l-portijiet ta’ Korsika;

(b)

Il-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti: jirreferi għall-kapaċità tat-tagħbija tal-bastimenti;

(c)

L-iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz: jirreferi għall-iskedi ta’ żmien skedati mis-CdC u mill-OTC u għall-frekwenzi minimi imposti fuq l-operaturi mis-CdC u mill-OTC;

(d)

Id-durata tal-kuntratt: jirreferi għad-durata tal-PSCs previst fl-Artikolu 2 ta’ kull kuntratt “il-kuntratt jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023 u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2029”, bil-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ massimu ta’ 12-il xahar, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ġdid li jiġi aġġudikat mal-iskadenza tal-kuntratt;

(e)

Ammont massimu ta’ kumpens finanzjarju mħallas mill-OTC: jirreferi għall-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2.5 tar-regoli tal-offerti.” (158)

(380)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti minimi relatati (i) mal-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti u (ii) mal-iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz ġew stabbiliti fl-Anness 1 tal-PSCs.

(381)

Għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti jenħtieġ li jinqara fid-dawl tal-Anness 1 biss fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ rekwiżiti minimi, filwaqt li jiġu speċifikati:

il-frekwenzi minimi msemmijin fil-frekwenza tas-servizzi;

l-iskedi ta’ żmien imsemmijin fl-iskedi ta’ żmien skedati minn Franza, bil-fehim li l-kandidati baqgħu liberi li jipproponu ħinijiet tat-tluq u tal-wasla dment li jkunu konformi mal-islots tal-ħin imposti minn Franza;

il-kapaċità minima tal-passiġġieri u tal-merkanzija kienet tirreferi għall-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti.

(382)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-ħames elementi biss elenkati fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti, li tnejn minnhom ġew speċifikati fl-Anness 1, kienu jikkostitwixxu r-rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, minbarra kwalunkwe karatteristika oħra.

4.2.3.2.   L-Anness 1 tal-PSCs ma kienx rekwiżit minimu fl-intier tiegħu

(383)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-Anness 1 tal-PSCs ma ssemmiex fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti u, għalhekk, ma setax jikkostitwixxi rekwiżit minimu fl-intier tiegħu. Filwaqt li dak l-anness stabbilixxa l-karatteristiċi minimi relatati (i) mal-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti u (ii) mal-iskedi ta’ żmien u mal-frekwenzi tas-servizz, dan kien jinkludi wkoll diversi rekwiżiti tekniċi li ma kinux rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti (159).

(384)

L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw ukoll li, matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, l-OTC xtaq jiżgura li ġew issodisfati r-rekwiżiti tekniċi kollha stabbiliti fl-Anness 1. Din hija r-raġuni għaliex, pereżempju, l-OTC kiseb impenji minn Corsica Linea sabiex jirrimedja n-nuqqas ta’ kabina għall-PMM fuq il-bastiment Paglia Orba (160).

4.2.4.   L-eżistenza ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma kisritx il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-kandidati

4.2.4.1.   Il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u skedati mill-ġdid ma kinux rekwiżit minimu

(385)

Fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li dawn huma vjaġġi bir-ritorn li l-awtorità kontraenti tista’ tintroduċi fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi pprovdut is-servizz pubbliku fuq kull rotta. Għalhekk, huma maħsubin sabiex jissodisfaw ħtieġa ta’ servizz pubbliku akbar mill-kapaċità minima imposta u sabiex jipprevjenu li l-merkanzija tibqa’ fuq il-bnajka. L-implimentazzjoni tagħhom hija regolata mill-Artikolu 18 tal-PSCs. Għalhekk, dawn ma kinux jikkostitwixxu rekwiżit minimu skont l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti.

(386)

Fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-iskop uniku tagħhom kien li jottimizzaw l-organizzazzjoni tat-traffiku. L-implimentazzjoni tagħhom hija regolata mill-Artikolu 17 tal-PSCs. Għalhekk, dawn ma kinux jikkostitwixxu rekwiżit minimu skont l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti.

4.2.4.2.   L-aċċettazzjoni ta’ proposti ta’ kandidat li jistabbilixxu d-dati għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma twassalx għal ksur tat-trattament ugwali bejn il-kandidati

(387)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 tal-PSCs, l-implimentazzjoni ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid teħtieġ laqgħa tal-kumitat tekniku previst fl-Artikolu 10.2 tal-PSCs. Il-kumitat tekniku jippermetti lid-detentur tal-konċessjoni kkonċernat mill-implimentazzjoni ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn sabiex jirrapporta kwalunkwe diffikultà li tirriżulta minnhom. Għalhekk, Franza tqis li hemm proċess ta’ konsultazzjoni bejn is-CdC, l-OTC u d-detentur tal-konċessjoni li jippermetti li d-detentur tal-konċessjoni, qabel l-implimentazzjoni tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, jippreżenta kwalunkwe diffikultà li jista’ jkollu fir-rigward, b’mod partikolari, tal-bastiment(i) li għandu/għandhom jiġi/u mmobilizzat(i).

(388)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-perjodu ta’ avviż jiġi kkalkolat fil-ġimgħa għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali (l-Artikolu 18 tal-PSCs), li jippermetti lid-detentur tal-konċessjoni, jekk ikun neċessarju, jissodisfa d-domanda addizzjonali fid-dawl tax-xejriet ta’ impenn tiegħu.

(389)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, minn dan isegwi li l-prinċipju stabbilit inizjalment fil-PSCs ma nbidilx: il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid jiġu deċiżi mill-OTC u mhux mid-detenturi tal-konċessjoni. Il-proposti magħmulin mid-detenturi bl-ebda mod ma jorbtu lill-OTC fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn. F’dan ir-rigward, Franza tagħti l-eżempju tar-rotta Marsilja-Bastia, li għaliha fl-2023, matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-PSC, l-OTC iddeċieda li jimmodifika ħamsa mill-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali proposti minn Corsica Linea fil-programm proviżorju tagħha, billi jiskeda tlieta minnhom f’dati oħrajn u jħassar it-tnejn l-oħra, peress li ma kienx hemm bżonn ta’ trasport tal-merkanzija fid-dati proposti minn Corsica Linea.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(390)

Erba’ partijiet interessati ssottomettew il-kummenti tagħhom matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali: Corsica Ferries, Corsica Linea, La Méridionale u l-Grupp Stef.

5.1.   Kummenti minn Corsica Ferries

(391)

Is-subtaqsimiet ta’ hawn taħt jistabbilixxu l-kontenut tal-kummenti sottomessi minn Corsica Ferries fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Kif iddikjarat fil-premessa 325, dawn il-kummenti fil-biċċa l-kbira jtennu l-kontenut tal-ilment. Għalhekk, is-subtaqsimiet ta’ hawn taħt se jirreferu wkoll, meta xieraq, għall-ilment.

5.1.1.   Kunsiderazzjonijiet fattwali

(392)

Permezz ta’ introduzzjoni, Corsica Ferries tagħmel żewġ kummenti dwar id-deskrizzjoni tad-data relatata mat-trasport tal-merkanzija rmunkata stabbilita fid-deċiżjoni tal-ftuħ (161).

(393)

L-ewwel nett, hija tqis li d-deskrizzjoni fattwali tal-merkanzija rmunkata tħalli barra kompletament id-distinzjoni bejn merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata. Skont Corsica Ferries, il-merkanzija rmunkata akkumpanjata biss tinvolvi sewwieq li jimbarka l-bastiment, u, għalhekk, l-eżistenza ta’ domanda potenzjali għat-trasport tal-passiġġieri (il-premessi 447 sa 449).

(394)

It-tieni, Corsica Ferries tinnota li l-Kummissjoni analizzat il-bidliet fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali fuq il-bażi ta’ data storika li tkopri l-perjodu mill-2016 sal-2021. It-teħid ta’ tali perjodu għal analiżi jipprovdi indikazzjonijiet qarrieqa tad-dinamika reali tas-suq. Skont Corsica Ferries, l-2016 immarkat il-wasla fis-suq ta’ Corsica Linea, li hija indirettament proprjetà ta’ konsorzju ta’ intraprendituri minn Korsika, inklużi l-15-il attur ewlieni fil-katina tal-provvista ta’ Korsika. Corsica Ferries issostni li, mill-2016, hija tilfet traffiku tal-merkanzija kull sena favur Corsica Linea (162). Għalhekk, Corsica Ferries tinnota li d-data għall-perjodu 2013-2019 turi t-tnaqqis annwali fit-traffiku tal-merkanzija mill-port ta’ Toulon meta mqabbel mal-port ta’ Marsilja. Skont Corsica Ferries, dan juri b’mod partikolari li, minħabba l-identità tal-azzjonisti tagħha, Corsica Linea tinsab f’pożizzjoni li tbiddel parti mid-domanda għat-trasport tal-merkanzija lil hinn minn Toulon lejn Marsilja.

5.1.2.   In-nuqqas ta’ konformità mal-ewwel kriterju ta’ Altmark

5.1.2.1.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti

5.1.2.1.1.   Dwar il-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jidentifikaw id-domanda tal-utenti

(395)

Corsica Ferries tikkontesta l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jidentifikaw l-eżistenza tad-domanda tal-utenti ma hijiex soġġetta għal xi żball manifest ta’ valutazzjoni.

(396)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tindika li r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti u tar-rapport ta’ Gecodia, li Franza użat bħala bażi sabiex tikkonkludi l-PSCs, għadhom ma ġewx ippubblikati jew ikkomunikati lil Corsica Ferries. F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tinnota li l-kummissjoni għall-aċċess għad-dokumenti amministrattivi (“CADA”, “Commission d’accès aux documents administratifs”) ikkummentat dwar in-natura manifestament eċċessiva tal-azzjonijiet ta’ rimedju meħudin mis-CdC (163). Minħabba n-nuqqas ċar ta’ trasparenza min-naħa ta’ Franza, Corsica Ferries ma tistax tiġi kkritikata talli bbażat il-kummenti kollha tagħha jew parti minnhom fuq l-istudji tas-suq imwettqin fl-2018, fl-2019 u fl-2020, kif ukoll fuq l-istudju 1 ta’ BRG.

(397)

It-tieni, Corsica Ferries tenfasizza li l-oneru tal-provi skont l-ewwel kriterju ta’ Altmark jaqa’ fuq l-Istat Membru. Għalhekk, huwa f’idejn l-awtoritajiet Franċiżi li jipprovdu evidenza oġġettiva, verifikabbli u plawżibbli biżżejjed li x’aktarx twassal għall-konklużjonijiet u għas-sejbiet magħmulin mill-qrati amministrattivi u Ewropej, kif ukoll mill-awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża, fil-kuntest tat-tilwim relatat mal-kuntratti ta’ servizz pubbliku preċedenti.

(398)

Għalhekk, hekk kif għamlet fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx sempliċiment tiċħad il-kritika magħmula minn Corsica Ferries fuq il-bażi unika li dawn kienu bbażati, parzjalment, fuq studji tas-suq u fuq deċiżjonijiet meħudin fir-rigward ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku preċedenti konklużi għal servizzi marittimi lejn Korsika. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tkun qed tinjora l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif impost mill-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(399)

It-tielet, Corsica Ferries tikkritika l-metodoloġija u l-użu tad-data miksuba mill-konsultazzjoni mal-utenti.

(400)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tinnota li l-kwestjonarji ppubblikati kienu relatati biss mar-rotot bejn Marsilja u Korsika. Għalhekk, dawn bilfors li kienu distorti, u dan wassal għal preġudizzju metodoloġiku irrimedjabbli. L-uniċi mistoqsijiet li jirreferu għal rotot għajr Marsilja kienu purament komparattivi, bl-għan li tiġi spjegata l-għażla tar-rispondent ta’ rotta bejn Marsilja-Korsika minflok konnessjoni ma’ port ieħor ta’ Franza kontinentali. F’dak ir-rigward, Corsica Ferries tosserva li l-Kummissjoni, li madankollu nnotat dan il-preġudizzju metodoloġiku possibbli fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 283), ma waslitx għall-konklużjonijiet neċessarji fin-nuqqas ta’ sejba ta’ żball manifest ta’ valutazzjoni.

(401)

Corsica Ferries tenfasizza wkoll li t-tweġibiet kienu restrittivi, u b’hekk influwenzaw ir-rispons tal-utenti u ma ppermettewlhomx iwieġbu liberament. Għalhekk, it-tweġibiet li waslu ma setgħux jgħinu sabiex tiġi kkaratterizzata ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

(402)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tqis li n-numru ta’ tweġibiet li waslu ma kienx biżżejjed (987 tweġiba utilizzabbli minn passiġġieri minn kważi 3 miljun passiġġier fis-sena, 42 tweġiba minn passiġġieri mediċi u 5 tweġibiet minn utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija). Fir-rigward tal-inizjattivi meħudin mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkonsultaw lill-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija direttament bit-telefown, Corsica Ferries tinnota li l-ebda dokument ma ġie kkomunikat jew ippubblikat. Skont Corsica Ferries, kien neċessarju li jiġu eżaminati l-identità tat-trasportaturi tal-merkanzija kkuntattjati u l-mistoqsijiet li sarulhom.

(403)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries iddikjarat li kien hemm evidenza ta’ tentattiv minn Corsica Linea sabiex timmanipula l-kwestjonarji online mill-awtoritajiet Franċiżi, peress li Corsica Linea kienet bagħtet struzzjonijiet espliċiti lill-impjegati tagħha (i) li fihom talbithom jieħdu sehem f’numri kbar fil-konsultazzjoni mal-utenti u (ii) indikatilhom it-tweġibiet li kellhom jiġu mmarkati (164). Għalhekk, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti ma setgħux jitqiesu bħala utilizzabbli.

5.1.2.1.2.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti għat-trasport marittimu tal-passiġġieri

5.1.2.1.2.1.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri

(404)

Fl-ilment, Corsica Ferries indikat li, f’termini ta’ trasport tal-passiġġieri lejn Korsika, il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma kompletament sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri, hekk kif kienu ddikjaraw il-Kummissjoni Ewropea, (165) il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (166), l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Franza, (167) il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Marsilja (168) u l-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia (169).

(405)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tqis li l-awtoritajiet Franċiżi għamlu żewġ żbalji fl-identifikazzjoni tad-domanda tal-passiġġieri.

5.1.2.1.2.1.1.   Il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri mediċi

(406)

Corsica Ferries tqis li l-konklużjoni li l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja ma humiex sostitwibbli fir-rigward tal-passiġġieri mediċi hija vvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni għal tliet raġunijiet.

(407)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tqis li l-kunċett ta’ “passiġġier mediku” jenħtieġ li jiġi interpretat strettament. Hija tqis li l-awtoritajiet Franċiżi identifikaw domanda speċifika mill-passiġġieri mediċi biss minħabba l-eżistenza tal-qafas legali li jirregola l-kopertura tal-kostijiet tat-trasport tal-pazjenti, li tillimita l-għażla tal-mod tat-trasport tal-passiġġieri.

(408)

Corsica Ferries tifhem li dan ifisser li, sabiex tiġi identifikata l-ħtieġa għal servizz ta’ trasport pubbliku, trid titqies biss id-domanda għat-trasport ta’ passiġġieri mediċi li l-vjaġġi tagħhom huma eliġibbli għal rimborż mis-sistema tas-sigurtà soċjali. Madankollu, skont Corsica Ferries, hemm ħafna każijiet li fihom resident jista’ jivvjaġġa lejn Franza kontinentali għal raġunijiet mediċi, iżda li l-ivvjaġġar tagħhom ma huwiex eliġibbli għal rimborż. F’dawk il-każijiet, skont Corsica Ferries, ma hemm l-ebda restrizzjoni legali fuq il-mod tat-trasport li għandu jintuża.

(409)

Madankollu, skont Corsica Ferries, l-awtoritajiet Franċiżi ma llimitawx il-ħtieġa tas-servizz pubbliku fil-PSCs biss għall-passiġġieri mediċi li l-kostijiet tat-trasport tagħhom kienu eliġibbli għar-rimborż mis-sistema tas-sigurtà soċjali. Il-ħtieġa tinkludi wkoll il-passiġġieri mediċi b’mod ġenerali, anke jekk xi wħud minnhom, li l-kostijiet tal-ivvjaġġar tagħhom ma humiex eliġibbli għal rimborż mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, ma humiex ristretti mill-mod tat-trasport li għandu jintuża jew mill-port tal-wasla fi Franza kontinentali.

(410)

It-tieni, Corsica Ferries tindika li l-awtoritajiet Franċiżi ddependew fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ sabiex juru li ma kien hemm l-ebda sostitwibbiltà fir-rigward tad-domanda tal-passiġġieri mediċi bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon (170). Konklużjoni bħal din tkun manifestament skorretta.

(411)

Corsica Ferries issostni li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-awtoritajiet Franċiżi, l-ebda rekwiżit legali jew regolatorju ma jagħmel ir-rimborż tal-kostijiet tat-trasport dipendenti fuq id-distanza bejn il-port tal-wasla u ċ-ċentru tal-kura tas-saħħa.

(412)

Corsica Ferries tirreferi għall-Artikolu L. 322-5 tas-CSS, li jistipula li: “il-kostijiet tat-trasport jiġu rimborżati abbażi ta’ riċetta medika […] Ir-riċetta medika trid tispeċifika l-mod tat-trasport l-aktar adattat għall-kundizzjoni tal-pazjent u jekk dik il-kundizzjoni tkunx inkompatibbli mat-trasport kondiviż, mifhum bħala t-trasport ta’ mill-inqas żewġ pazjenti flimkien. F’konformità mar-riċetta, il-kostijiet tat-trasport huma koperti fuq il-bażi tal-orħas vjaġġ, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-trasport u n-numru ta’ pazjenti ttrasportati.”

(413)

Corsica Ferries tqis ukoll li l-awtoritajiet Franċiżi interpretaw ħażin l-Artikolu R. 310-10-5 tas-CSS (il-premessa 139). Skont Corsica Ferries, għalkemm dik id-dispożizzjoni tipprevedi r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li għandhom jiġu kkalkolat fuq il-bażi tad-distanza bejn id-dar tal-pazjent u l-faċilità tat-trattament ordnata mit-tabib, din tapplika biss għal ċerti tipi ta’ vvjaġġar (jiġifieri dawk imsemmijin fil-paragrafu 1(a)-(f) tal-Artikolu R. 322-10 tas-CSS, kif indikat fil-premessa 139). Skont Corsica Ferries, dan ma jinkludix l-ivvjaġġar b’dgħajsa jew b’ajruplan skedati. Konsegwentement, l-Artikolu R. 310-10-5 tas-CSS ma jikkonċernax l-ivvjaġġar b’dgħajsa jew b’ajruplan skedati, jew il-kwistjoni tad-distanza bejn il-port jew l-ajruport tal-wasla tal-pazjent u l-faċilità ta’ trattament.

(414)

Għalhekk, skont Corsica Ferries, għalkemm il-mod tat-trasport (b’ajruplan jew b’dgħajsa) jista’ fil-fatt ikun ristrett minħabba r-riċetta medika, hekk kif jista’ jkun ukoll il-post tat-trattament innifsu, ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-port jew l-ajruport tal-wasla fejn ikun involut it-trasport b’ajruplan jew b’dgħajsa skedati, u lanqas il-port jew l-ajruport tal-wasla ma huwa impost mir-riċetta medika.

(415)

B’kuntrast ma’ dan, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu L. 322-5 tas-CSS, li skont din l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jiġu rimborżati fuq il-bażi tal-vjaġġ l-anqas għali, tapplika għall-vjaġġi u għall-modi kollha tat-trasport.

(416)

B’riżultat ta’ dan, skont Corsica Ferries, anke passiġġieri mediċi li għalihom ġie ordnat it-trasport marittimu minn tabib jibqgħu liberi li jagħżlu rotta li tasal Toulon jew Marsilja; bl-għażla li trid issir fuq il-bażi tal-prezz u mhux fuq il-bażi tad-distanza tal-port tal-wasla mill-faċilità tat-trattament. Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-informazzjoni dwar il-formola uffiċjali li trid timtela mit-tabib li jordna għar-rimborż tal-kostijiet tat-trasport ippjanat (171).

(417)

Fi kwalunkwe każ, u kif iddikjarat fl-ilment tagħha, Corsica Ferries tqis li s-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon mill-perspettiva tal-passiġġieri mediċi hija kkonfermata miċ-ċirkostanzi li segwew it-tifqigħa tal-COVID-19, li matulha l-awtoritajiet nazzjonali naqqsu drastikament it-trasport tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali billi awtorizzaw biss it-trasport ta’ ċerti persuni (persuni li jindokraw, persunal militari, pumpiera u tekniċi). Corsica Ferries tasserixxi li kienet l-uniku operatur matul dak il-perjodu li ġarret passiġġieri awtorizzati jivvjaġġaw bejn Toulon u Korsika, peress li d-detenturi tal-konċessjoni, Corsica Linea u La Méridionale, kienu ddeċidew li joperaw biss servizzi marittimi tal-merkanzija bejn Marsilja u Korsika.

(418)

It-tielet, Corsica Ferries tispjega li, peress li l-leġiżlazzjoni dwar ir-rimborż tal-kostijiet tat-trasport imġarrbin għal raġunijiet mediċi ma ġġegħelx lill-passiġġieri mediċi jagħżlu qsim lejn il-port ta’ Marsilja, ma hemm l-ebda żvantaġġ għall-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn il-port ta’ Toulon minflok lejn il-port ta’ Marsilja għall-ħtiġijiet mediċi tagħhom. Corsica Ferries tqis li huwa irrilevanti għall-passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw bil-vettura tagħhom (li għalhekk diġà għamlu qsim ta’ 12-il siegħa fuq dgħajsa) jekk jaslux Marsilja jew Toulon, peress li dawk iż-żewġt ibliet huma 45 minuta ’l bogħod minn xulxin bil-karozza.

5.1.2.1.2.1.2.   Il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano huma sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri

(419)

Corsica Ferries tqis li l-konklużjoni li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano ma humiex sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri hija vvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni għal tliet raġunijiet.

(420)

L-ewwel nett, id-distanza bejn Ajaccio u Propriano hija ta’ 70 km biss, li jfisser li ma hemm l-ebda differenza sinifikanti għall-passiġġieri li jaqsmu bil-karozza tagħhom (jiġifieri, skont Corsica Ferries, 92 % tal-passiġġieri) jekk jivvjaġġawx mill-portijiet ta’ Ajaccio jew ta’ Propriano.

(421)

It-tieni, fir-rigward tad-durata tal-vjaġġ, Corsica Ferries tissottometti li ma huwiex korrett li jitqies li ħin tal-vjaġġ ta’ madwar siegħa jipprevjeni li ż-żewġ portijiet ikunu sostitwibbli.

(422)

Corsica Ferries tenfasizza li l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-portijiet ta’ Nizza u ta’ Toulon huma sostitwibbli (minkejja ħin tal-vjaġġ ta’ madwar siegħa u nofs), u hekk ukoll il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Nizza (għal passiġġieri mhux residenti, minkejja ħin tal-vjaġġ ta’ kważi sagħtejn u 20 minuta). Jenħtieġ li l-istess prinċipju japplika għad-distanza bejn Ajaccio u Propriano.

(423)

Corsica Ferries tqis ukoll li Ajaccio u Propriano għandhom żona komuni ta’ klijentela, li tieħu bħala eżempju s-sitwazzjoni tar-residenti fi Grosseto-Prugna, li għalihom Ajaccio hija 32 km ’il bogħod (vjaġġ ta’ 40 minuta) u Propriano 35 km (vjaġġ ta’ 45 minuta).

(424)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tirreferi għall-ilment, li fih spjegat li s-sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano hija kkonfermata mill-obbligi ta’ frekwenza imposti skont il-PSCs. Filwaqt li d-detenturi tal-konċessjoni huma meħtieġa joperaw rotta ta’ kuljum bejn Marsilja u Ajaccio, huma meħtieġa joperaw biss tliet vjaġġi ta’ kull ġimgħa bejn Marsilja u Propriano. Għalhekk, skont Corsica Ferries, il-passiġġieri li normalment jitilgħu abbord fi Propriano jridu jivvjaġġaw lejn Ajaccio f’jiem meta ma jkun hemm l-ebda vjaġġ bir-ritorn disponibbli fil-port ta’ Propriano.

(425)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tirreferi għall-informazzjoni ppreżentata fl-ilment dwar l-eżistenza ta’ preċedenti legali li jikkaratterizzaw is-sostitwibbiltà taż-żewġ portijiet. Fl-ilment hija indikat li l-awtoritajiet nazzjonali nfushom kienu rrikonoxxew is-sostitwibbiltà taż-żewġ portijiet fil-kuntest tal-perizja ordnata mill-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Marsilja fis-sentenza preliminari tagħha Nru 17MA01582-17MA01583 tat-12 ta’ Frar 2018, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ kumpens pagabbli mis-CdC għad-dannu mġarrab minn Corsica Ferries bħala riżultat tal-għajnuna illegali mħallsa skont il-PSC tal-2007-2013 (172).

(426)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tikkontesta l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-punt li dawk il-preċedenti ma humiex rilevanti peress li ma jirrigwardjawx il-każ preżenti, filwaqt li tindika li (i) il-preċedenti kollha kienu jikkonċernaw is-servizzi marittimi lejn Korsika u obbligi simili ta’ servizz pubbliku u (ii) kienu jikkonċernaw perjodu riċenti li matulu s-suq għas-servizzi marittimi ma kienx għaddej minn bidliet sostanzjali b’tali mod li jixħtu dubju fuq dawk il-konklużjonijiet.

(427)

Corsica Ferries tindika li l-awtoritajiet Franċiżi ma wettqu l-ebda analiżi tas-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Korsika skont il-PSCs, u li għalhekk l-oneru tal-provi jaqa’ fuq Franza sabiex turi, fuq il-bażi ta’ data oġġettiva u verifikabbli, li Ajaccio u Propriano ma kinux għadhom sostitwibbli fl-2023.

5.1.2.1.2.2.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva tal-passiġġieri

(428)

Corsica Ferries tikkontesta l-mod li bih l-awtoritajiet Franċiżi kkwantifikaw id-domanda mill-passiġġieri mediċi għal żewġ raġunijiet.

(429)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tqis li s-suppożizzjoni magħmula minn Franza dwar in-numru ta’ persuni li jakkumpanjawhom (li kwalunkwe passiġġier mediku taħt l-età ta’ 19-il sena jew aktar minn 75 sena jkun akkumpanjat b’mod sistematiku) ma hijiex ibbażata fuq data oġġettiva u verifikabbli. Skont Corsica Ferries, dan ikun ifisser li terz tad-domanda mill-passiġġieri mediċi ġejja minn persuni li jakkumpanjawhom u mhux mill-passiġġieri mediċi.

(430)

Fuq kollox, din l-ipoteżi hija bbażata fuq suppożizzjoni li hija inkonsistenti mar-regoli li jirregolaw il-kopertura tal-ivvjaġġar mediku mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa. L-Artikolu R. 322-10-7 tas-CSS jipprevedi li “l-kostijiet tat-trasport pubbliku mġarrbin minn persuna li takkumpanja persuna assigurata jew benefiċjarju jkunu koperti meta l-kundizzjoni ta’ dawn tal-aħħar tkun teħtieġ l-assistenza ta’ parti terza jew meta jkollhom anqas minn sittax-il sena”.

(431)

It-tieni, Corsica Ferries tqis li r-rata ta’ 10 % għat-trasport b’dgħajsa użat mill-awtoritajiet Franċiżi tidher li hija ferm sopravalutata fid-dawl tal-unika data oġġettiva pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, fuq il-bażi tal-kampjun ta’ 8 000 talba għal approvazzjoni minn qabel mibgħuta lis-CPAM 2A (il-premessa 158). Din id-data turi li 4 % tat-talbiet biss huma relatati mat-trasport marittimu. Għalhekk, skont Corsica Ferries, il-volumi stmati tad-domanda għat-trasport mill-passiġġieri mediċi jridu jitnaqqsu b’aktar minn nofs, billi tiġi applikata r-rata ta’ 4 % minflok l-10 % użati mill-awtoritajiet Franċiżi.

5.1.2.1.3.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata f’każijiet li fihom ma jidher li hemm l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja

5.1.2.1.3.1.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda kwalitattiva tal-utent għall-merkanzija rmunkata

(432)

Corsica Ferries tqis li l-awtoritajiet Franċiżi għamlu żball manifest ta’ valutazzjoni meta vvalutaw li kien hemm biss sostitwibbiltà parzjali bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja.

(433)

Fl-ilment, Corsica Ferries kienet tal-fehma li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma perfettament sostitwibbli fir-rigward tat-trasport tas-sewwieqa. Għalhekk, huwa irrilevanti għal sewwieq li jivvjaġġa bi trattur u b’semitrejler, u li ċ-ċentri loġistiċi tiegħu jinsabu fir-reġjun ta’ Marsilja jew fil-kuritur ta’ Rhône (Miramas, Salon, Avignon), jekk ikollux imur Marsilja jew Toulon, li jinsabu 45 minuta ’l bogħod minn xulxin. Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ sewwieq li jivvjaġġa bi trattur u b’semitrejler hija identika għal dik ta’ passiġġier li jivvjaġġa bil-karozza.

(434)

Fl-ilment, Corsica Ferries iddikjarat ukoll li kienet qed tittrasporta l-istess numru ta’ sewwieqa minn Toulon daqskemm qed jittrasportaw Corsica Linea u La Méridionale minn Marsilja (173).

(435)

Fil-kummenti tagħha, Corsica Ferries tikkontesta, b’mod partikolari, żewġ punti diskussi fid-deċiżjoni tal-ftuħ: ir-riskju ta’ saturazzjoni tal-kapaċità fil-port ta’ Toulon; u n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà żvelat matul il-konsultazzjoni mal-utenti.

5.1.2.1.3.1.1.   L-ebda riskju ta’ saturazzjoni tal-kapaċità tat-trasport tal-merkanzija rmunkata fil-port ta’ Toulon

(436)

Corsica Ferries tressaq żewġ argumenti f’dak ir-rigward.

(437)

L-ewwel nett, l-allegata saturazzjoni tal-kapaċità tal-port ta’ Toulon hija, fil-fehma tagħha, inkonsistenti mar-realtà tal-kapaċità tal-port osservata fil-passat. Corsica Ferries tirrapporta li bejn l-2013 u l-2015, il-port ta’ Toulon kien jimmaniġġa 50 % aktar merkanzija mil-lum. Barra minn hekk, l-istrajks li affettwaw il-port ta’ Marsilja f’Ġunju 2019 u f’Jannar 2020 wasslu għal żieda qawwija fit-traffiku tal-merkanzija fil-port ta’ Toulon f’dawk ix-xahrejn, mingħajr ebda problema ta’ saturazzjoni.

(438)

It-tieni, u fuq kollox, skont Corsica Ferries, l-awtorità tal-port ta’ Toulon tikkontesta l-allegata saturazzjoni tal-port. Corsica Ferries tiddikjara li hija talbet informazzjoni lis-CCI ta’ Var dwar il-kapaċità reali ta’ merkanzija rmunkata tal-port ta’ Toulon. Skont Corsica Ferries, il-port ta’ Toulon iddikjara fit-tweġiba tiegħu li kellu kapaċità disponibbli fi tlieta mit-terminali tiegħu, jekk jassumi provvista kostanti minn Corsica Ferries (174). Barra minn hekk, skont Corsica Ferries, is-CCI ta’ Var ikkonfermat li Toulon-Port de Commerce kien jimmaniġġa sa 42 008 trejlers għat-tagħbija u għall-ħatt fl-2014, jiġifieri l-ekwivalenti ta’ 600 000 LM (175). Billi l-port ta’ Toulon kien jimmaniġġa 320 000 LM fl-2022, Corsica Ferries tistma li l-port jista’ jakkomoda kważi 280 000 LM addizzjonali minn Franza kollha (176).

5.1.2.1.3.1.2.   Il-konsultazzjoni mal-utenti ma hijiex evidenza biżżejjed sabiex tiġi identifikata d-domanda għall-merkanzija rmunkata f’każijiet li fihom ma tidher l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja

(439)

Corsica Ferries tinnota li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, mill-konsultazzjoni mal-utenti jirriżulta li, fir-rigward tal-merkanzija rmunkata, it-trasportaturi tal-merkanzija ma jqisux rotta alternattiva meta jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. Corsica Ferries tagħmel il-kummenti li ġejjin dwar din it-talba.

(440)

L-ewwel nett, skont Corsica Ferries, din hija dikjarazzjoni ġenerali u mhux issostanzjata, ibbażata fuq dikjarazzjonijiet magħmulin minn ftit atturi minn kampjun ta’ rappreżentattività statistika inċerta.

(441)

It-tieni, Corsica Ferries tindika li t-trasportaturi tal-merkanzija kkonsultati jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess bħala azzjonisti ta’ Corsica Linea (il-premessa 394). Dik is-sitwazzjoni taffettwa l-analiżi tas-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja, sa fejn l-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata ma jaġixxux bħala operaturi ekonomiċi razzjonali li l-għażla tagħhom hija ggwidata mit-tqabbil tal-offerti. Minflok, huma jagħżlu fuq il-bażi tal-interess tagħhom bħala azzjonisti f’Corsica Linea, u huwa għalhekk li lanqas biss jikkunsidraw alternattiva.

(442)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tikkontesta li l-qrubija tal-port ta’ Marsilja hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex it-trasportaturi tal-merkanzija jagħżlu dak il-port minflok il-port ta’ Toulon. Corsica Ferries temmen li l-awtoritajiet Franċiżi ma pproduċew l-ebda evidenza li tappoġġa l-affermazzjoni tagħhom li l-bażijiet loġistiċi tat-trasportaturi tal-merkanzija u tal-klijenti tas-servizzi marittimi lejn Korsika huma ġeografikament eqreb għal Marsilja milli għal Toulon. Parti sostanzjali mit-traffiku tal-merkanzija rmunkata kienet tuża l-port ta’ Toulon qabel ma ġiet iddevjata lejn il-port ta’ Marsilja, meta Corsica Linea daħlet fis-suq fl-2016. Skont Corsica Ferries, minħabba l-qrubija tan-network tal-awtostradi u l-post ta’ fejn jinsab il-port ta’ Toulon, iż-żona ta’ klijentela tiegħu ma tistax titnaqqas għad-dipartiment ta’ Var waħdu, peress li l-port jimmaniġġa merkanzija rmunkata mir-reġjun kollu u mill-wied ta’ Rhône.

(443)

Fl-aħħar nett, anke meta wieħed iqis li xi trasportaturi tal-merkanzija jġarrbu kostijiet addizzjonali tat-triq minħabba d-distanza akbar bejn il-bażi tagħhom u l-port ta’ Toulon, dan il-kriterju waħdu ma huwiex rilevanti: Corsica Ferries tqis li l-kost globali tat-trasport lejn id-destinazzjoni finali huwa l-kriterju ewlieni (jiġifieri l-kost tat-triq u l-kost tat-trasport marittimu). Fi kwalunkwe każ, Corsica Ferries tikkontesta l-kost addizzjonali ta’ 17 % tal-kost kumplessiv tal-vjaġġ, li hija tqis bħala stima eċċessiva. Studju ġdid minn BRG sottomess minn Corsica Ferries (“l-istudju 2 ta’ BRG”) juri li l-kost addizzjonali ma jaqbiżx aktar minn 5-6 % tal-kost tal-produzzjoni totali tat-trasportatur, li minnu nnifisu huwa kkumpensat mill-prezzijiet orħos tas-servizzi tal-merkanzija marittima rmunkata fil-port ta’ Toulon meta mqabbel ma’ Marsilja (177).

5.1.2.1.3.2.   Dwar l-identifikazzjoni tad-domanda kwantitattiva tal-utenti għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata f’każijiet li fihom ma jidher li hemm l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja

5.1.2.1.3.2.1.   Inkonsistenza fid-domanda kwantitattiva stmata għall-merkanzija rmunkata f’każijiet li fihom ma tidher l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja

(444)

Corsica Ferries taqsam l-istess dubji tal-Kummissjoni dwar il-kwantifikazzjoni tad-domanda kaptiva għal merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja, stmata għal 80 % tad-domanda storika għall-merkanzija rmunkata bejn Marsilja u Korsika, filwaqt li indikat li din ir-rata ma hijiex ibbażata fuq xi data oġġettiva u verifikabbli.

(445)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, fit-test tas-suq preċedenti li sar f’Ottubru 2020, l-awtoritajiet Franċiżi kienu waslu eżattament għall-konklużjoni opposta, jiġifieri (i) rata ta’ sostitwibbiltà ta’ 80 % għad-domanda għat-trasport tal-merkanzija rmunkata bejn Toulon u Marsilja u (ii) rata ta’ 20 % għad-domanda għat-trasport tal-merkanzija mhux sostitwibbli (178). Differenza sinifikanti bħal din bejn il-kuntratti preċedenti ta’ servizz pubbliku u l-PSCs tqajjem dubji, skont Corsica Ferries, dwar is-solidità tal-istimi tal-awtoritajiet Franċiżi, speċjalment minħabba li ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali fis-suq bejn iż-żewġ perjodi.

5.1.2.1.3.2.2.   Żball fil-kwantifikazzjoni tad-domanda għat-trasport tas-sewwieqa li jakkumpanjaw il-merkanzija rmunkata

(446)

Corsica Ferries tikkontesta l-metodu użat mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jistmaw in-numru ta’ sewwieqa, fuq il-bażi tal-proporzjon uniku ta’ sewwieq/LM tal-merkanzija rmunkata applikat għad-domanda totali għall-merkanzija rmunkata fl-2030. F’dak ir-rigward tressaq erba’ argumenti.

(447)

L-ewwel nett, skont Corsica Ferries, Franza ma qisitx id-differenza fil-kategorija tal-merkanzija rmunkata bejn il-merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata. Għalhekk, l-allegata ħtieġa għal servizz pubbliku għas-sewwieqa hija bbażata fuq suppożizzjoni mhux ġustifikata. F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 1 ta’ BRG ipprovdut fl-ilment.

(448)

L-istudju 1 ta’ BRG iqis li jenħtieġ li ssir distinzjoni għall-merkanzija rmunkata, peress li tista’ tkun akkumpanjata (jiġifieri s-sewwieq jitla’ abbord il-bastiment bit-trakk tiegħu) jew mhux akkumpanjata (is-sewwieq jgħabbi t-trakk fuq il-bastiment u sewwieq ieħor jiġbru fil-port tal-wasla). Fi kliem ieħor, il-merkanzija rmunkata akkumpanjata tinvolvi t-trasport marittimu tas-sewwieq, għall-kuntrarju ta’ merkanzija rmunkata mhux akkumpanjata. Skont l-istudju 1 ta’ BRG, id-domanda għat-trasport tal-merkanzija mhux akkumpanjata tiġi minn klijenti regolari bi ħtiġijiet sinifikanti u b’loġistika strutturata li tippermettilhom jibagħtu lura lis-sewwieqa li jħallu t-trakkijiet abbord il-bastimenti u/jew jittrasportaw lis-sewwieqa li jeħtieġ li jiġbru t-trakkijiet meta jaslu l-bastimenti. Min-naħa l-oħra, id-domanda għal merkanzija rmunkata akkumpanjata tiġi minn klijenti bi ħtiġijiet aktar ad hoc.

(449)

Skont l-istudju 1 ta’ BRG, dawn id-differenzi fil-profili u fil-ħtiġijiet tal-klijenti jfissru li ż-żewġ flussi jridu jiġu analizzati separatament minn perspettiva tad-domanda. Merkanzija rmunkata akkumpanjata faċilment tista’ tiġi ttrasferita minn port għal ieħor; fi kliem ieħor, il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma perfettament sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti għall-akkomodazzjoni ta’ dan it-traffiku, li ma huwiex il-każ għal merkanzija rmunkata mhux akkumpanjata (179).

(450)

Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux distinzjoni bħal din. Skont l-istudju 1 ta’ BRG, Franza wettqet analiżi ġenerali tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali għall-merkanzija rmunkata. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport ta’ sewwieqa fuq il-bażi ta’ analiżi tas-sostituzzjoni speċifika għall-merkanzija rmunkata akkumpanjata.

(451)

It-tieni, skont Corsica Ferries, billi applikat il-proporzjon tas-sewwieqa għal-LM tal-merkanzija rmunkata għad-domanda stmata għall-2030, li hija s-sena li fiha d-domanda hija stmata li hija l-ogħla, l-awtoritajiet Franċiżi bilfors li ssopravalutaw id-domanda reali għat-trasport tas-sewwieqa fis-snin preċedenti.

(452)

It-tielet, skont Corsica Ferries, il-proporzjon sewwieqa / LM tal-merkanzija rmunkata huwa żbaljat. F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 2 ta’ BRG, li jindika li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa ddikjarat fil-premessa 115 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi ma jibbażawx dak il-proporzjon fuq il-valur medju osservat għall-perjodu 2018-2021. Il-proporzjon użat mill-awtoritajiet Franċiżi huwa ferm ogħla minn dak muri fid-data storika, (180) li jwassal għal stima eċċessiva tal-ħtieġa allegata ta’ sewwieqa ta’ madwar 11 % fuq ir-rotta bejn Marsilja u Ajaccio u ta’ 7 % fuq ir-rotta bejn Marsilja u Bastia.

(453)

Ir-raba’, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu żball metodoloġiku meta applikaw rata ta’ tkabbir unika ta’ 2,3 % fis-sena għar-rotot kollha koperti mill-PSCs, filwaqt li l-analiżi tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku kellha titwettaq fuq bażi ta’ rotta b’rotta, skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull rotta.

(454)

F’dak ir-rigward, Corsica Ferries tenfasizza li, fuq il-bażi tat-Tabella 16 fid-deċiżjoni tal-ftuħ, it-traffiku tal-merkanzija rmunkata fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia naqas b’mod kostanti bejn l-2018 u l-2023, filwaqt li staġna fuq ir-rotot bejn Marsilja u t-tliet portijiet l-oħrajn ta’ Korsika bejn l-2018 u l-2023. B’mod aktar ġenerali, id-data uffiċjali dwar il-flussi kontinentali bejn Korsika u Franza (il-portijiet kollha f’daqqa) turi staġnar ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija mill-2010. Għalhekk, ir-rata ta’ 2,3 % ma hijiex ibbażata fuq l-aktar data oġġettiva riċenti, li twassal għal stima eċċessiva bi kważi 22 % tal-ħtiġijiet tat-trasport tas-sewwieqa.

5.1.2.2.   Dwar l-analiżi tal-falliment tas-suq

(455)

Corsica Ferries tqis li l-awtoritajiet Franċiżi wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni fl-eżami tan-nuqqas tas-suq li jiġġustifika l-konklużjoni tal-PSCs. Hija tqajjem erba’ punti f’dak ir-rigward.

(456)

L-ewwel nett, f’termini ġenerali, Corsica Ferries tindika li l-karatterizzazzjoni ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku teħtieġ l-istabbiliment minn qabel ta’ xenarju kontrofattwali sabiex jiġi analizzat il-livell ta’ provvista privata li jkun propost, u mbagħad jiġi ddeterminat jekk dik il-provvista tkunx biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda. Skont Corsica Ferries, f’xenarju kontrofattwali, il-provvista privata ma tkunx limitata għal dik osservata ex ante fis-suq, iżda trid tiġi vvalutata b’mod dinamiku, billi jiġi antiċipat xi tkun il-provvista privata fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz.

(457)

Corsica Ferries tenfasizza wkoll li x-xenarju kontrofattwali jrid ikun trasparenti, oġġettiv u bbażat fuq suppożizzjonijiet kredibbli. F’dak ir-rigward, l-oneru tal-provi jaqa’ fuq l-awtoritajiet pubbliċi, li jeħtiġilhom jipproduċu evidenza konvinċenti u plawżibbli biżżejjed.

(458)

B’mod korrispondenti, skont Corsica Ferries, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li twettaq eżami diliġenti u imparzjali tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi, li jinvolvi analiżi bir-reqqa u bir-reqqa ta’ dik l-informazzjoni (181). Ir-rieżami mwettaq mill-Kummissjoni jista’ jinkludi analiżi prospettiva, u, meta ċ-ċirkostanzi tal-każ jeħtieġu hekk, irid jagħmel hekk bilfors (182).

(459)

F’dan il-każ, Corsica Ferries tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ma stabbilewx xenarju kontrofattwali u li l-Kummissjoni ma tidhirx li rrieżaminat bis-sħiħ kif meħtieġ ir-robustezza, il-plawżibbiltà u s-suffiċjenza tal-informazzjoni pprovduta dwar il-provvista privata li tkun offruta fin-nuqqas ta’ PSCs.

(460)

It-tieni, Corsica Ferries tqis li l-kwestjonarji sottomessi matul il-konsultazzjoni mal-operaturi kienu distorti.

(461)

L-ewwel nett, il-kwestjonarji sempliċiment stiednu lill-operaturi sabiex jiddeskrivu kif is-servizzi tat-trasport marittimu li kienu joffru jew li kien biħsiebhom joffru jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kontinwità territorjali ta’ Korsika, mingħajr ma qatt jiddefinixxu r-rekwiżiti inkwistjoni.

(462)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tindika l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess li jfixkel it-tweġibiet mogħtijin fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-operaturi għat-trasport tal-merkanzija. Corsica Linea wieġbet għall-konsultazzjoni mal-operaturi minkejja li l-azzjonisti tagħha, magħmulin mill-klijenti ewlenin tas-servizzi marittimi tal-merkanzija ta’ Korsika, kellhom interess li jżommu s-servizz pubbliku sussidjat (il-premessa 394). F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tinnota li l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess tipprevjeni lil persuna f’sitwazzjoni bħal din milli tipparteċipa jew tintervjeni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (183) dwar is-servizzi fis-suq intern.

(463)

Corsica Ferries tqis li, b’analoġija mar-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku, (184) l-oneru tal-provi għal dak l-għan jaqa’ fuq l-awtoritajiet Franċiżi, li jeħtiġilhom jinvolvu rwieħhom b’mod attiv fil-prevenzjoni u fid-detezzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fi kwalunkwe proċedura amministrattiva, inklużi proċeduri konsultattivi. Għalhekk, sabiex turi l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku, Franza kienet meħtieġa tibbaża fuq informazzjoni oġġettiva plawżibbli u verifikabbli biżżejjed, u tipprevjeni kwalunkwe interferenza minn operaturi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.

(464)

It-tielet, Corsica Ferries tqis li t-tweġibiet ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale għall-konsultazzjoni mal-operaturi essenzjalment ma humiex kredibbli. Hija tispjega li ma huwiex raġonevoli li wieħed iqis li, fin-nuqqas tal-PSCs, dawk iż-żewġ kumpaniji sempliċiment iwaqqfu s-servizzi marittimi kollha lejn Korsika. Tirreferi b’mod partikolari għall-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni (185) u tindika wkoll li Corsica Linea u La Méridionale għandhom flotta ta’ 9 u 4 bastimenti rispettivament u jimpjegaw aktar minn 1 100 u 600 impjegat rispettivament.

(465)

Waqfien tal-attività bħal dan jerġa’ jkun anqas plawżibbli minħabba li d-detenturi tal-konċessjoni diġà joffru servizz kummerċjali operat kompletament barra mill-PSCs. Corsica Ferries tagħti l-eżempji ta’ Corsica Linea (186) u ta’ La Méridionale (187). Huwa jinnota wkoll l-evidenza sottomessa lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ilment, u b’mod aktar speċifiku l-istudju 1 ta’ BRG. L-istudju nnota li f’Ġunju 2022 Corsica Linea kienet issottomettiet pjan tat-trasport li jesprimi l-intenzjoni tagħha li tagħmel numru ta’ qsim fil-qafas tal-iskema ta’ OSP fl-2023, mill-port ta’ Marsilja lejn Propriano, (188) Ajaccio (189) u L’Île-Rousse (190). Dik l-intenzjoni, imħabbra fis-sajf tal-2022, turi li Franza hija żbaljata jekk tassumi li l-ebda kapaċità privata minn Marsilja ma kienet tiġi offruta fin-nuqqas ta’ PSC.

(466)

Corsica Ferries hija tal-fehma wkoll li l-fatt li t-tweġibiet tad-detenturi tal-konċessjoni għall-konsultazzjoni mal-operaturi huma identiċi (i) juri l-kunflitt ta’ interess li jaffettwahom, kemm jekk ikollhom interess ċar li jnaqqsu l-provvista privata futura sabiex jiżguraw il-kontinwazzjoni tas-sistema tal-PSC sussidjata, kif ukoll (ii) iqajjem tħassib dwar il-koordinazzjoni bejn dawn iż-żewġ kumpaniji qabel it-tweġiba tagħhom għall-konsultazzjoni mal-operaturi.

(467)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tinnota li huwa inkonsistenti li l-Kummissjoni tqis li d-dikjarazzjonijiet ġenerali u mhux sostanzjati mill-operaturi marittimi ma humiex biżżejjed sabiex jiġġustifikaw ċerti konklużjonijiet (jiġifieri dwar il-volum stmat ta’ merkanzija rmunkata kaptiva pprovdut minn Corsica Linea fil-port ta’ Marsilja, iddubitat mill-Kummissjoni fil-premessa 311 tad-deċiżjoni tal-ftuħ), iżda suffiċjenti meta tiġi sabiex tivvaluta l-provvista privata prospettiva.

(468)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tiċħad l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 326 tad-deċiżjoni tal-ftuħ dwar is-servizzi marittimi pprovduti minn Corsica Linea u La Méridionale barra mill-PSCs (191). Corsica Ferries hija tal-fehma li r-rekwiżit għal xenarju kontrofattwali kredibbli impost mill-ġurisprudenza ma jfissirx li jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biss il-provvista privata potenzjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-PSCs. Għall-kuntrarju, ir-rekwiżit għal xenarju kontrofattwali kredibbli jinvolvi l-analiżi tal-provvista privata kollha li tiġi offruta b’mod raġonevoli fin-nuqqas tal-PSCs, sabiex imbagħad titqabbel mad-domanda stmata.

5.1.2.3.   Dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-PSCs

(469)

Corsica Ferries taqbel mal-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-kapaċità minima ta’ ġarr stabbilita fil-PSCs tidher sproporzjonata għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku (il-premessa 331).

(470)

Corsica Ferries tirreferi għall-kontenut tal-ilment dwar dan il-punt. L-ilment innota li l-eżistenza ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali kisret ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ u ma kinitx tissodisfa l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Ir-Regolament jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimmodifikaw, hekk kif jaraw xieraq u mingħajr ġustifikazzjoni, l-ambitu tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz. Madankollu, f’dan il-każ, Franza ma setgħetx tidentifika ħtieġa ta’ servizz pubbliku, peress li naqset milli tistabbilixxi (i) il-perjodu li matulu kellhom jitwettqu dawk il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali u (ii) in-numru eżatt ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali li kellhom jitwettqu (billi dawk il-vjaġġi bir-ritorn ma kinux obbligatorji).

(471)

Barra minn hekk, fl-ilment Corsica Ferries indikat li, għal kull waħda mill-ħames rotot ikkonċernati mill-miżuri inkwistjoni, il-vjaġġi bir-ritorn skedati kienu fil-biċċa l-kbira biżżejjed sabiex ikopru l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku stmata minn Franza matul il-perjodu 2023-2030, b’tali mod li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali dehru superfluwi. Corsica Ferries żiedet ukoll li, fl-offerti tagħhom sottomessi lill-awtoritajiet ta’ Korsika, Corsica Linea u La Méridionale diġà kienu identifikaw, huma stess, il-jiem li fihom jitwettqu l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali, għad-durata kollha tal-PSCs, b’tali mod li dawk il-vjaġġi bir-ritorn ma kinux jissodisfaw ħtieġa ta’ servizz pubbliku li kienet ġiet identifikata preċedentement minn Franza. Barra minn hekk, dan il-qsim isir esklużivament matul il-perjodu tas-sajf, u jkun offrut primarjament fi tmiem il-ġimgħa, jiġifieri għat-turisti (billi s-sewwieqa tat-trakkijiet huma pprojbiti milli jivvjaġġaw fil-Ħdud).

(472)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries kellha dubji fl-ilment dwar jekk id-detenturi tal-konċessjoni kinux kapaċi jikkonformaw mal-obbligi ta’ servizz pubbliku li jinsabu fil-PSCs. Fl-ittra elettronika tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2023, Corsica Ferries tiddikjara li, sabiex topera l-qsim f’Lulju u f’Awwissu 2023, Corsica Linea noleġġat bastiment li jappartjeni għal La Méridionale, il-Kalliste, li La Méridionale xorta waħda kienet meħtieġa tagħmel disponibbli għall-OTC fuq talba tagħha għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali skont il-PSCs b’rabta mas-servizzi marittimi lejn Porto-Vecchio u Bastia. Madankollu, mingħajr dak il-bastiment, La Méridionale ma kinitx tkun kapaċi twieġeb għall-istruzzjonijiet kuntrattwali tal-OTC, li kieku tali qsim addizzjonali kien sar neċessarju bejn Lulju u Awwissu 2023.

(473)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tqis, madankollu, li f’dik id-deċiżjoni l-Kummissjoni ma waslitx il-konklużjonijiet kollha mis-sejbiet tagħha stess.

(474)

L-ewwel nett, il-kapaċità minima imposta għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri ġiet stabbilita fuq il-bażi tad-domanda massima stmata sal-2030, b’tali mod li l-intenzjoni hija li sal-2023 il-kapaċità tissodisfa d-domanda prevista għall-2030. Għalhekk, il-kapaċità tidher sproporzjonata għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku vvalutata għas-snin ta’ qabel l-2030. Skont Corsica Ferries, il-kapaċità minima tal-PSC kellha tiġi stabbilita sabiex tiġi ssodisfata d-domanda medja stmata bejn l-2023 u l-2030.

(475)

It-tieni, skont Corsica Ferries, il-Kummissjoni ma qisitx il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali meta analizzat il-kapaċitajiet introdotti mill-PSCs fir-rigward tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Peress li dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huma maħsubin sabiex jissodisfaw l-akbar domanda, dawn misshom tqiesu fid-determinazzjoni tal-kapaċità minima ta’ ġarr għal kull qsim imposta fil-qafas tal-PSCs.

(476)

It-tielet, Corsica Ferries tikkontesta l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tan-nuqqas ta’ obbligu fil-PSCs li jużaw bastimenti Ro-Pax (192).

(477)

Corsica Ferries tiddikjara li n-numru ta’ 12-il passiġġier huwa l-linja diviżorja bejn (i) bastimenti tal-passiġġieri li jistgħu jġorru wkoll merkanzija (Ro-Pax) u (ii) bastimenti tal-merkanzija (Ro-Ro), li l-kapaċità tal-passiġġieri tagħhom hija limitata għal 12 (193).

(478)

Corsica Ferries hija tal-fehma li, għalkemm l-obbligu li jiġu mmobilizzati bastimenti Ro-Pax ma huwiex stipulat b’mod espliċitu mill-PSCs, dan bilfors li jirriżulta mill-kapaċitajiet minimi imposti skont l-Anness 1 tal-PSCs, li kellhom jiġu rrispettati għal kull qsim. Madankollu, bl-impożizzjoni ta’ kapaċità minima ta’ 18-il passiġġier għar-rotta Marsilja - Ajaccio (4 passiġġieri mediċi u 14-il sewwieq) u 24 passiġġier għar-rotta Marsilja - Bastia (5 passiġġieri mediċi u 19-il sewwieq), l-awtoritajiet Franċiżi fil-fatt imponew il-mobilizzazzjoni ta’ Ro-Pax u eskludew l-użu ta’ Ro-Ro.

(479)

Għalhekk, l-obbligu impost fuq id-detenturi tal-konċessjoni li jkunu jistgħu jakkomodaw b’mod sistematiku aktar minn 12-il passiġġier għal kull qsim, eskluż l-użu ta’ bastimenti Ro-Ro, ma huwiex ġustifikat u huwa sproporzjonat skont Corsica Ferries.

5.1.3.   In-nuqqas ta’ konformità mat-tieni kriterju ta’ Altmark

(480)

Skont Corsica Ferries, it-tieni kriterju ta’ Altmark, li l-iskop tiegħu huwa li jiżgura li l-kalkolu tal-kumpens ikun affidabbli u verifikabbli, ifisser il-konformità, b’mod partikolari, ma’ żewġ rekwiżiti: (i) il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens iridu jiġu stabbiliti skont proċedura trasparenti, u (ii) iridu jkunu ta’ natura oġġettiva.

(481)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tinnota li l-parametri ta’ kumpens ma kinux stabbiliti b’mod trasparenti.

(482)

Hija tosserva li l-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs tat lill-kandidati l-libertà sħiħa li jiddeterminaw il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju, u li l-Anness 9 għall-PSCs, li fih skala speċifika li tindika, għal kull partita tan-nefqa tad-detentur tal-konċessjoni, il-perċentwal allokat għall-attività tal-SGEI, ma ġiex irreklamat affattu. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ trasparenza suffiċjenti min-naħa ta’ Franza, huwa materjalment impossibbli għal Corsica Ferries li tkun tista’ tivverifika u tikkritika b’mod effettiv il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni użati.

(483)

B’mod simili, Corsica Ferries tikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza fl-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-koeffiċjenti proposti mid-detenturi tal-konċessjoni, inkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Skont Corsica Ferries, dan in-nuqqas ta’ trasparenza jqajjem problema serja fir-rigward tal-prinċipju kontenzjuż, li tipprevjeni lill-partijiet interessati milli jkunu jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom b’mod effettiv.

(484)

It-tieni, Corsica Ferries hija tal-fehma li l-parametri użati għall-kalkolu tal-kumpens ma humiex oġġettivi.

(485)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tinnota li huwa evidenti mill-informazzjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni użati mid-detenturi tal-konċessjoni jvarjaw, għal kull element ta’ kost, skont ir-rotot marittimi kkonċernati. Madankollu, skont Corsica Ferries, dawk il-varjazzjonijiet ma jagħmlux sens peress li (i) l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti f’kull PSC huma tal-istess natura (il-firxa tagħhom biss tvarja skont il-portijiet) u (ii) jinvolvu l-mobilizzazzjoni tal-istess tip ta’ bastiment (f’dan il-każ Ro-Pax).

(486)

F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju tal-21 ta’ April 2024 imwettaq minn BRG f’isem Corsica Ferries rigward l-analiżi ekonomika tal-arranġamenti għad-determinazzjoni tal-pagamenti ta’ kumpens skont il-PSCs (“l-istudju 3 ta’ BRG”). Dak l-istudju jindika li, fl-offerti inizjali sottomessi mid-detenturi tal-konċessjoni, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni kienu jvarjaw minn kandidat għal ieħor, anke jekk kienet involuta l-istess rotta u l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku li kellha tiġi ssodisfata kienet l-istess fiż-żewġ każijiet. Għall-kuntrarju, l-istudju 3 ta’ BRG jindika li Corsica Linea, fl-offerti inizjali tagħha, użat b’mod wiesa’ l-istess koeffiċjenti tal-allokazzjoni għar-rotot kollha, għalkemm il-volum ta’ attività relatata mal-OSP u mas-servizzi kummerċjali kien ivarja ħafna minn rotta għal oħra. Għalhekk, dawk il-fluttwazzjonijiet juru li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni użati ma jirriflettux, jew tal-anqas ma jirriflettux b’mod sistematiku, il-kontribut tal-SGEI u tal-attivitajiet kummerċjali għall-kostijiet tad-detenturi tal-konċessjoni.

(487)

L-istudju 3 ta’ BRG jispjega b’mod aktar ġenerali li, filwaqt li huwa possibbli li l-kostijiet jiġu allokati f’termini kontabilistiċi, tali allokazzjonijiet huma parzjalment arbitrarji u ma jirriflettux ir-realtà ekonomika. Fi kwalunkwe każ, is-suppożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet iridu tal-anqas ikunu akkumpanjati minn analiżijiet sabiex tiġi ċċertifikata l-validità tagħhom.

(488)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tikkritika b’mod speċifiku l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni użati għall-PSCs rigward ir-rotot Marsilja-Propriano, Marsilja-Porto-Vecchio u Marsilja-L’Île-Rousse.

(489)

Fir-rigward tar-rotta Marsilja-Propriano, Corsica Ferries tqis li ma huwiex possibbli li jitqies bħala ġustifikat biżżejjed u raġonevoli koeffiċjent għall-allokazzjoni ta’ 100 % tal-kostijiet għall-SGEIs meta l-bastimenti użati minn Corsica Linea jaqbżu b’mod sistematiku l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-passiġġieri għal kull qsim. Fi kliem ieħor, 100 % tal-kostijiet operatorji ta’ dawk il-bastimenti huma kkumpensati mis-sussidji pubbliċi mħallsin minn Franza, filwaqt li parti żgħira biss mill-kapaċità offruta tikkorrispondi għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

(490)

L-istess japplika għaż-żewġ rotot l-oħrajn, li għalihom id-detenturi tal-konċessjoni kienu jużaw Ro-Pax b’kapaċità eċċessiva ħafna ta’ passiġġieri, anke jekk il-kapaċità minima imposta ta’ 9 passiġġieri (L’Île-Rousse) u 11-il passiġġier (Porto-Vecchio) għal kull qsim normalment missha wasslet għall-użu ta’ Ro-Ro. Skont Corsica Ferries, il-Kummissjoni ma setgħetx ma kinitx taf li l-mobilizzazzjoni ta’ bastimenti Ro-Pax, minflok bastimenti Ro-Ro, iżżid sostanzjalment il-kostijiet kapitali u operatorji, li jwassal għal stima eċċessiva tal-ammont tal-kumpens għas-servizz pubbliku pagabbli lid-detenturi tal-konċessjoni. Fiż-żewġ każijiet, Corsica Ferries tinnota wkoll li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni użati huma bejn 60 % u 75 % għal kull kost, li jidher sproporzjonat b’mod ċar u mhux ġustifikat fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq dawk ir-rotot.

(491)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tikkontesta n-natura oġġettiva u raġonevoli tal-metodu użat mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jallokaw il-kostijiet indiretti, li, skont l-asserzjonijiet tagħhom, jikkonsisti fl-allokazzjoni tal-kostijiet indiretti lill-SGEI “biss bi proporzjon għall-kapaċità (espressa f’m3 ta’ volum) riżervata fuq il-bastiment għal attivitajiet tal-SGEI”. F’dak ir-rigward, Corsica Ferries tikkontesta l-użu esklużiv tal-kapaċità espressa f’m3 sabiex jiġi ddeterminat il-metodu ta’ allokazzjoni, meta l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma relatati wkoll mat-trasport tal-passiġġieri. Sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jitqiesu biss il-kostijiet direttament marbutin mal-forniment tal-SGEI, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni bilfors iridu jkunu jirriflettu l-proporzjon reali tal-kapaċità meħtieġa għat-trasport tal-passiġġieri fir-rigward tal-kapaċità totali pprovduta mill-bastimenti użati mid-detenturi tal-konċessjoni.

5.1.4.   In-nuqqas ta’ konformità mat-tielet kriterju ta’ Altmark

(492)

Corsica Ferries tqis li l-PSCs jikkumpensaw iżżejjed lill-benefiċjarji tagħhom għal erba’ raġunijiet.

5.1.4.1.   Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet sabiex jiġi kkalkolat il-kumpens skont il-PSCs ma hijiex ġustifikata f’dan il-każ

(493)

Corsica Ferries tikkontesta l-għażla meħuda mill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet għall-valutazzjoni tal-kostijiet marbutin direttament mal-eżekuzzjoni tal-SGEI. Hija tqis li din l-għażla ma hijiex iġġustifikata minn Franza, u lanqas ma hija analizzata fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(494)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tindika li, fil-prinċipju, il-kumpens tal-SGEI jrid jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-metodoloġija tal-kost nett evitat; huwa biss meta l-użu ta’ dak il-metodu jkun impossibbli jew mhux xieraq li tista’ tintuża l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. L-impossibbiltà jew l-inadegwatezza tal-metodoloġija tal-kost nett evitat trid tkun iġġustifikata kif xieraq mill-awtoritajiet nazzjonali u vverifikata mill-Kummissjoni.

(495)

F’dan il-każ, Corsica Ferries tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni. Bl-istess mod, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tiddubitax mill-adegwatezza tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet u mill-ġustifikazzjonijiet għan-nuqqas ta’ użu tal-metodoloġija tal-kost nett evitat. Dak in-nuqqas waħdu jikkostitwixxi żball manifest ta’ valutazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi u żball tal-liġi min-naħa tal-Kummissjoni.

(496)

It-tieni, Corsica Ferries tqis li l-użu tal-metodoloġija tal-kost nett evitat kien neċessarju f’dan il-każ peress li ma kienx inadatt. Skont Corsica Ferries, dak il-metodu biss kien jagħmilha possibbli li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed tal-benefiċjarji tal-PSC, għar-raġunijiet li ġejjin:

il-metodoloġija tal-kost nett evitat ma teħtieġx allokazzjoni tal-kostijiet bejn l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-attivitajiet l-oħrajn tad-detentur tal-konċessjoni, u b’hekk jiġi evitat l-arbitraġġ assoċjat mal-ħtieġa li titwettaq allokazzjoni bħal din;

il-metodoloġija tal-kost nett evitat ma teħtieġx stimi ex ante tal-volumi tal-attività tal-SGEI u mhux tal-SGEI meħtieġa sabiex jiġu allokati l-kostijiet fil-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, u ma tinvolvix ir-riskju ta’ stimi żbaljati ta’ tali allokazzjonijiet, li jistgħu jwasslu għal stima eċċessiva tal-kostijiet li għandhom jiġu kkumpensati;

il-metodoloġija tal-kost nett evitat hija bbażata fuq valutazzjoni ġenerali tal-attivitajiet kollha (tal-SGEI u mhux tal-SGEI) imwettqin mid-detentur tal-konċessjoni, b’tali mod li d-detentur tal-konċessjoni ma jkunx jista’ jagħmel għażliet strateġiċi sabiex jimmassimizza t-titjib fl-effiċjenza tiegħu fil-qasam mhux tal-SGEI.

(497)

Il-metodoloġija tal-kost nett evitat kienet aktar neċessarja peress li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ma tqisx il-profitti addizzjonali li saru barra mill-ambitu tal-SGEI, anke jekk jiġu ġġenerati mill-forniment ta’ dak l-SGEI. Corsica Ferries tindika li l-benefiċjarji tal-PSCs jiddikjaraw li, fin-nuqqas tal-PSCs, ma humiex lesti li joffru kwalunkwe servizz kummerċjali, b’tali mod li l-attivitajiet kummerċjali kollha mwettqin skont il-PSCs minn dawk il-benefiċjarji ma kinux jitwettqu fin-nuqqas ta’ SGEI. Għalhekk, id-dħul minn dawn l-attivitajiet huwa ġġenerat mill-aġġudikazzjoni tal-PSCs, u l-użu tal-metodoloġija tal-kost nett evitat kien jippermettilhom li jitqiesu fil-kalkolu tal-kumpens, mingħajr ebda vantaġġ sproporzjonat għall-benefiċjarji tal-PSCs.

(498)

Fl-aħħar nett, skont Corsica Ferries, il-metodoloġija tal-kost nett evitat kienet neċessarja fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku sproporzjonati stabbiliti fil-PSCs, li jirrikjedu li l-benefiċjarji tal-PSCs joffru kapaċità ta’ daqs eċċessiv fir-rigward tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

5.1.4.2.   Fi kwalunkwe każ, il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet kellha tqis il-profitti magħmulin fuq l-attivitajiet mhux tal-SGEI tal-benefiċjarji tal-PSCs

(499)

Corsica Ferries tindika li l-paragrafu 32 tal-Qafas tal-SGEI jeħtieġ li jitqiesu l-profitti eċċessivi ġġenerati minn drittijiet speċjali jew esklużivi, anke jekk ikunu marbutin ma’ attivitajiet oħrajn.

(500)

Skont Corsica Ferries, għalkemm il-PSCs ma jipprevedux drittijiet esklużivi għall-benefiċjarji tagħhom, dawn xorta waħda jagħtu esklużività de facto, għal tliet raġunijiet:

l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-PSCs ma humiex proporzjonati għall-ħtiġijiet reali ta’ servizz pubbliku;

il-benefiċjarji tal-PSCs jirċievu sussidji pubbliċi sinifikanti, filwaqt li operaturi marittimi oħrajn li joperaw taħt l-iskema ta’ OSP ma jirċievu l-ebda sussidju bħal dan;

l-iskema ta’ OSP tiskoraġġixxi lill-kumpaniji tat-tbaħħir li jixtiequ jipprovdu servizzi marittimi bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika f’kompetizzjoni mal-benefiċjarji tal-PSCs.

(501)

F’dan ir-rigward Corsica Ferries tenfasizza li din l-esklużività de facto ġiet osservata f’diversi okkażjonijiet minn dawn: il-kunsill tal-kompetizzjoni fid-deċiżjoni tiegħu Nru 06-MC-03 tal-11 ta’ Diċembru 2006; l-awtorità tal-kompetizzjoni fl-opinjoni tagħha Nru 12-A-07 tas-17 ta’ Frar 2012; il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha SA.22843 tat-2 ta’ Mejju 2013, u mtennija fl-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni tas-17 ta’ Novembru 2020 (194). Corsica Ferries tqis li dawk is-sejbiet għadhom validi, u tindika li, peress li s-suq għas-servizzi marittimi ta’ Korsika nfetaħ għall-kompetizzjoni fl-1996, ma ħarġet l-ebda offerta f’kompetizzjoni għal dik tad-detenturi tal-konċessjoni inkombenti fuq ir-rotot Marsilja-Korsika.

(502)

Għalhekk, skont Corsica Ferries, trid tinħareġ waħda miż-żewġ konklużjonijiet li ġejjin:

in-nuqqas ta’ kwalunkwe kompetizzjoni effettiva għal 30 sena fuq rotot lejn/mill-port ta’ Marsilja huwa prova li l-PSCs jikkostitwixxu ostakli għad-dħul, billi jagħtu lill-benefiċjarji tagħhom drittijiet esklużivi sabiex joperaw rotot marittimi bejn Korsika u Marsilja, inklużi l-attivitajiet kummerċjali ġġenerati. Għalhekk, kien neċessarju li dawk l-attivitajiet jitqiesu fil-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet;

il-kompetizzjoni fuq ir-rotot Marsilja-Korsika żviluppat permezz tar-rotot Toulon-Korsika, f’liema każ irid jiġi konkluż li s-servizzi marittimi operati mill-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja jifformaw l-istess suq uniku, u li għalhekk ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

5.1.4.3.   Il-klawżoli tal-PSCs ma humiex biżżejjed sabiex jeskludu kwalunkwe riskju ta’ kumpens żejjed

(503)

L-ewwel nett, Corsica Ferries hija tal-fehma li l-Artikolu 40 tal-PSCs, li huwa mfassal sabiex jiżgura r-rimborż mid-detenturi tal-konċessjoni ta’ kwalunkwe kumpens żejjed li jaqbeż il-profitt raġonevoli, ma huwiex biżżejjed peress li huwa limitat biss għall-ambitu tal-SGEI u jeskludi l-marġini magħmulin fuq l-attivitajiet kummerċjali ġġenerati.

(504)

It-tieni, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 3 ta’ BRG, li jikkontesta l-pożizzjoni preliminari tal-Kummissjoni li tapprova l-kalkolu ta’ profitt raġonevoli fuq il-bażi tal-introjtu qabel it-taxxa kurrenti minflok ir-rata ta’ introjtu mill-investiment għall-benefiċjarji, minħabba li l-introjtu qabel it-taxxa kurrenti jkun aktar faċli li jiġi osservat fid-data kontabilistika milli fir-rata ta’ introjtu mill-investiment. Madankollu, l-istudju 3 ta’ BRG iqis li d-data relatata mal-kostijiet tal-SGEI ma hijiex faċilment osservabbli fil-kontijiet tal-profitt u t-telf tal-benefiċjarji, iżda teħtieġ allokazzjoni dubjuża tal-entrati ta’ kost differenti bejn l-attivitajiet tal-SGEI u dawk mhux tal-SGEI.

(505)

It-tielet, l-Artikolu 35.1 tal-PSCs, li jipprevedi li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni huma stabbiliti għad-durata tal-kuntratti, soġġetti għal verifika ex post li tiżvela differenza (li għandha tiġi rimborżata) mal-koeffiċjenti li jirriżultaw mill-operazzjonijiet, huwa manifestament insuffiċjenti peress li (i) il-kunċett ta’ “koeffiċjent li jirriżulta mill-operazzjonijiet” ma huwiex definit (195) u (ii) ma jippermettix li l-effetti straordinarji li jirriżultaw mill-mekkaniżmu tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni jiġi nnewtralizzat kompletament. Tabilħaqq, f’dan ir-rigward l-istudju 3 ta’ BRG jindika li l-Artikolu 35.1 tal-PSCs jipprevedi li l-benefiċjarji tal-PSCs jitħallew iżommu nofs id-differenza bejn il-kumpens ikkalkolat ex ante u ex post (sa massimu ta’ 5 % tal-kumpens inizjali).

(506)

Ir-raba’, Corsica Ferries hija tal-fehma li l-Artikolu 32 tal-PSCs, li huwa maħsub sabiex jassenja l-profitti magħmulin matul l-attivitajiet kummerċjali ġġenerati, ma jipprevjenix il-kumpens żejjed kollu, peress li l-profitti ġġenerati jistgħu jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-investimenti magħmulin mill-benefiċjarji tal-PSCs. Għalhekk, il-benefiċjarji tal-PSC jirċievu vantaġġ, fil-forma ta’ għajnuna għall-investiment ugwali għall-ammont tal-profitti ġġenerati li ġew investiti, li jkun jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat distinta mill-kumpens imħallas fil-qafas tal-PSCs.

(507)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tqis li l-ebda klawżola fil-PSCs ma tqis ir-remunerazzjoni addizzjonali li x’aktarx jirċievu l-benefiċjarji fir-rigward tal-gwadann kapitali fuq il-bastimenti tagħhom, jew fil-kalkolu tal-kumpens jew fil-metodu ta’ verifika tal-profitt raġonevoli.

(508)

F’dan ir-rigward, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 3 ta’ BRG, li jagħmel żewġ osservazzjonijiet.

(509)

L-ewwel nett, il-kumpens riċevut mill-benefiċjarji tal-PSCs jaqbeż bil-kbir id-deprezzament ekonomiku tal-bastimenti. Is-sussidju mħallas lid-detenturi tal-konċessjoni jinkludi komponent tal-kost tal-investiment, li jikkorrispondi għall-kostijiet tad-deprezzament u/jew tal-lokazzjoni u/jew għall-kostijiet tan-noleġġ tal-bastiment assenjat sabiex jeżegwixxi l-SGEI. Madankollu, skont l-istudju 3 ta’ BRG, il-ħajja ekonomika tal-bastimenti taqbeż bil-bosta l-perjodu ta’ deprezzament jew il-perjodu standard ta’ lokazzjoni (196). Konsegwentement, il-kumpens riċevut mill-benefiċjarji tal-PSCs fil-qafas tas-CFI jaqbeż it-telf irreġistrat fil-valur ekonomiku kull sena.

(510)

It-tieni, l-istudju 3 ta’ BRG jiddikjara li l-PSCs ma jipprevedu l-ebda mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-gwadanji kapitali li l-benefiċjarji tal-PSCs jistgħu jagħmlu fuq il-bastimenti. Filwaqt li l-Artikolu 51 tal-PSCs jipprevedi l-possibbiltà li s-CdC tixtri lura l-bastimenti bi prezz taħt il-valur tas-suq tagħhom (sabiex jitqiesu s-sussidji diġà mħallsin), dan ma jimponix akkwist bħal dan. Barra minn hekk, peress li l-bastimenti jitqiesu fil-PSCs bħala l-proprjetà tal-benefiċjarji tal-PSCs, dawn ma humiex obbligati jbigħu l-bastimenti tagħhom jekk is-CdC toffri li tixtrihom.

(511)

Dan kollu joħloq riskju reali li, fi tmiem il-PSCs, il-benefiċjarji jirċievu, permezz tal-valur miżjud tal-bastimenti tagħhom (kompletament jew parzjalment iffinanzjati b’kumpens pubbliku), remunerazzjoni supplimentari għal dik derivata mill-operat tal-PSCs li ma ġietx ikkunsidrata fil-kalkolu tal-profitt raġonevoli (l-Artikolu 39 tal-PSCs) jew koperta mill-klawżola ta’ verifika tal-profitt raġonevoli fl-Artikolu 40 tal-PSCs.

5.1.4.4.   Il-formula ta’ indiċjar tas-CFE hija manifestament skorretta

(512)

Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 3 ta’ BRG li jindika żball fil-formula ta’ indiċjar użata mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkalkolaw l-ammont annwali tas-CFE (il-premessa 301).

(513)

Skont l-istudju 3 ta’ BRG, l-ammont annwali tas-CFE ma huwiex ikkalkolat separatament għal kull sena fuq il-bażi ta’ koeffiċjent speċifiku tal-allokazzjoni tal-kostijiet, iżda huwa kkalkolat għall-2023 u sussegwentement indiċjat għall-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. L-istudju 3 ta’ BRG iqis li din il-formula ma hijiex korretta peress li timplika li ż-żieda fis-CFE bejn is-snin N u N + 1 ma hijiex ugwali għal 85 % taż-żieda fil-prezz bejn dawn is-sentejn, kif issuġġerit mill-PSCs, iżda għal 85 % taż-żieda kumulattiva totali fil-prezz bejn l-2023 u s-sena N + 1. Huwa jqis li, bejn l-2029 u l-2030, iż-żieda fis-CFE li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula ma tirriflettix iż-żieda fil-prezz osservata bejn dawk is-sentejn iżda ż-żieda fil-prezz totali bejn l-2023 u l-2030, jiġifieri fuq 7 snin (197).

5.1.5.   In-nuqqas ta’ konformità mar-raba’ kriterju ta’ Altmark

(514)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tirreferi bis-sħiħ għall-ilment, li fih qieset li l-miżuri ma kinux konformi mar-raba’ kriterju ta’ Altmark. Corsica Ferries sostniet li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs ma kinitx għamlitha possibbli li jintgħażlu, f’kundizzjonijiet trasparenti u mhux diskriminatorji, il-kandidati li kapaċi jipprovdu s-servizz bl-anqas kost, b’mod partikolari għal tliet raġunijiet.

(515)

L-ewwel nett, Corsica Ferries argumentat li kien hemm diversi “ostakli għad-dħul” li kellhom it-tendenza li jiffavorixxu lid-detenturi tal-konċessjoni li jkunu ħerġin u li żammewha milli tissottometti offerta b’mod effettiv. Corsica Ferries innotat l-eżistenza ta’ żewġ ostakli għad-dħul f’dan il-każ.

(516)

L-ewwel nett, hija indikat il-perjodu qasir ħafna li għadda bejn id-data tal-aġġudikazzjoni tal-PSCs (il-21 ta’ Diċembru 2022) u d-data tal-bidu tas-servizzi (l-1 ta’ Jannar 2023), filwaqt li huwa ċar li, fil-każ tat-trasport marittimu, huwa neċessarju perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur bejn dawk iż-żewġ dati sabiex ikunu jistgħu jinfetħu l-prenotazzjonijiet minn kmieni biżżejjed u sabiex terġa’ tiġi skjerata l-flotta sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku. Skont Corsica Ferries, perjodu qasir bħal dan bejn id-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs u l-bidu tas-servizzi seta’ jiffavorixxi biss lid-detenturi tal-konċessjoni li jkunu ħerġin u jirrestrinġi l-parteċipazzjoni ta’ kompetituri oħrajn.

(517)

It-tieni, Corsica Ferries indikat l-eżistenza ta’ rekwiżiti tekniċi mhux iġġustifikati mill-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku, bħal li jiġi limitat in-numru ta’ kandidati li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt. Corsica Ferries irreferiet għall-fatt li kien impossibbli għall-kandidati li jipproponu bastimenti Ro-Ro minflok bastimenti Ro-Pax. Barra minn hekk, u fuq kollox, il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs kienet teħtieġ li l-kandidati, skont Corsica Ferries, jużaw bastiment addizzjonali wieħed jew tnejn għal kull lott (198) sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali; dawk il-vjaġġi bir-ritorn li jsiru matul l-eżekuzzjoni tal-PSCs, fuq talba tal-awtorità kontraenti u fi ħdan perjodu minimu ta’ avviż ta’ ġimgħa. Skont Corsica Ferries, dan kien ifisser li, għal-lottijiet kollha, il-kandidati kellhom jimmobilizzaw b’mod permanenti seba’ bastimenti addizzjonali matul l-eżekuzzjoni tal-PSCs, mingħajr prevedibbiltà jew garanzija tal-użu u mingħajr ma l-operatur seta’ juża dawk il-bastimenti għal servizzi oħrajn (peress li l-bastimenti kellhom ikunu disponibbli sabiex jiġu mmobilizzati fi kwalunkwe ħin sabiex jiggarantixxu vjaġġi bir-ritorn). Dik ir-restrizzjoni hija r-raġuni ewlenija għaliex Corsica Ferries ma pparteċipatx fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs.

(518)

It-tieni, Corsica Ferries kienet tal-fehma li l-kriterji għall-aġġudikazzjoni għall-offerti ma kinux jippermettu li jintgħażel il-kandidat li kapaċi jipprovdi s-servizz bl-anqas kost. Corsica Ferries innotat li l-kriterju għall-aġġudikazzjoni relatat mal-kumpens finanzjarju kien ponderat għal 20 % biss, b’tali mod li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt, fl-opinjoni tagħha, ma kinitx ibbażata fuq il-prezz tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(519)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries qieset li n-numru żgħir ta’ kandidati li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs (kandidat wieħed jew tnejn għal kull lott) wera li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni reali.

(520)

It-tieni, Corsica Ferries kienet tal-fehma li Franza ma kienet wettqet l-ebda analiżi minn qabel tal-kostijiet li kienet iġġarrab impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati fil-forniment tas-servizz, bl-għan li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ kumpens.

5.1.6.   Nuqqas ta’ konformità mar-regoli tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet

(521)

Corsica Ferries tindika li, fl-ilment, hija qieset li l-miżuri ma setgħux jiġu ddikjarati kompatibbli minħabba li kienu jiksru d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. Corsica Ferries allegat żewġ waqtiet ta’ ksur: ksur tal-prinċipji tat-trattament ugwali, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza, u d-durata eċċessiva tal-PSCs.

(522)

Fir-rigward tal-ewwel ksur, Corsica Ferries sostniet, l-ewwel nett, li kellha tiffaċċja żewġ ostakli li għamluhielha impossibbli li tapplika (il-premessi 516 u 517). It-tieni, hija qieset li l-awtoritajiet Franċiżi kienu emendaw il-karatteristiċi minimi tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għal kull lott sabiex jintgħażlu offerti li ma kinux konformi mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness 1 għall-PSCs.

(523)

Fir-rigward tat-tieni ksur, Corsica Ferries sostniet li d-durata tal-PSCs ma kinitx iġġustifikata fid-dawl tan-nuqqas ta’ investimenti magħmulin mill-benefiċjarji tal-PSCs.

(524)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries wieġbet għal żewġ punti, jiġifieri (i) l-emenda possibbli tar-rekwiżiti minimi tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt mill-awtoritajiet Franċiżi matul dik il-proċedura, u (ii) id-durata tal-PSCs, li huma ddikjaraw li kien eċċessiv

5.1.6.1.   Dwar l-emenda tal-karatteristiċi minimi matul il-proċedura, l-għażla ta’ offerti irregolari u n-natura diskriminatorja tal-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs

(525)

Fl-ilment, Corsica Ferries indikat li l-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet jirrikjedi li, meta awtorità kontraenti tistabbilixxi rekwiżiti minimi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt, il-kandidati jeħtiġilhom jikkonformaw magħhom. L-awtorità kontraenti, min-naħa tagħha, jeħtiġilha tirrifjuta kwalunkwe offerta li ma tikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti minimi.

(526)

Corsica Ferries spjegat li l-Anness 1 tal-PSCs elenka r-rekwiżiti tekniċi li l-kandidati kellhom jikkonformaw bis-sħiħ magħhom. Dawn ir-rekwiżiti tekniċi kienu jinkludu n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali li kellhom jitwettqu mid-detentur tal-konċessjoni fuq talba tas-CdC. Dawn il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali jistgħu jiġu kkombinati fl-istess jum, fuq l-istess rotta u fuq diversi rotot fl-istess ħin, u kellhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi kollha tal-Anness 1 tal-PSCs, inklużi l-iskedi taż-żmien u l-kapaċitajiet ta’ ġarr tal-bastimenti. Għalhekk, Corsica Ferries tqis li l-kandidati kellu jkollhom flotta li fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Anness 1 tal-PSCs, inklużi vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali, għal kull wieħed mil-lottijiet li għalihom kienu ssottomettew offerta.

(527)

Madankollu, skont Corsica Ferries, id-detenturi tal-konċessjoni ma kellhomx il-bastimenti kollha li jippermettulhom joperaw ir-rotot kollha li għalihom, waħedhom jew fi grupp, kienu ssottomettew offerta. Dik l-osservazzjoni rriżultat mill-qari tar-rapport ta’ Franza li janalizza l-offerti inizjali. Skont Corsica Ferries, ir-rapport iddikjara li l-kandidati nfushom kienu stabbilew il-jum li fih se jsiru l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali u, barra minn hekk, li kienu naqqsu n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn bħal dawn. Dawn kienu biddlu wkoll il-ħinijiet tal-qsim ta’ nhar ta’ Ħadd u nhar ta’ Tnejn tax-xitwa. Fl-aħħar nett, huma mmobilizzaw bastimenti għal vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u għal dawk addizzjonali li ma kinux konformi mar-rekwiżiti kollha tal-Anness 1 tal-PSCs.

(528)

Minkejja dan, skont Corsica Ferries, l-awtoritajiet Franċiżi qablu li jemendaw il-karatteristiċi minimi tar-regoli tal-offerti matul in-negozjati, bi ksur tal-prinċipji tat-trattament ugwali tal-kandidati u tat-trasparenza. Emenda bħal din ma kinitx permessa, skont Corsica Ferries minħabba li, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss l-awtorità kontraenti tista’ tikkoreġi jew tissupplimenta l-karatteristiċi minimi, jiġifieri fejn jeħtieġu “kjarifika sempliċi jew, sabiex ma jkunx hemm żbalji materjali manifesti” (199) dment li l-offerenti kollha jiġu informati. Madankollu, dan ma kienx il-każ hawnhekk. Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, hija targumenta li huwa ċar ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, jekk l-emendi kellhom jiġu aċċettati, dawn jistgħu jsiru biss qabel ma l-offerti jiġu sottomessi mill-offerenti, li, għal darb’oħra, ma kienx il-każ hawnhekk.

(529)

Skont Corsica Ferries, dawk l-emendi kienu aktar ta’ ħsara għalihom peress li kienet staqsiet lill-OTC il-mistoqsijiet speċifiċi relatati mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness 1 tal-PSCs (il-kapaċità ta’ ġarr, l-iskedi ta’ żmien, il-kabini għall-PMM) u l-arranġamenti operazzjonali u ekonomiċi għat-twettiq ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali. Skont Corsica Ferries, l-OTC kien wieġeb li r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness 1 tal-PSCs kienu karatteristika minima eskluża min-negozjar u li kien essenzjali għall-kandidati li jissottomettu offerta li tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi kollha tal-Anness 1.

(530)

Barra minn hekk, huwa l-effett kumulattiv ta’ dawk il-karatteristiċi minimi imposti fuq il-kandidati li skoraġġixxa lil Corsica Ferries milli tissottometti offerta peress li l-konformità magħhom kienet tinvolvi (i) il-mobilizzazzjoni ta’ bastiment addizzjonali wieħed jew saħansitra żewġ bastimenti addizzjonali għal kull rotta bl-għan li jwettqu vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali, (ii) mingħajr l-ebda ċertezza dwar it-tlestija propja ta’ dawk il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, jew kwalunkwe viżibbiltà fir-rigward tad-data li fiha jenħtieġ li jitwettqu (iii) u li kien speċifikat li kienu biss il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali fil-fatt mitlubin mis-CdC u mwettqin mid-detentur tal-konċessjoni biss li jwasslu għal kumpens finanzjarju.

(531)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tqis li l-informazzjoni pprovduta minn Franza u stabbilita fid-deċiżjoni tal-ftuħ (200) ma hijiex korretta.

(532)

Corsica Ferries issostni li l-Anness 1 tal-PSCs ma setax jiġi emendat skont ir-regoli tal-offerti. Għalhekk, il-kandidati ma setgħux jemendaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’dak l-anness. Corsica Ferries tenfasizza f’dan ir-rigward li r-regoli tal-offerti (l-Artikolu 2.4 dwar il-karatteristiċi minimi u l-Artikolu 4.1 dwar id-dokumenti tal-offerti) ġew abbozzati bl-istess mod bħal dawk għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs tal-2019-2020. Madankollu, f’tilwima li tinvolvi dawk il-PSCs, il-Kunsill tal-Istat iddeċieda li “l-anness tekniku dwar is-servizzi fl-Anness 1 tal-abbozz ta’ kuntratt għandu jitqies, fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 4.1 tar-regoli tal-offerti, bħala li jifforma parti mid-dokumenti tal-offerti u konsegwentement bħala li jistabbilixxi l-karatteristiċi minimi mistennijin” (201).

5.1.6.2.   Dwar id-durata eċċessiva tal-PSCs

(533)

Fl-ilment, Corsica Ferries qieset li l-PSCs ma kinux jipprevedu li kwalunkwe investiment jiġġarrab mill-kandidati rebbieħa, b’tali mod li d-durata tagħhom (aktar minn 5 snin) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. Dan il-punt ġie kkonfermat, b’mod partikolari, mill-obbligu impost fuq il-kandidati, skont Corsica Ferries, li jkollhom għad-dispożizzjoni sħiħa u kompluta tagħhom il-bastimenti assenjati għall-operat ta’ kull waħda mir-rotot tal-PSCs malli jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom.

(534)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Ferries tikkontesta l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li d-durata tal-PSCs tidher li hija ġġustifikata fid-dawl tal-fatt li (i) il-PSCs jirrikjedu li d-detenturi tal-konċessjoni jimmobilizzaw bastimenti li jirrappreżentaw piż kapitali sinifikanti, u (ii) jeżistu durati ta’ aktar minn 6 snin f’kuntratti oħrajn ta’ servizz marittimu pubbliku fl-Ewropa.

(535)

Fuq l-ewwel punt, Corsica Ferries tqis li huwa evidenti mill-premessa 52 u mill-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet li perjodu ta’ konċessjoni ta’ aktar minn 5 snin jista’ jkun ġustifikat biss jekk id-detentur tal-konċessjoni jkun meħtieġ jagħmel investimenti mill-awtorità kontraenti nnifisha. Meta d-detentur tal-konċessjoni jġarrab il-kost tal-investimenti neċessarji għall-aġġudikazzjoni tas-servizz pubbliku, id-durata tal-konċessjoni trid tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-perjodu għall-irkupru ta’ dawk l-investimenti. Min-naħa l-oħra, skont Corsica Ferries, la d-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma aċċettaw li d-durata ta’ konċessjoni li taqbeż il-5 snin tista’ tkun iġġustifikata minn kwalunkwe investiment ieħor għajr l-investimenti imposti mill-awtorità kontraenti.

(536)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tqis li d-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet huma marbutin mal-fatt li, fil-prinċipju, l-investimenti imposti b’dan il-mod u magħmulin mid-detentur tal-konċessjoni jmorru lura għand l-awtorità kontraenti fi tmiem il-konċessjoni. Għalhekk, l-investimenti meħtieġa fil-qafas ta’ konċessjoni min-naħa tad-detentur tal-konċessjoni ma jikkostitwixxux l-assi proprji tad-detentur tal-konċessjoni li jibqgħu l-proprjetà tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu fi tmiem il-konċessjoni. F’dak il-kuntest, tiġi kkalkolata d-durata tal-konċessjoni sabiex id-detentur tal-konċessjoni jkun jista’ jirkupra l-investimenti imposti fuqu u li jkun obbligat jabbanduna fi tmiem il-kuntratt.

(537)

Madankollu, dan ma huwiex il-każ għall-PSCs, peress li l-bastimenti mmobilizzati mill-benefiċjarji sabiex jimplimentawhom (i) ma jirriżultawx minn obbligu ta’ investiment impost mill-awtoritajiet Franċiżi u (ii) huma l-proprjetà tal-benefiċjarji tal-PSCs, li jżommu s-sjieda/l-użu tagħhom fi tmiem il-PSCs. F’dawn iċ-ċirkostanzi u peress li ma jiġi impost l-ebda investiment fuq il-benefiċjarji tal-PSCs, id-durata tal-PSCs ma hijiex ġustifikata.

(538)

Corsica Ferries tinnota li, fi kwalunkwe każ, il-PSCs jippermettu lill-benefiċjarji tagħhom jħassru l-kostijiet tal-investiment assoċjati mal-bastimenti fil-kontijiet tal-PSCs, billi jinkludu introjtu raġonevoli mill-investiment. Madankollu, f’dan il-każ, skont Corsica Ferries huwa ċar li l-parametri ta’ kumpens ma kkunsidrawx il-valur residwu ta’ wara l-PSCs tal-bastimenti, li se jibqa’ għad-dispożizzjoni libera tal-benefiċjarji tal-PSCs.

(539)

Fuq it-tieni punt, Corsica Ferries hija tal-fehma li l-eżempji mogħtijin minn Franza tal-perjodi ta’ konċessjoni marittima fl-Ewropa li jaqbżu s-6 snin ma humiex applikabbli għal dan il-każ. Fir-rigward tal-każ Norveġiż li fuqu tibbaża Franza, li fih ġew konklużi kuntratti ta’ konċessjoni ta’ 10 snin, Corsica Ferries tqis li dak il-perjodu kien iġġustifikat mill-obbligu impost fuq id-detentur tal-konċessjoni sabiex jinvesti f’bastimenti ġodda. Għalhekk, is-sitwazzjoni hija differenti fir-rigward tal-PSCs peress li Franza u l-Kummissjoni jirrikonoxxu li ma huwa impost l-ebda investiment fuq il-benefiċjarji tal-PSCs.

5.2.   Kummenti minn Corsica Linea

(540)

Corsica Linea kkummentat fuq tliet punti: (i) l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku, (ii) il-konformità tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt tal-PSCs mal-liġi tal-UE dwar il-konċessjonijiet u (iii) in-nuqqas ta’ kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-benefiċjarji tal-PSCs jew, fi kwalunkwe każ, il-konformità tal-PSCs mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“id-Deċiżjoni dwar l-SGEI”) (202).

5.2.1.   L-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(541)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Linea wieġbet għal tliet punti relatati mal-eżami tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku:

il-valutazzjoni tad-domanda kwantitattiva għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata mhux sostitwibbli mill-port ta’ Marsilja, stmata għal 80 % tat-traffiku storiku osservat minn dak il-port;

id-definizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-kapaċità minima ta’ trasport tal-merkanzija għal kull qsim, espressa f’termini ta’ volum, imposta fuq id-detenturi tal-konċessjoni skont il-PSCs;

is-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano.

(542)

Corsica Linea tiddikjara li, fuq dawk it-tliet punti, hija kkummissjonat studju ekonomiku mwettaq minn Analysis Group (“l-istudju ta’ Analysis”), li fih, fil-fehma tagħha, l-informazzjoni fattwali u ekonomika kollha li minnha jista’ jiġi konkluż li Franza ma wettqet l-ebda żball manifest sabiex turi ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

5.2.1.1.   Ma hemm l-ebda żball evidenti ta’ valutazzjoni fl-istima tas-sehem tad-domanda għal merkanzija rmunkata li għaliha ma titqies l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja

(543)

Corsica Linea tqis li l-post tal-bażijiet loġistiċi tat-trasportaturi tal-merkanzija li jittrasportaw il-merkanzija lejn Korsika huwa kważi l-fattur determinanti uniku fl-għażla tal-port tat-tluq ta’ Franza kontinentali.

(544)

Corsica Linea tibbaża b’mod partikolari fuq l-istudju ta’ Analysis, li ħares lejn il-post tal-aktar 18-il żona loġistika kkonċentrata fir-reġjun tal-PACA (203). Minn dawn it-18-il żona, waħda biss kienet tinsab f’muniċipalità fejn l-eqreb port ma huwiex Marsilja. Għalhekk, l-istudju ta’ Analysis jindika li l-għajbien tas-servizzi tal-merkanzija li jgħaddu mill-port ta’ Marsilja jġiegħlu lill-maġġoranza l-kbira tat-trasportaturi tal-merkanzija jivvjaġġaw lejn port aktar imbiegħed, u jwassal għal żieda sinifikanti fil-kostijiet tat-trasport, li l-istudju jpoġġi f’medja ta’ 11 %.

Illustrazzjoni 2

Il-post taż-żoni loġistiċi fi Provence-Alpes-Côte d’Azur

Image 2

Sors:

https://www.statistiques.developpement-durable.gouv.fr/atlas-des-entrepots-et-des-aires-logistiques-en-france-en-2015, il-paġna 87.

Gwida:

Aires logistiques denses – Żoni loġistiċi kkonċentrati

Aires logistiques élargies – Żoni loġistiċi estiżi

Autoroutes – Awtostradi

Routes nationales – Toroq prinċipali

Routes départementales – Toroq sussidjarji

Chaque aire logistique est repérée par un numéro – Kull żona loġistika hija identifikata b’ numru

(545)

Sabiex tiġi stabbilita din l-istima ta’ 11 %, l-istudju ta’ Analysis qabbel vjaġġ bit-triq bejn Salon-de-Provence (204) u Marsilja, minn naħa, u Salon-de-Provence u Toulon, min-naħa l-oħra (205). Dan ikkonkluda li vjaġġ bit-triq minn Toulon kien jirrappreżenta kost addizzjonali tat-triq ta’ EUR 75 għal trasportatur tal-merkanzija, (206) li kien prinċipalment dovut għal (i) żewġ pedaġġi imposti bejn Salon-de-Provence u Toulon (li jirriżultaw f’kost ta’ EUR 35,10 lejn Toulon minflok ta’ EUR 6,90 lejn Marsilja) u (ii) iż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil (207).

5.2.1.2.   Franza ddeterminat b’mod korrett il-kapaċitajiet minimi ta’ ġarr tal-merkanzija fil-PSCs

(546)

Corsica Linea tiddikjara li l-ebda żball manifest ma jista’ jiġi attribwit b’mod validu lil Franza fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kapaċitajiet minimi ta’ trasport tal-merkanzija fil-PSCs, hekk kif l-istatistika għall-2023 turi, għall-kuntrarju, li dawk il-kapaċitajiet minimi kienu jinqabżu regolarment sa mill-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-PSCs.

(547)

Fuq dan il-punt, Corsica Linea tirreferi għall-istudju ta’ Analysis, li analizza l-kwantitajiet reali ta’ merkanzija ttrasportata kull xahar minn Marsilja lejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia fl-2023. Dawn l-analiżijiet juru li l-limitu minimu ta’ kapaċità spiss ikun aktar baxx mill-volumi reali ttrasportati minn Corsica Linea (208).

5.2.1.3.   Il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano ma humiex sostitwibbli

(548)

Corsica Linea temmen li d-dikjarazzjoni ta’ Corsica Ferries li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano huma kompletament sostitwibbli hija bla bażi. Skont Corsica Linea, l-analiżi tal-ħinijiet tal-vjaġġ hija l-fattur ewlieni magħżul mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni sabiex jiddefinixxu “żona ta’ klijentela” u, għalhekk, sabiex tiġi ddeterminata s-sostitwibbiltà possibbli bejn żewġ servizzi kompetituri f’dik iż-żona ta’ klijentela.

(549)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istudju ta’ Analysis għal ħafna muniċipalitajiet ta’ Korsika li jinsabu fiż-żona ta’ klijentela tal-port ta’ Propriano, ħinijiet itwal għall-passiġġieri sabiex jivvjaġġaw lejn il-port ta’ Ajaccio minflok lejn il-port ta’ Propriano jżidu b’mod sinifikanti l-kostijiet tagħhom (209).

5.2.2.   Konformità mar-regoli tal-UE dwar il-konċessjonijiet

5.2.2.1.   Iż-żmien qasir disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-bastimenti wara s-sejħa għall-offerti ma kienx jikkostitwixxi ostaklu għall-applikazzjoni ta’ Corsica Ferries

(550)

Corsica Linea tqis li l-perjodu qasir li għadda bejn id-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs u l-bidu tas-servizzi ma setax jipprevjeni lil Corsica Ferries milli tapplika għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs.

(551)

L-ewwel nett, Corsica Linea tqis li s-sejħa pubblika għall-offerti ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-6 ta’ Mejju 2022 infurmat lill-kandidati potenzjali li s-servizzi previsti fil-PSCs kellhom jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023. Għalhekk, kandidati potenzjali ġew infurmati 8 xhur qabel id-data tal-bidu tas-servizzi inkwistjoni. Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tal-PSCs fl-1 ta’ Jannar 2023 tħabbar ukoll hekk kif il-konsultazzjoni mal-operaturi tnediet mill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Jannar 2022. Għalhekk, skont Corsica Linea, il-kumpaniji tat-tbaħħir kollha li x’aktarx jagħmlu offerta ġew infurmati minn Jannar 2022, u sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Mejju 2022, bid-data tal-bidu tal-PSCs.

(552)

It-tieni, Corsica Linea tindika li r-regoli tal-offerti ppubblikati fis-6 ta’ Mejju 2022 ħabbru li l-kandidati kellhom jissottomettu l-applikazzjonijiet u l-offerti tagħhom sal-25 ta’ Lulju 2022 u li kwalunkwe laqgħa ta’ negozjar kienet se tibda b’mod proviżorju f’Awwissu 2022. Għalhekk, kandidat li ssottometta offerta serja f’Lulju 2022 u li kien jantiċipa li jista’ jirbaħ l-kuntratt kellu kważi 5 xhur sabiex iħejji l-iskjerament tal-flotta tiegħu fuq ir-rotot li għalihom kien qed jippreżenta l-offerti.

(553)

Fl-aħħar nett, peress li l-awtoritajiet Franċiżi kienu jafu, mal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti (il-25 ta’ Lulju 2022), li huma biss Corsica Linea u La Méridionale li kienu applikaw u ssottomettew offerti, huma setgħu, mingħajr ma jiksru r-regoli tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, jiddeċiedu li jestendu d-durata tan-negozjati u li jqassru l-perjodu bejn id-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs u d-data li fiha daħlu fis-seħħ. Peress li Corsica Ferries ma kinitx kandidata għall-PSCs, id-durata reali tal-fażi tan-negozjati ma setax jikser id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

5.2.2.2.   L-ambitu tar-rekwiżiti minimi ma kienx jinkludi vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali

5.2.2.2.1.   L-ambitu tar-rekwiżiti minimi ma kienx ikopri vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali

(554)

Corsica Linea tindika li, skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, awtorità kontraenti hija libera li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u, b’dan il-mod, hija libera li tiddetermina l-ambitu u l-kontenut tagħhom. Ir-rekwiżiti minimi, kif stabbiliti mill-awtorità kontraenti fid-dokumenti tal-offerti, jistgħu jinftiehmu biss fi ħdan il-limiti stretti tal-formulazzjoni tagħhom.

(555)

F’dan il-każ, Corsica Linea tindika li dawk ir-rekwiżiti kienu stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti. Għalhekk, skont Corsica Linea, għalkemm kien neċessarju li ssir referenza għall-Anness 1 tal-PSCs sabiex jinftiehem l-ambitu preċiż ta’ xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti minimi, l-Anness 1 ma setax jikkostitwixxi, fl-intier tiegħu, rekwiżit minimu.

(556)

Skont Corsica Linea, din il-konklużjoni twassal għas-sejbiet li ġejjin.

(557)

Fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, Corsica Linea tinnota, l-ewwel nett, li dawn ma humiex imsemmijin fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti. Huma koperti biss “l-iskedi ta’ żmien” u “l-frekwenzi tas-servizz”. Barra minn hekk, il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huma ppreżentati biss, fl-Anness 1 tal-PSCs, bħala possibbiltà, li l-implimentazzjoni tagħhom titħalla għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi. Għalhekk, dawk ir-referenzi ma juru l-ebda karatteristika fir-rigward tal-“iskedi ta’ żmien” tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jew “il-frekwenza” tagħhom skont it-tifsira tar-rekwiżit minimu stabbilit fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti. Barra minn hekk, skont Corsica Linea, huwa impossibbli li l-espressjoni minn awtorità kontraneti ta’ possibbiltà li tirriżulta matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt titqies ugwali għal rekwiżit minimu skont it-termini tal-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, jiġifieri ma’ “kundizzjonijiet u karatteristiċi (b’mod partikolari tekniċi, fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe offerta għandha tissodisfa jew ikollha.

(558)

Fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, Corsica Linea tosserva li la l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti u lanqas l-Anness 1 ma jsemmu vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid. Għalhekk, ma jistax jiġi dedott minn dawk id-dispożizzjonijiet li hemm xi karatteristika speċifika dwar vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid b’rabta mal-iskedi ta’ żmien jew mal-frekwenzi, li waħedhom jikkostitwixxu rekwiżit minimu.

(559)

Minħabba li la l-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u lanqas il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma kienu jikkostitwixxu rekwiżit minimu, ir-regoli tal-offerti ma setgħux jirrikjedu l-pussess ta’ flotta għal vjaġġi bir-ritorn bħal dawn li kellhom jiġu assenjati lilhom b’mod speċjali, għall-kuntrarju tal-argumenti ta’ Corsica Ferries. Skont Corsica Linea, żewġ raġunijiet addizzjonali jikkonfermaw dan il-punt.

(560)

L-ewwel nett, skont l-Artikoli 17 u 18 tal-PSCs (il-premessi 285-287), għalkemm huwa f’idejn l-OTC li jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, din l-għażla ma tiġi bl-ebda obbligu ta’ mobilizzazzjoni ta’ bastiment wieħed jew aktar bħala rispons għalihom (210).

(561)

It-tieni, l-aċċettazzjoni, kif tagħmel Corsica Ferries, li l-awtoritajiet kontraenti kienu jkunu jeħtieġu l-pussess ta’ bastiment addizzjonali bħala rispons minnufih għall-possibbiltà ta’ ftit vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jew li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma kienet tagħmel l-ebda sens ekonomiku, minħabba l-ammonti sinifikanti ta’ kumpens addizzjonali li kien ikun neċessarju sabiex jiġu koperti l-kostijiet tal-immobilizzazzjoni tal-bastimenti, li kienu jkunu essenzjalment inattivi.

5.2.2.2.2.   L-offerti ta’ Corsica Linea kienu konformi mar-regoli tal-offerti

(562)

L-ewwel nett, Corsica Linea tosserva li, fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, l-offerti finali tagħha ma għamlu l-ebda bidla fl-Anness 1 jew fl-Artikoli 16 u 17 tal-abbozz tal-PSCs. L-Annessi 1 sottomessi b’appoġġ għall-offerti finali ta’ Corsica Linea għal-Lottijiet 1, 3 u 5 sempliċiment issuġġerew fejn jistgħu jsiru vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, fuq il-bażi tal-għarfien tagħha dwar is-servizzi marittimi.

(563)

It-tieni, fir-rigward tal-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti (passiġġieri u merkanzija), Corsica Linea tqis li l-kapaċità offruta mill-bastimenti li hija allokat lid-diversi lottijiet hija konsistenti mal-kapaċità minima għall-ġarr tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Corsica Linea ssostni wkoll li l-bastimenti kollha tagħha jikkonformaw man-numru minimu ta’ kabini għall-PMM (211).

5.2.2.3.   Id-durata tal-PSCs tikkonforma mad-dritt tal-UE

(564)

Corsica Linea taqbel mal-analiżi preliminari tal-Kummissjoni dwar id-durata ġustifikata tal-PSCs. Hija ssottomettiet żewġ kummenti addizzjonali dwar dan il-punt.

(565)

L-ewwel nett, Corsica Linea tqis li d-durata tal-PSCs hija konsistenti mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-UE. F’dan ir-rigward, Corsica Linea tirreferi għall-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kuntratti pubbliċi ta’ servizz marittimu fil-Kroazja (212) u fin-Norveġja, (213) li għandhom terminu ta’ kważi 10 snin.

(566)

It-tieni, l-eżekuzzjoni tal-PSCs teħtieġ investiment mid-detenturi tal-konċessjoni, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries.

(567)

Corsica Linea tindika li jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizz (bħall-PSCs), li jikkonċernaw l-operat ta’ servizz, u l-kuntratti ta’ konċessjoni għall-kostruzzjoni/modernizzazzjoni tal-infrastruttura, li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tal-infrastruttura u jeħtieġu investiment kbir. Fit-tieni każ, peress li l-ħolqien tal-infrastruttura huwa l-oġġett propju tal-kuntratt, l-investimenti magħmulin mid-detentur tal-konċessjoni jridu jiġu deskritti b’mod preċiż fil-kuntratt ta’ konċessjoni. Dan ma japplikax għall-kuntratti ta’ servizz, f’liema każ huwa d-detentur tal-konċessjoni li jiddeċiedi, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kontraenti, liema investimenti huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-mezzi materjali meħtieġa sabiex jiġi pprovdut is-servizz kif suppost u jiġi żgurat li jitwettaq dejjem ikunu disponibbli.

(568)

Corsica Linea tindika li, f’dan il-każ, il-kandidati kellhom jipprovdu s-servizz billi jużaw il-bastimenti tagħhom stess u jridu jżommu flotta dedikata, ta’ prestazzjoni għolja, matul l-eżekuzzjoni tal-PSCs, filwaqt li jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali applikabbli.

(569)

Corsica Linea tiddeskrivi l-evoluzzjoni tal-qafas legali applikabbli, b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (214) u r-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (215).

(570)

Skont Corsica Linea, id-Direttiva (UE) 2023/959 tipprevedi li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kwoti u r-rekwiżiti taċ-ċediment għall-attivitajiet tat-trasport marittimu japplikaw għal 100 % tal-emissjonijiet mill-bastimenti, fuq il-bażi ta’ skeda ta’ żmien progressiva (40 % mill-2024 u 100 % mill-2026). Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/1805 jipprevedi miżuri sabiex titnaqqas l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-fjuwils użati mis-settur tat-trasport (minn 2 % fl-2025 għal 80 % sal-2050).

(571)

Corsica Linea tispjega li l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli teħtieġ investiment f’bastimenti li jniġġsu anqas sabiex tiġi evitata tassazzjoni għolja. Corsica Linea tistma li l-kost sabiex dawn il-bastimenti jinġiebu f’konformità mal-istandards ambjentali huwa ta’ EUR 12-il miljun. Bl-istess mod, hija ssemmi li għamlet investiment ta’ EUR 145 miljun f’bastiment ġdid tal-gass naturali likwifikat, li huwa mistenni jiġi kkonsenjat fl-2026 u li jista’ jiġi assenjat għall-PSCs.

(572)

Fl-aħħar nett, Corsica Linea tinnota li, sa fejn l-ammont ta’ kumpens huwa kuntrattwalment limitat bil-kontijiet operatorji proviżorji sottomessi fl-offerti u li għandhom forza kuntrattwali sħiħa (l-Anness 9 tal-PSCs), dawn id-deċiżjonijiet ta’ investiment ma għandhom l-ebda effett fuq l-ammont ta’ kumpens. Fil-fehma tagħha, għalhekk huwa neċessarju li d-detenturi tal-konċessjoni jkollhom viżibbiltà fuq id-dħul iġġenerat mill-operat tas-servizzi fuq perjodu twil biżżejjed.

5.2.3.   Il-PSCs ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, jew tal-anqas huma eżentati minn notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI

(573)

Corsica Linea tqis li l-miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, peress li l-erba’ kriterji ta’ Altmark, u b’mod partikolari r-raba’, huma ssodisfati. Fi kwalunkwe każ, il-miżuri jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI u, għalhekk, kienu eżentati mill-obbligu li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

5.2.3.1.   Il-PSCs jissodisfaw ir-raba’ kriterju ta’ Altmark

(574)

Għall-kuntrarju tal-analiżi preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, Corsica Linea tqis li kien hemm tabilħaqq pressjoni kompetittiva ġenwina fil-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSCs, li għamlitha possibbli li tintgħażel l-offerta li kienet l-aktar ekonomikament vantaġġuża għall-komunità.

(575)

L-ewwel nett, Corsica Linea tindika li l-ebda operatur marittimu Franċiż jew barrani, għajr Corsica Ferries, Corsica Linea u La Méridionale, ma esprima xi interess fis-suq ta’ Korsika, jew billi wieġeb għad-diversi sejħiet għall-offerti jew għall-konsultazzjonijiet pubbliċi mnedijin minn Franza, jew billi jopera rotot skont l-iskema ta’ OSP.

(576)

It-tieni, Corsica Linea tinnota li, fir-rigward tal-PSC għas-servizz marittimu lejn Propriano, li għalih Corsica Linea kienet uriet li tinsab f’kompetizzjoni ma’ La Méridionale, ġiet osservata kompetizzjoni suffiċjenti għall-awtorità reġjonali sabiex tintgħażel l-aktar offerta ekonomika vantaġġuża. Fir-rigward tal-lottijiet l-oħrajn mogħtijin lil Corsica Linea (Bastia, L’Île-Rousse u Ajaccio), in-nuqqas ta’ offerta ta’ kompetizzjoni, fil-prinċipju, ma jeskludix kompletament l-eżistenza ta’ pressjoni kompetittiva suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat bħala ssodisfat ir-raba’ kriterju ta’ Altmark (216).

(577)

It-tielet, skont Corsica Linea, kien hemm pressjoni kompetittiva sinifikanti peress li kien magħruf b’mod komuni li tliet operaturi x’aktarx li japplikaw għall-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni għall-PSCs (Corsica Linea, La Méridionale u Corsica Ferries).

(578)

Ir-raba’, il-proċedura ta’ negozjar immexxija mill-OTC u mis-CdC wasslet għal tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta’ kumpens mitlub bejn l-offerti inizjali u finali ta’ Corsica Linea, għal-lottijiet li għalihom intgħażlet bħala l-offerent rebbieħ, u b’hekk uriet l-eżistenza ta’ setgħa ta’ negozjar ġenwina min-naħa tal-awtoritajiet Franċiżi.

(579)

Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe każ, għalkemm ġiet riċevuta biss offerta finali waħda għal uħud mil-lottijiet, l-awtoritajiet Franċiżi ma kellhom l-ebda obbligu li jaċċettawhom jekk tqiesu għaljin wisq.

5.2.3.2.   Fi kwalunkwe każ, il-PSCs jikkonformaw mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI

(580)

Corsica Linea tqis li l-miżuri inkwistjoni jissodisfaw il-kriterji kollha tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, għall-kuntrarju ta’ dak li tiddikjara l-Kummissjoni fil-premessi 395 sa 398 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Hija temmen li (i) id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tapplika għal dan il-każ; (ii) ċerti rotot marittimi ma jaqbżux il-limitu tal-eżenzjoni min-notifika; u (iii) il-PSCs jikkonformaw mal-kriterji l-oħrajn kollha tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

5.2.3.2.1.   Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tapplika għal servizzi kombinati (merkanzija/passiġġieri)

(581)

Corsica Linea tikkontesta l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tapplika biss għat-trasport marittimu tal-passiġġieri minħabba, b’mod partikolari, id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tistabbilixxi limitu biss f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati.

(582)

Skont Corsica Linea, l-interpretazzjoni proposta mill-Kummissjoni hija b’mod ċar kuntrarja għall-formulazzjoni tat-test innifsu u għall-iskop tiegħu, kif iċċarat mill-premessa 24 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI. Minn dik il-premessa jirriżulta li t-trasport marittimu kollu (inkluż it-trasport tal-merkanzija) jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI. Li kieku kellha tiġi aċċettata l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni, l-ebda servizz marittimu tal-merkanzija ma jista’ jibbenefika mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI, li jmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali.

(583)

F’dak ir-rigward Corsica Linea tinnota li l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tippermetti li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tiġi applikata għal servizzi kombinati li għalihom il-limitu tat-traffiku tal-passiġġieri stabbilit fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI ma nqabiżx (217).

(584)

Barra minn hekk, Corsica Linea tqis li r-referenza fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI għal limitu uniku f’termini ta’ passiġġieri hija ġġustifikata mis-sempliċi fatt li t-traffiku tal-passiġġieri huwa xejn aktar minn indikatur ġenerali tal-importanza ekonomika ta’ rotta partikolari. Fil-fehma ta’ Corsica Linea, diffiċli li wieħed jimmaġina li fuq l-istess rotta jistgħu jitwettqu volumi ta’ merkanzija li ma humiex proporzjonati mat-traffiku tal-passiġġieri.

5.2.3.2.2.   Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI huma ssodisfati

(585)

Corsica Linea tqis li l-PSCs jikkonformaw mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI: hija tindika li tabilħaqq hemm inkarigu f’dan il-każ, li fih ir-rekwiżiti kollha imposti minn dak l-Artikolu, kif tinnota l-Kummissjoni fil-premessa 275 u dawk segwenti tad-deċiżjoni tal-ftuħ (218).

(586)

Corsica Linea tqis ukoll li l-PSCs jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, fid-dawl tal-fatt li l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens u għall-verifika li ma hemm l-ebda kumpens żejjed huma stabbiliti fil-PSCs, kif innotat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 345 sa 377).

(587)

Fl-aħħar nett, Corsica Linea tqis li l-PSCs jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, billi l-awtoritajiet Franċiżi ppubblikaw fuq il-pjattaforma tat-TED (li telenka l-kuntratti u l-konċessjonijiet kollha fl-Istati Membri li jaqbżu l-limiti li jeħtieġu pubblikazzjoni fil-livell tal-UE) avviż tal-għoti ta’ konċessjoni b’rabta mal-PSCs, li kien fih l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI (219).

5.3.   Kummenti minn La Méridionale

(588)

La Méridionale l-ewwel issostni fil-kummenti tagħha li l-PSCs ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fi kwalunkwe każ, il-PSCs jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI u huma eżentati minn kwalunkwe notifika minn qabel lill-Kummissjoni. Bħala minimu assolut, il-PSCs jikkonformaw mal-Qafas tal-SGEI (220).

5.3.1.   Il-PSCs ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat

(589)

La Méridionale tqis li l-PSCs ma taw l-ebda vantaġġ, peress li jikkonformaw mal-kriterji kollha ta’ Altmark, inklużi l-ewwel u r-raba’ kriterji.

5.3.1.1.   Il-PSCs jikkonformaw mal-ewwel kriterju ta’ Altmark

(590)

La Méridionale tqis li l-ambitu tal-PSCs jissodisfa ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Hija tiddikjara li l-awtoritajiet Franċiżi identifikaw b’mod korrett (i) id-domanda mill-utenti għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata (ii) u falliment tas-suq. Fl-aħħar nett, hija kienet tal-fehma li Franza kienet iddefiniet il-PSCs b’mod proporzjonat għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku (iii).

5.3.1.1.1.   Franza identifikat id-domanda tal-utenti b’mod korrett

(591)

La Méridionale tqis li Franza identifikat b’mod korrett id-domanda mill-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Dan huwa partikolarment il-każ għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata, li fuqha La Méridionale għamlet numru ta’ kummenti.

(592)

La Méridionale tiddikjara li hija kkummissjonat żewġ analiżijiet ekonomiċi mwettqin minn Deloitte (ir-“rapport ta’ Deloitte”), b’mod partikolari fir-rigward (i) tan-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata. La Méridionale ssostni li r-rapport ta’ Deloitte jikkonferma l-analiżijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, li skont dawn is-sostitwibbiltà bejn il-port ta’ Marsilja u l-port ta’ Toulon hija baxxa ħafna għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata.

(593)

L-ewwel nett, mill-perspettiva kwalitattiva, l-evidenza miġbura turi li t-trasportaturi tal-merkanzija li jixtiequ jimminimizzaw il-kostijiet tagħhom ma jqisux lil Toulon bħala alternattiva għal Marsilja għar-raġunijiet li ġejjin:

il-port ta’ Marsilja jinsab f’pożizzjoni strateġika fil-bokka tal-wied ta’ Rhône, qrib il-ħafna bażijiet loġistiċi mifruxin madwar il-wied;

dan joffri lill-operaturi network multimodali u jinsab f’salib it-toroq ta’ żewġ kurituri ewlenin Ewropej tal-merkanzija (l-assi tal-Mediterran u l-assi tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran);

Marsilja għandha żona ta’ klijentela li tkopri l-kwart kollu tax-Xlokk ta’ Franza, (221) filwaqt li l-port ta’ Toulon huwa ħafna aktar lokali, u jinkludi biss tliet parks kummerċjali (222);

oġġetti perikolużi ma jistgħux jiġu ttrasportati lejn Toulon minħabba li huma pprojbiti fil-port minħabba l-qrubija tiegħu għal faċilitajiet militari.

(594)

It-tieni, mill-perspettiva kwantitattiva, La Méridionale tindika li r-rapport ta’ Deloitte jikkonferma s-sostitwibbiltà baxxa ħafna tal-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon għall-merkanzija rmunkata. Ir-rapport ta’ Deloitte stima li anqas minn 20 % tat-trasportaturi tal-merkanzija jagħżlu l-port ta’ Toulon minflok il-port ta’ Marsilja f’każ ta’ żieda ta’ 5-10 % fil-prezz f’Marsilja.

(595)

Sabiex wasal għal din il-konklużjoni, ir-rapport ta’ Deloitte l-ewwel uża żewġ bażijiet tad-data, jiġifieri (i) il-bażi tad-data pubblika li telenka ż-żoni loġistiċi kkonċentrati (223) u ż-żoni loġistiċi estiżi (224) fi Franza fl-2015, (225) u (ii) bażi tad-data pprovduta minn La Méridionale li telenka l-imħażen fi Franza kontinentali tat-trasportaturi tal-merkanzija rmunkata li kienu klijenti tagħha fl-2021. Wara l-lokalizzazzjoni tad-diversi mħażen fuq il-bażi ta’ dawk il-bażijiet tad-data, imbagħad ir-rapport ta’ Deloitte ddetermina l-kost totali tat-trasport tal-merkanzija lejn Korsika, bl-użu ta’ noll marittimu ta’ EUR 35/LM għall-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja, u kost tas-sewqan fit-triq ta’ EUR 1,13 għal kull kilometru (226).

(596)

Skont ir-rapport ta’ Deloitte, ir-riżultati juru li fil-każ ta’ żieda fil-prezz ta’ 10 % ta’ qsim mill-port ta’ Marsilja, xorta jkun ekonomikament razzjonali għall-maġġoranza l-kbira tat-trasportaturi tal-merkanzija li jkomplu jgħaddu mill-port ta’ Marsilja. Bħala medja, 4,7 % biss tat-trasportaturi tal-merkanzija jibbenefikaw mill-bidla għall-port ta’ Toulon. Ir-rapport ta’ Deloitte jikkonkludi li l-istima tad-domanda kaptiva ta’ 80 % għall-merkanzija rmunkata f’Marsilja kienet konservattiva.

5.3.1.1.2.   Franza analizzat b’mod korrett il-falliment tas-suq

5.3.1.1.2.1.   Il-provvista privata ta’ Corsica Ferries fin-nuqqas tal-PSCs ma hijiex kredibbli

(597)

La Méridionale tqis li l-awtoritajiet Franċiżi analizzaw b’mod korrett il-falliment tas-suq li jikkaratterizza l-eżistenza ta’ ħtieġa għal servizz pubbliku tat-trasport marittimu bejn Korsika u l-port ta’ Marsilja.

(598)

F’dak ir-rigward, hija tindika li l-offerta ta’ Corsica Ferries sottomessa matul il-konsultazzjoni mal-operaturi ma setgħetx titqies kredibbli, peress li l-kapaċità li kieku tiskjera Corsica Ferries fin-nuqqas tal-PSCs kienet tkun inkonsistenti mal-kapaċità tal-port ta’ Toulon. Skont ir-rapport ta’ Deloitte, il-kapaċità ddikjarata minn Corsica Ferries fin-nuqqas ta’ PSC (227) kienet ibbażata fuq rata ta’ okkupazzjoni ta’ 539 % fil-port ta’ Toulon fil-perjodu 2023-2028, (228) jiġifieri volum tal-merkanzija ta’ aktar minn ħames darbiet il-kapaċità kurrenti tal-port.

5.3.1.1.2.2.   It-tnedija tar-rotta Toulon-L’Île-Rousse minn La Méridionale fl-2024 taħt l-iskema ta’ OSP ma titfax dubju fuq l-eżistenza ta’ falliment tas-suq

(599)

La Méridionale tiddikjara li hija fetħet rotta ġdida, mill-2024, bejn Toll u Livorno (l-Italja), b’waqfa f’L’Île-Rousse. Madankollu, hija tindika li din l-inizjattiva bl-ebda mod ma taffettwa l-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi dwar l-eżistenza ta’ nuqqas fis-suq li jiġġustifika l-konklużjoni tal-PSCs.

(600)

La Méridionale ttenni li, skont l-iskema ta’ OSP applikabbli bejn Korsika u Franza kontinentali, hija libera li toffri servizzi ġodda barra mill-PSCs. F’dan ir-rigward, hija tindika li l-bidla fil-parteċipazzjoni azzjonarja u fil-ġestjoni tagħha minn Ġunju 2023 wasslet sabiex din tfassal strateġija kummerċjali ġdida, bi ftuħ għal rotot internazzjonali. Ir-rotta l-ġdida lejn l-Italja tissodisfa dan l-objettiv b’mod dirett.

(601)

L-ewwel nett, La Méridionale tiddikjara li din ir-rotta tinvolvi t-trasport tal-passiġġieri biss, u hija primarjament immirata lejn it-turisti. Għalhekk, ma tinvolvix it-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri mediċi.

(602)

It-tieni, La Méridionale tiddikjara li l-kontijiet operatorji tar-rotta Toulon-L’Île-Rousse u tal-bastiment Kalliste assenjat għaliha jinżammu separatament minn dawk tar-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Porto-Vecchio operati fil-qafas tal-PSCs, u b’hekk jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda sussidju inkroċjat fir-rigward tal-kostijiet tad-deprezzament u tal-operat tal-bastimenti.

(603)

F’dak ir-rigward, La Méridionale tirrifjuta l-kritika ta’ Corsica Ferries stabbilita fil-premessa 216 tad-deċiżjoni tal-ftuħ relatata mal-użu tal-bastiment Kalliste minn Corsica Linea, li setgħet impedixxiet lil La Méridionale milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-PSCs.

(604)

La Méridionale tispjega li, għalkemm Kalliste tabilħaqq kien jintuża minn Corsica Linea f’Lulju u f’Awwissu 2023, dan kien bi tweġiba għas-sitwazzjoni eċċezzjonali ta’ nirien fuq wieħed mill-bastimenti ta’ Corsica Linea (Monte d’Oro), li żammewh barra mis-servizz għal diversi xhur, u wara dan Corsica Linea talbet b’mod espliċitu lil La Méridionale jekk hija tistax tinnoleġġa lil Kalliste sabiex jopera r-rotot tagħha fuq bażi temporanja.

(605)

Barra minn hekk, La Méridionale tiddikjara li, għalkemm fl-Anness 2 tal-PSCs (programm ta’ servizz), Kalliste huwa tabilħaqq assenjat għal-Lott 3 (Marsilja-Porto-Vecchio) u li l-kontijiet operatorji proviżorji (l-Anness 9 tal-PSCs) huma bbażati fuq dan, huwa possibbli li jiġi assenjat għal rotot oħrajn permezz tal-mekkaniżmu ta’ sostituzzjoni tal-bastimenti previst fl-Artikolu 20 tal-PSCs jew li jiġi deċiż mill-awtoritajiet Franċiżi li jitwettaq vjaġġ bir-ritorn addizzjonali.

5.3.1.1.3.   L-awtoritajiet Franċiżi ddefinew obbligi proporzjonati ta’ servizz pubbliku

5.3.1.1.3.1.   L-obbligi minimi tal-kapaċità ta’ ġarr tal-merkanzija huma proporzjonati għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata

(606)

La Méridionale tikkontesta l-pożizzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-kapaċitajiet minimi ta’ ġarr tal-merkanzija ġew stabbiliti fil-PSCs b’tali mod li s-servizz pubbliku jista’ fi kwalunkwe ħin jlaħħaq mal-livell massimu osservat ta’ domanda fid-data storika.

(607)

La Méridionale tispjega li l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew il-kapaċità minima meħtieġa għat-traffiku tal-merkanzija fuq il-bażi tal-medja għal kull qsim f’Lulju 2030, li hija ogħla mill-medja għal kull qsim fix-xhur l-oħrajn tal-2030. Minħabba d-differenzi fit-traffiku skont il-jum tal-ġimgħa u x-xahar, din il-medja ta’ kull xahar ma tippermettix li jiġi ssodisfat il-livell massimu osservat ta’ domanda f’kull ħin. Skont La Méridionale, il-medja ta’ kull xahar f’Lulju 2030, kif ukoll il-medji ta’ kull xahar l-oħrajn, tinkludi l-qsim fejn id-domanda tisboq il-kapaċitajiet minimi magħżulin.

(608)

F’dan ir-rigward, La Méridionale tenfasizza li l-analiżi tal-volumi tal-merkanzija fuq il-bastimenti fl-2021 u fl-2022 fuq ir-rotot moqdijin minn La Méridionale turi li l-kapaċitajiet minimi stabbiliti fil-PSCs għat-trasport tal-merkanzija ma humiex eċċessivi peress li nqabżu fuq proporzjon sinifikanti ta’ qsim (229). L-analiżijiet skont ix-xahar u l-jum juru li l-kapaċitajiet minimi nqabżu b’mod regolari kull xahar tas-sena u kull jum tal-ġimgħa fl-2021 u fl-2022. Għalhekk, il-kapaċitajiet fil-PSCs ma jistgħux jitqiesu sproporzjonati.

(609)

Fl-aħħar nett, La Méridionale tispjega li l-istabbiliment tal-kapaċitajiet minimi fil-livell stmat għal Lulju 2030 huwa konsistenti mar-restrizzjonijiet li jiffaċċjaw il-kumpaniji fil-ġestjoni tal-flotta tagħhom. Għalhekk, ma kienx fattibbli li jiġu stabbiliti kapaċitajiet minimi fuq bażi ta’ xahar b’xahar jew saħansitra fuq bażi annwali, minħabba r-restrizzjonijiet ekonomiċi tal-ġestjoni tal-flotta u l-perjodi ta’ deprezzament għall-bastimenti. La Méridionale tispjega li, minħabba l-valur tal-bastimenti, huwa diffiċli għall-operaturi li jbiddlu l-bastimenti matul il-kuntratt, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak operazzjonali. B’kuntrast ma’ dan, l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-PSCs jippermettu t-tqegħid fis-servizz ta’ bastimenti li jistgħu jipprovdu s-servizz pubbliku għad-durata kollha tal-PSCs u l-ġestjoni tal-livelli massimi.

5.3.1.1.3.2.   L-obbligi minimi ta’ kapaċità għan-numru ta’ sewwieqa li jinġarru għal kull qsim huma proporzjonati għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(610)

La Méridionale targumenta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Corsica Ferries fl-ilment tagħha, il-kapaċità minima ta’ ġarr tas-sewwieqa stabbilita fil-PSCs ma hijiex sproporzjonata.

(611)

Fuq il-bażi tad-data sottomessa minn La Méridionale, ir-rapport ta’ Deloitte vvaluta n-numru reali ta’ sewwieqa li akkumpanjaw il-prodotti tagħhom fuq il-bastimenti La Méridionale fl-2021 u fl-2022. Ir-rapport jistabbilixxi li l-kapaċitajiet minimi stabbiliti fil-PSCs għan-numru ta’ sewwieqa ma humiex eċċessivi peress li diġà nqabżu jew intlaħqu fuq proporzjon sinifikanti ta’ qsim fl-2021 u fl-2022 (230).

5.3.1.2.   Il-PSCs jikkonformaw mar-raba’ kriterju ta’ Altmark

(612)

L-ewwel nett, skont La Méridionale, il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratti ma affettwawx il-kapaċità ta’ Franza li tagħżel il-kandidat li kapaċi jipprovdi s-servizz bl-anqas kost għall-komunità. La Méridionale tqis li, fuq ir-rotot ta’ Porto-Vecchio (Lott 3) u Propriano (Lott 4), Corsica Linea u La Méridionale ssottomettew offerti f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Fiż-żewġ każijiet, l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw l-anqas offerta.

(613)

It-tieni, La Méridionale tiddikjara li tliet kumpaniji tat-tbaħħir (Corsica Ferries, Corsica Linea u La Méridionale) wieġbu għall-konsultazzjoni mal-operaturi u, b’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ kandidati (tnejn) kien konsistenti man-numru ta’ tweġibiet għall-konsultazzjoni mal-operaturi. Barra minn hekk, il-fatt li ma kien hemm l-ebda kumpanija oħra tat-tbaħħir li applikat għandu t-tendenza li jikkonferma n-nuqqas ta’ rieda tas-suq għal rotot b’livell baxx ta’ profittabilità bħal dawk lejn Korsika.

5.3.2.   Il-PSCs huma kompatibbli mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI

5.3.2.1.   Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tapplika għall-PSCs

(614)

La Méridionale tikkontesta l-fehma preliminari tal-Kummissjoni li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI hija applikabbli biss għar-rotot tat-trasport tal-passiġġieri, minbarra kwalunkwe servizz ieħor tat-trasport marittimu (b’mod partikolari l-merkanzija). L-ewwel nett, hija tqis li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI ma tispeċifikax li ma hijiex applikabbli għas-servizzi kombinati, u li l-Kummissjoni ma tistax tagħmel interpretazzjoni restrittiva bħal din; it-tieni, u fi kwalunkwe każ, hija tqis li interpretazzjoni bħal din hija konsistenti mal-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (231).

5.3.2.2.   Il-PSCs jikkonformaw mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI

(615)

La Méridionale tqis li l-PSCs jikkonformaw mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI: hija tindika li tabilħaqq hemm inkarigu f’dan il-każ, li fih ir-rekwiżiti kollha imposti minn dak l-Artikolu, kif tinnota l-Kummissjoni fil-premessa 275 u dawk segwenti tad-deċiżjoni tal-ftuħ (232). Hija tindika wkoll li d-durata tal-PSCs hija ta’ anqas minn 10 snin, f’konformità mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

(616)

Corsica Linea tqis ukoll li l-PSCs jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, fid-dawl tal-fatt li l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens u għall-verifika li ma hemm l-ebda kumpens żejjed huma stabbiliti fil-PSCs, kif innotat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 345 sa 377).

(617)

Fl-aħħar nett, Corsica Linea temmen li l-PSCs jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, billi l-awtoritajiet Franċiżi ppubblikaw l-informazzjoni kollha meħtieġa minn dak l-Artikolu.

5.3.3.   Il-PSCs huma kompatibbli mal-Qafas tal-SGEI

(618)

La Méridionale tqis li, fi kwalunkwe każ, il-miżuri huma kompatibbli mal-Qafas tal-SGEI. Hija ssottomettiet kummenti fuq żewġ punti: id-durata tal-inkarigu u l-konformità tal-PSCs mal-liġi tal-UE dwar il-konċessjonijiet.

5.3.3.1.   Id-durata tal-PSCs tikkonforma mal-Qafas tal-SGEI

(619)

La Méridionale tqis li d-durata ta’ 7 snin tal-PSCs huwa konsistenti mal-istandards stabbiliti mid-dritt tal-UE. La Méridionale tqis li dan il-perjodu huwa raġonevoli u ġġustifikat fid-dawl tal-investimenti magħmulin jew li għandhom isiru sabiex jiġu rrilaxxati l-PSCs, b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet ta’ deprezzament għall-bastimenti mmobilizzati, u l-kostijiet relatati ma’ tagħmir addizzjonali jew konformità mar-rekwiżiti ambjentali. F’dan ir-rigward, jirreferi għall-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kuntratti pubbliċi ta’ servizz marittimu fl-Italja (233) u fin-Norveġja (234) b’termini ta’ kważi 10 snin jew aktar.

5.3.3.2.   Il-PSCs jikkonformaw mal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku

5.3.3.2.1.   Iż-żmien li għadda bejn id-data tal-aġġudikazzjoni tal-PSCs u d-data tal-bidu tas-servizzi ma kellu l-ebda effett ta’ esklużjoni

(620)

La Méridionale tqis li l-perjodu qasir bejn id-data tal-aġġudikazzjoni tal-PSCs u d-data tal-bidu tas-servizzi ma qajjem l-ebda diffikultà skont il-liġi tal-UE dwar il-konċessjonijiet.

(621)

L-ewwel nett, hija tqis li ċ-ċirkostanzi huma differenti minn dawk imsemmija fis-sentenza SNCM II , li l-Kummissjoni ssemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. Fil-fatt, skont La Méridionale, is-sejħa pubblika għall-offerti ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-6 ta’ Mejju 2022 indikat lill-kandidati potenzjali li s-servizzi previsti fil-PSCs kellhom jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023. Għalhekk, kandidati potenzjali ġew infurmati 8 xhur qabel id-data tal-bidu tas-servizzi inkwistjoni. Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tal-PSCs fl-1 ta’ Jannar 2023 kien tħabbar ukoll meta tnediet il-konsultazzjoni mal-operaturi mill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Jannar 2022, li Corsica Ferries wieġbet għaliha, jiġifieri kważi sena qabel.

(622)

It-tieni, La Méridionale tindika li r-regoli tal-offerti ppubblikati fis-6 ta’ Mejju 2022 ħabbru li l-kandidati kienu meħtieġa jissottomettu l-applikazzjonijiet u l-offerti tagħhom sal-25 ta’ Lulju 2022 u li kwalunkwe laqgħa ta’ negozjar kienet se tibda b’mod proviżorju f’Awwissu 2022. Għalhekk, minħabba l-iskadenzi li ma setgħux jinbidlu fin-negozjar u fl-aġġudukazzjoni ta’ kuntratti tant kumplessi bħalma huma l-PSCs, l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati ġew infurmati mill-bidu li perjodu ta’ madwar xahrejn jew 3 xhur, bejn il-ħarifa tal-2022 u l-1 ta’ Jannar 2023, kien jissepara l-aġġudikazzjoni tal-PSCs mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Perjodu bħal dan kien biżżejjed sabiex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi interessati kollha joħorġu l-flotta tagħhom mis-servizz u jerġgħu jiskjerawha.

(623)

F’dak ir-rigward, La Méridionale ssostni li l-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries li l-prenotazzjonijiet fil-qasam tat-trasport marittimu jridu jinfetħu tal-anqas 6 xhur minn qabel huma bla bażi. Din tiddikjara li, fit-trasport tal-merkanzija (li huwa l-iskop ewlieni tal-PSCs), il-prenotazzjonijiet fil-prattika jsiru ftit jiem minn qabel, filwaqt li s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri kellhom jibdew fl-istaġun il-kwiet, b’anqas traffiku (l-1 ta’ Jannar).

(624)

It-tielet, peress li l-awtoritajiet Franċiżi kienu jafu, mal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti (il-25 ta’ Lulju 2022), li huma biss Corsica Linea u La Méridionale li kienu applikaw għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt, huma setgħu, mingħajr ma jiksru d-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, jiddeċiedu li jestendu d-durata tan-negozjati u jqassru l-perjodu bejn id-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs u d-data li fiha daħlu fis-seħħ. Peress li Corsica Ferries ma għamlet l-ebda offerta għall-PSCs għal raġunijiet relatati ma’ nuqqas ta’ ċarezza fir-rekwiżiti tekniċi (u mhux minħabba l-perjodu qasir ta’ żmien bejn l-aġġudikazzjoni u d-dħul fis-seħħ), id-durata reali tal-fażi tan-negozjar ma setgħetx tikkostitwixxi ksur tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

5.3.3.2.2.   L-ambitu tar-rekwiżiti minimi ma kienx jinkludi vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali

(625)

La Méridionale ttenni li r-rekwiżiti minimi skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet ġew stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti. Għalhekk, skont La Méridionale, għalkemm kien neċessarju li ssir referenza għall-Anness 1 tal-PSCs sabiex jinftiehem l-ambitu preċiż ta’ xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti minimi, l-Anness 1 ma kienx jikkostitwixxi, fl-intier tiegħu, rekwiżit minimu.

(626)

Skont La Méridionale, dik il-konklużjoni twassal għas-sejbiet li ġejjin.

(627)

Fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, La Méridionale l-ewwel tinnota li dawn ma humiex imsemmija fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti. Huma koperti biss “l-iskedi ta’ żmien” u “l-frekwenzi tas-servizz”. Barra minn hekk, il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huma ppreżentati biss, fl-Anness 1 tal-PSCs, bħala possibbiltà, li l-implimentazzjoni tagħhom titħalla għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi. Għalhekk, dawk ir-referenzi ma jiddivulgaw l-ebda karatteristika tal-“iskedi ta’ żmien” tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jew tal-“frekwenza” tagħhom skont it-tifsira tar-rekwiżit minimu strettament stabbilit fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti.

(628)

Fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, La Méridionale tosserva li la l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti u lanqas l-Anness 1 ma jsemmuhom.

(629)

Skont La Méridionale, minn dan isegwi li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali ma kinux parti mill-karatteristiċi minimi tal-PSCs.

5.3.3.2.3.   Il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali jikkonformaw mal-prinċipji tat-trattament ugwali, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trasparenza

(630)

Fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, La Méridionale tindika li ma humiex vjaġġi bir-ritorn addizzjonali li jiżdiedu man-numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn fis-sena. L-uniku skop ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn huwa li jiġi ottimizzat it-traffiku b’mod limitat u ad hoc. Fuq kollox, La Méridionale ssostni li dawn il-vjaġġi bir-ritorn jitħallew għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, soġġetta għall-konformità mal-Artikolu 17 tal-PSCs. Fl-aħħar nett, La Méridionale tinnota li vjaġġ bir-ritorn jiġi pospost mill-kumitat tekniku stabbilit għal dak l-għan, sabiex jiġi skedat mill-ġdid għal data li tindirizza kemm il-ħtiġijiet reali tas-servizz pubbliku kif ukoll ir-restrizzjonijiet tal-operatur.

(631)

Fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, La Méridionale targumenta li vjaġġi bir-ritorn bħal dawn huma wkoll għażla fid-diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti, f’każ ta’ domanda massima għat-trasport marittimu tal-merkanzija li l-vjaġġi bir-ritorn skedati ma jistgħux jassorbu. Skont La Méridionale, dan huwa strument flessibbli fil-PSCs sabiex is-servizz pubbliku jkun jista’ jiġi adattat għad-domanda reali tal-utenti tiegħu fuq perjodu ta’ 7 sa 8 snin. Barra minn hekk, in-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huwa strettament limitat u l-implimentazzjoni tagħhom hija rregolata bl-Artikolu 18 tal-PSCs, li baqa’ l-istess fi tmiem il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs.

(632)

Ma kien hemm l-ebda evidenza għal Corsica Ferries sabiex tissupponi li l-operatur kellu bżonn iżomm b’mod permanenti fuq modalità stennija bastimenti ta’ riżerva li jistgħu jiġu mmobilizzati fi kwalunkwe ħin sabiex iwettqu vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jew li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid. F’dan ir-rigward, La Méridionale tindika li l-Anness 1 tal-PSCs tal-2021-2022 (li għalihom kienet applikat Corsica Ferries) diġà kien jipprevedi dan il-mekkaniżmu ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, kważi bl-istess termini, fuq ir-rotot ta’ Ajaccio, ta’ Bastia u ta’ L’Île-Rousse. Madankollu, skont dawk il-kuntratti, il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali qatt ma ġew implimentati skont il-kundizzjonijiet allegati minn Corsica Ferries (jiġifieri billi ntalbu diversi bastimenti simultanjament). Għalhekk, Corsica Ferries bilfors li kienet taf li bastimenti ta’ riżerva fuq modalità stennija permanenti ma kienu jagħmlu l-ebda sens ekonomiku jew operazzjonali.

5.3.3.2.4.   L-offerti ta’ La Méridionale kienu konformi mar-regoli tal-offerti

(633)

L-ewwel nett, La Méridionale tosserva li, fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, l-offerti finali tagħha ma għamlu l-ebda bidla fl-Anness 1 jew fl-Artikoli 16 u 17 tal-abbozz tal-PSCs. L-Anness 1 sottomess b’appoġġ għall-offerta finali ta’ La Méridionale għal-Lott 1 sempliċiment ippreżenta suġġeriment għall-pożizzjonament ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, fuq il-bażi tal-għarfien tagħha dwar is-servizzi marittimi.

(634)

It-tieni, fir-rigward tal-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti (passiġġieri u merkanzija), La Méridionale tqis li l-kapaċitajiet offruti mill-bastimenti li hija allokat għad-diversi lottijiet jikkonformaw mal-kapaċitajiet minimi għall-ġarr tal-merkanzija u tal-passiġġieri. La Méridionale ssostni wkoll li l-bastimenti kollha tagħha jikkonformaw man-numru minimu ta’ kabini għall-PMM.

5.4.   Kummenti mill-Grupp Stef

(635)

Stef u s-sussidjarji tagħha (flimkien jiffurmaw il-Grupp STEF) huma prinċipalment attivi fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq b’temperatura kkontrollata, tas-servizzi loġistiċi friski u kesħin, u tal-imballaġġ industrijali tal-prodotti agroalimentari.

(636)

Fil-kummenti tagħha, il-Grupp Stef jispjega li Stef kienet l-uniku azzjonist ta’ La Méridionale bejn l-2009 u l-31 ta’ Mejju 2023, meta Stef biegħet lil La Méridionale lil CMA CGM. Għalhekk, Stef kienet l-uniku azzjonist ta’ La Méridionale meta tnejn mill-miżuri inkwistjoni ġew aġġudikati minn Franza lil La Méridionale.

(637)

Fil-kummenti tagħha, il-Grupp Stef itenni bis-sħiħ il-kontenut tal-kummenti sottomessi minn La Méridionale. Il-Grupp Stef ma jissottometti l-ebda fatt jew argument minbarra dawk diġà sottomessi minn La Méridionale. Għalhekk, il-kummenti tal-Grupp Stef jenħtieġ li jinftiehmu bħala identiċi għal dawk ta’ La Méridionale, diġà ppreżentati fit-Taqsima 5.3.

6.   KUMMENTI MINN FRANZA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(638)

L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar il-kummenti ta’ Corsica Ferries b’ittri tal-25 ta’ Ġunju u tal-11 ta’ Lulju 2024. Il-kummenti jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku u l-konformità mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

6.1.   Kummenti dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku

6.1.1.   Il-konsultazzjonijiet pubbliċi ma kinux preġudikati

(639)

Bħala punt preliminari, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-metodu użat għad-definizzjoni tas-servizz pubbliku jeħtieġ li jkun konformi mal-prinċipji tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ (235) u l-komunikazzjoni interpretattiva tiegħu tal-2014 (“il-komunikazzjoni interpretattiva”) (236). Huma jżidu li l-kriterji tat-“test tal-SNCM” kif stabbiliti mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi SNCM I u SNCM II (237) ġew ikkunsidrati wkoll.

(640)

Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 399 sa 403), l-awtoritajiet Franċiżi josservaw li l-konsultazzjoni mal-utenti ma kinitx ivvizzjata minn xi preġudizzju. Huma jindikaw li dik il-konsultazzjoni ġiet ippubblikata b’mod wiesa’ fost il-pubbliku ġenerali. Huma jindikaw ukoll li r-riżultati tal-konsultazzjoni juru, pereżempju, li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma totalment sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri (residenti u mhux residenti ta’ Korsika), kif issostni Corsica Ferries. Fi kwalunkwe każ, huma jindikaw li l-konsultazzjoni mal-operaturi kienet waħda minn numru ta’ metodi għall-identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti.

(641)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 455 sa 468), u lanqas ma kien hemm xi preġudizzju metodoloġiku fil-konsultazzjoni mal-operaturi. Franza tindika li din il-konsultazzjoni ġiet ippubblikata wkoll b’mod wiesa’ u kienet miftuħa għall-operaturi interessati kollha. L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li t-tweġiba ta’ Corsica Ferries ġiet analizzata fid-dettall sabiex jiġi żgurat li kienet robusta u rilevanti. Fir-rigward tal-kritika ta’ Corsica Ferries dwar in-nuqqas ta’ definizzjoni tal-kontinwità territorjali, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-file tal-offerti tal-operatur kien fih dokument ta’ sostenn li jiddeskrivi l-organizzazzjoni regolatorja tat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li rriproduċa bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni Franċiża dwar il-kontinwità territorjali.

6.1.2.   Franza identifikat b’mod korrett id-domanda kwalitattiva tal-utenti

6.1.2.1.   Franza identifikat b’mod korrett id-domanda kwalitattiva mill-passiġġieri mediċi

(642)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jirrifjutaw l-argument ta’ Corsica Ferries li hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku biss għall-passiġġieri mediċi eliġibbli għar-rimborż mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa. Huma jindikaw li r-rapport ta’ Gecodia juri b’mod ċar li xi passiġġieri mediċi jużaw speċifikament it-trasport marittimu u li hemm rabta speċifika mal-port ta’ Marsilja.

(643)

L-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu wkoll l-argument ta’ Corsica Ferries li ma hemm l-ebda restrizzjoni legali jew regolatorja li tagħmel ir-rimborż tal-kostijiet tat-trasport dipendenti fuq id-distanza bejn il-port tal-wasla u ċ-ċentru tal-kura tas-saħħa. Huma jindikaw li r-rimborż isir fuq il-bażi tal-iqsar rotta mill-port ta’ Marsilja għall-faċilità tal-kura tas-saħħa, f’konformità mal-Artikolu R. 322-10-5 tas-CSS.

(644)

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-kundizzjonijiet tat-trasport fuq l-art għall-passiġġieri mediċi ma humiex l-istess f’Marsilja u f’Toulon. Franza tindika li l-passiġġieri mediċi jiġu ttrasportati għall-finijiet ta’ dħul l-isptar u tal-konsultazzjonijiet assoċjati, li jsiru fl-istess jum li fih il-pazjent jasal fi Franza kontinentali, li jinvolvu persuni potenzjalment dgħajfin bi skedi (ħatriet mediċi) li jeħtieġ li jiġu osservati. Konsegwentement, iż-żieda ta’ vjaġġ addizzjonali ta’ kważi siegħa minn Toulon għaċ-ċentri ta’ trattament f’Marsilja – u r-riskji assoċjati mal-konġestjoni tat-traffiku, u d-dewmien fil-ferroviji jew fil-karozzi tal-linja, u l-kostijiet sinifikanti li dan jista’ jinvolvi (soġġorni mil-lum għall-għada fil-lukandi, nollijiet tat-taksis) – jistgħu jagħmlu l-vjaġġ saħansitra aktar diffiċli għall-passiġġieri mediċi.

6.1.2.2.   Franza identifikat b’mod korrett id-domanda kwalitattiva għall-merkanzija rmunkata

(645)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li, billi jasserixxu li l-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha tas-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon għall-merkanzija rmunkata biss fuq is-saturazzjoni tal-port ta’ Toulon u fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika mal-utenti, Corsica Ferries b’mod arbitrarju u parzjali tillimita l-fehim tagħha tal-metodu użat.

(646)

Dwar il-punt relatat man-nuqqas ta’ riskju ta’ kapaċità saturata fil-port ta’ Toulon f’termini ta’ merkanzija rmunkata (il-premessi 436 sa 438), l-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel nett jindikaw li t-tweġiba mis-CCI ta’ Var tindika b’mod ċar li l-kapaċità fil-port ta’ Toulon hija limitata. Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni addizzjonali dwar il-grad ta’ saturazzjoni fil-port ta’ Toulon. Huma tal-fehma li, jekk it-traffiku ta’ kuljum irreġistrat fuq ir-rotot bejn Marsilja u Ajaccio/Bastia biss kellu jinbidel lejn il-port ta’ Toulon, id-domanda taqbeż il-kapaċità tal-port f’177 jum minn 365 fl-2029 (238).

(647)

Dwar il-punt relatat mal-konsultazzjoni mal-utenti dwar it-trasport tal-merkanzija u l-argumenti mqajmin minn Corsica Ferries f’dan ir-rigward (il-premessi 439 sa 443), li kkritikat b’mod partikolari r-rilevanza tal-informazzjoni miksuba minn dik il-konsultazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jtennu li konsultazzjoni mal-utenti hija evidenza valida skont il-Qafas tal-SGEI.

(648)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw, l-ewwel nett, li Corsica Ferries ma tikkontestax il-kost addizzjonali tas-sewqan fit-triq għat-trasportaturi tal-merkanzija li jaqilbu minn Marsilja għal Toulon (il-premessa 443) u li l-analiżijiet sottomessi minn Corsica Ferries, minn Corsica Linea u minn La Méridionale lkoll jikkonfermaw li l-bażijiet loġistiċi jinsabu prinċipalment madwar Marsilja u fil-wied ta’ Rhône.

(649)

L-awtoritajiet Franċiżi jipprovdu wkoll valutazzjoni kwantitattiva aġġornata tal-kost addizzjonali billi jużaw l-aħħar referenza (Diċembru 2023) dwar il-kostijiet tal-produzzjoni kkalkolati mill-kumitat nazzjonali tat-toroq (“CNR”, “Comité national routier”). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-valutazzjoni tikkonferma l-eżistenza ta’ kost addizzjonali ta’ madwar 40 % għal vjaġġ li jgħaddi mill-port ta’ Toulon minflok mill-port ta’ Marsilja għal trasportatur tal-merkanzija li l-bażijiet loġistiċi tiegħu jinsabu qrib Marsilja.

(650)

Franza tindika wkoll li l-istudju 2 ta’ BRG sottomess minn Corsica Ferries (ara l-premessa 443), li fih analiżi tal-kostijiet addizzjonali tas-sewqan fit-triq, fih numru ta’ żbalji metodoloġiċi. L-ewwel nett, l-istudju 2 ta’ BRG huwa bbażat fuq referenza ta’ 12-il LM, filwaqt li trakk artikolat standard (trattur + trejler) huwa qrib is-17-il LM. It-tieni, in-noll marittimu użat mill-istudju 2 ta’ BRG għal Toulon huwa n-noll li jeskludi t-taxxa u l-kostijiet tal-immaniġġar, u mhux in-noll effettivament imħallas. Fl-aħħar nett, l-istudju 2 ta’ BRG ma jikkunsidrax diversi fatturi li jżidu l-kost addizzjonali tas-sewqan fit-triq. Pereżempju, il-kalkolu huwa bbażat fuq distanza tat-triq ta’ 60 km addizzjonali, filwaqt li hija aktar minn 70 km.

(651)

It-tielet, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-grad ta’ sostitwibbiltà tad-domanda speċifika għall-merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw, bi tweġiba għal Corsica Ferries (il-premessi 444 sa 445), li r-rapport ta’ Ottubru 2020, li tirreferi għalih Corsica Ferries, innota li l-valutazzjoni tal-ambitu ġeografiku tas-suq tal-merkanzij rmunkata li kienet twettqet ma kinitx teskludi sejba possibbli ta’ sostitwibbiltà parzjali bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali, fejn it-trasport tal-merkanzija rmunkata, jekk tiġi prodotta evidenza aktar konklużiva dwar dan, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjoni pubblika usa’ mal-ispedituri u mat-trasportaturi tal-merkanzija. Madankollu, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi usa’, b’tali mod li l-konklużjonijiet milħuqin fir-rapport ta’ Ottubru 2020 ma għadhomx rilevanti.

(652)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu l-affermazzjoni ta’ Corsica Ferries li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma perfettament sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-merkanzija rmunkata akkumpanjata (il-premessa 449). L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li Corsica Ferries ma tipprovdi l-ebda evidenza li tiġġustifika din id-distinzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jżidu li din id-differenza ma tqajmet mill-ebda trasportatur tal-merkanzija, operatur marittimu jew awtorità tal-port matul il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

6.1.3.   Franza identifikat b’mod korrett id-domanda kwantitattiva tal-utenti

6.1.3.1.   Franza kkwantifikat b’mod korrett id-domanda mill-passiġġieri mediċi

(653)

Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 428 sa 431), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li sehem marittimu ta’ 10 % fit-trasport għal raġunijiet mediċi bejn Korsika u Franza kontinentali huwa suppożizzjoni konservattiva.

6.1.3.2.   Franza kkwantifikat b’mod korrett id-domanda għall-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata

(654)

Skont Franza, Corsica Ferries targumenta li rata ta’ tkabbir unika ta’ 2,3 % fis-sena għar-rotot kollha koperti mill-PSCs hija r-riżultat ta’ stima eċċessiva tad-domanda għat-trasport tal-merkanzija u, għalhekk, għas-sewwieqa assoċjati mal-merkanzija rmunkata (il-premessi 453 sa 454). L-awtoritajiet Franċiżi jwieġbu li d-domanda mbassra għall-merkanzija hija bbażata fuq data storika (2010-2019). Din id-data hija wiesgħa biżżejjed sabiex tqis il-perjodi ta’ tnaqqis u l-perjodi aktar dinamiċi fl-ekonomija ta’ Korsika.

(655)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, bejn l-2010 u l-2019, Korsika għaddiet minn żewġ perjodi ta’ tkabbir (2010-2012; 2016-2018) u żewġ perjodi ta’ staġnar (2013-2015; 2019), u li l-flussi tal-merkanzija jirriflettu dawn il-varjazzjonijiet. L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw ukoll li r-referenza użata hija żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li d-data mid-Direttorat Reġjonali għall-Ambjent, għall-Ippjanar u għall-Akkomodazzjoni turi żieda fit-traffiku fil-portijiet kollha bejn l-2000 u l-2019, b’varjazzjonijiet konsistenti mat-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-konklużjonijiet li waslu għalihom Corsica Ferries huma bla bażi u li d-domanda prevista għat-trasport tal-merkanzija hija prudenti u konservattiva.

6.1.4.   Franza identifikat b’mod korrett il-falliment tas-suq

(656)

Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 455 sa 468), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li ttieħed approċċ prospettiv, b’valutazzjoni kontrofattwali tal-provvista privata fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn Korsika u Marsilja.

(657)

Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet reċenti tat-traffiku fil-Mediterran, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li ftit hemm potenzjal għall-port ta’ Marsilja sabiex jattira l-passiġġieri, b’mod partikolari lejn/mill-portijiet sekondarji ta’ Korsika. Pereżempju, sal-2030 it-traffiku tal-merkanzija rmunkata (mhux sostitwibbli f’Marsilja) huwa stmat li se jkun ta’ madwar 170 000 LM għal Marsilja-Bastia, 120 000 LM għal Marsilja-Ajaccio u anqas minn 50 000 LM għall-portijiet sekondarji, li huwa ħafna anqas mit-traffiku rreġistrat fuq rotot operati fis-suq miftuħ jew taħt ir-reġim tal-OSP fil-gżejjer l-oħrajn tal-Punent tal-Mediterran. B’mod aktar ġenerali, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ma hemm l-ebda rotta ta’ kuljum fis-suq miftuħ jew taħt ir-reġim tal-OSP b’bażi żgħira tant ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija.

6.1.5.   Franza għażlet strument ta’ intervent pubbliku li huwa neċessarju u proporzjonat għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(658)

Sabiex juru li l-kapaċità minima inkluża fil-PSCs għat-trasport tal-merkanzija ma hijiex stmata żżejjed, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 358 sa 361).

(659)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li d-data dwar it-traffiku tas-sewwieqa għall-2023 turi li l-kapaċità minima ta’ ġarr għas-sewwieqa tkun regolarment anqas min-numru ta’ sewwieqa li fil-fatt jiġu ttrasportati għan-numru ta’ qsim li ġej:

Ajaccio-Marsilja: 199 qsim;

Bastia-Marsilja: 84 qsim;

L’Île-Rousse-Marsilja: 176 qsim;

Porto-Vecchio-Marsilja: 170 qsim;

Propriano-Marsilja: 118-il qsim.

(660)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-qsim addizzjonali ma huwiex maħsub sabiex jassorbi t-traffiku ġenerali, iżda l-livelli massimi li jintlaħqu f’perjodi irregolari.

6.2.   Kummenti dwar il-konformità mal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku

6.2.1.   Id-durata tal-PSCs tikkonforma mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet

(661)

Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 535), Franza tispjega li d-durata tal-PSCs ġiet stabbilita, f’konformità mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, filwaqt li tqiesu l-investimenti magħmulin mill-kuntratturi futuri, jiġifieri fil-bastimenti neċessarji sabiex joperaw is-servizz tat-trasport marittimu. Dawn il-kostijiet jinkludu l-kost tal-kapital meta l-kuntrattur ikollu l-bastimenti tiegħu stess, jew it-tariffi ta’ lokazzjoni meta l-kuntrattur jagħti l-bastimenti b’lokazzjoni. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li d-durata hija ġġustifikata fir-rigward tal-objettivi kompetittivi, peress li perjodu iqsar kien jiskoraġġixxi lill-operaturi milli jissottomettu offerti. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu wkoll li din id-durata tissodisfa l-objettivi ta’ adattabilità, minħabba l-obbligu li l-bastimenti jinġiebu konformi mal-istandards, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

(662)

Fir-rigward tal-argumenti ta’ Corsica Ferries dwar in-nuqqas ta’ redditu fuq l-investimenti għall-awtorità kontraenti fi tmiem il-konċessjoni (il-premessi 536 u 537), Franza tqis li asserzjoni bħal din ma tikkorrispondix għar-realtà tal-konċessjonijiet fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, peress li l-operat tal-bastimenti ma huwiex parti minn approċċ ta’ assi ritornabbli, u kunsiderazzjoni bħal din ma hijiex relatata mad-durata tal-PSCs.

(663)

Fir-rigward tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries li l-kumpens ma jikkunsidrax il-valur residwu tal-bastimenti fi tmiem il-kuntratti (il-premessa 538), Franza tqis li l-kumpens mogħti lill-kuntratturi jenħtieġ li ma jqisx dak il-valur, peress li l-bastimenti huma l-assi proprji tal-kuntratturi u mhux l-assi li jirritornaw mingħajr ħlas u li huma kompletament proprjetà tas-CdC jew tal-OTC. Franza tispjega li, f’konformità mal-Artikolu 34 tal-PSCs, il-kostijiet ta’ investiment assoċjati mal-bastimenti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-flotta assenjata mill-kuntrattur sabiex jopera r-rotot koperti mill-PSC. L-iskop ta’ dawn l-investimenti li jiġu kkumpensati mill-OTC huwa li jiġu koperti l-kostijiet imġarrbin mill-kuntrattur – wara li jitnaqqsu kwalunkwe sussidju u kwalunkwe finanzjament pubbliku għal dawn l-investimenti – li jikkorrispondu għall-imposti ta’ deprezzament u/jew ta’ lokazzjoni u/jew għall-kost tan-noleġġ tal-bastiment assenjat għas-servizz.

(664)

Barra minn hekk, Corsica Ferries tikkontesta r-rilevanza tal-eżempji ta’ konċessjonijiet li jdumu aktar minn 5 snin ipprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari l-eżempju tas-servizz kostali Norveġiż (il-premessa 539). Bi tweġiba għal dan, Franza tiċċara li dan l-eżempju huwa kompletament rilevanti, peress li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kkonfermat il-konċessjoni ta’ 7 snin għall-perjodu 2012-2019 u estendietha b’10 snin għall-perjodu 2021-2030. Din l-estensjoni kienet iġġustifikata mit-tul tal-ħajja tal-bastimenti, li jaqbeż l-10 snin bil-bosta.

(665)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li Corsica Ferries diġà ppreżentat rikuża quddiem il-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia f’Ġunju 2022 dwar id-durata tal-PSCs, fil-kuntest ta’ eżenzjoni interim prekuntrattwali, billi argumentat li kienet sproporzjonata minħabba n-nuqqas ta’ investimenti ppjanati għall-kuntratturi. Il-qorti ta’ Bastia ċaħdet it-talba, u dik id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Kunsill tal-Istat, li ma laqax l-appell ippreżentat kontriha.

(666)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati (il-kapaċità tal-bastiment, in-numru ta’ passiġġieri u n-numru ta’ kabini għall-PMM), Franza tispjega li l-kumpaniji kollha li joperaw servizzi lejn Korsika bejn l-2015 u l-2022 kellhom bastimenti li kienu kompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-PSCs. B’mod partikolari, Corsica Ferries hija waħda mill-kumpaniji marittimi ewlenin fl-Ewropa li joperaw bastimenti ta’ kapaċità kbira (bastimenti Ro-Pax). Il-kapaċità kumplessiva tagħha, f’termini ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija, hija qrib jew akbar minn dik tal-kontropartijiet tagħha fuq ir-rotot ta’ Korsika (eż. Moby Lines, Corsica Linea u La Méridionale).

6.2.2.   L-oġġezzjonijiet relatati mal-ambitu tar-rekwiżiti minimi huma bla bażi

(667)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li huwa essenzjali li ssir distinzjoni ċara bejn l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti, li jagħti lista eżawrjenti u li ma tistax tinbidel ta’ karatteristiċi minimi, u l-Anness 1 tal-PSCs, li jservi bħala referenza teknika ġenerali, billi jagħti d-dettalji tal-kapaċitajiet minimi mingħajr ma jiddeskrivihom bħala karatteristiċi minimi. L-Anness 1 jistabbilixxi l-elementi tekniċi, li n-natura tagħhom tiddependi mill-inklużjoni tagħhom fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti: jekk element jissemma f’dak l-Artikolu u mbagħad jiġi speċifikat fl-Anness 1, Franza tispjega li dan imbagħad ikun rekwiżit minimu.

(668)

Barra minn hekk, Franza tinnota li, fil-kuntest tal-PSCs tal-2019-2020, il-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia analizzat biss ir-rekwiżiti li jistgħu jkunu marbutin mal-karatteristiċi minimi: “Dawn ir-rekwiżiti tekniċi, li huma relatati mal-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti, huma fost ir-rekwiżiti kuntrattwali minimi elenkati fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti” (id-19 ta’ Marzu 2019, Nru 1900289). Skont Franza, dan ir-raġunament ġie kkonfermat mill-Kunsill tal-Istat f’deċiżjoni tal-24 ta’ Ġunju 2019: “l-anness tekniku dwar is-servizzi stabbilit fl-Anness 1 tal-abbozz tal-kuntratt, li jirrikjedi tal-anqas 40 punt ta’ servizz għal vetturi refriġerati għal kull punt ta’ qsim, kellu jiġi kkunsidrat, minħabba t-termini tal-Artikolu 4.1 tar-regoli tal-offerti, bħala li jifforma parti mid-dokumenti tal-offerti u, konsegwentement, bħala li jispjega l-karatteristiċi minimi mistennijin. F’din is-sentenza, l-imħallef interim ta’ rimedju ma żbaljax fil-punt tal-liġi.” Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries, il-Kunsill tal-Istat, skont Franza, ma kkunsidrax li l-Anness 1 fl-intier tiegħu kien jikkostitwixxi rekwiżiti minimi.

(669)

Bl-istess mod, l-awtoritajiet Franċiżi jtennu li l-Anness 1 tal-PSCs ma ġiex emendat, li jfisser li la l-karatteristiċi minimi u lanqas il-kapaċitajiet minimi ma nftiehmu ħażin. Għalhekk, l-offerti kienu konformi ma’ dawn il-karatteristiċi u l-kapaċitajiet minimi.

(670)

Fir-rigward taċ-ċarezza tar-rekwiżiti minimi, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-Ordni tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia tal-20 ta’ Lulju 2022 (il-premessa 274), li tikkonkludi li l-informazzjoni dwar il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali kienet biżżejjed sabiex “tippermetti lill-kandidati jivvalutaw il-firxa tal-obbligi tal-kuntratturi u jissottomettu offerta” (239).

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(671)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

7.1.1.   Eżistenza ta’ impriża

(672)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, (240) il-Kummissjoni l-ewwel jeħtiġilha tistabbilixxi jekk il-fornituri ta’ servizzi humiex impriżi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-kunċett ta’ impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata. Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti u servizzi f’suq hija attività ekonomika (241).

(673)

Il-PSCs jikkonsistu fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali bi skambju għall-kumpens imħallas lill-benefiċjarji ta’ dawk il-PSCs (Corsica Linea u La Méridionale). Għalhekk, Corsica Linea u La Méridionale huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi. Konsegwentement, huma impriżi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.1.2.   L-imputabbiltà tal-miżuri għall-Istat u l-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat

7.1.2.1.   L-imputabbiltà tal-miżuri għall-Istat

(674)

Mill-ġurisprudenza stabbilita jsegwi li l-miżuri meħudin minn entitajiet intra-Statali tal-Istati Membri, ikunu xi jkunu l-istatus legali u d-deskrizzjoni tagħhom, jaqgħu, b’xi mod bħall-miżuri meħudin mill-awtoritajiet ċentrali, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni (242).

(675)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-OTC, jiġifieri l-awtorità li aġġudikat il-miżuri li qed jiġu eżaminati, huwa awtorità amministrattiva kompletament marbuta mas-CdC, li hija stess hija entità infra-Statali (il-premessa 82). L-OTC, li l-president tiegħu huwa membru tas-CdC (il-premessa 82), huwa soġġett għas-superviżjoni tas-CdC fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha (il-premessa 83). Is-CdC taħtar ukoll lid-direttur tal-OTC, u d-deċiżjonijiet tal-OTC (inklużi d-deċiżjonijiet baġitarji) jittieħdu minn kumitat amministrattiv magħmul minn rappreżentanti mid-dipartimenti ta’ Corse-du-Sud u Haute-Corse u, prinċipalment, minn rappreżentanti eletti tal-Assemblea ta’ Korsika (il-premessa 82). L-aġġudikazzjoni tal-PSCs huwa stess kien is-suġġett ta’ vot ta’ approvazzjoni mill-Assemblea ta’ Korsika (il-premessa 280).

(676)

Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-Istat.

7.1.2.2.   Il-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat

(677)

Hija ġurisprudenza stabbilita li r-riżorsi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (243).

(678)

Kif imsemmi fil-premessa 84, il-PSCs huma ffinanzjati permezz ta’ għotja għall-kontinwità territorjali mħallsa mill-gvern nazzjonali lis-CdC, li bil-liġi tittrasferiha lill-OTC. Għalhekk, il-PSCs huma ffinanzjati mir-riżorsi tas-CdC, li hija entità infra-Statali.

(679)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament tal-PSCs jinvolvi riżorsi tal-Istat.

7.1.3.   L-eżistenza ta’ vantaġġ

(680)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna lil impriża, irid jiġi ddeterminat jekk l-impriża inkwistjoni tgawdix minn vantaġġ ekonomiku li jippermettilha tevita kostijiet li kieku kien ikollha ġġarrab mir-riżorsi finanzjarji proprji tagħha, jew jekk tgawdix minn vantaġġ li kieku ma kinitx tirċievi f’kundizzjonijiet normali tas-suq (244).

(681)

Peress li l-miżuri li qed jiġu eżaminati jingħataw bħala delega ta’ servizz pubbliku, dawn jikkostitwixxu vantaġġ għall-benefiċjarju, sakemm tali kumpens ma jkunx jikkonforma b’mod kumulattiv mal-erba’ kriterji ta’ sentenza (245).

(682)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni teżamina jekk il-PSCs jissodisfawx il-kriterji kollha ta’ Altmark.

7.1.3.1.   Il-kriterji ta’ Altmark

(683)

Fis-sentenza Altmark, il-Qorti ddikjarat li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jagħtix vantaġġ selettiv u ma jikkostitwixxix għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE meta jiġu ssodisfati erba’ kriterji kumulattivi:

l-impriża benefiċjarja fil-fatt irid ikollha obbligi ta’ servizz pubbliku xi twettaq u dawn l-obbligi jridu jkunu definiti b’mod ċar (kriterju nru 1);

il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jkunu ġew stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (kriterju nru 2);

il-kumpens ma jistax ikun ogħla milli hemm bżonn sabiex ikopri parti mill-kostijiet imġarrbin għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew kollha kemm huma, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi (kriterju nru 3);

meta l-għażla tal-impriża responsabbli għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ma tkunx saret fil-qafas ta’ proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt, il-livell tal-kumpens meħtieġ ikun ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi tat-trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku neċessarji, kien ikollha ġġarrab sabiex twettaq l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti kif ukoll qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi (il-kriterju nru 4).

7.1.3.2.   Konformità mar-raba’ kriterju ta’ Altmark

7.1.3.2.1.   Fornitur magħżul fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt li tippermetti l-għażla tal-kandidat li kapaċi jipprovdi dawn is-servizzi bl-anqas kost għall-komunità

(684)

Proċedura ta’ akkwist pubbliku teskludi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat biss jekk tippermetti li jintgħażel offerent li kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-anqas kost għall-komunità.

(685)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“komunikazzjoni dwar l-SGEI”) (246) tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk ġiex issodisfat ir-raba’ kriterju ta’ Altmark.

(686)

Il-paragrafu 66 tal-komunikazzjoni dwar l-SGEI jiddikjara li, fir-rigward tal-karatteristiċi tas-sejħa għall-offerti, djalogu kompetittiv jew proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni jagħtu diskrezzjoni wiesgħa lill-awtorità aġġudikanti u jistgħu jirrestrinġu l-parteċipazzjoni ta’ operaturi interessati. Għalhekk, f’każijiet eċċezzjonali biss jistgħu jitqiesu li huma suffiċjenti sabiex jissodifaw ir-raba’ kriterju ta’ Altmark.

(687)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li Franza aġġudikat il-miżuri inkwistjoni permezz ta’ proċedura nnegozjata (il-premessi 277 u 278). Għalhekk, fil-prinċipju proċedura bħal din ma tistax titqies li tiggarantixxi l-anqas kost għall-komunità skont il-komunikazzjoni dwar l-SGEI.

(688)

Barra minn hekk, f’dan il-każ ma hemm xejn li jippermetti li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs titqies bħala każ eċċezzjonali li jidderoga minn dik il-preżunzjoni.

(689)

L-ewwel nett, il-proċedura taqa’ taħt is-servizzi marittimi lejn Korsika, fejn qatt ma kien hemm sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni libera minħabba l-limitazzjonijiet imposti mill-iskema ta’ OSP u l-eżistenza storika ta’ PSCs suċċessivi (il-premessi 60 u 61). Għalhekk, kuntest bħal dan huwa probabbli li jillimita l-provvista kummerċjali tas-servizzi marittimi u l-kompetizzjoni għalihom lejn Korsika u x’aktarx li ma jagħtix garanzija ta’ servizz bl-anqas kost għall-komunità.

(690)

It-tieni, kif tindika Corsica Ferries (il-premessa 518), il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta relatati mal-kumpens finanzjarju ġew ponderati għal 20 % biss, filwaqt li l-kriterji relatati mal-valur tekniku tal-offerti ġew ponderati għal 60 % (il-premessa 271). Il-Kummissjoni tosserva li dawn il-kriterji tekniċi ma kinux definiti b’tali mod li jippermettu kompetizzjoni effettiva li timminimizza l-vantaġġ li jgawdu l-offerenti rebbieħa, peress li dawk il-kriterji prinċipalment ikejlu l-kapaċità u l-kwalità tal-kandidati f’termini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati (skedi ta’ żmien, adattament tal-flotta għall-ħtiġijiet tal-utenti, kwalità tas-servizzi għall-utenti professjonali u privati, eċċ.) minflok ma jħeġġu kompetizzjoni effettiva li timminimizza l-ammont ta’ kumpens.

(691)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura ta’ akkwist għall-PSCs ma wasslitx għal kompetizzjoni miftuħa u ġenwina suffiċjenti, minħabba n-numru żgħir ta’ kandidati għal kull lott (il-premessa 276). L-argumenti ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale li kien hemm pressjoni kompetittiva sinifikanti minħabba li “kien għarfien komuni” li tliet operaturi (Corsica Linea, La Méridionale u Corsica Ferries) setgħu japplikaw (il-premessi 577 u 614) huma purament spekulattivi u, barra minn hekk, mingħajr provi, peress li Corsica Ferries ma applikatx għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs. B’mod simili, il-fatt li n-numru ta’ kandidati (Corsica Linea u La Méridionale) huwa konsistenti man-numru ta’ operaturi li ħadu sehem fil-konsultazzjoni mal-operaturi minnu nnifsu ma huwiex kapaċi juri l-eżistenza ta’ kompetizzjoni miftuħa u ġenwina suffiċjenti (il-premessa 613). Barra minn hekk, għaldaqstant l-osservazzjoni tagħha stess li l-ebda operatur għajr dawk it-tlieta ma esprima interess fis-suq ta’ Korsika (il-premessa 575) tiżvela l-livell baxx ta’ kompetizzjoni ġġenerat mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs, fatt rikonoxxut minn La Méridionale (il-premessa 613). Barra minn hekk, Corsica Ferries, minkejja l-interess tagħha, ma ssottomettietx offerta li setgħet ikkontribwiet għaż-żieda fil-pressjoni kompetittiva matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs (il-premessa 273). Għalhekk, l-argumenti ta’ Corsica Linea li (i) il-proċedura ta’ negozjar naqqset l-ammont ta’ kumpens finanzjarju inizjalment propost mill-kandidati (il-premessa 578) u (ii) l-awtoritajiet Franċiżi ma kellhom l-ebda obbligu li jaċċettaw l-offerti ta’ dawk il-kandidati (il-premessa 579) ma humiex minnhom infushom tali li juru li l-OTC kiseb servizzi tat-trasport marittimu bl-anqas kost għall-komunità.

(692)

Fl-aħħar nett, fil-każ ta’ proċeduri li fihom tiġi sottomessa offerta waħda biss, l-offerta ma tistax titqies suffiċjenti sabiex tiggarantixxi l-anqas kost għall-komunità (247). F’dan il-każ, il-PSCs kollha, minbarra dawk li jikkonċernaw is-servizzi lejn Propriano u Porto-Vecchio (li rċivew żewġ applikazzjonijiet biss), irċivew applikazzjoni waħda biss. Corsica Linea ma tispjegax f’dak ir-rigward għaliex in-nuqqas ta’ offerta kompetittiva għal tlieta mil-lottijiet ma jippermettix li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ pressjoni suffiċjenti f’dan il-każ (il-premessa 576). B’mod simili, fil-Lottijiet 3 (Porto-Vecchio) u 4 (Propriano), il-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw l-anqas offerta fiż-żewġ każijiet ma jurix li l-offerta ta’ suċċess kienet, fiha nnifisha, l-offerta bl-anqas kost għall-komunità.

(693)

Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs ma pprovdiet l-ebda garanzija għall-komunità li s-servizzi inkwistjoni ġew kuntrattati bl-anqas kost.

7.1.3.2.2.   Il-kumpens iddeterminat fuq il-bażi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati ġġarrab sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati

(694)

Il-Kummissjoni tindika li r-raba’ kriterju stabbilit fis-sentenza Altmark, ibbażat fuq l-analiżi tal-kostijiet b’rabta ma’ impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati, irid jintuża meta l-impriża inkarigata bl-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ma tintagħżilx skont proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt.

(695)

L-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew l-ebda evidenza jew informazzjoni li kapaċi turi li l-kumpens imħallas skont il-PSCs ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati ġġarrab sabiex teżegwixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati lilha. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(696)

Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li l-PSCs ma jagħmlu l-ebda referenza għall-kostijiet li kienu jiġġarrbu minn impriża tipika mmexxija tajjeb b’mezzi adegwati sabiex teżegwixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati lilha. Għall-kuntrarju, mill-informazzjoni fil-file jirriżulta li l-kumpens ġie ddeterminat biss fi tmiem il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs, wara negozjati bejn il-benefiċjarji tal-PSCs u l-OTC, mingħajr ma saret ebda referenza, matul dawk in-negozjati, għall-kostijiet li jiġġarrbu minn impriża tipika mmexxija tajjeb b’mezzi adegwati sabiex teżegwixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati lilha bl-għan li jiġi ddeterminat dak l-ammont ta’ kumpens.

(697)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza speċifika pprovduta minn Franza, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi biss li l-kumpens mogħti skont il-PSCs ma ġiex iddeterminat fuq il-bażi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u b’riżorsi adegwati ġġarrab sabiex teżegwixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku assenjati lilha.

(698)

B’riżultat ta’ dan, il-PSCs ma jissodisfawx ir-raba’ kriterju ta’ Altmark.

7.1.3.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ

(699)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-PSCs taw vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji tagħhom li dawn ma kinux jiksbu f’kundizzjonijiet normali tas-suq.

7.1.4.   Is-selettività tal-PSCs

(700)

Meta l-Kummissjoni sabet il-preżenza ta’ vantaġġ, li jirriżulta direttament jew indirettament minn miżura partikolari, hija ħtieġet ukoll li jiġi stabbilit li l-vantaġġ jibbenefika b’mod speċifiku lil impriża waħda jew aktar.

(701)

Ir-rekwiżit ta’ selettività jvarja skont jekk il-miżura inkwistjoni tkunx prevista bħala skema ġenerali tal-għajnuna jew bħala għajnuna individwali. F’dan il-każ tal-aħħar, l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku tkun, fil-prinċipju, suffiċjenti sabiex issostni l-preżunzjoni li tkun selettiva (248).

(702)

F’dan il-każ, il-PSCs kollha ngħataw taħt kuntratti bilaterali konklużi ma’ kull wieħed mill-benefiċjarji.

(703)

Għalhekk, dawn il-PSCs huma miżuri individwali u, għaldaqstant, iridu jiġu preżunti li huma selettivi favur dawk il-benefiċjarji.

7.1.5.   L-ostaklu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni intra-UE maħluqa mill-PSCs

(704)

Għajnuna li hija intiża sabiex teħles impriża mill-kostijiet li hija normalment kien ikollha ġġarrab fil-ġestjoni tagħha ta’ kuljum jew fl-attivitajiet normali tagħha fil-prinċipju toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (249). Ġie ddikjarat li kull għoti ta’ għajnuna lil impriża li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet tagħha fis-suq tal-Komunità jista’ jikkaġuna distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(705)

It-trasport marittimu fi Stat Membru (kabotaġġ marittimu) ilu miftuħ għall-operaturi Komunitarji kollha mill-1 ta’ Jannar 1993 (250). Għalhekk, minn dik id-data, l-għajnuna mogħtija lil impriża li tittrasporta l-passiġġieri u/jew il-merkanzija fi Stat Membru setgħet tikkostitwixxi ostaklu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan il-każ, il-PSCs jagħtu kumpens għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri b’rabta mas-servizzi marittimi lejn Korsika. Għalhekk, dak il-kumpens x’aktarx li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, anke minħabba li Korsika għandha konnessjonijiet mal-Italja.

(706)

Jenħtieġ li jiġi mfakkar li Corsica Linea u La Méridionale joperaw fuq rotot bejn Franza kontinentali u Korsika f’kompetizzjoni diretta ma’ operaturi bħal Corsica Ferries, iżda wkoll, potenzjalment, ma’ kwalunkwe impriża marittima li toffri, jew li x’aktarx toffri, servizzi tat-trasport marittimu lejn/minn Korsika (il-premessa 45). Dan huwa aktar u aktar il-każ fid-dawl tat-traffiku sinifikanti tal-passiġġieri bejn Korsika u Franza kontinentali u l-Italja kontinentali (il-premessa 56). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri x’aktarx li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale fir-rigward ta’ impriżi tat-trasport marittimu kompetituri fl-Unjoni Ewropea u, b’dan il-mod, jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni.

(707)

Konsegwentement, il-miżuri x’aktarx li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.6.   Konklużjoni rigward l-eżistenza ta’ għajnuna mill-istat

(708)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mogħti lill-operaturi skont il-PSCs jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.   Il-legalità tal-Miżuri

(709)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (251) jipprevedi li “ħlief fejn imsemmi mod ieħor fir-regolamenti magħmula skont l-Artikolu 109 tat-TFUE jew skont kull dispożizzjoni oħra rilevanti tagħhom, kull pjan għall-għoti ta’ għajnuna ġdida għandu jkun mgħarraf lill-Kummissjoni f’biżżejjed żmien mill-Istat Membru konċernat.” L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula wkoll li “għajnuna notifikabbli skont l-Artikolu 2(1) m’għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet, jew jitqies li tkun ħadet, deċiżjoni li tawtorizza dik l-għajnuna.”

(710)

Il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw, fis-27 ta’ Diċembru 2022, il-pjanijiet tagħhom li jistabbilixxu PSCs għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2030, huma xorta implimentaw il-PSCs fl-1 ta’ Jannar 2023 mingħajr ma l-Kummissjoni ħadet, jew titqies li ħadet, deċiżjoni li tawtorizza. Għalhekk, fil-prinċipju, il-miżuri inkwistjoni jiksru l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

(711)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI, l-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati, f’ċerti każijiet, mir-rekwiżit ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(712)

F’dak ir-rigward, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-PSCs jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri humiex eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(713)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali tar-rekwiżit ta’ notifika, id-dispożizzjonijiet ta’ regolament jew ta’ deċiżjoni li jagħtu eżenzjoni min-notifika, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fihom, iridu jiġu interpretati strettament (252).

(714)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI huwa definit fl-Artikolu 2 tagħha. L-Artikolu 2(d) jipprevedi li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku għal konnessjonijiet marittimi lejn gżejjer ma hijiex eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika jekk it-traffiku annwali medju fuq dawk ir-rotot ikun qabeż it-300 000 passiġġier fis-sentejn finanzjarji ta’ qabel dak li fih ikun ġie aġġudikat l-SGEI.

(715)

L-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI jirreferi biss għat-trasport marittimu tal-passiġġieri u ma jagħmel l-ebda referenza għat-trasport marittimu tal-merkanzija. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta li jirregola l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ eżenzjoni min-notifika (il-premessa 713), il-Kummissjoni tqis li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza espliċita għat-trasport marittimu tal-merkanzija, il-kumpens imħallas għal SGEIs relatati mat-trasport marittimu tal-merkanzija, jew ma’ servizzi kombinati (passiġġieri/merkanzija), ma jistax ikun kopert mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI (253).

(716)

Peress li l-PSCs huma relatati ma’ servizzi kombinati, il-kumpens mogħti lill-benefiċjarji tal-PSCs ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

(717)

Il-kummenti mill-partijiet interessati dwar dan il-punt ma jaffettwawx din il-konklużjoni.

(718)

L-ewwel nett, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Linea (il-premessa 582), l-esklużjoni tat-trasport marittimu tal-merkanzija mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI la tmur kontra t-test tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI u lanqas l-iskop tagħha kif interpretat mill-premessa 24 ta’ dik id-Deċiżjoni. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-Artikoli fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI ma jsemmi t-trasport marittimu tal-merkanzija. Il-premessa 24 sempliċiment tispeċifika r-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat mogħtija għall-finanzjament ta’ SGEI fis-setturi tat-trasport bl-ajru u marittimu, billi sempliċiment tiċċara li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom tali għajnuna tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE fin-nuqqas ta’ regola settorjali dwar dan il-punt. Madankollu, l-Artikolu 2(d), li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI, ma jkoprix it-trasport marittimu tal-merkanzija. Barra minn hekk, Corsica Linea ma tiġġustifikax għaliex l-esklużjoni tat-trasport marittimu tal-merkanzija mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali.

(719)

Barra minn hekk, l-argument li r-referenza għal-limitu ta’ passiġġieri biss hija ġġustifikata mill-fatt li t-traffiku tal-passiġġieri huwa indikatur ġenerali tal-importanza ekonomika ta’ rotta partikolari (il-premessa 584) ma jurix li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tkopri b’mod espliċitu t-trasport marittimu tal-merkanzija. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tinnota li l-iskop ewlieni tal-PSCs huwa t-trasport tal-merkanzija, bit-trasport tal-passiġġieri li huwa limitat għat-trasport tal-passiġġieri mediċi u tas-sewwieqa (ħlief għar-rotta Marsilja-Propriano), li l-volumi tagħha huma limitati.

(720)

Fl-aħħar nett, l-osservazzjoni li l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tapplika għal servizzi kombinati hija irrilevanti (il-premessa 583), billi hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma hijiex marbuta bil-prattika tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (254).

(721)

Għalhekk, id-Deċiżjoni dwar l-SGEI ma hijiex applikabbli f’dan il-każ. Minn din issegwi li l-miżuri ġew implimentati b’mod illegali mill-awtoritajiet Franċiżi, bi ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/1589 u tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

7.3.   Il-kompatibbiltà tal-miżuri

7.3.1.   L-applikabbiltà tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE u tal-Qafas tal-SGEI

(722)

Meta l-kumpens għal servizz pubbliku jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, dak il-kumpens ikun soġġett għall-Artikoli 106, 107 u 108 tat-TFUE.

(723)

Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat mogħtija għall-SGEIs għandha l-bażi legali tagħha fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE. F’dan il-każ, l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni tikkonċerna l-għoti ta’ kumpens bi skambju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qafas ta’ SGEI. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi analizzata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Artikolu 106(2) tat-TFUE u, b’mod aktar speċifiku, mar-regoli speċifiċi relatati mal-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu.

(724)

F’dan il-każ, ir-regoli speċifiċi relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE jinsabu fil-Qafas tal-SGEI. Skont il-paragrafu 11 tal-qafas tal-SGEI, “l-għajnuna mill-Istat li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni [dwar l-SGEI] tista’ tiġi dikjarata kompatibbli mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat jekk tkun neċessarja għall-operar tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali kkonċernat u jekk ma taffettwax l-iżvilupp tal-kummerċ sa punt tali li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni. Il-kundizzjonijiet stabbiliti mit-taqsimiet 2.2 sa 2.10 [tal-Qafas tal-SGEI] jridu jiġu ssodisfati sabiex jintlaħaq dak il-bilanċ.”

(725)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw ukoll lill-PSCs fuq il-bażi tal-Qafas tal-SGEI.

(726)

Għalhekk, it-taqsimiet ta’ hawn taħt jistabbilixxu l-analiżi tal-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas tal-SGEI, minħabba li l-miżuri ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI (il-premessa 721).

(727)

Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li, f’konformità mal-paragrafu 8 tal-Qafas tal-SGEI, il-prinċipji stabbiliti fil-Qafas tal-SGEI japplikaw għall-kumpens għal servizz pubbliku mogħti fil-qasam tat-trasport marittimu mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi aktar stretti li jinsabu fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni. Fil-qasam tat-trasport marittimu, ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ, kif interpretat mill-komunikazzjoni interpretattiva, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru jista’ jikkonkludi kuntratti pubbliċi ta’ servizz ma’ kumpaniji tat-tbaħħir involuti f’servizzi skedati lejn jew minn gżejjer, u għal dan iħallas kumpens finanzjarju lis-sidien tal-bastimenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tanalizza l-kompatibbiltà tal-miżuri mal-Qafas tal-SGEI, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

7.3.2.   L-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin

(728)

Skont il-paragrafu 12 tal-Qafas tal-SGEI, l-għajnuna trid tingħata għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin u definit b’mod korrett kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE. L-oneru tal-provi għad-definizzjoni korretta tal-ambitu tas-servizz pubbliku jaqa’ fuq l-Istat Membru, (255) bil-fehim li l-eżaminazzjoni mill-Kummissjoni hija limitata għal żball manifest ta’ valutazzjoni, kif indikat fil-paragrafu 13 tal-Qafas tal-SGEI.

(729)

Il-paragrafu 13 tal-Qafas tal-SGEI jindika li l-Istati Membri ma jistgħux jorbtu obbligi ta’ servizz pubbliku speċifiċi ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b’mod sodisfaċenti u b’kundizzjonijiet, bħall-prezz, karatteristiċi oġġettivi tal-kwalità, il-kontinwità u l-aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(730)

Il-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI jenfasizza li l-Istati Membri jenħtieġ li juru li taw konsiderazzjoni xierqa lill-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku appoġġati permezz ta’ konsultazzjoni pubblika jew strumenti adatti oħrajn sabiex jittieħed kont tal-interessi tal-utenti u tal-fornituri.

(731)

Kif iddikjarat fil-premessa 727, ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ jawtorizza lil Stat Membru jikkonkludi kuntratti pubbliċi ta’ servizz għal servizzi skedati lejn jew minn gżejjer bi skambju għal kumpens finanzjarju. Kuntratt pubbliku ta’ servizz skont ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ huwa mifhum bħala kuntratt konkluż sabiex jiġu pprovduti servizzi tat-trasport adegwati. Dan jista’ jkopri b’mod partikolari:

standards tal-kontinwità, tar-regolarità, tal-kapaċità u tal-kwalità;

servizzi tat-trasport addizzjonali;

servizzi tat-trasport b’rati speċifikati u soġġetti għal kundizzjonijiet speċifikati, b’mod partikolari għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri jew fuq ċerti rotot; kif ukoll

aġġustamenti tas-servizzi għar-rekwiżiti reali.

(732)

Iż-żewġ sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2017 maqtugħin mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-366/13 (“is-sentenza SNCM I(256) u T-454/13 (“is-sentenza SNCM II”) (257) iċċaraw l-obbligi inkombenti fuq l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-ambitu ta’ servizz pubbliku u l-forma li jrid jieħu l-intervent pubbliku sabiex jiġi żgurat il-forniment ta’ dak is-servizz. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-ambitu ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz jrid jissodisfa ħtieġa ta’ servizz pubbliku kkaratterizzata minn (i) domanda tal-utenti għas-servizzi kollha jew għal parti minnhom (ii) li ma tkunx issodisfata mill-operaturi tas-suq fin-nuqqas ta’ obbligu stabbilit mill-awtoritajiet pubbliċi għal dak l-għan, (iii) li l-Istat Membru jkollu jagħti preferenza, sabiex jissodisfa din il-ħtieġa, lill-approċċ li jkun l-anqas ta’ ħsara għal-libertajiet essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern (258).

(733)

F’dan il-każ, huwa neċessarju li jiġi vvalutat jekk l-ambitu tal-PSCs jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas tal-SGEI u fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ kif interpretati mill-komunikazzjoni interpretattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni se teżamina jekk il-PSCs jissodisfawx ħtieġa ta’ servizz pubbliku u jekk humiex l-approċċ li huwa l-anqas ta’ ħsara għal-libertajiet essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

7.3.2.1.   Il-karatterizzazzjoni ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(734)

Kif iddikjarat il-Qorti Ġenerali f’SNCM II, il-karatterizzazzjoni ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku fir-rigward tal-kabotaġġ marittimu tista’ tirriżulta biss mill-wiri ta’ domanda tal-utenti għal servizz partikolari li ma tkunx issodisfata mis-suq. Skont il-Qorti Ġenerali, servizz pubbliku jeħtieġ li jkun jista’ jiġi vvalutat permezz ta’ riċerka tas-suq, konsultazzjonijiet pubbliċi jew sejħiet għal proġetti, fost l-oħrajn (259).

(735)

Essenzjalment, dawn il-kundizzjonijiet jikkorrispondu għal dawk imposti mill-paragrafi 14 (l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-interessi tal-utenti, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika jew strumenti xierqa oħrajn) u 13 (l-Istati Membri jeħtiġilhom ikunu ċerti li hemm falliment tas-suq) tal-Qafas tal-SGEI.

(736)

Minn dan isegwi, l-ewwel nett, li jekk ma jkun hemm l-ebda domanda tal-utenti għas-servizzi kollha jew għal parti minnhom, ma jista’ jkun hemm l-ebda ħtieġa ta’ servizz pubbliku. F’dak ir-rigward, il-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI jipprevedi li l-interessi tal-utenti jridu jitqiesu kif xieraq permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi jew strumenti xierqa oħrajn. L-identifikazzjoni tad-domanda tal-utenti, kemm f’termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, hija neċessarja sabiex jiġi stabbilit il-qafas għall-analiżi tal-falliment tas-suq. Id-definizzjoni ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku tikkonsisti fit-tqabbil tad-domanda tal-utenti mal-provvista kummerċjali li l-operaturi jipproponu fin-nuqqas tal-obbligu ta’ servizz pubbliku previst minn Stat Membru.

(737)

B’mod simili, fin-nuqqas ta’ falliment tas-suq, ma jista’ jkun hemm l-ebda ħtieġa ta’ servizz pubbliku. L-analiżi tal-falliment tas-suq hija maqsuma f’żewġ stadji. L-ewwel nett, huwa neċessarju li jiġu eżaminati s-servizzi li s-suq joffri fin-nuqqas tal-obbligu ta’ servizz pubbliku previst. F’dak ir-rigward, il-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI jiddikjara li l-interessi tal-fornituri ta’ servizzi jridu jitqiesu kif xieraq permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi jew strumenti xierqa oħrajn. Imbagħad, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk tali provvista tkunx biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda tal-utenti.

(738)

Kif tindika tajjeb Corsica Ferries (il-premessi 455 u 456), l-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq ma hijiex limitata għal dik identifikata ex ante fis-suq, iżda trid tiġi evalwata b’mod dinamiku, billi tiġi vvalutata l-provvista futura tas-suq. Fi kliem ieħor, meta janalizzaw falliment tas-suq, l-Istati Membri huma obbligati jivverifikaw li l-provvista eżistenti u potenzjali (jiġifieri l-provvista li operatur jista’ jipprovdi, b’mod kredibbli u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, fin-nuqqas tal-obbligu ta’ servizz pubbliku previst) ma tkunx biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda tal-utenti identifikata.

(739)

Madankollu, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 457), ma hemm l-ebda obbligu min-naħa tal-Kummissjoni li twettaq eżaminazzjoni dettaljata tal-analiżi tal-Istat Membru tal-eżistenza ta’ falliment tas-suq. Kif iddikjarat fil-premessa 728, l-eżaminazzjoni mill-Kummissjoni hija limitata għall-verifika ta’ żball manifest ta’ valutazzjoni.

(740)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi qajmu dubji dwar il-ħtieġa li jinżammu l-kuntratti pubbliċi ta’ servizz fil-kuntest tas-servizzi marittimi lejn Korsika. Huma kkonkludew li dawn jenħtieġ li jinżammu fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku li kienu identifikaw. Is-subtaqsimiet ta’ hawn taħt jippreżentaw l-analiżi tal-Kummissjoni ta’ kull waħda mill-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati minn Franza.

7.3.2.1.1.   Il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri residenti u mhux residenti ta’ Korsika bejn Marsilja u Propriano

(741)

Fil-kuntest ta’ din is-subtaqsima, il-Kummissjoni teżamina jekk il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri residenti u mhux residenti ta’ Korsika fuq ir-rotta Marsilja-Propriano tissodisfax (i) id-domanda minn dawk l-utenti, murija kif xieraq minn Franza, (ii) li ma setgħetx tiġi ssodisfata bi provvista privata.

7.3.2.1.1.1.   L-eżistenza tad-domanda tal-utenti

7.3.2.1.1.1.1.   Id-domanda kwalitattiva

(1)   Dwar l-istrumenti xierqa użati sabiex tiġi stabbilita d-domanda kwalitattiva

(742)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi identifikaw id-domanda tal-passiġġieri fuq is-servizzi marittimi lejn Korsika, inkluż fuq ir-rotta Marsilja-Propriano, b’diversi mezzi.

(743)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw diversi konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex jiġbru informazzjoni dwar id-domanda minn dawn il-passiġġieri.

(744)

Konsultazzjoni inizjali, il-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 93), stiednet lill-passiġġieri kollha sabiex iwieġbu għal kwestjonarju ġenerali dwar l-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika. Dan il-kwestjonarju kien akkumpanjat minn diversi dokumenti li jinfurmaw lill-utenti dwar (i) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi marittimi lejn Korsika, (ii) il-passi meħudin mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku u (iii) il-preżentazzjoni tad-diversi kategoriji ta’ utenti inizjalment identifikati minn Franza (il-premessa 95). Il-Kummissjoni tqis li din l-informazzjoni kollha ppermettiet lill-utenti jifhmu l-kuntest li fih ġew ikkonsultati. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni mal-utenti kienet miftuħa għal perjodu ta’ xahar, li huwa perjodu ta’ żmien raġonevoli. Din il-konsultazzjoni u d-dokumenti ta’ informazzjoni tagħha kienu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tas-CdC u ġew ippubblikati fl-istampa lokali u reġjonali (il-premessi 94, 95 u 366) sabiex jiġi żgurat l-usa’ tixrid possibbli fost il-pubbliku.

(745)

Il-kwestjonarju kien fih madwar 20 mistoqsija, maħsubin sabiex jivvalutaw il-ħtiġijiet tal-utenti għal kull konnessjoni marittima bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika, inkluża l-konnessjoni bejn Marsilja u Propriano. Id-dettall tal-mistoqsijiet, stabbilit fit-Taqsima 3.4.2.1.1.1.1, juri li dawn ippermettew lill-awtoritajiet Franċiżi jiġbru informazzjoni, għal kull rotta bejn Korsika u Franza kontinentali (inkluża r-rotta Marsilja-Propriano), dwar il-ħtiġijiet tal-passiġġieri f’termini tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, tat-tipi ta’ vjaġġi (karozza u kabina), tal-frekwenzi tas-servizzi marittimi, u tan-nollijiet applikati (il-premessa 105). Barra minn hekk, il-kwestjonarju kien jinkludi diversi mistoqsijiet relatati mas-sostitwibbiltà (mill-perspettiva tal-utenti) tal-portijiet ta’ Franza kontinentali (il-premessa 106) u tat-trasport bl-ajru u marittimu (il-premessa 107).

(746)

Il-mistoqsijiet ġeneralment ipproponew diversi tweġibiet possibbli. Diversi mistoqsijiet saħansitra ppermettew lir-rispondenti jipprovdu tweġibiet differenti għal dawk issuġġeriti. B’mod ġenerali, l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw kwalunkwe kontribut b’test liberu (il-premessa 109). Għalhekk, il-kwestjonarju kien miftuħ biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu espressi diversi perspettivi. It-tweġibiet issuġġeriti kienu ċari, plawżibbli u varjati. L-osservazzjoni ta’ Corsica Ferries li l-kwestjonarju kien restrittiv wisq (il-premessa 401) jenħtieġ li tiġi miċħuda.

(747)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, (260) il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-preġudizzju metodoloġiku possibbli kkawżat mill-fatt li l-kwestjonarju kien primarjament maħsub għall-utenti tar-rotot marittimi bejn il-port ta’ Marsilja u Korsika. Madankollu, wara analiżi fil-fond, il-Kummissjoni tinnota li l-kwestjonarju ma kellux preġudizzju bħal dan, peress li diversi mistoqsijiet staqsew lill-utenti dwar is-sostitwibbiltà tal-port ta’ Marsilja mal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali għall-vjaġġi tagħhom lejn/minn Korsika (il-premessa 106). Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kienu f’pożizzjoni li jaċċertaw (i) jekk l-utenti kinux iqabblu l-vjaġġi disponibbli f’Marsilja, f’termini ta’ frekwenza u ta’ skop, ma’ dawk disponibbli f’Toulon u f’Nizza; (ii) jekk l-utenti jaqilbux għal Toulon u għal Nizza fil-każ ta’ żieda ipotetika fin-nollijiet tat-trasport marittimu f’Marsilja; u (iii) jekk l-utenti kinux diġà użaw il-portijiet ta’ Toulon u/jew ta’ Nizza sabiex jivvjaġġaw minn/lejn Korsika, u għal liema raġuni. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet Franċiżi kienu f’pożizzjoni li jifhmu l-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali, u b’mod partikolari tal-port ta’ Marsilja mal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza.

(748)

Għalhekk, il-kumment ta’ Corsica Ferries dwar il-formulazzjoni tal-mistoqsijiet (il-premessa 400) jenħtieġ li jiġi miċħud. Għall-kuntrarju tal-asserzjoni tagħha, il-mistoqsijiet relatati mal-portijiet ta’ Franza kontinentali minbarra Marsilja ma kinux immirati biss sabiex jispjegaw l-għażla tar-rispondent tal-port ta’ Marsilja fuq il-portijiet l-oħrajn. Huma talbu wkoll lill-utenti dwar ir-raġunijiet għall-użu tal-portijiet ta’ Toulon u/jew ta’ Nizza minflok il-port ta’ Marsilja.

(749)

Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li, storikament, ir-rotot bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika biss kienu s-suġġett ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz (il-premessa 69). Għalhekk, f’dan il-każ, Franza tista’ tikkontesta b’mod leġittimu l-ħtieġa li jinżammu kuntratti pubbliċi ta’ servizz bejn Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika, billi tfittex li tidentifika l-ħtiġijiet kurrenti tal-utenti fuq dawk ir-rotot, u jekk servizzi oħrajn (bl-ajru jew marittimi minn portijiet oħrajn ta’ Franza kontinentali) jistgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tar-rotot marittimi bejn Marsilja u Korsika. Corsica Ferries ma tispjegax kif il-provvista ta’ kwestjonarji speċifiċi għall-utenti li jużaw ir-rotot bejn Toulon u Korsika, jew Nizza u Korsika, setgħet twassal għal konklużjonijiet differenti minn dawk li waslu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi.

(750)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-konsultazzjoni mal-utenti ġibdet diversi tweġibiet (kważi 1 000), (261) u b’hekk ipprovdiet lill-awtoritajiet Franċiżi b’kampjun sinifikanti ta’ osservazzjonijiet diretti mill-utenti. Għalhekk, Corsica Ferries ma tistax issostni li n-numru ta’ tweġibiet riċevuti ma kienx biżżejjed (il-premessa 402) fid-dawl tan-numru totali ta’ passiġġieri marittimi li vvjaġġaw bejn Korsika u Franza kontinentali. Corsica Ferries ma tipprovdi l-ebda informazzjoni dwar in-numru minimu li jenħtieġ li jkun meħtieġ sabiex tintuża d-data tal-konsultazzjoni mal-utenti. Pereżempju, huwa aċċettat b’mod komuni li kampjun ta’ madwar 1 000 persuna huwa biżżejjed sabiex jiġi kkompilat stħarriġ b’marġni baxx ta’ żball għal Franza kollha, li għandha popolazzjoni ta’ aktar minn 67 miljun (262). Fi kwalunkwe każ, il-konsultazzjoni mal-utenti kienet waħda minn numru ta’ strumenti użati mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jistabbilixxu d-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri.

(751)

Fir-rigward tal-fatt, irrapportat minn Corsica Ferries, li Corsica Linea ppruvat tinfluwenza t-tweġibiet għall-kwestjonarji billi tistieden lill-impjegati tagħha jimmarkaw it-tweġibiet li jgħinu sabiex tiġi żgurata ż-żamma tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz (il-premessa 403), il-Kummissjoni tinnota li din hija akkuża partikolarment serja dwar att li, skont id-dritt nazzjonali, jista’ jkun soġġett għal proċedimenti amministrattivi u/jew kriminali. Għaldaqstant, allegazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu akkumpanjati minn evidenza ċara, konkreta u solida. Madankollu, Corsica Ferries ma tipprovdi l-ebda evidenza bħal din fil-kummenti tagħha. Għalkemm tipprovdi ittra elettronika minn impjegat ta’ Corsica Linea, dik l-ittra elettronika sempliċiment qasmet link tal-internet għall-konsultazzjoni mal-utenti. L-ittra elettronika ma ssemmix il-grad tal-impjegat, ir-riċevituri jew l-eżistenza ta’ hemżiet, u għalhekk ma huwiex possibbli għall-Kummissjoni li tivvaluta l-ambitu reali tagħha.

(752)

It-tieni konsultazzjoni, il-konsultazzjoni mal-portijiet, stiednet ukoll lill-awtoritajiet tal-portijiet sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar is-servizzi marittimi lejn Korsika, bl-għan li jinfurmaw lill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari, dwar il-livell ta’ kompetizzjoni fis-servizzi tat-trasport marittimu u l-kapaċità tal-portijiet (il-premessi 116 sa 119). Kif indikat fil-premessa 96, din il-konsultazzjoni kienet miftuħa għal xahar, li kien perjodu ta’ żmien raġonevoli. Il-kwestjonarju sottomess lill-awtoritajiet tal-portijiet kien strutturat biżżejjed sabiex jippermetti lill-awtoritajiet Franċiżi jiksbu stampa sħiħa u dettaljata tal-funzjonament tal-portijiet ikkonċernati. Informa wkoll lill-awtoritajiet Franċiżi mhux biss dwar id-domanda tal-utenti (permezz ta’ elementi bħaż-żona ta’ klijentela tal-port, il-faċilitajiet disponibbli għall-utenti tat-trasport marittimu, l-aċċessibbiltà tal-port, eċċ.) iżda wkoll dwar il-provvista tas-suq li tista’ tiġi offruta b’mod kredibbli fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz (permezz ta’ deskrizzjoni sħiħa tas-servizzi u tal-kapaċitajiet disponibbli għall-kumpaniji tat-tbaħħir fil-portijiet). L-awtoritajiet Franċiżi rċivew kontributi mill-portijiet ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza (il-premessa 120), kif ukoll mill-portijiet ta’ Korsika permezz tas-CCI ta’ Korsika (il-premessa 124).

(753)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi li ppermettewlhom iqisu l-interessi tal-utenti.

(754)

L-awtoritajiet Franċiżi taw ukoll struzzjonijiet lil konsulent ekonomiku indipendenti, Gecodia, sabiex iwettaq studju komplementari tad-domanda tal-utenti, b’mod parallel mal-konsultazzjonijiet pubbliċi, sabiex jissupplimenta l-konsultazzjonijiet (il-premessa 90). Ir-rapport ta’ Gecodia fih il-konklużjonijiet dwar dan l-istudju. Il-Kummissjoni tinnota li, skont il-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI, studju mwettaq minn konsulent ekonomiku indipendenti dwar id-domanda tal-utenti għal servizz partikolari jista’ jikkostitwixxi strument xieraq sabiex jitqiesu l-interessi tal-utenti tas-servizz inkwistjoni, speċjalment meta tali studju jitwettaq flimkien ma’ konsultazzjoni pubblika.

(755)

Dawn l-elementi juru li Franza qagħdet fuq diversi strumenti, li l-Kummissjoni tqis xierqa skont it-tifsira tal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI, sabiex tqis l-interessi tal-utenti tas-servizzi inkwistjoni.

(2)   Dwar il-konklużjonijiet ta’ Franza dwar id-domanda kwalitattiva tal-utenti bejn Marsilja u Propriano

(756)

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni teżamina l-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi dwar (i) in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tat-trasport marittimu mat-trasport bl-ajru mill-perspettiva tal-passiġġieri; (ii) id-distinzjoni bejn il-passiġġieri residenti u dawk mhux residenti ta’ Korsika; (iii) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Marsilja ma’ Toulon u ma’ Nizza; u (iv) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Propriano mal-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika.

(a)   Dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tat-trasport marittimu mat-trasport bl-ajru

(757)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li d-domanda tal-utenti għat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika ma setgħetx tiġi ssodisfata f’kundizzjonijiet ekwivalenti mit-trasport bl-ajru, irrispettivament mir-rotta marittima kkonċernata. Franza eskludiet is-sostitwibbiltà bejn it-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu fuq il-bażi ta’ diversi fatturi, miġburin fil-qosor fil-premessi 127 sa 131.

(758)

Fost dawk il-fatturi, il-Kummissjoni tinnota, b’mod partikolari, li r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti għandhom it-tendenza li juru li tali sostitwibbiltà hija eskluża, peress li l-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti ftit li xejn iqabblu jew ma jqabblux affattu bejn it-trasport bl-ajru u dak marittimu, b’mod partikolari għar-rotta Marsilja-Propriano. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li proporzjon għoli ta’ passiġġieri jivvjaġġaw bil-karozza tagħhom fil-każ ta’ servizzi marittimi lejn Korsika, fatt ikkonfermat minn Corsica Ferries fil-kummenti tagħha (il-premessa 420). Ir-rapport ta’ Gecodia juri wkoll li r-restrizzjonijiet fuq il-ħin tal-ivvjaġġar u l-frekwenzi tat-trasport jikkontribwixxu għal dan in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà, billi l-ħinijiet tal-ivvjaġġar ivarjaw ħafna bejn iż-żewġ modi tat-trasport (siegħa bl-ajruplan u 6-12-il siegħa bid-dgħajsa) u hemm ħafna aktar titjiriet milli qsim fuq il-baħar.

(759)

Fuq il-bażi ta’ din l-evidenza, il-Kummissjoni hija tal-fehma li analiżi bħal din ma tidhirx li hija manifestament skorretta. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat dwar dan il-punt. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jeskludu s-sostitwibbiltà bejn it-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu fil-kuntest tas-servizzi lejn Korsika mingħajr ma jwettqu żball manifest ta’ valutazzjoni.

(b)   Dwar id-distinzjoni bejn passiġġieri residenti u dawk mhux residenti

(760)

Il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tar-rapport ta’ Gecodia, Franza tqis li hemm żewġ kategoriji ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bejn Korsika u Franza kontinentali b’domanda separata, jiġifieri l-passiġġieri residenti, minn naħa waħda, u l-passiġġieri mhux residenti, min-naħa l-oħra (il-premessi 132 sa 135).

(761)

Franza tispjega li din id-distinzjoni tirriżulta mill-eżistenza ta’ noll speċjali għar-residenti ta’ Korsika impost mis-CdC u applikat ukoll mill-kumpaniji tat-tbaħħir. Id-distinzjoni tirriżulta wkoll mill-imġiba differenti taż-żewġ kategoriji ta’ utenti f’termini tal-użu tagħhom tas-servizzi tat-trasport marittimu (il-passiġġieri residenti jivvjaġġaw b’mod aktar regolari matul is-sena u jippreferu jaqsmu billejl) u l-għażla differenti tagħhom tal-port tat-tluq/tal-wasla fi Franza kontinentali (il-passiġġieri residenti ma jqisux lil Marsilja u lil Nizza bħala sostitwibbli, għall-kuntrarju ta’ dawk mhux residenti).

(762)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li din id-distinzjoni ma kinitx tidher li hija vvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni. Madankollu, wara analiżi fil-fond tal-evidenza sottomessa minn Franza, il-Kummissjoni ma tqisx li kwalunkwe waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kienet tiġġustifika distinzjoni bħal din.

(763)

L-ewwel nett, l-argument li l-passiġġieri residenti jibbenefikaw minn noll imraħħas impost mill-iskema ta’ OSP tal-2019 minnu nnifsu ma jurix l-eżistenza ta’ mġiba differenti fl-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu. In-noll jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-post ta’ residenza tal-utenti u mhux fuq il-bażi tal-użu tagħhom tas-servizz inkwistjoni. L-eżistenza ta’ noll bħal dan hija primarjament ir-riżultat tar-rieda politika tas-CdC li jnaqqas ir-restrizzjonijiet tal-insularità għal din il-kategorija ta’ passiġġieri, mingħajr ma n-noll iservi ta’ prova li r-residenti jaġixxu b’mod differenti minn dawk li ma humiex residenti. L-argument li l-kumpaniji tat-tbaħħir jistgħu japplikaw nollijiet speċjali għar-residenti fuq inizjattiva tagħhom stess huwa irrilevanti wkoll, peress li (i) is-servizzi kkunsidrati f’dan il-każ huma servizzi tat-trasport marittimu operati bejn Korsika u Franza kontinentali, u mhux żoni ġeografiċi oħrajn, u (ii) l-iskema ta’ OSP tal-2019 tirrikjedi li l-kumpaniji tat-tbaħħir, mingħajr ebda għażla min-naħa tagħhom, japplikaw nollijiet imraħħsin għall-passiġġieri residenti fuq ir-rotot kollha li jaqdu lil Korsika.

(764)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-argumenti li (i) il-passiġġieri residenti jivvjaġġaw matul is-sena kollha (filwaqt li dawk mhux residenti jivvjaġġaw l-aktar fis-sajf) u (ii) jaqsmu billejl aktar minn passiġġieri mhux residenti (li minflok jivvjaġġaw binhar), huwa ċar li din l-evidenza ma hijiex manifestament konvinċenti. Fl-ewwel punt, il-konsultazzjoni mal-utenti turi li l-maġġoranza tar-rispondenti (residenti u mhux residenti) jivvjaġġaw darbtejn sa ħames darbiet fis-sena (il-premessa 112), inkluż fuq ir-rotta Marsilja-Propriano, b’tali mod li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ passiġġieri għandhom frekwenzi tal-ivvjaġġar simili, anke jekk ikollhom it-tendenza li jivvjaġġaw fi żminijiet differenti tas-sena. Fuq it-tieni punt, il-Kummissjoni tosserva li, kif jirrikonoxxu l-awtoritajiet Franċiżi stess, il-konklużjoni li r-residenti jivvjaġġaw aktar ta’ spiss billejl minn dawk li ma humiex residenti tapplika biss għar-rotot bejn Toulon u Korsika. B’kuntrast ma’ dan, kważi l-istess numru ta’ passiġġieri residenti u mhux residenti jivvjaġġaw billejl fuq ir-rotot bejn Nizza u Korsika (263). Fi kwalunkwe każ, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti juru b’mod ċar li l-utenti kollha (kemm ir-residenti kif ukoll dawk mhux residenti), irrispettivament mir-rotta marittima kkonċernata, huma favur il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla f’Korsika fis-seħħ fiż-żmien tal-konsultazzjoni mal-utenti, u dawn il-ħinijiet jikkonfermaw il-preferenza tal-passiġġieri mhux residenti li jaqsmu billejl (il-premessa 112).

(765)

B’mod aktar ġenerali, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti jikkonfermaw fil-biċċa l-kbira l-eżistenza ta’ domanda omoġenja mill-passiġġieri (il-premessa 112), kemm jekk residenti kif ukoll jekk mhux residenti, għall-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu, inkluż fuq ir-rotta Marsilja-Propriano (264).

(766)

Għalhekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda differenza evidenti fil-ħtiġijiet tal-passiġġieri residenti u mhux residenti fir-rigward tal-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu lejn Korsika. Għall-kuntrarju, id-domanda tal-passiġġieri għas-servizzi tat-trasport marittimu fil-kuntest tas-servizzi marittimi lejn Korsika hija omoġenja ħafna.

(767)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi aggregaw id-domanda minn passiġġieri residenti u mhux residenti għall-finijiet tal-analiżi tal-falliment tas-suq (ara t-Table 16). Barra minn hekk, il-PSC għar-rotta Marsilja-Propriano ma jipprevedi l-ebda obbligu ta’ servizz pubbliku speċifiku għal kwalunkwe kategorija ta’ passiġġieri: fi kliem ieħor, dan jittrattahom bl-istess mod, mingħajr ma jirrikonoxxi ħtieġa t’a servizz pubbliku speċifika għal waħda minnhom.

(768)

Għalhekk, l-iżball manifest ta’ valutazzjoni li sar mill-awtoritajiet Franċiżi kien jinvolvi distinzjoni li minnha nnifisha ma qajmitx dubji dwar il-karatterizzazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotta Marsilja-Propriano.

(c)   Dwar is-sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Marsilja mal-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali

(769)

Il-Kummissjoni tosserva li, fir-rigward tal-għażla tal-port tat-tluq/tal-wasla ta’ Franza kontinentali (il-premessa 135), l-awtoritajiet Franċiżi kienu tal-fehma li l-passiġġieri residenti ma kinux jiddistingwu bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon. Fi kliem ieħor, passiġġier resident li juża rotta lejn/minn Korsika jista’ juża jew il-port ta’ Marsilja jew il-port ta’ Toulon sabiex jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu. Madankollu, Franza qieset li, minħabba d-distanza ta’ 200 km bejn Marsilja u Nizza, il-passiġġieri residenti ma kkunsidrawx dawk iż-żewġ portijiet bħala sostitwibbli għall-vjaġġi tagħhom lejn/minn Korsika. Konsegwentement, id-domanda mill-passiġġieri residenti li jużaw rotta lejn/minn Korsika kellha tinftiehem bħala li tkopri d-domanda tal-passiġġieri bejn Marsilja/Toulon u Korsika, u l-analiżi tal-falliment tas-suq bejn Korsika u Franza kontinentali kellha tiġi eżaminata fl-istess ħin fuq rotot lejn jew mill-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon.

(770)

Fir-rigward ta’ passiġġieri mhux residenti, Franza ssostni li ma għamlet l-ebda distinzjoni bejn it-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali, u li dawk it-tliet portijiet kienu kompletament sostitwibbli, mingħajr, madankollu, ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni speċifika b’appoġġ għal dik il-konklużjoni. Dan kien ifisser li d-domanda kwantitattiva minn passiġġieri mhux residenti kellha tiġi kkalkolata fuq bażi aggregata għat-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali, u l-analiżi tal-falliment tas-suq bejn Korsika u Franza kontinentali kellha tiġi eżaminata fl-istess ħin fuq ir-rotot lejn jew mill-portijiet ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza.

(771)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti juru li l-maġġoranza tal-passiġġieri (residenti/mhux residenti) iqabblu l-qsim disponibbli f’Marsilja u fil-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali, u li proporzjon kbir minnhom użaw f’tal-anqas port ta’ Franza kontinentali wieħed minbarra Marsilja għall-vjaġġi tagħhom lejn/minn Korsika fl-2019 (il-premessi 113 u 114). F’każ ta’ żieda fin-noll marittimu f’Marsilja, maġġoranza sinifikanti ta’ rispondenti jaqilbu għal Toulon, filwaqt li minoranza jivvjaġġaw ukoll lejn Nizza. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li tqabbil bħal dan huwa anqas frekwenti fuq ir-rotta Marsilja-Propriano (il-premessa 113), inkluż fil-każ ta’ żieda ipotetika fin-noll marittimu fil-port ta’ Marsilja (il-premessa 114). B’mod ġenerali, ir-riżultati juru wkoll li l-passiġġieri mhux residenti għandhom it-tendenza li jqabblu l-qsim disponibbli fid-diversi portijiet ta’ Franza kontinentali anqas mill-passiġġieri residenti.

(772)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-portijiet, il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja ddikjaraw li jikkompetu bis-sħiħ ma’ xulxin għat-trasport marittimu tal-passiġġieri, b’żona ta’ klijentela li tkopri lil Franza kollha. Il-livell ta’ kompetizzjoni bejn il-port ta’ Nizza u l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon jidher li huwa anqas, peress li l-port ta’ Nizza prinċipalment jattira klijenti reġjonali (il-premessi 121 u 122). Madankollu, l-awtoritajiet ta’ dawn it-tliet portijiet ma esprimew l-ebda restrizzjoni partikolari fir-rigward tal-possibbiltà li t-traffiku tal-passiġġieri jiġi mmaniġġat faċilment bl-użu tal-infrastruttura tagħhom (il-premessa 123), għalkemm l-awtorità tal-port ta’ Toulon ma tistax tiggarantixxi vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa lejn Korsika minħabba l-livell għoli ta’ okkupazzjoni tal-infrastruttura tal-port tagħha.

(773)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-bliet ta’ Marsilja u ta’ Toulon jinsabu bejn wieħed u ieħor 60 km ’il bogħod minn xulxin, b’ħin medju tal-vjaġġ ta’ anqas minn siegħa bit-triq u bil-ferrovija (il-premessa 25). Iż-żewġ bliet huma konnessi tajjeb ħafna ma’ xulxin, b’infrastruttura maġġuri tal-awtostrada u b’konnessjonijiet ferrovjarji frekwenti. Min-naħa l-oħra, Nizza hija ferm aktar ’il bogħod minn Toulon u minn Marsilja, b’distanzi ta’ aktar minn 150 km (li jikkorrispondu għal ħin medju tal-vjaġġ ta’ mill-inqas siegħa u 45 minuta sa sagħtejn bit-triq jew bil-ferrovija bejn Toulon u Nizza), minkejja l-infrastruttura tat-toroq u konnessjonijiet ferrovjarji maġġuri.

(774)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li distanza ta’ aktar minn 100 km, jew ħin tal-vjaġġ ta’ aktar minn siegħa bejn żewġ faċilitajiet tista’ tkun indikazzjoni li, fil-prinċipju, il-kompetizzjoni bejniethom hija eskluża mill-perspettiva tal-utenti. Pereżempju, il-Kummissjoni tqis li ż-żona ta’ klijentela ta’ ajruport tkopri suq ġeografiku b’raġġ ta’ madwar 100 km jew ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija jew bil-ferrovija b’veloċità għolja ta’ madwar 60 minuta (265).

(775)

Minn dawn is-sejbiet jistgħu jinħarġu l-konklużjonijiet li ġejjin.

(776)

Il-Kummissjoni tqis li l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon huma sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri, kemm jekk residenti kif ukoll jekk mhux residenti. Id-distanza bejn iż-żewġ portijiet hija ta’ anqas minn 100 km u l-ħin tal-vjaġġ huwa ta’ anqas minn siegħa; iż-żewġ bliet huma konnessi tajjeb ħafna u b’mod regolari mal-infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji. Il-konsultazzjonijiet mal-utenti u mal-portijiet juru wkoll kompetizzjoni qawwija bejn iż-żewġ portijiet għat-trasport tal-passiġġieri (266). F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni.

(777)

Min-naħa l-oħra, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa lilha, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx biżżejjed evidenza ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Nizza mill-perspettiva tal-passiġġieri, kemm jekk residenti kif ukoll jekk mhux residenti (267).

(778)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li d-distanza bejn Marsilja u Nizza hija ta’ ferm aktar minn 100 km jew ħin tal-ivvjaġġar ta’ siegħa. Għalhekk, is-sostitwibbiltà tal-port ta’ Nizza mal-port ta’ Marsilja jenħtieġ li, fil-prinċipju, tiġi eskluża. It-tieni, ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-utenti u mal-portijiet jikkonfermaw dan in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Nizza u ta’ Marsilja. Il-port ta’ Nizza nnifsu jindika wkoll li ż-żona ta’ klijentela tiegħu hija reġjonali biss, għall-kuntrarju ta’ dik taż-żewġ portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali, li hija nazzjonali. It-tielet, ir-rapport ta’ Gecodia, li minkejja dan jikkonkludi li l-passiġġieri mhux residenti jqisu t-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali bħala sostitwibbli (għall-kuntrarju tal-passiġġieri residenti), ma jipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni sabiex jappoġġa din il-konklużjoni.

(779)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha sottomessa minn Franza, il-Kummissjoni tqis li, għall-passiġġieri, kemm jekk residenti kif ukoll jekk mhux residenti, jidher ċar li l-port ta’ Nizza ma kienx sostitwibbli għall-port ta’ Marsilja.

(780)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan l-iżball manifest ma għandu l-ebda impatt, f’dan il-każ, fuq il-karatterizzazzjoni ta’ ħtieġa għal servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri bejn Marsilja u Propriano.

(781)

L-ewwel nett, fir-rigward tad-domanda kwantitattiva stmata (jiġifieri n-numru ta’ passiġġieri li għandhom jiġu ttrasportati), il-Kummissjoni tinnota li Franza ma stmatx b’mod eċċessiv id-domanda kwantitattiva mill-passiġġieri li jivvjaġġaw bejn Franza kontinentali u l-port ta’ Propriano, peress li l-port ta’ Propriano kien storikament konness biss ma’ Marsilja, bl-esklużjoni tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza. Għalhekk, in-numru totali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bejn il-port ta’ Propriano u Franza kontinentali kien de facto n-numru ta’ passiġġieri fuq ir-rotta Marsilja-Propriano. Id-domanda stmata mill-awtoritajiet Franċiżi, li hija bbażata fuq data storika għall-2016-2021 (il-premessa 150), kienet limitata għat-traffiku storiku bejn Marsilja u Propriano. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet Franċiżi inkludew strettament id-domanda bejn Marsilja u Propriano fil-ħtieġa ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li l-inklużjoni jew le tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza fl-ambitu tas-servizz pubbliku ma kienet tal-ebda konsegwenza f’dan il-każ.

(782)

It-tieni, u bl-istess mod, dak l-iżball ma jivvizzjax l-analiżi tal-falliment tas-suq sa fejn dik l-analiżi wriet fi kwalunkwe każ li ma kien hemm l-ebda operatur li lest jipprovdi servizzi kummerċjali bejn il-port ta’ Propriano u Franza kontinentali (il-premessa 828). Għalhekk, irrispettivament mill-grad ta’ sostitwibbiltà preżunta bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali għal konnessjonijiet ma’ Propriano, fi kwalunkwe każ kien hemm falliment sħiħ tas-suq.

(d)   Dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Propriano mal-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika

(783)

Il-Kummissjoni tosserva li, fir-rigward tal-għażla tal-passiġġieri tal-port ta’ tluq/wasla ta’ Korsika, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux analiżi speċifika tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika mill-perspettiva tal-utenti, u b’mod aktar partikolari tal-port ta’ Propriano mal-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika. Madankollu, fl-ilment, Corsica Ferries sostniet li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano kienu kompletament sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li dan ma kienx jidher li kien il-każ, minħabba l-ħin sinifikanti ta’ vvjaġġar bejn iż-żewġ postijiet u l-karatteristiċi topografiċi partikolari tal-vjaġġ (268).

(784)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew diversi biċċiet ta’ evidenza f’dan ir-rigward matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li juru fil-fehma tagħhom li l-port ta’ Propriano ma huwiex sostitwibbli mal-port ta’ Ajaccio, jew b’mod aktar ġenerali mal-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika (it-Taqsimiet 2.1, 2.2 u 4.1.3). Xi partijiet interessati pprovdew ukoll evidenza dwar dan il-punt, b’Corsica Ferries li insistiet fuq is-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano, filwaqt li Corsica Linea tikkontestaha.

(785)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa lilha, il-port ta’ Propriano jinsab f’distanza konsiderevoli mill-portijiet ta’ Bastia u ta’ L’Île-Rousse (il-premessi 36 u 37). Għalhekk, il-port ta’ Propriano ma setax jitqies bħala sostitwibbli ma’ dawk iż-żewġ portijiet l-oħrajn.

(786)

Fir-rigward tal-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio, il-Kummissjoni tinnota li d-distanza bejn dawk il-portijiet u Propriano hija ta’ madwar 70 km. Madankollu, fiż-żewġ każijiet il-ħin tal-vjaġġ huwa ta’ kważi siegħa u nofs bil-karozza u siegħa u 45 minuta bil-karozza tal-linja, b’relattivament ftit servizzi ta’ kuljum disponibbli (il-premessi 36 u 37). Għalhekk, dawk il-ħinijiet twal tal-vjaġġ għandhom it-tendenza li jeskludu, fil-prinċipju, is-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio mal-port ta’ Propriano.

(787)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll, l-istess bħall-awtoritajiet Franċiżi (il-premessa 361), li l-ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn Propriano u Ajaccio/Porto-Vecchio huma affettwati minn toroq li fihom ħafna liwjiet li jaggravaw ir-riskju ta’ aċċidenti tat-traffiku, li huma partikolarment frekwenti f’Korsika. Il-gżira għandha wkoll rata għolja ta’ fatalitajiet fit-toroq (il-premessa 18). Dawn ir-restrizzjonijiet ġeografiċi jikkontribwixxu wkoll għaż-żieda fil-kostijiet tal-petrol, hekk kif Corsica Linea tindika sew fil-kummenti tagħha (il-premessa 549); dawn il-kostijiet kienu partikolarment għoljin f’Korsika (il-premessa 21) u dan f’kuntest fejn ir-reġjun ta’ Propriano kien affettwat ħażin minn inflazzjoni għolja fl-2022, li żiedet l-għoli tal-ħajja għall-popolazzjoni lokali (il-premessa 23). Din l-informazzjoni oġġettiva sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi, li tqis l-interess tal-utenti f’konformità mal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI, issaħħaħ is-sejba li ma jidhirx manifestament żbaljat li jiġi kkunsidrat li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio, minn naħa, u Propriano, min-naħa l-oħra, jistgħu jitqiesu bħala mhux sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti.

(788)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, għalkemm il-konsultazzjoni mal-utenti ma kinitx tinkludi mistoqsijiet speċifiċi dwar is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika, ir-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni pprovdew xi għarfien dwar dan il-punt. Tabilħaqq, kif stabbilit fil-premessi 113 u 114, filwaqt li l-passiġġieri ġeneralment għandhom it-tendenza li jqabblu l-qsim disponibbli mid-diversi portijiet ta’ Franza kontinentali lejn Korsika, dawn ir-riżultati jvarjaw minn rotta għal oħra. Jidher li l-maġġoranza tar-rispondenti li jużaw ir-rotta Marsilja-Propriano (aktar minn 60 %) ma kinux jużaw servizzi oħrajn tat-trasport marittimu lejn/mill-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali fl-2019 bħala alternattiva (bħal, pereżempju, ir-rotot Toulon-Ajaccio jew Toulon-Porto-Vecchio), u li aktar minn 50 % minnhom qatt ma jqabblu l-qsim disponibbli fil-portijiet ta’ Franza kontinentali lejn/minn Propriano, għall-kuntrarju ta’ kif jagħmlu għar-rotot l-oħrajn minn/lejn Korsika.

(789)

Fid-dawl tal-fatt li l-port ta’ Propriano għandu konnessjoni waħda biss ma’ Franza kontinentali (Marsilja), dawk ir-riżultati għandhom it-tendenza li juru aktar u aktar li l-utenti ma jqabblux ir-rotta Marsilja-Propriano ma’ qsim alternattiv disponibbli minn portijiet oħrajn ta’ Franza kontinentali, bħal Toulon-Ajaccio jew Toulon-Vecchio, sabiex jivvjaġġaw lejn Propriano u viċi versa.

(790)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li ma huwiex manifestament żbaljat min-naħa tal-awtoritajiet Franċiżi li f’dan il-każ iqisu li l-portijiet ta’ Propriano u ta’ Ajaccio/Porto-Vecchio ma humiex sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti (269).

(791)

Il-kummenti sottomessi minn Corsica Ferries, li sempliċiment jikkontestaw in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn Ajaccio u Propriano waħedhom, ma humiex tali li jbiddlu dik il-konklużjoni.

(792)

L-ewwel nett, billi tinnota li d-distanza bejn Propriano u Ajaccio hija ta’ 70 km biss u li distanza bħal din hija negliġibbli għall-passiġġieri li huma prinċipalment f’vetturi (il-premessa 420), Corsica Ferries tibbaża s-sostitwibbiltà bejn iż-żewġ portijiet esklużivament fuq id-distanza ta’ bejniethom. Madankollu, id-distanza bejn iż-żewġ portijiet hija biss fattur wieħed fost oħrajn fid-determinazzjoni tal-grad ta’ sostitwibbiltà tagħhom.

(793)

It-tieni, Corsica Ferries tissottometti li huwa żbaljat li wieħed iqis li ħin tal-ivvjaġġar ta’ madwar siegħa jkun ostaklu għas-sostitwibbiltà taż-żewġ portijiet (il-premessa 421). Madankollu, il-ħin tal-vjaġġ bejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano ma huwiex ta’ madwar siegħa, iżda ta’ siegħa u nofs bit-triq u ta’ siegħa u 45 minuta bil-karozza tal-linja (il-premessi 36-37) u, għalhekk, huwa konsiderevolment itwal (270).

(794)

F’dak il-kuntest, Corsica Ferries tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li ħinijiet itwal tal-vjaġġ bejn Marsilja u Nizza jew Toulon u Nizza ma jżommux milli tiġi rikonoxxuta s-sostitwibbiltà bejn dawk il-portijiet (il-premessa 422). Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali ma hijiex rilevanti sabiex tiġi eżaminata s-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika, peress li dawn tal-aħħar iridu jkunu s-suġġett ta’ analiżi speċifika għaċ-ċirkostanzi u għall-karatteristiċi ta’ Korsika. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi tar-rapport ta’ Gecodia tal-grad ta’ sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Franza kontinentali ma kinitx rigoruża biżżejjed għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 780.

(795)

It-tielet, Corsica Ferries tinnota li r-residenti li jinsabu f’nofs triq bejn Ajaccio u Propriano (b’mod partikolari fi Grosseto-Prugna) qiesu li ż-żewġ portijiet huma sostitwibbli (il-premessa 423). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi taż-żona ta’ klijentela ta’ port titlob li tingħata kunsiderazzjoni lill-utenti kollha koperti minn dik iż-żona, u mhux biss lil dawk li jinsabu fil-fruntieri ta’ dik iż-żona u li, skont id-definizzjoni, jistgħu jkunu f’kuntatt ma’ żona ta’ klijentela oħra. Fil-fatt, huwa inerenti fi kwalunkwe żona ta’ klijentela li jkun hemm fruntieri, li fit-tarf tagħhom l-utenti jistgħu jirrikorru għal infrastruttura jew għal servizz ieħor jew aktar (271). Fi kwalunkwe każ, Corsica Ferries ma turix li r-residenti ta’ Grosseto-Prugna jikkostitwixxu l-maġġoranza, jew saħansitra minoranza sinifikanti, tal-passiġġieri li jużaw is-servizzi tat-trasport marittimu fil-port ta’ Propriano.

(796)

Ir-raba’, il-Kummissjoni tinnota, kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (272) u mingħajr ma ġiet ikkontestata fuq dak il-punt minn Corsica Ferries, li l-fatt li l-passiġġieri normalment jitilgħu abbord minn Propriano huma meħtieġa jivvjaġġaw lejn Ajaccio sabiex jaslu Franza kontinentali f’jiem meta ma jkun hemm l-ebda vjaġġ bir-ritorn fil-port ta’ Propriano ma jirriżultax, mill-perspettiva tal-passiġġier, minn għażla ta’ vvjaġġar lejn port wieħed jew ieħor, iżda minn rekwiżit ta’ vvjaġġar lejn Ajaccio minħabba n-nuqqas ta’ servizzi fi Propriano. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-argument ta’ Corsica Ferries (il-premessa 424), dan il-fatt ma jistax jitqies bħala rilevanti fil-valutazzjoni tas-sostitwibbiltà taż-żewġ portijiet.

(797)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi nfushom irrikonoxxew is-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Propriano u ta’ Ajaccio għat-trasport tal-passiġġieri fl-2018 fil-kuntest ta’ perizja ordnata minn qorti nazzjonali (il-premessa 425), irid jiġi nnotat li dan il-fatt huwa irrilevanti, billi huwa relatat ma’ miżuri oħrajn differenti minn dawk eżaminati f’dan il-każ. Jenħtieġ li jiġi mfakakr li l-opinjoni kienet tikkonċerna s-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Propriano u ta’ Ajaccio fir-rigward tas-servizz addizzjonali stabbilit fil-kuntest tal-PSC tal-2007-2013 għall-perjodu tas-sajf, li l-finanzjament tiegħu kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli (il-premessa 67).

(798)

Għalhekk, l-argumenti ta’ Corsica Ferries li dik l-opinjoni kienet tikkonċerna (i) is-servizzi marittimi lejn Korsika u l-obbligi ta’ servizz pubbliku simili għal dawk stabbiliti mill-PSCs u (ii) perjodu riċenti li matulu ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali fis-suq għas-servizzi marittimi (il-premessa 426) ma humiex korretti. Il-PSCs ma jipprovdux għal servizz addizzjonali bħal dak previst fil-PSC tal-2007-2013.

(799)

Barra minn hekk, l-ittra pprovduta minn Corsica Ferries fl-Anness 8 tal-kummenti tagħha ma tipprovdi l-ebda evidenza fattwali jew legali dwar ir-raġunijiet li wasslu lill-espert legali sabiex isib sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano, bir-riżultat li l-Kummissjoni ma hijiex f’pożizzjoni li tinkludi din l-evidenza fl-analiżi tagħha. L-ittra tirreferi biss għall-fatt li l-partijiet “qablu” dwar l-eżistenza ta’ tali sostitwibbiltà. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw is-sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano f’dan il-każ (it-Taqsima 4.1.3) u ssottomettew diversi biċċiet ta’ evidenza oġġettiva b’appoġġ għall-pożizzjoni tagħhom, li l-Kummissjoni hija meħtieġa tieħu pożizzjoni dwarhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. L-ebda evidenza mressqa minn Corsica Ferries fil-kummenti tagħha ma hija kapaċi tistabbilixxi li l-informazzjoni pprovduta minn Franza dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano hija manifestament skorretta.

(e)   Konklużjonijiet dwar id-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri

(800)

Bħala konklużjoni, minn dan kollu ta’ hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi użaw strumenti xierqa sabiex jidentifikaw id-domanda kwalitattiva tal-passiġġieri bejn Marsilja u Propriano, f’konformità mal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI.

(801)

Dawk l-istrumenti għamluha possibbli li jiġu enfasizzati l-ħtiġijiet tal-utenti għas-servizzi tat-trasport marittimu, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi għamlu żball ta’ valutazzjoni fid-distinzjoni bejn il-passiġġieri residenti ta’ Korsika u dawk mhux residenti, peress li d-domanda minn dawk iż-żewġ kategoriji dehret li kienet ġeneralment omoġenja. Madankollu, dan l-iżball ma għandu l-ebda impatt fuq l-analiżi tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku mwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi għar-rotta Marsilja-Propriano.

(802)

Barra minn hekk, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew b’mod korrett is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon mill-perspettiva tal-utenti, huma ma wettqu l-ebda analiżi rigoruża tas-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Nizza. Madankollu, żball bħal dan ma huwiex kapaċi jaffettwa l-analiżi tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku bejn Marsilja u Propriano.

(803)

Fl-aħħar nett, l-evidenza sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi hija plawżibbli biżżejjed sabiex jiġi eskluż kwalunkwe żball manifest ta’ valutazzjoni relatat man-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-port ta’ Propriano u l-portijiet l-oħrajn ta’ Korsika.

7.3.2.1.1.1.2.   Id-domanda kwantitattiva

(804)

Sabiex tikkwantifika d-domanda tal-passiġġieri għal kull waħda mir-rotot marittimi bejn Marsilja u Korsika, inkluż fuq ir-rotta Marsilja-Propriano, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi fasslu projezzjonijiet għall-perjodu mill-2023 sal-2030, filwaqt li bħala referenza ħadu d-data għall-2019; bl-2020 u bl-2021 li kienu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 (il-premessa 150) (273). Fi kliem ieħor, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu l-aktar sena riċenti li fiha s-suq għat-trasport marittimu tal-passiġġieri fil-kuntest tas-servizzi marittimi kien qed jaħdem b’mod normali. Skont il-Kummissjoni, dik l-għażla ma hijiex ivvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni.

(805)

Barra minn hekk, sabiex tiġi stmata d-domanda futura matul il-perjodu taħt analiżi, l-awtoritajiet Franċiżi applikaw rata medja ta’ tkabbir annwali minn sorsi uffiċjali, jiġifieri r-rata medja ta’ tkabbir annwali ppubblikata mill-Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika għad-domanda għat-trasport sal-2030, ikkalkolata fuq il-bażi tad-data disponibbli fl-2021 (il-premessa 150). Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rata medja ta’ tkabbir annwali ġiet ikkalkolata, fost l-oħrajn, bl-għan li l-projezzjonijiet tat-trasport isiru disponibbli għall-awtoritajiet lokali għal proġetti relatati mat-trasport, kif inhu l-każ hawnhekk. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jużaw dik ir-rata medja ta’ tkabbir annwali mingħajr ma jwettqu żball manifest ta’ valutazzjoni, b’mod partikolari peress li r-rata ġiet aġġustata sabiex titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ Korsika, li hija stess kienet indirizzata fl-istudji mill-Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika.

(806)

Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(807)

B’riżultat ta’ dan, Franza ma wettqitx żball manifest ta’ valutazzjoni fl-analiżi tad-domanda kwantitattiva għat-trasport tal-passiġġieri bejn Marsilja u Propriano.

7.3.2.1.1.2.   L-eżistenza ta’ falliment tas-suq

7.3.2.1.1.2.1.   L-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz

(1)   Dwar l-istrumenti xierqa użati minn Franza sabiex tidentifika l-provvista tas-suq

(808)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi nedew il-konsultazzjoni mal-operaturi li stiednet lill-operaturi marittimi interessati kollha sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-servizzi li kieku joffru fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn Korsika u Franza kontinentali. Il-konsultazzjoni mal-operaturi damet ħames ġimgħat u kienet aċċessibbli fuq is-sit web tas-CdC għal kwalunkwe operatur li xtaq jieħu sehem (il-premessa 97).

(809)

Il-konsultazzjoni mal-operaturi kienet tinkludi kwestjonarju dwar il-karatteristiċi tas-servizzi kummerċjali li l-operaturi kieku jipproponu li jimplimentaw. Dan il-kwestjonarju kien akkumpanjat minn diversi dokumenti li jinfurmaw lill-operaturi dwar (i) il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi marittimi lejn Korsika, (ii) il-passi meħudin mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku, (iii) id-diversi kategoriji ta’ utenti identifikati inizjalment minn Franza u (iv) preżentazzjoni qasira tar-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 98). B’hekk, l-informazzjoni kollha ppreżentata ippermettiet lill-operaturi jifhmu l-kuntest li fih kienu qegħdin jiġu kkonsultati.

(810)

Il-kwestjonarju sottomess lill-operaturi stedinhom, b’mod partikolari, sabiex jiddeskrivu l-karatteristiċi tas-servizzi kummerċjali li kieku jimplimentaw (il-premessi 163 sa 165), sabiex l-awtoritajiet Franċiżi jkunu jistgħu jifhmu: in-numru ta’ rotot li jitħaddmu; il-frekwenza tagħhom; il-kapaċità u l-karatteristiċi tal-bastimenti użati; il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla; is-servizzi offruti abbord; il-perjodi tas-sena li matulhom jiġi implimentat is-servizz; jekk is-servizzi kinux jinkludu waqfiet, eċċ. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-mistoqsijiet kienu jirriflettu dawk imqajmin fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-utenti (skedi taż-żmien, frekwenza, bastimenti b’kabini u kapaċità tal-bastimenti, perjodi tas-sena, portijiet tat-tluq/wasla, eċċ.).

(811)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kienu f’pożizzjoni li jqabblu l-provvista proposta mill-operaturi mal-karatteristiċi tad-domanda tal-utenti sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, ma huwiex korrett li jiġi ddikjarat, kif tagħmel Corsica Ferries (il-premessa 461), li l-kwestjonarju sempliċiment stieden lill-operaturi sabiex jiddeskrivu s-servizzi li kieku jimplimentaw sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kontinwità territorjali. Għall-kuntrarju, il-kwestjonarju talab, fil-qosor, deskrizzjoni sħiħa tal-provvista tas-suq, kemm eżistenti kif ukoll potenzjali, li l-operaturi x’aktarx li jimplimentaw fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li Corsica Ferries ilmentat, fit-tweġiba tagħha għall-konsultazzjoni mal-operaturi, dwar in-natura dettaljata tal-mistoqsijiet (il-premessa 169).

(812)

Minn dan jidher ċar ukoll li Corsica Ferries ma għandha l-ebda raġuni għaliex tiddikjara li l-awtoritajiet Franċiżi ma stabbilewx xenarju kontrofattwali trasparenti u oġġettiv (ara l-premessa 459).

(813)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi wettqu wkoll konsultazzjoni mal-portijiet, li għamlitha possibbli li tinġabar informazzjoni rilevanti dwar il-kapaċità u s-servizzi offruti mill-portijiet lill-kumpaniji tat-tbaħħir (il-premessa 752).

(814)

B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet Franċiżi wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa sabiex iqisu l-interessi tal-fornituri tas-servizzi, f’konformità mal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI.

(2)   Dwar il-konklużjonijiet ta’ Franza rigward l-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq

(815)

Il-Kummissjoni tinnota li tliet operaturi wieġbu għall-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 166). Corsica Linea u La Méridionale ddikjaraw li ma jipprovdu l-ebda servizz kummerċjali fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz (il-premessa 167). Corsica Ferries issottomettiet lill-awtoritajiet Franċiżi l-offerta kummerċjali li kienet tagħmel fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku ta’ servizz (il-premessi 170 sa 173).

(816)

Fil-kummenti tagħha, Corsica Ferries tqis, essenzjalment, li d-dikjarazzjonijiet magħmulin minn Corsica Linea u minn La Méridionale ma kinux kredibbli u li, għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kellhom janalizzaw dawk id-dikjarazzjonijiet f’aktar dettall (il-premessi 464 u 465).

(817)

Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI u l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ kif interpretat mill-ġurisprudenza (is-sentenza SNCM II), l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jagħżlu l-istrumenti xierqa sabiex janalizzaw falliment possibbli tas-suq. F’dak ir-rigward, huma jistgħu jorganizzaw konsultazzjoni pubblika (il-premessa 737) bl-għan li jiġbru l-fehmiet tal-operaturi dwar il-kapaċità tas-suq li jissodisfa domanda identifikata mill-awtoritajiet pubbliċi. Dan il-punt ma huwiex ikkontestat minn xi waħda mill-partijiet interessati.

(818)

Il-Kummissjoni tosserva li, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw konsultazzjoni ma’ operatur pubbliku, li l-kontenut tagħha ppermettielhom jiġbru informazzjoni preċiża u kompluta dwar il-provvista tas-suq li tkun offruta fil-kuntest tas-servizzi marittimi lejn Korsika, skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kuntratt pubbliku ta’ servizz (it-Taqsima 3.4.2.2.1).

(819)

Meta konsultazzjoni pubblika sħiħa u preċiża tiġi organizzata minn Stat Membru, hija l-għażla tal-operaturi jekk jiħdux sehem jew le, u jekk jiddeċiedu li jieħdu sehem, jeħtiġilhom jagħmlu dan fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ bona fide. Għalhekk, huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni korretta u kompluta lill-Istat Membru sabiex dan ikun jista’ janalizza kemm jista’ jkun bis-sħiħ il-provvista tas-suq li tkun implimentata fin-nuqqas ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku.

(820)

F’dan il-każ, fir-rigward tal-provvista tas-suq eżistenti offruta minn Corsica Linea u minn La Méridionale, il-Kummissjoni tinnota, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi u mill-partijiet interessati, li, fid-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs (l-20 ta’ Diċembru 2022), la Corsica Linea u lanqas La Méridionale ma kienu jipprovdu servizzi kummerċjali barra mill-PSCs fuq rotta waħda jew aktar bejn Franza kontinentali u Korsika. Dawk il-kumpaniji kienu joperaw servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali kummerċjali bejn Franza u l-Afrika ta’ Fuq biss. Corsica Ferries ma tipprovdi l-ebda evidenza li turi bil-kontra fil-kummenti tagħha. Hija tipprovdi biss informazzjoni dwar is-servizzi li fil-fatt ġew offruti, kemm minn Corsica Linea kif ukoll minn La Méridionale, fl-2023 u fl-2024, jiġifieri wara d-data li fiha ġew aġġudikati l-PSCs (il-premessa 465). Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma setgħux jibbażaw fuq analiżi tal-provvista privata eżistenti offruta minn Corsica Linea jew minn La Méridionale.

(821)

Fir-rigward tal-provvista potenzjali li La Méridionale u Corsica Linea setgħu joffru, l-istudju 1 ta’ BRG ipprovdut minn Corsica Ferries jiddikjara li l-kumpanija Corsica Linea kienet issottomettiet pjan tat-trasport f’Ġunju 2022 lill-OTC li fih infurmatu bl-intenzjoni tagħha li, matul l-2023, tniedi 19-il vjaġġ bir-ritorn madwar Marsilja u Propriano, 5 vjaġġi bir-ritorn bejn Marsilja u Ajaccio u 10 vjaġġi bir-ritorn bejn Marsilja u L’Île-Rousse. Madankollu, huwa ċar li (i) il-pjan tat-trasport ma kienx jikkonċerna lil La Méridionale; (ii) ġie sottomess aktar minn 3 xhur wara l-konsultazzjoni mal-operaturi u l-karatterizzazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku minn Franza, filwaqt li l-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni tal-PSCs kienu diġà tnedew fis-6 ta’ Mejju 2022; (iii) kien jikkonċerna operazzjonijiet ippjanati għall-2023 biss, filwaqt li l-għan tal-konsultazzjoni mal-operaturi kien li tiġi analizzata l-provvista tas-suq għall-perjodu 2023-2028. Fid-dawl ta’ dawk il-limitazzjonijiet, dak il-fatt waħdu ma huwiex biżżejjed sabiex juri li d-dikjarazzjonijiet ta’ Corsica Linea ma kinux kredibbli. Fi kwalunkwe każ, Corsica Ferries ma turix kif il-pjan tat-trasport, li, barra minn hekk, jikkonċerna numru negliġibbli ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ darba, seta’ jinfluwenza l-analiżi tal-falliment tas-suq imwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi.

(822)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jiġu kkritikati talli ma wettqux analiżi fil-fond tat-tweġibiet li waslu għall-konsultazzjoni mal-operaturi jekk, dak iż-żmien, ma kellhom l-ebda evidenza li d-dikjarazzjonijiet inkwistjoni kienu manifestament żbaljati. Ir-referenza ta’ Corsica Ferries għall-paragrafu 369 tal-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni (il-premessa 464) hija irrilevanti f’dan ir-rigward, peress li ma tipprovdi l-ebda evidenza għal dak l-għan. L-ewwel nett, l-opinjoni indirizzat il-karatterizzazzjoni tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku mwettqa fil-kuntest tal-PSCs tal-2019-2020, u mhux il-miżuri inkwistjoni. It-tieni, l-opinjoni pproponiet l-użu ta’ metodoloġija alternattiva għal konsultazzjoni pubblika. Madankollu, kif indikat fil-premessa 814, f’dan il-każ, il-konsultazzjoni mal-operaturi kienet strument xieraq għall-analiżi tal-falliment tas-suq, mingħajr ma l-awtoritajiet Franċiżi kienu meħtieġa li, skont il-Qafas tal-SGEI, jużaw kwalunkwe strument ieħor sabiex jagħmlu dan.

(823)

Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li Corsica Linea u La Méridionale kienu pprovdew tweġibiet identiċi għall-konsultazzjoni mal-operaturi ma jurix l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess li jaffettwahom jew ta’ koordinazzjoni bejn it-tnejn li huma. Bl-istess mod, is-sempliċi fatt li Corsica Linea u La Méridionale huma d-detenturi tal-konċessjoni li ħirġin mill-kuntratt preċedenti minnu nnifsu ma huwiex raġuni sabiex tiġi ddubitata l-kredibbiltà tat-tweġibiet mogħtijin minn dawk l-operaturi matul il-konsultazzjoni mal-operaturi, jew saħansitra sabiex jinżammu milli jieħdu sehem f’dik il-konsultazzjoni (il-premessa 466). F’dak ir-rigward, b’rabta mal-asserzjoni li l-kompożizzjoni tal-azzjonisti ta’ Corsica Linea ma ħallithiex tieħu sehem fil-konsultazzjoni minħabba kunflitt ta’ interess (il-premessi 462 u 463), il-Kummissjoni tinnota li ma hemm xejn fil-kummenti ta’ Corsica Ferries sabiex jiġi stabbilit li l-azzjonisti ta’ Corsica Linea kienu “l-klijenti ewlenin tas-servizzi tal-merkanzija marittimi lejn Korsika”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123/KE ma jipprojbixxix lill-operaturi kompetituri milli jieħdu sehem f’konsultazzjoni pubblika, kif kien il-każ hawnhekk. Fi kwalunkwe każ, Corsica Ferries ma turix kif il-projbizzjoni fuq il-parteċipazzjoni ta’ Corsica Linea fil-konsultazzjoni mal-operaturi kienet tippermetti lill-awtoritajiet Franċiżi jilħqu konklużjoni differenti dwar l-eżaminazzjoni tal-falliment tas-suq.

(824)

Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries fil-premessa 467, Corsica Linea u La Méridionale ma qabdux u taw dikjarazzjonijiet ġenerali u astratti, mingħajr ma taw kuntest jew konsultazzjoni. Il-Kummissjoni tindika li l-konsultazzjoni mal-operaturi stednithom jaqsmu d-dettalji dwar l-offerta tas-suq tagħhom fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz. Peress li Corsica Linea u La Méridionale indikaw li kieku ma jipprovdu l-ebda servizz kummerċjali, ma setgħux jaqsmu d-dettalji tas-servizzi li kieku joffru fin-nuqqas ta’ PSCs.

(825)

Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni meta identifikaw il-provvista tas-suq li tkun offruta għat-trasport marittimu tal-passiġġieri fil-kuntest tas-servizzi marittimi lejn Korsika, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz.

7.3.2.1.1.2.2.   Analiżi tal-falliment tas-suq

(826)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm falliment sħiħ tas-suq bejn il-port ta’ Propriano u l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon (b’dawn iż-żewġ portijiet li huma sostitwibbli), peress li Corsica Ferries kieku ma toffri l-ebda servizz kummerċjali bejn Marsilja/Toulon u Propriano (il-premessi 169 u 174).

(827)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, Corsica Ferries ma tikkontestax l-interpretazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi tal-offerta kummerċjali tagħha. Hija tqis biss li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano huma sostitwibbli, b’tali mod li s-servizzi li toffri bejn il-port ta’ Ajaccio u Franza kontinentali jkunu biżżejjed sabiex ikopru d-domanda lejn/minn Propriano. Madankollu, il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 783 sa 799.

(828)

Minn dan isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni meta sabu li kien hemm falliment tas-suq bejn il-port ta’ Propriano u l-port ta’ Marsilja.

7.3.2.1.1.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa għat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn Marsilja u Propriano

(829)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni fl-identifikazzjoni tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku bejn Propriano u Marsilja, peress li d-domanda għat-trasport stabbilita u kkwantifikata mill-awtoritajiet Franċiżi ma setgħetx tkun koperta mill-provvista tas-suq identifikata.

7.3.2.1.2.   Il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri mediċi

(830)

F’din is-subtaqsima, il-Kummissjoni teżamina jekk il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri mediċi fuq kull waħda mir-rotot bejn il-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja tissodisfax (i) id-domanda minn dawk l-utenti, murija kif xieraq mill-awtoritajiet Franċiżi, (ii) li ma setgħetx tiġi ssodisfata mill-provvista tas-suq fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz imfassal għal dak l-għan mill-awtoritajiet Franċiżi.

7.3.2.1.2.1.   L-eżistenza tad-domanda tal-utenti

7.3.2.1.2.1.1.   Id-domanda kwalitattiva

(1)   Dwar l-istrumenti xierqa użati sabiex tiġi stabbilita d-domanda kwalitattiva

(831)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi fittxew li jidentifikaw id-domanda mill-passiġġieri mediċi b’diversi mezzi.

(832)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw diversi konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex jiġbru informazzjoni dwar id-domanda minn dawn il-passiġġieri.

(833)

Konsultazzjoni inizjali, il-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 93), stiednet lill-passiġġieri mediċi kollha sabiex iwieġbu għal kwestjonarju dwar l-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu fil-kuntest tas-servizzi lejn Korsika. Il-kwestjonarju kellu l-istess karatteristiċi bħal dawk mibgħutin lill-passiġġieri kollha (il-premessi 744 sa 746), u kien fih ukoll mistoqsijiet aktar preċiżi dwar il-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-passiġġieri mediċi (il-premessa 108). B’riżultat ta’ dan, il-konsultazzjoni mal-utenti għamlitha possibbli li jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-passiġġieri mediċi, u f’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha stabbilita fil-premessi 746 sa 751. Madankollu, il-konsultazzjoni ma kellhiex suċċess, peress li l-awtoritajiet Franċiżi rċivew numru żgħir ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju (il-premessa 111).

(834)

It-tieni konsultazzjoni, il-konsultazzjoni mal-portijiet, stiednet ukoll lill-awtoritajiet tal-portijiet sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar is-servizzi marittimi, bl-għan li jinfurmaw lill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari, dwar il-livell ta’ kompetizzjoni għas-servizzi tat-trasport marittimu fil-kuntest tas-servizzi marittimi u l-kapaċità ta’ dawk il-portijiet (il-premessi 116 sa 119, u 752).

(835)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi taw ukoll struzzjonijiet lil konsulent ekonomiku indipendenti, Gecodia, sabiex iwettaq studju komplementari tad-domanda tal-utenti, b’mod parallel mal-konsultazzjonijiet pubbliċi u sabiex jissupplimentahom (il-premessi 90 u 754). Ir-rapport ta’ Gecodia fih il-konklużjonijiet dwar dan l-istudju, u b’mod partikolari dwar id-domanda mill-passiġġieri mediċi. Minħabba li l-konsultazzjoni mal-utenti ma pproduċiet l-ebda riżultat fir-rigward tad-domanda mill-passiġġieri mediċi, l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw esklużivament fuq ir-rapport ta’ Gecodia sabiex jikkaratterizzaw id-domanda minn dawk l-utenti. Ir-rapport ta’ Gecodia vvaluta d-domanda kwalitattiva (u kwantitattiva) fuq il-bażi tad-data sostanzjali miġbura, b’mod partikolari, mill-aġenziji tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali.

(836)

Dawn l-elementi juru li Franza qagħdet fuq diversi strumenti, li l-Kummissjoni tqis xierqa skont it-tifsira tal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI, sabiex tqis l-interessi tal-utenti tas-servizzi inkwistjoni.

(2)   Il-konklużjonijiet ta’ Franza dwar id-domanda kwalitattiva

(837)

Il-Kummissjoni issa se teżamina l-konklużjonijiet ta’ Franza dwar (i) in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tat-trasport marittimu mat-trasport bl-ajru mill-perspettiva tal-passiġġieri mediċi; (ii) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Marsilja mal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza; u (iii) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika.

(a)   Dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tat-trasport marittimu mat-trasport bl-ajru

(838)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li d-domanda tal-utenti għat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika ma setgħetx tiġi ssodisfata f’kundizzjonijiet ekwivalenti mit-trasport bl-ajru, irrispettivament mir-rotta marittima kkonċernata. L-awtoritajiet Franċiżi eskludew is-sostitwibbiltà bejn it-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu fuq il-bażi ta’ diversi fatturi, miġburin fil-qosor fil-premessi 127 sa 131.

(839)

Il-Kummissjoni tindika li tali sostitwibbiltà hija eskluża fil-każ ta’ passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw bil-baħar, meta l-mod tat-trasport jiġi impost bir-riċetta medika tat-tabib skont il-kundizzjoni tal-pazjent u l-livell ta’ awtonomija tiegħu (il-premessi 141 u 142).

(840)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-analiżi ma hijiex ivvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(b)   Dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali

(841)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, fir-rigward tal-passiġġieri mediċi, il-ħtieġa għat-trasport marittimu tikkonċerna (i) il-passiġġieri li jirrisjedu Korsika (ii) li għandhom bżonn jivvjaġġaw lejn Franza kontinentali sabiex jirċievu trattament li ma huwiex disponibbli fil-gżira (il-premessi 143 sa 144) (iii) bit-trasport marittimu meta jkun ordnat strettament bir-riċetta (il-premessi 141 sa 142). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-passiġġieri mediċi għandhom ħtieġa urġenti li jivvjaġġaw lejn Franza kontinentali sabiex jirċievu l-kura xierqa.

(842)

Imbagħad il-Kummissjoni tikkummenta li, sabiex tikseb rimborż għall-kostijiet tat-trasport li jistgħu jġarrbu b’rabta mal-vjaġġ tagħhom, il-passiġġieri mediċi jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ numru ta’ kundizzjonijiet stabbiliti mis-CSS (il-premessi 137 sa 139). B’mod partikolari, ir-reġim legali applikabbli (l-Artikolu R.310-10-5 tas-CSS) jipprevedi li r-rimborż tal-kostijiet tat-trasport jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post tal-kura tal-pazjent u l-eqreb faċilità ta’ trattament ordnata. Fi kliem ieħor, il-passiġġieri mediċi jeħtiġilhom jieħdu l-iqsar rotta bejn il-post tal-kura tagħhom f’Korsika u l-faċilità tat-trattament ordnata fi Franza kontinentali. Kif jindikaw l-awtoritajiet Franċiżi, f’dawn iċ-ċirkostanzi huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat li l-passiġġieri mediċi huma sensittivi ħafna għad-distanzi vvjaġġati bejn dawn iż-żewġ punti, u li għalhekk għandhom it-tendenza li jiffavorixxu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar lejn il-port ta’ Franza kontinentali li jkun l-eqreb għall-faċilità tat-trattament fejn iridu jmorru. B’riżultat ta’ dan, il-passiġġieri mediċi ma jidhrux li jkunu lesti li jqabblu l-vjaġġi disponibbli mad-diversi portijiet ta’ Franza kontinentali, u għalhekk l-ebda wieħed mill-portijiet ta’ Franza kontinentali ma jidher sostitwibbli mill-perspettiva ta’ dawk l-utenti.

(843)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tad-data miksuba mill-korpi tas-sigurtà soċjali (CPAM), maġġoranza kbira ħafna tal-każijiet jinvolvu t-trasport marittimu lejn Marsilja, li hija fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet tat-trattament ordnati mit-tobba għall-passiġġieri mediċi (il-premessi 147 u 148). Għalhekk, id-data sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi tikkonferma li d-domanda mill-passiġġieri mediċi hija kkonċentrata fuq ir-rotot lejn/mill-port ta’ Marsilja.

(844)

Fuq il-bażi ta’ dawk il-fatturi, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni meta qiesu li l-passiġġieri mediċi ma jarawx il-portijiet ta’ Franza kontinentali bħala sostitwibbli ma’ xulxin, inklużi Marsilja u Toulon, minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

(845)

Il-kummenti sottomessi minn Corsica Ferries ma humiex tali li jaffettwaw din il-konklużjoni.

(846)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tqis li l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata mill-awtoritajiet Franċiżi ma hijiex limitata biss għall-passiġġieri mediċi li l-kostijiet tat-trasport tagħhom huma eliġibbli għal rimborż mis-sigurtà soċjali, iżda tkopri l-passiġġieri mediċi kollha, inklużi dawk li l-vjaġġi tagħhom ma humiex eliġibbli għal rimborż mis-sigurtà soċjali u li ma jiffaċċjaw l-ebda restrizzjoni regolatorja fir-rigward tal-vjaġġ li jeħtiġilhom jagħmlu (il-premessi 407 sa 409). Corsica Ferries tindika li hemm ħafna każijiet li fihom il-passiġġieri mediċi jwettqu vjaġġi mediċi li ma jkunux eliġibbli għal rimborż mis-sigurtà soċjali.

(847)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Corsica Ferries ma tiddokumentax, ma tikkwantifikax u lanqas ma tispeċifika l-“bosta każijiet” li fihom iseħħ ivvjaġġar mediku mhux eliġibbli għal rimborż tas-sigurtà soċjali. Lanqas ma tispjega kif l-awtoritajiet Franċiżi setgħu identifikaw il-vjaġġi li huma eliġibbli jew ineliġibbli għall-kopertura tas-sigurtà soċjali, sabiex tiġi ċċarata d-domanda mill-passiġġieri mediċi. Għalhekk, asserzjoni bħal din hija purament spekulattiva. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jiġu kkritikati li għamlu żball manifest ta’ valutazzjoni billi jiġi supponut li l-passiġġieri mediċi jwettqu vjaġġi f’konformità mar-regoli tas-CSS li jirregolaw il-kopertura tal-kostijiet tat-trasport.

(848)

It-tieni, mingħajr ma tipprovdi l-ebda evidenza, Corsica Ferries tqis li l-Artikolu R. 322-10-5 tas-CSS, li fuqu l-awtoritajiet Franċiżi jibbażaw sabiex jeskludu kwalunkwe sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali mill-perspettiva tal-utenti, ma huwiex applikabbli għall-qsim skedat bid-dgħajjes, billi l-passiġġieri mediċi ma jkunux obbligati jmorru fl-eqreb faċilità tat-trattament ordnata (il-premessi 410 sa 416). Huma sempliċiment iridu jagħżlu l-orħas vjaġġ, irrispettivament mid-distanza. Għalhekk, dawn jistgħu jmorru jew fil-port ta’ Marsilja jew f’ta’ Toulon.

(849)

L-Artikolu R. 322-10-5 tas-CSS jiddikjara li “r-rimborż tal-kostijiet tat-trasport imsemmijin fis-[subparagrafi] (b)-(f) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu R. 322-10 huwa kkalkolat fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post tal-kura tal-pazjent u l-eqreb faċilità tat-trattament ordnata”. Kif iddikjarat fil-premessa 137, l-Artikolu R. 322-10(1)(f) tas-CSS jipprevedi li “l-kostijiet tat-trasport tal-persuna assigurata jew tal-benefiċjarju li huwa obbligat jivvjaġġa għandhom ikunu koperti [...] 1. sabiex jirċievi t-trattament jew jagħmel eżaminazzjonijiet xierqa għall-kundizzjoni tiegħu fil-każijiet li ġejjin: [...] (d) It-trasport lejn post li jinsab aktar minn 150 kilometru ’l bogħod skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli R. 322-10-4 u R. 322-10-5”. L-Artikolu R. 322-10-1 tal-CSS jiddikjara: “it-trasport kopert mill-assigurazzjoni tas-saħħa jista’ jitwettaq bil-mezzi li ġejjin: 1) ambulanza; 2) trasport professjonali bilqiegħda, vettura medika ħafifa jew taksi; 3) trasport pubbliku bbażat fuq l-art, trasport skedat bl-ajru jew bil-baħar, mezzi individwali tat-trasport”.

(850)

Huwa ċar mill-qari ta’ dawk l-Artikoli li, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries, il-passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw minn Korsika lejn Franza kontinentali (jiġifieri lejn post li jinsab aktar minn 150 kilometru ’l bogħod) b’wieħed mill-mezzi tat-trasport imsemmijin fl-Artikolu R-322-10-1 tas-CSS (inkluż permezz ta’ servizz skedat bid-dgħajsa) jistgħu jiġu rimborżati għall-kostijiet tat-trasport tagħhom biss jekk jikkonformaw mal-Artikolu R-322-10-5 tas-CSS (jiġifieri fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post tal-indukrar tal-pazjent u l-eqreb faċilità tat-trattament ordnata). Għalhekk, Corsica Ferries ma tistax tiddikjara b’mod validu li l-Artikolu R. 322-10-5 tas-CSS ma huwiex applikabbli għat-trasport permezz ta’ servizz skedat bid-dgħajsa. Minn dan isegwi li l-passiġġieri mediċi fil-prinċipju huma obbligati jmorru fl-eqreb faċilità tat-trattament ordnata, inkluż meta jivvjaġġaw minn servizz skedat bid-dgħajsa. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni meta sabu li l-passiġġieri mediċi huma sensittivi ħafna għad-distanzi u li jivvjaġġaw lejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali li huma l-eqreb għad-destinazzjoni finali tagħhom.

(851)

Il-fatt li Corsica Ferries kienet l-unika kumpanija li ttrasportat passiġġieri matul il-perjodu ta’ lockdown tal-COVID-19 (il-premessa 417) huwa irrilevanti. Kif tammetti Corsica Ferries, dan kien perjodu eċċezzjonali li fih setgħu jagħmlu dan biss persuni awtorizzati speċifikament sabiex jivvjaġġaw skont id-dritt Franċiż (persuni li jindokraw, persunal militari, pumpiera, tekniċi), li mhux neċessarjament kienu jinkludu l-passiġġieri mediċi kollha. F’dak ir-rigward, Corsica Ferries ma turix li kienet qiegħda ġġorr passiġġieri mediċi. Fi kwalunkwe każ, ta’ min jinnota li, mill-perspettiva tal-utenti, dak il-fatt ma jikkaratterizzax is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali, billi l-passiġġieri mediċi ma kellhomx l-għażla tal-port tal-wasla ta’ Franza kontinentali, fin-nuqqas ta’ servizz lejn Marsilja. Konsegwentement, ma jistax jiġi konkluż li hemm neċessarjament sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja mill-perspettiva tal-utenti, meta ma hemm l-ebda servizz għall-utenti lejn il-port ta’ Marsilja u huma obbligati jivvjaġġaw lejn il-port ta’ Toulon. Għall-kuntrarju, fid-dawl tal-fatt li (i) l-iskema ta’ rimborż tal-kostijiet tat-trasport tirrikjedi li l-passiġġieri mediċi jivvjaġġaw lejn l-eqreb port (Marsilja) u (ii) il-maġġoranza l-kbira taċ-ċentri ta’ trattament ordnati jinsabu Marsilja, li Corsica Ferries ma tikkontestax, Franza ma wettqitx żball manifest ta’ valutazzjoni meta qieset li hemm domanda speċifika għat-trasport mill-passiġġieri għall-port ta’ Franza kontinentali li jinsab l-eqreb lejn iċ-ċentru ta’ trattament ordnat tagħhom.

(852)

It-tielet, Corsica Ferries tqis li vjaġġ li jgħaddi minn Toulon lejn ċentru tal-kura tas-saħħa li jinsab Marsilja ma jikkostitwixxix restrizzjoni għall-passiġġieri mediċi, peress li ż-żewġt ibliet jinsabu biss 45 minuta ’l bogħod bil-karozza (il-premessa 418). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa 850. Fi kwalunkwe każ, Corsica Ferries tassumi b’mod żbaljat li (i) il-passiġġieri mediċi kollha jivvjaġġaw b’vettura, filwaqt li dan mhux neċessarjament il-każ u (ii) jistgħu jivvjaġġaw faċilment mill-port ta’ Toulon lejn iċ-ċentri ta’ trattament f’Marsilja wara vjaġġ ta’ 12-il siegħa bil-baħar, mingħajr ma jitqiesu s-saħħa u l-livell ta’ awtonomija tal-pazjent, kif l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw b’mod korrett (il-premessa 644). Għalhekk, is-suppożizzjonijiet ta’ Corsica Ferries jidhru li huma spekulattivi fil-każ ta’ passiġġieri mediċi, li s-sitwazzjoni individwali tagħhom tista’ tkun delikata skont is-saħħa jew il-livell ta’ awtonomija tagħhom.

(c)   Dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika

(853)

Il-Kummissjoni tosserva li, fir-rigward tal-għażla tal-passiġġieri tal-port ta’ tluq/wasla ta’ Korsika, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux analiżi speċifika tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika mill-perspettiva tal-utenti.

(854)

Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u li kienet disponibbli għalihom fiż-żmien meta ġew aġġudikati l-miżuri (it-Taqsima 4.1.3), il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ, dik l-ommissjoni ma kinitx tali li taffettwa l-eżaminazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

(855)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 783 sa 790, il-Kummissjoni tqis li l-port ta’ Propriano ma huwiex sostitwibbli mal-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio.

(856)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-distanzi u l-ħinijiet tal-ivvjaġġar huma ogħla b’mod sinifikanti bejn il-bqija tal-portijiet ta’ Korsika (il-premessi 36 sa 37), filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-karatteristiċi identifikati fil-premessi 16 sa 18. Dan huwa l-każ bejn iż-żewġ portijiet fit-Tramuntana ta’ Korsika (L’Île-Rousse u Bastia) u t-tliet portijiet fin-Nofsinhar ta’ Korsika (Porto-Vecchio, Propriano u Ajaccio), kif ukoll bejn Ajaccio u Porto-Vecchio. Id-distanzi bejn dawn il-punti jaqbżu bil-bosta l-100 km u s-siegħa vvjaġġar, irrispettivament mill-mezzi tat-trasport użati. Fir-rigward tad-distanza bejn Bastia u L’Île-Rousse, filwaqt li hija biss ta’ 70 km, il-vjaġġ jieħu tal-anqas siegħa u nofs bil-karozza u siegħa u 45 minuta bit-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-livell partikolarment għoli ta’ konġestjoni fil-port ta’ Bastia, kif indikat mis-CCI ta’ Korsika (il-premessi 39 u 125), li jista’ jikkontribwixxi wkoll għan-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn dawk iż-żewġ portijiet.

(857)

Għalhekk, kwalunkwe sostitwibbiltà bejn dawk il-portijiet jenħtieġ li fil-prinċipju tiġi eskluża. Aktar ma l-passiġġieri mediċi jkunu partikolarment sensittivi għad-distanzi vvjaġġati, mhux biss minħabba l-iskema sabiex jiġu koperti l-kostijiet tat-trasport relatati mal-ivvjaġġar mediku iżda wkoll minħabba l-kundizzjoni potenzjalment delikata u fraġli tagħhom marbuta mal-istat tas-saħħa jew mal-awtonomija tagħhom, li tista’ twassalhom sabiex jiffavorixxu l-portijiet ta’ Korsika l-eqreb lejn darhom sabiex jillimitaw il-ħin u l-kostijiet tal-ivvjaġġar.

(858)

Kunsiderazzjonijiet bħal dawn ma jissuġġerux żball manifest ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(859)

Konsegwentement, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni meta qiesu li l-ebda wieħed mill-portijiet ta’ Korsika ma kien sostitwibbli mill-perspettiva tal-passiġġieri mediċi.

(d)   Konklużjonijiet dwar id-domanda kwalitattiva mill-passiġġieri mediċi

(860)

Mill-evidenza kollha sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi jirriżulta li setgħu jistabbilixxu, mingħajr ma jwettqu żball manifest ta’ valutazzjoni, id-domanda kwalitattiva mill-passiġġieri mediċi li jivvjaġġaw bil-baħar bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika.

7.3.2.1.2.1.2.   Id-domanda kwantitattiva mill-passiġġieri mediċi

(861)

L-awtoritajiet Franċiżi vvalutaw id-domanda kwantitattiva fuq il-bażi kemm tad-data storika kif ukoll tad-data pproġettata għall-perjodu 2023-2030.

(862)

Sabiex jikkwantifikaw id-domanda storika mill-passiġġieri mediċi, l-awtoritajiet Franċiżi segwew tliet passi.

(863)

L-ewwel nett, huma reġgħu bnew in-numru annwali totali ta’ pazjenti li jgħixu Korsika li vvjaġġaw lejn Franza kontinentali sabiex jirċievu trattament mhux disponibbli f’Korsika bejn l-2016 u l-2019. Fin-nuqqas ta’ data diretta dwar dawn il-flussi, ir-rapport ta’ Gecodia wettaq rikostruzzjoni approssimattiva fuq il-bażi tad-data pubblika pprovduta mis-servizzi tas-saħħa tal-gvern (il-premessa 154). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li din ir-rikostruzzjoni kienet ibbażata fuq data konkreta u li l-awtoritajiet Franċiżi għamlu suppożizzjonijiet prudenti u raġonevoli.

(864)

Id-domanda annwali medja tinkludi wkoll persuni li jakkumpanjaw lill-passiġġieri mediċi. Il-Kummissjoni tinnota li din l-istima hija konsistenti mad-data miġbura mill-awtoritajiet Franċiżi mill-korpi tas-sigurtà soċjali (il-premessa 155). Għalhekk, Corsica Ferries ma tistax issostni li l-istima tan-numru ta’ persuni li jakkumpanjaw magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi ma hijiex ibbażata fuq data oġġettiva (il-premessa 429). Barra minn hekk, is-suppożizzjoni ta’ Franza li l-persuni taħt l-età ta’ 19-il sena u aktar minn 75 sena jkunu akkumpanjati sistematikament ma hijiex manifestament inkonsistenti mas-sistema statutorja għall-kopertura tal-kostijiet tat-trasport tal-persuni li jakkumpanjaw, għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat Corsica Ferries (il-premessa 430) (274).

(865)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi fittxew li jistmaw in-numru ta’ passiġġieri mediċi li vvjaġġaw bid-dgħajsa lejn Franza kontinentali. Għal dak l-għan, huma bbażaw fuq żewġ approċċi. L-ewwel approċċ kien li jiġi stabbilit b’mod empiriku n-numru ta’ passiġġieri mediċi li jużaw it-trasport marittimu, fuq il-bażi tal-15 237 talba għal approvazzjoni minn qabel għall-ivvjaġġar mediku sottomessi lill-korpi tas-sigurtà soċjali minn passiġġieri mediċi bejn l-2020 u l-2021. Minn dawk il-15 237 talba, 4 % kienu jikkonċernaw it-trasport marittimu (il-premessa 157). It-tieni approċċ kien li jitnaqqas min-numru totali stmat ta’ passiġġieri mediċi bejn Korsika u Franza kontinentali (65 000) dawk li kienu vvjaġġaw bl-ajruplan (u li għalihom is-CPAM kellu data), sabiex jinkiseb in-numru ta’ passiġġieri mediċi li vvjaġġaw bid-dgħajsa. Dak il-metodu stima n-numru ta’ passiġġieri mediċi li kienu vvjaġġaw bid-dgħajsa għal 30 % (il-premessa 158). Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jirrikonċiljaw iż-żewġ approċċi, filwaqt li jqisu li 10 % tal-passiġġieri mediċi totali stmati (65 000) ivvjaġġaw bid-dgħajsa (il-premessa 159).

(866)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 431), l-istima finali tal-awtoritajiet Franċiżi ma hijiex ivvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni. Tabilħaqq, l-istima hija bbażata fuq żewġ approċċi, kull wieħed rilevanti u bbażat fuq data konkreta u affidabbli. Il-fatt li kien hemm differenza sinifikanti fin-numru stmat ta’ passiġġieri mediċi kien ifisser li l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jadottaw b’mod raġonevoli approċċ prudenti u konservattiv, billi jistabbilixxu l-istima finali tan-numru ta’ passiġġieri mediċi li vvjaġġaw bid-dgħajsa għal 10 % tan-numru totali ta’ passiġġieri mediċi stmat kull sena, jiġifieri f’livell ferm taħt il-medja tal-perċentwali stabbiliti bl-użu ta’ dawn iż-żewġ metodi (bil-medja ta’ 30 % u ta’ 4 % li tiġi 17 %). Corsica Ferries fl-ebda punt ma tispjega l-kummenti tagħha għaliex it-tieni approċċ tal-awtoritajiet Franċiżi (li jirriżulta fi stima ta’ 30 %) kien żbaljat jew mhux xieraq. Bl-argument li l-awtoritajiet Franċiżi misshom użaw stima ta’ 4 % f’konformità mal-ewwel approċċ, Corsica Ferries tinjora t-tieni approċċ tal-awtoritajiet Franċiżi, li huwa raġonevoli daqs l-ewwel approċċ, u tinterpreta ħażin il-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Franċiżi.

(867)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi allokaw id-domanda mill-port ta’ Korsika fuq il-bażi tad-distribuzzjoni territorjali tal-attivitajiet MCO, li kienet l-unika data pubblika disponibbli għall-awtoritajiet Franċiżi għall-istima tal-punt tat-tluq tal-passiġġieri mediċi (ara l-premessa 160). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din id-data tirrifletti d-distribuzzjoni storika tal-passiġġieri bejn il-portijiet differenti ta’ Korsika (it-Table 11). L-awtoritajiet Franċiżi allokaw ukoll id-domanda mill-port ta’ Franza kontinentali fuq il-bażi tad-data miġbura mis-CPAMs, li pprovdew data aktar preċiża skont id-dipartiment (Bouches-du-Rhône, Var, Alpes-Maritimes), u għalhekk skont il-port ta’ Franza kontinentali. Dawk l-istimi huma raġonevoli u ma humiex ivvizzjati minn żball manifest ta’ valutazzjoni.

(868)

Fir-rigward tad-domanda futura, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li d-domanda tibqa’ stabbli matul il-perjodu 2023-2030 meta mqabbla mal-2019. Dik il-valutazzjoni, li tqis kemm it-tixjiħ tal-popolazzjoni ta’ Korsika (u għalhekk żieda fin-numru ta’ vjaġġi mediċi) kif ukoll l-espansjoni tal-kura tas-saħħa disponibbli f’Korsika (u għalhekk tnaqqis fin-numru ta’ vjaġġi mediċi), ma hijiex ivvizzjata minn żball manifest ta’ valutazzjoni, billi tinnewtralizza dawk iż-żewġ suppożizzjonijiet kunfliġġenti. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(869)

Fuq il-bażi ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi kkwantifikaw id-domanda mill-passiġġieri mediċi mingħajr ma wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni.

7.3.2.1.2.2.   L-eżistenza ta’ falliment tas-suq

7.3.2.1.2.2.1.   L-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz

(870)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti stabbiliti fil-premessi 815 sa 825, li huma validi wkoll għall-identifikazzjoni tal-provvista disponibbli tas-suq fir-rigward tad-domanda mill-passiġġieri mediċi.

7.3.2.1.2.2.2.   Analiżi tal-falliment tas-suq

(871)

Il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm falliment sħiħ tas-suq bejn il-port ta’ Propriano u l-port ta’ Marsilja, peress li Corsica Ferries kieku ma toffri l-ebda servizz kummerċjali bejn Marsilja u Propriano.

(872)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li s-servizz propost minn Corsica Ferries bejn Marsilja u l-erba’ portijiet l-oħrajn ta’ Korsika huwa sporadiku, peress li Corsica Ferries toffri biss tliet vjaġġi bir-ritorn fix-xahar minn/lejn L’Île-Rousse u Porto-Vecchio (għall-kuntrarju tat-tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa meħtieġa) u żewġ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa lejn/minn Ajaccio u Bastia, filwaqt li huma meħtieġa tal-anqas ħames vjaġġi bir-ritorn kull ġimgħa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti.

(873)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux wettqu żball manifest fl-analiżi tagħhom tal-falliment tas-suq, billi ġie stabbilit li l-provvista tas-suq ma kinitx biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda kollha mill-passiġġieri mediċi bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika.

7.3.2.1.2.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport ta’ passiġġieri mediċi bejn Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika

(874)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li Franza identifikat b’mod korrett l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku bejn Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika, peress li d-domanda għat-trasport stabbilita u kkwantifikata minn Franza ma setgħetx tiġi koperta mill-provvista tas-suq identifikata.

7.3.2.1.3.   Il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata u mhux irmunkata

(875)

F’din is-subtaqsima, il-Kummissjoni teżamina jekk il-ħtieġa għat-trasport marittimu ta’ merkanzija rmunkata u mhux irmunkata bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika tissodisfax (i) id-domanda minn dawk l-utenti, murija kif xieraq minn Franza (ii) li ma tistax tiġi ssodisfata minn provvista privata fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz imfassal għal dak l-għan minn Franza.

7.3.2.1.3.1.   L-eżistenza tad-domanda tal-utenti

7.3.2.1.3.1.1.   Id-domanda kwalitattiva

(1)   Fuq il-mezzi xierqa użati sabiex tiġi stabbilita d-domanda kwalitattiva mill-utenti

(876)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi fittxew li jidentifikaw id-domanda mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata b’diversi modi.

(877)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi organizzaw diversi konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex jiġbru informazzjoni dwar id-domanda minn dawk l-utenti.

(878)

Konsultazzjoni inizjali, il-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 93), stiednet lill-utenti kollha tat-trasport tal-merkanzija sabiex iwieġbu kwestjonarju dwar l-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika. Fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali ta’ din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha stabbilita fil-premessa 744.

(879)

Il-kwestjonarju mibgħut lill-utenti tal-merkanzija kien jinkludi madwar 20 mistoqsija, immirati sabiex jivvalutaw is-sodisfazzjon u l-ħtiġijiet ta’ dawk l-utenti b’rabta mas-servizzi bejn Korsika u Franza kontinentali għal kull rotta marittima bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika. Id-dettall tal-mistoqsijiet, ippreżentat fit-Taqsima 3.4.3.1.1.1.1, juri li dawn ippermettew lill-awtoritajiet Franċiżi jiġbru informazzjoni dwar il-profil tal-utenti u d-drawwiet u l-preferenzi tal-ivvjaġġar tagħhom fir-rigward tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar, id-diffikultajiet misjubin minħabba n-nuqqas ta’ spazji disponibbli fil-portijiet jew fuq il-bastimenti, il-frekwenza tas-servizzi u n-nollijiet mitlubin (il-premessa 185). Barra minn hekk, il-kwestjonarju kien jinkludi diversi mistoqsijiet relatati mas-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Franza kontinentali (il-premessa 186).

(880)

Għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessa 746, il-Kummissjoni tqis li l-kwestjonarju kien miftuħ biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu espressi fehmiet differenti. It-tweġibiet issuġġeriti huma ċari, plawsibbli u diversifikati. Għalhekk, l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries dwar dan il-punt (il-premessa 401) huma bla bażi. B’mod simili, il-kummenti relatati mal-preġudizzju metodoloġiku li jaffettwa l-konsultazzjoni mal-utenti ma humiex konvinċenti, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 747 sa 749.

(881)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-konsultazzjoni rilevanti organizzata mill-awtoritajiet Franċiżi, ħames trasportaturi tal-merkanzija biss wieġbu għall-kwestjonarju, u b’hekk ma setgħux jintużaw (il-premessa 188).

(882)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kkonsultaw direttament (bit-telefown) kampjun ta’ madwar 20 operatur, li s-sehem mis-suq aggregat tat-traffiku tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali kien fil-biċċa l-kbira rappreżentattiv (il-premessa 189). Bħala parti minn din il-konsultazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-utenti dwar l-użu tagħhom tas-servizzi tat-trasport marittimu fuq ir-rotot kollha li jitilqu mill-portijiet ta’ Marsilja, ta’ Toulon u ta’ Nizza, u mhux biss minn Marsilja kif inizjalment ippjanat fil-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 189). Għalhekk, din il-konsultazzjoni diretta ippermettiet lill-awtoritajiet Franċiżi jirrimedjaw in-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju sottomess matul il-konsultazzjoni mal-utenti.

(883)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 402), ma hemm l-ebda raġuni għaliex tiġi kkritikata l-metodoloġija segwita mill-awtoritajiet Franċiżi minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-mistoqsijiet li saru u tal-identità tal-operaturi intervistati. L-ewwel nett, in-nuqqas allegat ta’ trasparenza ma ġiex stabbilit peress li l-kwestjonarju sottomess bit-telefown kien l-istess bħall-kwestjonarju għall-konsultazzjoni mal-utenti, li kien pubbliku u aċċessibbli għal kulħadd. Għalhekk, Corsica Ferries tista’ tkun konxja tal-kontenut tal-mistoqsijiet. It-tieni, fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi intervistati, irid jiġi ddikjarat li din l-informazzjoni ma tidhirx li hija rilevanti, peress li l-operaturi intervistati kienu jirrappreżentaw parti sostanzjali mit-traffiku tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali. Il-fatt, li ma ġiex ipprovat, li xi wħud mill-operaturi setgħu kienu azzjonisti f’kuntrattur ma huwiex biżżejjed, fi kwalunkwe każ, sabiex dawk l-operaturi jiġu esklużi minn kwalunkwe konsultazzjoni pubblika, billi huma xorta jibqgħu utenti tas-servizzi tat-trasport marittimu tal-merkanzija bl-istess mod bħall-utenti l-oħrajn kollha, u għalhekk huma liberi li jesprimu l-ħtiġijiet u l-preferenzi tagħhom fil-kuntest ta’ konsultazzjoni pubblika.

(884)

It-tieni konsultazzjoni, il-konsultazzjoni mal-portijiet, stiednet ukoll lill-awtoritajiet tal-portijiet sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar is-servizzi marittimi, bl-għan li jinfurmaw lill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari, dwar il-livell ta’ kompetizzjoni bejn is-servizzi tat-trasport marittimu fil-kuntest tas-servizzi marittimi u l-kapaċità ta’ dawk il-portijiet, b’mistoqsijiet relatati mat-trasport tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata (il-premessi 192 sa 195). Fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-eżaminazzjoni tagħha stabbilita fil-premessa 752.

(885)

Minn dan isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi li jippermettu li jitqiesu l-interessi tal-utenti, f’konformità mal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI.

(886)

L-awtoritajiet Franċiżi taw ukoll struzzjonijiet lil konsulent ekonomiku indipendenti, Gecodia, sabiex iwettaq studju komplementari tad-domanda tal-utenti, b’mod parallel mal-konsultazzjonijiet pubbliċi u sabiex jissupplimentahom (il-premessa 90). Il-Kummissjoni tqis li studju bħal dan huwa strument xieraq sabiex tiġi stabbilita d-domanda tal-utenti, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 754.

(887)

Dawn l-elementi juru li Franza qagħdet fuq diversi strumenti, li l-Kummissjoni tqis xierqa skont it-tifsira tal-paragrafu 14 tal-Qafas tal-SGEI, sabiex tqis l-interessi tal-utenti tas-servizzi inkwistjoni.

(2)   Il-konklużjonijiet ta’ Franza dwar id-domanda kwalitattiva tal-utenti

(888)

Il-Kummissjoni se teżamina l-konklużjonijiet ta’ Franza dwar (i) id-distinzjoni bejn il-merkanzija rmunkata u dik mhux irmunkata, (ii) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-port ta’ Marsilja mal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza għall-utenti tal-merkanzija mhux irmunkata u (iii) għall-utenti tal-merkanzija rmunkata, u (iv) is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika għall-utenti tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata.

(a)   Dwar id-distinzjoni bejn il-merkanzija rmunkata u dik mhux irmunkata

(889)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu distinzjoni bejn il-merkanzija rmunkata u dik mhux irmunkata l-aktar minħabba r-restrizzjonijiet tal-immaniġġar u tal-loġistika tal-merkanzija mhux irmunkata, li teħtieġ tagħmir speċifiku tal-port u katina loġistika partikolari, għall-kuntrarju tal-merkanzija rmunkata (il-premessi 205 sa 207). Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma raġonevoli u, għalhekk, mhumiex manifestament skorretti. Huma juru wkoll li d-domanda għall-merkanzija rmunkata timxi flimkien mad-domanda għat-trasport ta’ sewwieqa li jakkumpanjaw it-trakk tagħhom bħala passiġġieri abbord il-bastiment.

(890)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din id-distinzjoni hija miftiehma mill-awtoritajiet tal-port kollha (il-premessa 197).

(891)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Corsica Ferries ikkontestat din id-distinzjoni fit-tweġiba tagħha għall-konsultazzjoni mal-operaturi, meta tqis li hija artifiċjali (il-premessa 236). Corsica Ferries ikkunsidrat, b’mod partikolari, li d-distinzjoni ma kinitx tiddependi fuq il-provvista offruta mill-kumpaniji, iżda fuq id-daqs, fuq l-organizzazzjoni u fuq l-għażliet speċifiċi għal kull trasportatur tal-merkanzija. Madankollu, irid jiġi ddikjarat li l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew l-eżistenza ta’ distinzjoni bħal din preċiżament fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn Corsica Ferries (il-premessa 889).

(892)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jagħmlu distinzjoni bħal din mingħajr ma jwettqu żball manifest ta’ valutazzjoni.

(893)

Fil-kummenti tagħha (il-premessi 393 u 447 sa 450), Corsica Ferries tiddikjara li jenħtieġ li ssir distinzjoni oħra bejn il-merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata. In-nuqqas ta’ distinzjoni bħal din jivvizzja b’mod irrekuperabbli l-istima tan-numru ta’ sewwieqa li jivvjaġġaw fuq is-servizzi marittimi lejn Korsika. B’appoġġ tal-asserzjonijiet tagħha, Corsica Ferries tirreferi għall-istudju 1 ta’ BRG.

(894)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-istudju 1 ta’ BRG ma jipprovdi l-ebda data konkreta dwar l-eżistenza ta’ distinzjoni bħal din. B’mod partikolari, fl-ebda punt ma jindika l-metodoloġija li għandha tiġi segwita mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jagħmlu distinzjoni bejn il-merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata. L-istudju 1 ta’ BRG lanqas ma jipprovdi ċifri dwar il-volumi rispettivi stmati tal-merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata. Fl-aħħar nett, l-istudju 1 ta’ BRG ma jirreferi għall-ebda studju ieħor jew investigazzjoni oħra li identifikaw l-eżistenza ta’ distinzjoni bħal din. Mill-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni jsegwi, pereżempju, li ssir distinzjoni biss bejn il-merkanzija rmunkata u dik mhux irmunkata (275).

(895)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta, il-konklużjonijiet tal-istudju 1 ta’ BRG ma jistgħux ikunu tali li jikkaratterizzaw żball manifest ta’ valutazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Franċiżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li Corsica Ferries kellha l-opportunità li tipprovdi evidenza speċifika kemm matul il-konsultazzjoni mal-utenti (permezz ta’ kontribut b’test liberu) kif ukoll matul il-konsultazzjoni mal-operaturi, sabiex tiċċara għall-awtoritajiet Franċiżi din id-distinzjoni potenzjali bejn il-merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata, xi ħaġa li madankollu ma għamlitx (il-premessa 236).

(b)   Dwar is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali fir-rigward tat-trasport marittimu tal-merkanzija mhux irmunkata

(896)

Fir-rigward tal-merkanzija mhux irmunkata, l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew li kien hemm domanda esklużiva għall-port ta’ Marsilja.

(897)

Il-Kummissjoni tinnota li din il-konklużjoni hija bbażata b’mod partikolari fuq erba’ elementi: (i) il-port ta’ Marsilja biss għandu biżżejjed tagħmir u żoni ta’ mmaniġġar sabiex jakkomoda merkanzija mhux irmunkata, minħabba li l-unika alternattiva, Toulon-Brégaillon, għandha infrastruttura limitata wisq sabiex takkomoda l-parti kollha ta’ dak it-traffiku jew imqar parti mhux insinifikanti minnha; (ii) il-konsultazzjoni mal-utenti turi b’mod ċar nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali; (iii) l-awtoritajiet tal-portijiet fi Franza kontinentali jqisu li l-port ta’ Marsilja huwa l-uniku port li jista’ jittratta dan it-traffiku fuq skala kbira; (iv) u trasferiment tat-traffiku tal-merkanzija mhux irmunkata mill-port ta’ Marsilja lejn il-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali jirriżulta f’kostijiet addizzjonali sinifikanti u f’restrizzjonijiet loġistiċi li jaffettwaw il-fluss tal-merkanzija mhux irmunkata (il-premessi 210 sa 214).

(898)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha juru n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà ġeografika bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata.

(899)

Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-portijiet jirriżulta li l-port ta’ Marsilja għandu kapaċitajiet kbar ħafna sabiex jipprovdi trasport lejn kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika (il-premessa 199). Min-naħa l-oħra, għalkemm it-terminal Toulon-Brégaillon jista’ jakkomoda wkoll traffiku bħal dan, irid jiġi ddikjarat li l-kapaċità tiegħu hija aktar limitata, peress li għandu biss post ta’ rmiġġ wieħed. Il-Kummissjoni tinnota wkoll id-dikjarazzjonijiet mill-awtorità tal-port ta’ Toulon li ż-żona ta’ klijentela ta’ dak il-port kienet testendi biss għaż-żona interna immedjata (il-premessa 198). Il-konsultazzjoni mal-utenti turi wkoll nuqqas assolut ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon (il-premessa 190). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota l-organizzazzjoni speċjali tal-katina loġistika għal merkanzija mhux irmunkata, li tinvolvi lil trasportaturi tal-merkanzija li jagħmlu vjaġġi bir-ritorn regolari bejn il-port u l-bażijiet loġistiċi tagħhom, li l-maġġoranza tagħhom jinsabu fit-Tramuntana u fil-Punent ta’ Marsilja, matul l-istess ġurnata (il-premessa 206). Il-bidla għal Toulon bla dubju twassal għal kostijiet addizzjonali sinifikanti għat-trasportaturi tal-merkanzija, li x’aktarx jingħaddew lill-konsumaturi finali f’Korsika. Sitwazzjoni bħal din iżżid mad-diffikultajiet ekonomiċi li diġà jiltaqgħu magħhom l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi f’Korsika bħala riżultat tal-insularità (il-premessi 20 sa 23).

(900)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma tiddiskuti dan il-punt.

(901)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni meta sabu li kien hemm domanda esklużiva għat-trasport marittimu ta’ merkanzija mhux irmunkata bejn kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja.

(c)   Dwar is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Franza kontinentali fir-rigward tat-trasport marittimu tal-merkanzija

(902)

Fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija rmunkata, l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew li hemm sostitwibbiltà parzjali bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja. Huma jqisu li xi utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata ma jaraw l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja. L-awtoritajiet Franċiżi jiġġustifikaw din il-konklużjoni fuq il-bażi tal-elementi li ġejjin.

(903)

L-ewwel nett, il-konsultazzjoni mal-portijiet żvelat l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet tal-kapaċità fil-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza (il-premessa 217). Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm it-tliet portijiet ta’ Franza kontinentali jistgħu jakkomodaw merkanzija rmunkata, l-awtoritajiet tal-portijiet f’Toulon u f’Nizza esprimew riżervi dwar il-kapaċità tagħhom (il-premessa 199). Għalhekk, is-CCI ta’ VaR tindika li Toulon-Port de Commerce huwa l-uniku terminal fil-port ta’ Toulon li kapaċi jakkomoda merkanzija rmunkata, (276) u li dan it-terminal diġà għandu livell sinifikanti ta’ konġestjoni (kważi 80 % bħala medja) matul is-sena (b’rabta mal-politiki pubbliċi lokali) u b’mod partikolari fis-sajf (traffiku limitat għal madwar 10 trejlers kull jum). Min-naħa tiegħu, il-port ta’ Nizza jiddikjara li, filwaqt li jista’ jakkomoda t-traffiku tal-merkanzija rmunkata mingħajr restrizzjonijiet, it-traffiku tal-passiġġieri għadu l-ogħla prijorità.

(904)

Minn dan ta’ hawn fuq jidher ċar li l-kummenti ta’ Corsica Ferries dwar in-nuqqas ta’ konġestjoni fil-port ta’ Toulon (il-premessa 437) huma bla bażi fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tas-CCI ta’ Var kondiviżi mal-awtoritajiet Franċiżi matul il-konsultazzjoni mal-portijiet. L-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jiġu kkritikati talli bbażaw fuq dik l-informazzjoni sabiex janalizzaw il-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja, speċjalment meta l-informazzjoni pprovduta mis-CCI ta’ Var kienet ċara u mhux ambigwa.

(905)

Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, il-fatt li fl-2014 il-port ta’ Toulon seta’ jakkomoda aktar mid-doppju tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata kurrenti ma kienx rilevanti f’dan il-każ. Bl-istess mod, il-fatt li Corsica Ferries ikkonfermat li l-informazzjoni mas-CCI ta’ Var huwa irrilevanti wkoll, peress li ma jurix li l-awtoritajiet Franċiżi interpretaw ħażin it-tweġibiet ipprovduti mis-CCI ta’ Var matul il-konsultazzjoni mal-portijiet.

(906)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti sabiex jispjegaw l-eżistenza ta’ sostitwibbiltà parzjali (il-premessa 218). Għalhekk, dawn ir-riżultati juru li r-rispondenti fil-biċċa l-kbira jeskludu kwalunkwe tqabbil bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon jew ta’ Nizza (il-premessi 190 u 191).

(907)

Madankollu, Corsica Ferries tikkontesta l-kredibbiltà tat-tweġibiet riċevuti matul il-konsultazzjoni bit-telefown mal-utenti tat-trasport tal-merkanzija, billi r-rispondenti intervistati kienu azzjonisti f’Corsica Linea u, għalhekk, f’dik il-kapaċità, kienu f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-utenti (il-premessa 441). Hija żżid ukoll li t-tweġibiet sottomessi kienu asserzjonijiet ġenerali u mhux sostanzjati minn kampjun ta’ rispondenti b’rappreżentattività inċerta (il-premessa 440).

(908)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-utenti intervistati wieġbu għall-mistoqsijiet li sarulhom bħala parti mill-konsultazzjoni mal-utenti. Corsica Ferries ma tikkontestax ir-rilevanza tal-mistoqsijiet li saru bħala parti mill-konsultazzjoni mal-utenti (277). Għalhekk ma jistax jitqies, kif tasserixxi Corsica Ferries, li r-rispondenti pprovdew “asserzjonijiet ġenerali u mhux sostanzjati”. Barra minn hekk, il-kampjun tal-utenti intervistati ma setax jitqies bħala mhux rappreżentattiv fid-dawl tal-volumi tal-merkanzija li kienu jirrappreżentaw (il-premessa 189).

(909)

Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, il-fatt li utent tat-trasport marittimu tal-merkanzija huwa azzjonist f’Corsica Linea waħdu ma jistax jeskludi lil dak l-utent minn konsultazzjoni pubblika mmirata sabiex tiddetermina l-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti ta’ servizz tat-trasport partikolari. Għaldaqstant, l-utenti kollha ta’ servizz partikolari jistgħu jwieġbu għal konsultazzjoni pubblika bħal din. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn Franza, filwaqt li xi utenti kienu azzjonisti ta’ Corsica Linea, (278) oħrajn ma kinux (279).

(910)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-utenti intervistati, minbarra li huma t-trasportaturi tal-merkanzija ewlenin f’termini ta’ volumi ta’ merkanzija, użaw ir-rotot kollha bejn Korsika u Franza kontinentali, inklużi r-rotot bejn Toulon/Nizza u l-portijiet ta’ Korsika li fihom hija attiva Corsica Linea. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni pubblika ma kinitx tikkonċerna l-użu tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija pprovduti esklużivament minn Corsica Linea, iżda dawk ipprovduti mill-operaturi marittimi kollha attivi bejn Korsika u Franza kontinentali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-ħtiġijiet tal-utenti ma humiex neċessarjament marbutin mal-interessi tal-operaturi marittimi: pereżempju, il-maġġoranza tal-utenti mistħarrġin xtaqu jaraw li jiġi introdott servizz tat-trasport Ro-Ro li jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, minkejja li l-ebda wieħed mit-tliet operaturi attivi bejn Korsika u Franza kontinentali ma ppjana servizz bħal dan (il-premessa 191). Il-Kummissjoni tinnota li, fi kwalunkwe każ, il-konsultazzjoni mal-utenti hija waħda mill-indikazzjonijiet użati mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jiġġustifikaw is-sostitwibbiltà parzjali tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja għat-trasport marittimu tal-merkanzija.

(911)

It-tielet, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li t-trasferiment tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata mill-port ta’ Marsilja lejn il-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali jkun jinvolvi kostijiet addizzjonali sinifikanti għall-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata, li l-bażijiet tal-loġistika tagħhom jinsabu prinċipalment fil-Punent ta’ Marsilja u fil-kuritur ta’ Rhône (il-premessa 219).

(912)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew diversi biċċiet ta’ evidenza sabiex juru li l-bażijiet loġistiċi jinsabu prinċipalment fil-Punent ta’ Marsilja u fil-kuritur ta’ Rhône (il-premessa 213), li għalihom il-port ta’ Marsilja fil-prinċipju huwa aktar faċilment aċċessibbli mill-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali. L-analiżijiet sottomessi minn Corsica Linea (il-premessa 544) u La Méridionale (il-premessi 593 sa 595), kif ukoll l-ilment ta’ Corsica Ferries (il-premessa 433), għandhom ukoll it-tendenza li jikkonfermaw dan. Minn dan isegwi li l-asserzjoni ta’ Corsica Ferries li l-awtoritajiet Franċiżi qatt ma pprovdew evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjoni tagħhom (il-premessa 442) hija bla bażi.

(913)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew evidenza konkreta tal-kostijiet addizzjonali stmati li kieku jiġġarrbu mit-trasportaturi tal-merkanzija minħabba bidla sinifikanti mill-port ta’ Marsilja għall-port ta’ Toulon. Din iċ-ċifra ġiet stabbilita b’mod partikolari fuq il-bażi tad-data ppubblikata mill-kumitat nazzjonali tat-toroq. Il-partijiet interessati ssottomettew data simili wkoll, li kollha wriet l-eżistenza ta’ dawn il-kostijiet addizzjonali, għalkemm l-istima tvarja bejn 5 % tal-kost totali tal-produzzjoni skont Corsica Ferries (il-premessa 443) u 11 % skont Corsica Linea (il-premessa 544). La Méridionale tqis li ma jagħmilx sens ekonomiku għall-maġġoranza vasta tat-trasportaturi tal-merkanzija li huma bbażati eqreb lejn Marsilja milli Toulon sabiex jaqilbu għall-port ta’ Toulon, filwaqt li kkonfermat ukoll il-kostijiet tat-triq addizzjonali involuti (il-premessi 595 u 596).

(914)

Għalkemm Corsica Ferries tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ kostijiet tat-triq addizzjonali, hija ssostni li dawk il-kostijiet addizzjonali huma kkumpensati min-noll marittimu orħos applikat minn Corsica Ferries fil-port ta’ Toulon meta mqabbel ma’ dak applikat mill-kompetituri tagħha fil-port ta’ Marsilja (il-premessa 443).

(915)

Il-Kummissjoni tinnota li l-istudju 2 ta’ BRG juża n-noll medju tat-trasport tal-merkanzija osservat f’Toulon fl-2023 (EUR 32,40 għal kull LM), filwaqt li jieħu n-noll tat-trasport tal-merkanzija ta’ EUR 42,50 għal kull LM f’Marsilja, li jirrappreżenta n-noll massimu li jista’ jiġi impost skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 (il-premessa 62). Madankollu, analiżi bħal din tidher li ma hijiex korretta għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, l-istudju huwa bbażat fuq data mill-2023, li għalhekk jiġi wara l-aġġudikazzjoni tal-PSCs. It-tieni, l-istudju huwa bbażat fuq parametri ħżiena: dan iqabbel, minn naħa, in-noll tas-suq attwalment applikat minn Corsica Ferries fil-port ta’ Toulon u, min-naħa l-oħra, in-noll regolatorju massimu applikabbli fil-port ta’ Marsilja skont l-iskema ta’ OSP tal-2019. Madankollu, sabiex it-tqabbil ikun rilevanti, l-analiżi jkollha tkun ibbażata, għaż-żewġ portijiet, fuq in-nollijiet marittimi massimi applikabbli skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, minħabba li l-operaturi marittimi jistgħu jilħqu dak il-limitu massimu fix-xenarju ipotetiku li fih ma kinux jeżistu l-PSCs. Fl-aħħar nett, kif jinnotaw l-awtoritajiet Franċiżi (il-premessa 650), in-noll marittimu użat mill-istudju 2 ta’ BRG għal Toulon jeskludi l-kostijiet tat-taxxa u tal-immaniġġar, u ma huwiex in-noll li fil-fatt jitħallas mill-utenti.

(916)

Għalhekk, fuq il-bażi tad-data pprovduta minn Franza u mill-partijiet interessati kollha, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trasferiment lejn il-port ta’ Toulon ta’ utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata li l-bażijiet loġistiċi tagħhom jinsabu prinċipalment qrib il-port ta’ Marsilja jew fil-kuritur ta’ Rhône jirriżulta f’kostijiet tat-triq addizzjonali għal dawk l-utenti. Ma ntweriex li dawn il-kostijiet addizzjonali jistgħu jiġu bbilanċjati b’mod ċar minn noll marittimu orħos f’Toulon. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jikkonkludu li dan il-fattur x’aktarx li jillimita l-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon.

(917)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li jidher mir-reazzjonijiet tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza li ż-żona ta’ klijentela tagħhom hija limitata għaż-żona interna lokali tagħhom, filwaqt li l-port ta’ Marsilja għandu klijentela nazzjonali, li huwa konsistenti mal-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi (il-premessi 197, 198 u 219). F’dan ir-rigward, La Méridionale tipprovdi informazzjoni addizzjonali (il-premessa 593) li hija konsistenti mal-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi. Għalhekk, il-kummenti ta’ Corsica Ferries f’dan ir-rigward (il-premessa 442) iridu jiġu miċħudin.

(918)

Fl-aħħar nett, fuq dan il-punt il-Kummissjoni tinnota li huwa fl-interess tal-konsumaturi finali f’Korsika (ħwienet, individwi, negozji, eċċ.), li jiddependu fuq is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija (trasport ta’ merkanzija għan-negozji, eċċ.) u li jibbenefikaw minnhom, li jillimitaw il-kostijiet tal-insularità, li huma enfasizzati b’mod ċar mid-diversi studji u statistiki dwar l-għoli tal-ħajja f’Korsika (il-premessi 20 sa 23). Ta’ min wieħed jinnota wkoll li Korsika timporta ħafna aktar merkanzija milli tesporta, u b’hekk turi d-dipendenza tagħha fuq Franza kontinentali (il-premessa 19). Bħala konsegwenza, żieda fil-prezz tal-merkanzija importata f’Korsika tista’ taffettwa aktar l-ekonomija tal-gżira u l-abitanti tagħha. Għalhekk, l-eżistenza ta’ kostijiet tat-triq addizzjonali jista’ jkollha effett saħansitra akbar fuq il-prezz tal-merkanzija għall-konsumaturi finali f’Korsika.

(919)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li l-każijiet ta’ xokkijiet persistenti fil-prezzijiet li jaffettwaw il-port ta’ Marsilja ma kinux wasslu għal trasferiment sinifikanti tat-traffiku mill-port ta’ Marsilja lejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza (il-premessa 220). Dan il-punt għandu t-tendenza li jikkaratterizza n-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn iż-żewġ portijiet, u ma huwiex ikkontestat mill-partijiet interessati.

(920)

B’hekk, minn dan kollu ta’ hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest meta qiesu li l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja huma parzjalment sostitwibbli mill-perspettiva tal-utenti, u li għalhekk hemm domanda speċifika mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata għall-port ta’ Marsilja.

(921)

L-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries fil-premessi 433 u 434 ma jaffettwawx din il-konklużjoni. Corsica Ferries fl-ebda punt ma turi kif is-sitwazzjoni ta’ sewwieq tal-merkanzija rmunkata hija identika għal dik ta’ passiġġier li jivvjaġġa bil-karozza tiegħu. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija Corsica Ferries tittrasporta sewwieqa mill-port ta’ Marsilja daqskemm tittrasporta sewwieqa mill-port ta’ Toulon ma jitfax dubju fuq is-sostitwibbiltà parzjali rikonoxxuta minn Franza bejn iż-żewġ portijiet għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata. Franza ma tikkontestax il-fatt li l-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja t-tnejn li huma jipprovdu nofs it-traffiku tal-merkanzija rmunkata lejn Korsika: hija targumenta biss li l-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata jippreferu l-portijiet li huma l-eqreb tal-bażijiet loġistiċi tagħhom u li, għalhekk, xi utenti li l-bażijiet loġistiċi tagħhom huma qrib il-port ta’ Marsilja ma jqisu l-ebda alternattiva għal dak il-port.

(d)   Dwar is-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika fir-rigward tat-trasport marittimu tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata

(922)

Il-Kummissjoni tosserva li, fir-rigward tal-għażla tal-port tat-tluq/tal-wasla ta’ Korsika għall-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, l-awtoritajiet Franċiżi ma wettqu l-ebda analiżi speċifika tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika mill-perspettiva tal-utenti.

(923)

Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi matul l-investigazzjoni formali u li kienet disponibbli għalihom fiż-żmien meta ġew aġġudikati l-miżuri, il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ, dik l-ommissjoni ma kinitx tali li taffettwa l-eżaminazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi tal-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

(924)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota d-distanzi u l-vjaġġi bejn kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika, li fil-prinċipju għandhom it-tendenza li jeskludu kwalunkwe sostitwibbiltà ġeografika. Dwar dan il-punt tirreferi għall-premessi 36, 774, 785 u 856.

(925)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota wkoll il-livell għoli ta’ konġestjoni fil-portijiet ta’ Korsika b’mod ġenerali, kif irrapportat mis-CCI ta’ Korsika (il-premessa 201). Is-CCI ta’ Korsika tiġbed l-attenzjoni, b’mod partikolari, lejn is-sitwazzjoni fil-portijiet ta’ Bastia, ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio, fejn il-kapaċità qiegħda tilħaq il-punt ta’ saturazzjoni jew hemm konġestjoni serja. Dawk l-iżvantaġġi jżidu l-ammont ta’ merkanzija li titħalla fuq il-moll, jaffettwaw il-kundizzjonijiet li fihom il-vetturi tqal tal-merkanzija jiċċirkolaw u jikkawżaw dewmien fil-konsenji li huma ta’ ħsara għall-utenti tas-servizz tat-trasport marittimu tal-merkanzija (il-premessa 208). Għalhekk, Franza tista’ ssostni b’mod validu li dawk ir-restrizzjonijiet huma tali li jillimitaw it-trasferiment tat-traffiku lejn port wieħed jew ieħor, b’mod partikolari lejn il-portijiet ta’ Bastia, ta’ Ajaccio u ta’ Porto-Vecchio, u li jagħmluha neċessarja, mill-perspettiva kemm tal-utenti tas-servizz kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, li t-traffiku tal-merkanzija marittima jinfirex fost id-diversi portijiet ta’ Korsika.

(926)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li d-distanzi twal, il-kundizzjonijiet tat-traffiku u l-karatteristiċi tal-infrastruttura tat-toroq f’Korsika (il-premessi 16 sa 19) ifissru wkoll kostijiet addizzjonali tat-triq għall-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija, li min-naħa tagħhom jistgħu jżidu l-kost tal-importazzjonijiet imġarrab minn individwi u minn professjonisti f’Korsika. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li huwa fl-interess tal-utenti u tar-residenti tal-gżira li jillimitaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi tqal tal-merkanzija f’Korsika, b’mod partikolari minħabba r-riskju għoli ta’ aċċidenti u l-kost tal-insularità.

(927)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li ma kienx manifestament żbaljat li jitqies li l-portijiet ta’ Korsika ma kinux sostitwibbli bejniethom mill-perspettiva tal-utenti tat-trasport marittimu tal-merkanzija. Dan il-punt ma huwiex ikkontestat minn xi waħda mill-partijiet interessati.

7.3.2.1.3.1.2.   Id-domanda kwantitattiva

(928)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tas-sostitwibbiltà parzjali tal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja għat-trasport tal-merkanzija rmunkata, il-Kummissjoni tinnota li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha hija esprimiet dubji dwar is-sorsi użati mill-awtoritajiet Franċiżi meta vvalutaw li dawk l-utenti li l-volumi tagħhom kienu jirrappreżentaw 80 % tad-domanda storika għall-merkanzija rmunkata bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika ma kinux jaraw il-port ta’ Toulon bħala sostitwibbli għall-port ta’ Marsilja. Hija stiednet lil Franza u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan il-punt.

(929)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew tliet analiżijiet li għandhom it-tendenza jikkonfermaw l-istima inizjali tagħhom tal-livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon mill-perspettiva tad-domanda (il-premessi 337 sa 346). Il-partijiet interessati kollha li ssottomettew kummenti wieġbu wkoll għal dan il-punt (il-premessi 444, 445, 543, 591 sa 596).

l-ewwel analiżi mill-awtoritajiet Franċiżi kienet ibbażata fuq data dwar il-post tal-kwartieri ġenerali, tal-imħażen u tal-bażijiet loġistiċi tat-trasportaturi tal-merkanzija. Skont Franza, il-qrubija immedjata tal-port ta’ Marsilja tiġġustifika l-preferenza tat-trasportaturi tal-merkanzija għall-port ta’ Marsilja. 80 % tat-traffiku totali tal-merkanzija rmunkata bejn Marsilja u Korsika bejn l-2018 u l-2021 ġie minn trasportaturi tal-merkanzija li jinsabu qrib Marsilja. Fil-fehma ta’ Franza, dan juri li s-sostitwibbiltà bejn iż-żewġ portijiet hija limitata, għal madwar 20 %;

it-tieni analiżi kienet tikkonsisti fl-identifikazzjoni tal-post tal-bażijiet loġistiċi ta’ numru kbir ta’ klijenti ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale. Minn dik l-analiżi jirriżulta li 83 % tal-volum tal-merkanzija rmunkata ttrasportata minn Corsica Linea u 88 % tal-volum tal-merkanzija rmunkata ttrasportata minn La Méridionale jista’ jiġi traċċat għal bażi loġistika qrib il-port ta’ Marsilja. Għalhekk, din l-analiżi tikkonferma r-riżultati tal-ewwel analiżi;

it-tielet analiżi ppreżentat data dettaljata dwar numru kbir ta’ trasportaturi tal-merkanzija li kienu użaw iż-żewġ portijiet fil-passat għat-trasport tal-merkanzija rmunkata bil-baħar, li tindika għal kull trasportatur tal-merkanzija d-distanza bejn il-bażi loġistika u l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon u s-sehem tal-merkanzija rmunkata (f’LM) li ġiet ittrasportata permezz ta’ Marsilja u/jew permezz ta’ Toulon fl-2017-2019 u fl-2021.

(930)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel żewġ analiżijiet jiffokaw biss fuq it-traffiku storiku tal-merkanzija rmunkata bejn Marsilja u Korsika. Janalizzaw biss l-oriġini tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja, iżda ma jappoġġawx il-konklużjoni li trasportatur tal-merkanzija li l-bażi tiegħu hija l-eqreb tal-port ta’ Marsilja juża biss il-port ta’ Marsilja u mhux il-port ta’ Toulon. Jassumu li t-trasportaturi tal-merkanzija jridu jużaw il-port ta’ Marsilja jekk il-kwartieri ġenerali, l-imħażen jew il-bażijiet loġistiċi tagħhom ikunu jinsabu qrib Marsilja, mingħajr ma jinvestigaw l-użu reali tal-portijiet, filwaqt li din hija preċiżament is-suppożizzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi huma meħtieġa jagħtu prova tagħha. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li dawk iż-żewġ analiżijiet ma jurux l-allegat grad ta’ “nuqqas ta’ sostitwibbiltà” ta’ 80 % bejn Marsilja u Toulon għall-merkanzija rmunkata.

(931)

Min-naħa l-oħra, it-tielet analiżi, li turi l-użu reali taż-żewġ portijiet mit-trasportaturi tal-merkanzija, tista’ tiġi kkunsidrata. Il-Kummissjoni tqis ukoll li d-data ppreżentata f’din l-analiżi hija rappreżentattiva biżżejjed, peress li tkopri madwar 65 % tal-volum tal-merkanzija rmunkata bejn Korsika u l-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon għall-2017-2019 u għall-2021 (il-premessa 341).

(932)

Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tinnota li l-maġġoranza tat-trasportaturi tal-merkanzija bħalissa jużaw biss il-port li huwa l-eqreb għall-bażi loġistika tagħhom, kif stabbilit fil-premessa 344. B’mod partikolari, din l-analiżi turi li madwar 79 % tat-traffiku storiku tal-merkanzija rmunkata (f’LM) li joriġina minn bażi loġistika qrib Marsilja għadda biss mill-port ta’ Marsilja jew kien jagħmel dan fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet tal-kapaċità. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li s-suppożizzjoni li saret mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jivvalutaw id-domanda għat-traffiku tal-merkanzija rmunkata, jiġifieri li 80 % tad-domanda storika hija speċifika għal Marsilja u ma tqisx li l-port ta’ Toulon huwa sostitut possibbli, ma tidhirx li hija manifestament żbaljata.

(933)

Għalhekk, l-asserzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 444) li r-rata ta’ sostitwibbiltà għall-merkanzija rmunkata użata mill-awtoritajiet Franċiżi ma hijiex ibbażata fuq data oġġettiva u verifikabbli trid tiġi miċħuda. Fi kwalunkwe każ, l-asserzjoni ma hijiex appoġġata minn xi analiżi kwantitattiva rilevanti. Barra minn hekk, la l-Kummissjoni u lanqas l-awtoritajiet Franċiżi ma huma marbutin bil-konklużjonijiet preċedenti tas-CdC rigward is-sostitwibbiltà ta’ dawk il-portijiet għat-traffiku tal-merkanzija rmunkata, kif issuġġerit minn Corsica Ferries (il-premessa 445), jekk l-awtoritajiet Franċiżi jkunu jistgħu juru, fuq il-bażi ta’ data oġġettiva u verifikabbli, li s-suppożizzjonijiet sottostanti għall-valutazzjoni tal-PSCs huma ġġustifikati, li huwa l-każ hawnhekk.

(934)

It-tieni, fir-rigward tal-valutazzjoni tad-domanda għall-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li l-użu ta’ data storika bħala bażi għall-istima tad-domanda mistennija għat-trasport marittimu tal-merkanzija bejn Marsilja u Korsika huwa approċċ validu (il-premessi 223 u 228). Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi bbażaw fuq data storika li tkopri perjodu ta’ 10 snin (2010-2019) sabiex jistmaw ix-xejriet futuri tad-domanda sal-2030.

(935)

Għalhekk, il-parametri magħżulin mill-awtoritajiet Franċiżi ma humiex ivvizzjati minn żball manifest ta’ valutazzjoni.

(936)

It-tielet, fir-rigward tal-valutazzjoni tad-domanda tas-sewwieqa assoċjata mat-traffiku tal-merkanzija rmunkata, il-Kummissjoni tosserva li Franza qieset li d-domanda tas-sewwieqa hija proporzjonali għall-volum tal-merkanzija rmunkata ttrasportata. Franza kkalkolat id-domanda futura bejn l-2023 u l-2030 fuq il-bażi tal-proporzjon ta’ sewwieq / LM ittrasportat bejn l-2018 u l-2021 (il-premessa 230).

(937)

Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 446 sa 454), approċċ bħal dan, ibbażat fuq data konkreta, storika u oġġettiva, ma huwiex affettwat minn żball manifest ta’ valutazzjoni.

(938)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux meħtieġa jiddistingwu bejn merkanzija rmunkata akkumpanjata u dik mhux akkumpanjata għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 894 u 895.

(939)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi ma użawx il-proporzjon ta’ sewwieq / LM ittrasportat mistenni fl-2030 sabiex jistmaw id-domanda bejn l-2023 u l-2030, iżda bbażaw fuq il-proporzjon storiku medju ta’ sewwieqa / LM medju kkalkolat bejn l-2018 u l-2021 u fuq id-domanda futura għall-merkanzija rmunkata sabiex jivvalutaw in-numru ta’ sewwieqa kull sena bejn l-2023 u l-2030.

(940)

It-tielet, l-awtoritajiet Franċiżi ma applikawx proporzjon żbaljat, iżda sempliċiment proporzjon ittondjat għal żewġ pożizzjonijiet deċimali, filwaqt li Corsica Ferries ħadet il-proporzjon bi tliet pożizzjonijiet deċimali. Madankollu, Franza ma tistax tiġi kkritikata talli wettqet żball manifest ta’ valutazzjoni sempliċiment minħabba li ttondjat il-proporzjon inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ, l-istima żejda tad-domanda li tirriżulta (11 % fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio u 7 % fuq ir-rotta Marsilja-Bastia) ma hijiex karatteristika ta’ żball manifest ta’ valutazzjoni.

(941)

Fl-aħħar nett, ta’ min wieħed ifakkar li r-rata ta’ tkabbir ta’ 2,3 % użata mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jistmaw id-domanda għall-merkanzija rmunkata mill-2019 ’il quddiem, u għall-perjodu 2023-2030, hija r-riżultat tal-bidla medja fir-rata ta’ tkabbir għat-traffiku tal-merkanzija bejn l-2010 u l-2019 fuq il-ħames rotot kollha bejn Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika. Għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi setgħu jikkalkolaw ir-rata ta’ tkabbir fit-traffiku storiku speċifiku għal kull rotta, ta’ min jinnota li din il-possibbiltà kienet biss metodoloġija waħda fost oħrajn. Corsica Ferries ma tispjegax għaliex il-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Franċiżi ma kinitx manifestament adatta sabiex tiġi kkalkolata d-domanda futura fuq kull waħda mir-rotot marittimi. Lanqas ma tispjega kif metodoloġija alternattiva setgħet twassal għal riżultat differenti.

(942)

Corsica Ferries lanqas ma tista’ tasserixxi li r-rata ta’ tkabbir ta’ 2,3 % ma hijiex ibbażata fuq data oġġettiva reċenti, jew targumenta b’mod validu li d-data storika bejn l-2018 u l-2023, għall-kuntrarju, turi tnaqqis fit-traffiku. L-ewwel nett, din ir-rata ta’ 2,3 % hija r-riżultat tat-tkabbir annwali medju tat-traffiku tal-merkanzija bejn l-2010 u l-2019, jiġifieri qabel il-pandemija tal-COVID-19 (2020-2021) u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (2022). Għalhekk, id-data użata mill-awtoritajiet Franċiżi hija relatata mal-aħħar perjodu li matulu s-suq tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali ħadem b’mod normali. Barra minn hekk, dan l-argument jikkontradixxi osservazzjoni oħra minn Corsica Ferries li l-awtoritajiet Franċiżi kellhom janalizzaw id-data dwar it-traffiku tal-merkanzija mill-2014, qabel ma Corsica Linea daħlet fis-suq (il-premessa 394). Dan jikkontradixxi wkoll it-tweġibiet tagħha stess sottomessi matul il-konsultazzjoni mal-operaturi, li juru li Corsica Ferries kienet qed tħejji sabiex toffri kapaċità ferm ogħla matul il-perjodu 2023-2030 milli kienet toffri bejn l-2016 u l-2019, kif ukoll ogħla mid-domanda totali għall-merkanzija rreġistrata fl-2019, li indikat li Corsica Ferries kienet qiegħda tbassar żieda fit-traffiku fis-snin segwenti (280).

7.3.2.1.3.2.   L-eżistenza ta’ falliment tas-suq

7.3.2.1.3.2.1.   L-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz

(943)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti stabbiliti fil-premessi 815 sa 825, li huma validi wkoll għall-identifikazzjoni tal-provvista tas-suq disponibbli fir-rigward tad-domanda mill-utenti ta’ servizzi tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata.

7.3.2.1.3.2.2.   Analiżi tal-falliment tas-suq

(944)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li kien hemm falliment totali tas-suq bejn il-port ta’ Propriano u l-port ta’ Marsilja, peress li Corsica Ferries ma toffri l-ebda servizz kummerċjali fuq din ir-rotta.

(945)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li s-servizz propost minn Corsica Ferries bejn Marsilja u l-erba’ portijiet l-oħrajn ta’ Korsika huwa sporadiku, peress li Corsica Ferries toffri biss tliet vjaġġi bir-ritorn fix-xahar minn/lejn L’Île-Rousse u Porto-Vecchio (għall-kuntrarju tat-tliet vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa meħtieġa) u żewġ vjaġġi bir-ritorn ta’ kull ġimgħa lejn/minn Ajaccio u Bastia, filwaqt li huma meħtieġa tal-anqas ħames vjaġġi bir-ritorn kull ġimgħa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti.

(946)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest fl-analiżi tal-falliment tas-suq tagħhom, billi ġie stabbilit li l-provvista tas-suq ma hijiex biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda kollha mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija rmunkata u mhux irmunkata bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika.

7.3.2.1.3.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata u ta’ merkanzija mhux irmunkata bejn Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika

(947)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li Franza identifikat b’mod korrett l-eżistenza ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għat-trasport ta’ merkanzija rmunkata u ta’ merkanzija mhux irmunkata bejn Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika, peress li d-domanda għat-trasport stabbilita u kkwantifikata minn Franza ma setgħetx tiġi koperta mill-provvista tas-suq identifikata.

7.3.2.2.   Il-proporzjonalità tal-intervent mill-Istat

(948)

Peress li l-awtoritajiet Franċiżi ġġustifikaw, mingħajr ma wettqu żball manifest ta’ valutazzjoni, il-ħtieġa għal intervent mill-Istat fuq il-bażi tal-eżistenza ta’ diversi ħtiġijiet ġenwini għal servizz pubbliku tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali, issa huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk dak l-intervent huwiex proporzjonat fid-dawl tal-libertajiet essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

7.3.2.2.1.   Il-proporzjonalità tal-istrument legali ta’ intervent

(949)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ma kien hemm l-ebda strument legali għajr kuntratt pubbliku ta’ servizz sabiex jiġi ggarantit servizz li jkun kapaċi jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati mill-awtoritajiet Franċiżi (il-premessi 249 sa 253). B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li l-falliment tas-suq diġà huwa kkaratterizzat skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 u li skema bħal din ma tkunx biżżejjed sabiex tissodisfa l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku. Huma jargumentaw ukoll li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li jistgħu jiġu imposti huma limitati skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, li madankollu huma karatteristika tad-domanda mill-passiġġieri (il-premessa 112) u mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija (il-premessi 190 u 191).

(950)

Il-Kummissjoni temmen li tali kunsiderazzjonijiet ma jikkostitwixxux żball manifest ta’ valutazzjoni. Kif jindikaw tajjeb l-awtoritajiet Franċiżi, diġà hemm skema ta’ OSP fis-seħħ għas-servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali: barra minn hekk, l-għan tal-konsultazzjoni mal-operaturi kien li tiġi ddeterminata l-provvista li s-suq ikun lest li joffri skont l-iskema ta’ OSP tal-2019. Madankollu, dik il-provvista wriet li kienet insuffiċjenti, u b’hekk kien neċessarju li tiġi prevista skema addizzjonali li tiggarantixxi l-forniment ta’ servizzi suffiċjenti sabiex tissodisfa l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku (281).

(951)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jsaħħu l-iskema ta’ OSP tal-2019 billi jipprevedu qsim tal-baħar ta’ kuljum bejn Marsilja u l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, u qsim ta’ kull ġimgħa lejn il-portijiet ta’ L’Île-Rousse u ta’ Porto-Vecchio, kif ukoll servizz obbligatorju ta’ kull ġimgħa lejn Propriano. Madankollu, l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet aktar stretti skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, minkejja li diġà ġie identifikat falliment tas-suq f’dak il-kuntest mill-awtoritajiet Franċiżi, kien jagħmilha saħansitra aktar diffiċli għall-operaturi li jeżerċitaw il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali, peress li kwalunkwe operatur li jixtieq jipprovdi servizzi bejn Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika kien ikollu jikkonforma mar-rekwiżiti msaħħin tal-iskema ta’ OSP tal-2019 sabiex jopera servizzi bħal dawn. Il-Kummissjoni tinnota li, f’dawk iċ-ċirkostanzi, l-użu ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz mogħti permezz ta’ proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt huwa, b’kuntrast, anqas restrittiv għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi x’aktarx jillimita r-restrizzjonijiet imposti fuq l-operaturi skont l-iskema ta’ OSP tal-2019 u jippermetti kompetizzjoni għas-suq.

(952)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li lanqas ma kien possibbli li jiġi previst kumpens skont l-iskema ta’ OSP tal-2019, peress li kumpens bħal dan ma setax ikun limitat biss għal rotot bejn Marsilja u Korsika, iżda kien ikollu jiġi estiż għar-rotot kollha bejn Franza kontinentali u Korsika sabiex tiġi żgurata n-natura mhux diskriminatorja tal-iskema ta’ OSP tal-2019 (282). Madankollu, kif jindikaw l-awtoritajiet Franċiżi (il-premessa 252), għażla bħal din mhux biss kienet tpoġġi piż finanzjarju sinifikanti fuq il-baġit tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li l-baġit tal-Istati Membri ma huwiex bla limitu, iżda lanqas ma kienet toffri xi garanzija li s-servizzi neċessarji sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati kienu fil-fatt jiġu pprovduti (283). L-iskema ta’ OSP timponi obbligi fuq l-operaturi li jagħżlu li jipprovdu servizzi, iżda ma timponix il-forniment tas-servizzi nfushom.

(953)

Barra minn hekk, irid jiġi nnotat ukoll li r-Regolament dwar il-Kabotaġġ ma jippermettix li skema ta’ OSP tistabbilixxi obbligi fir-rigward tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, (284) filwaqt li rekwiżit bħal dan jirriżulta mid-domanda kwalitattiva identifikata.

(954)

Għalhekk, minn dan isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi jistgħu jirrikorru għal kuntratt pubbliku ta’ servizz sabiex jissodisfaw id-diversi ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati. Il-partijiet interessati ma jikkummentawx dwar dan il-punt.

7.3.2.2.2.   Il-proporzjonalità tal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku

(955)

Peress li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirrikorru għall-PSCs, issa huwa neċessarju li titqies il-proporzjonalità tal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti mill-PSCs sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata minn Franza.

(956)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li kien neċessarju li jikkonkludu kuntratt pubbliku ta’ servizz għat-trasport marittimu ta’ passiġġieri mediċi, merkanzija rmunkata u sewwieqa li jakkumpanjawha (għal dawk l-utenti li ma jqisu l-ebda alternattiva għall-port ta’ Marsilja), kif ukoll ta’ merkanzija mhux irmunkata bejn il-port ta’ Marsilja u kull wieħed mill-portijiet ta’ Korsika. Barra minn hekk, fir-rigward tar-rotta Marsilja-Propriano, Franza tqis li l-kuntratt pubbliku ta’ servizz irid ikopri wkoll it-trasport marittimu tal-passiġġieri (il-premessa 255).

(957)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li dawn l-obbligi jirriżultaw strettament mill-falliment tas-suq identifikat mill-awtoritajiet Franċiżi (it-Taqsimiet 3.4.3.2.2 u 3.4.2.2.2). Għalhekk, l-iskop tal-PSCs huwa limitat għall-unika ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata. Il-partijiet interessati ma kkummentawx dwar dan il-punt.

(958)

It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi ddefinew bħala obbligi ta’ servizz pubbliku l-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq li għandhom jiġu osservati fuq kull rotta koperta mill-PSCs. Dawn l-obbligi jirriżultaw ukoll mid-domanda identifikata mill-awtoritajiet Franċiżi kemm għat-trasport tal-passiġġieri (li jiffavorixxu l-qsim billejl) kif ukoll għat-trasport tal-merkanzija (li jeħtieġ konsenji kmieni f’Korsika u waqfiet twal biżżejjed binhar sabiex it-tratturi semitrejlers ikunu jistgħu jivvjaġġaw bejn il-port u l-bażijiet loġistiċi / il-punti ta’ konsenja). Għalhekk, l-obbligi rigward il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla ma jidhrux sproporzjonati. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(959)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ddefinixxew numru ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-frekwenzi li għandhom jiġu żgurati skont il-PSCs (il-premessi 257 sa 261).

(960)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi imponew frekwenzi annwali minimi li għandhom jiġu rrispettati. Dawn il-frekwenzi huma maħsubin sabiex jiżguraw servizzi regolari u suffiċjenti minn/lejn Korsika minn/lejn il-port ta’ Marsilja matul is-sena kollha. Għalhekk, id-detenturi tal-konċessjoni huma meħtieġa joperaw 365 vjaġġ bir-ritorn fis-sena fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia, u 156 vjaġġ bir-ritorn fuq it-tliet rotot l-oħrajn.

(961)

Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-frekwenzi jissodisfaw il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata. Mill-konsultazzjoni mal-utenti jirriżulta li l-passiġġieri u l-utenti tat-trasport tal-merkanzija kienu ssodisfati bil-frekwenzi fis-seħħ skont il-PSCs tal-2021-2022, li kienu identiċi għal dawk stabbiliti mill-awtoritajiet Franċiżi fil-PSCs tal-2023-2030 (il-premessa 69). Il-Kummissjoni tinnota wkoll, b’mod ġenerali, li l-insularità ta’ Korsika teħtieġ frekwenzi regolari minn/lejn Franza kontinentali, b’mod partikolari għall-passiġġieri mediċi, li jistgħu jeħtieġu servizzi bħal dawn fi kwalunkwe ħin skont l-istat tas-saħħa tagħhom. Dan huwa wkoll il-każ għat-traffiku tal-merkanzija (irmunkata u mhux irmunkata), peress li l-professjonisti u l-individwi privati f’Korsika jeħtieġ li jiġu moqdijin ta’ spiss minħabba l-kapaċità limitata ta’ ħżin tal-imħażen tal-gżira (il-premessa 22). Għalhekk, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-utenti huma konsistenti mal-karatteristiċi soċjoekonomiċi ta’ Korsika.

(962)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-frekwenzi huma ogħla mill-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia, li huma l-aktar portijiet importanti f’Korsika f’termini ta’ traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija (it-Taqsimiet 2.3.1 u 2.3.2) u huma wkoll iż-żewġt ibliet bl-akbar żoni urbani f’Korsika, filwaqt li l-frekwenzi huma aktar limitati għat-tliet portijiet l-oħrajn, li jiġġeneraw anqas traffiku.

(963)

L-obbligu li jitwettaq ċertu numru ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali jinqasam ulterjorment f’żewġ obbligi ta’ servizz pubbliku: l-iżgurar ta’ numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn fissi fil-ġimgħa u l-iżgurar ta’ vjaġġi bir-ritorn flessibbli (li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid) flimkien ma’ vjaġġi bir-ritorn fissi ta’ kull ġimgħa, iżda fi ħdan il-limitu tan-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn stabbiliti fis-sena. Il-Kummissjoni tifhem li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, deċiżi mill-OTC huma għodda flessibbli sabiex il-provvista tiġi aġġustata skont id-domanda. Pereżempju, jekk l-OTC isib li d-domanda mistennija għal vjaġġ bir-ritorn f’jum partikolari tkun baxxa ħafna, dan jista’ jiddeċiedi li jiskedah mill-ġdid għal jum aktar impenjattiv, dment li l-operatur jikkonforma mal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa meħtieġa mill-PSCs. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-kumitat ta’ monitoraġġ tekniku għall-PSCs (il-premessa 290), immexxi mill-OTC, jiltaqa’ kull ġimgħa sabiex jeżamina d-domanda għat-traffiku, fost affarijiet oħrajn.

(964)

Għalhekk, l-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-frekwenzi minimi li għandhom jiġu rrispettati għandhom l-iskop doppju li jiżguraw ir-regolarità tas-servizzi tat-trasport (permezz ta’ frekwenzi minimi ta’ kull ġimgħa li għandhom jiġu żgurati fil-kuntest ta’ kull PSC) u li jottimizzaw is-servizzi marittimi lejn Korsika (permezz ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid).

(965)

Il-Kummissjoni tinnota li l-frekwenzi minimi ta’ kull ġimgħa li għandhom jiġu rrispettati jikkorrispondu għad-domanda tal-utenti (il-premessi 112, 190 u 191). Franza imponiet obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ kuljum fl-eqqel staġun fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia (kważi kuljum fl-istaġun kwiet), u tliet vjaġġi bir-ritorn kull ġimgħa fuq it-tliet rotot l-oħrajn. Għalhekk, dawn il-frekwenzi huma aġġustati skont l-istaġun (l-istaġun kwiet jew l-eqqel staġun) u r-rotta kkonċernata (Ajaccio u Bastia bi frekwenzi għoljin, filwaqt li t-tliet portijiet l-oħrajn ta’ Korsika għandhom frekwenzi aktar baxxi).

(966)

Għalhekk, minn dawk l-elementi kollha jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni meta stabbilew il-frekwenzi minimi meħtieġa fil-kuntest ta’ kull PSC. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(967)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-PSCs fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Bastia u Marsilja-L’Île-Rousse jipprovdu għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, minbarra n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali li għandhom jiġu rrispettati. L-għan ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn huwa li jlaħħqu mal-ogħla livelli eċċezzjonali fid-domanda matul is-sena u li jipprevjenu milli l-bastimenti jitħallew fil-bnajka kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, li jikkonċernaw biss it-trasport tal-merkanzija, jissodisfaw id-domanda mill-utenti tat-trasport tal-merkanzija, li jilmentaw b’mod partikolari dwar in-nuqqas ta’ spazju sabiex titgħabba l-merkanzija abbord bastimenti fil-port ta’ Marsilja (il-premessi 190 u 191), li huwa kkonfermat mid-data storika dwar it-traffiku. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtorità tal-port ta’ Korsika rrapportat il-problema dejjem akbar ta’ trejlers li jitħallew fuq il-bnajka fil-portijiet ta’ Korsika u talbet lill-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu vjaġġi bir-ritorn addizzjonali sabiex it-traffiku jitqassam (il-premessa 201). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali fis-sena huwa relattivament limitat u li dawn il-vjaġġi bir-ritorn ma humiex obbligatorji u attivati skont id-diskrezzjoni unika tal-OTC, soġġett għall-issodisfar ta’ kundizzjonijiet predefiniti (il-premessa 287) u vverifikati mill-kumitat ta’ monitoraġġ tekniku għall-PSCs (il-premessa 290). Dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huma ppjanati għat-tliet rotot imsemmijin hawn fuq, peress li x’aktarx jesperjenzaw dawn il-livelli massimi tat-traffiku.

(968)

Fir-rigward ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-introduzzjoni ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, ippjanati u rregolati f’kundizzjonijiet definiti minn qabel mill-PSCs għar-rotot Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Bastia u Marsilja-L’Île-Rousse, tissodisfa d-domanda mill-utenti u mill-fornituri tas-servizzi tat-trasport marittimu. Minn dan isegwi li Franza ma wettqet l-ebda żball manifest ta’ valutazzjoni meta stabbiliet obbligi ta’ servizz pubbliku bħal dawn.

(969)

Il-kummenti ta’ Corsica Ferries dwar dan il-punt ma jaffettwawx dik il-konklużjoni. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li tasserixxi (il-premessa 470), ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ ma jipprojbixxix lil Franza milli tintroduċi vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-PSCs. L-ewwel nett, il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid huma parti mill-obbligi annwali tal-frekwenza imposti fuq l-operaturi, li huma preċiżament ir-riżultat tad-domanda tal-utenti li ma hijiex issodisfata mill-provvista tas-suq. B’mod simili, il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jissodisfaw id-domanda mill-utenti u mill-fornituri ta’ servizzi, u huma stabbiliti sabiex iwieġbu għall-ogħla livelli eċċezzjonali tat-traffiku rreġistrati kif xieraq. Barra minn hekk, il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali huma introdotti soġġetti għal kundizzjonijiet definiti minn qabel. Dawn il-vjaġġi bir-ritorn jiġu attivati b’mod partikolari meta jkun hemm ħtieġa eċċezzjonali ta’ servizz pubbliku (vjaġġi bir-ritorn addizzjonali) jew ħtieġa ta’ servizz pubbliku insuffiċjenti (vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid). Għalhekk, dawn jitqiesu bħala għodda għall-adattament għal ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku li jinbidlu matul il-PSCs, li jdumu għaddejjin 8 snin. Għalhekk, ma jistax jingħad li dawk il-vjaġġi bir-ritorn huma implimentati “mingħajr kundizzjonijiet jew ġustifikazzjonijiet”. Barra minn hekk, il-fatt li l-PSCs ma jistabbilixxux il-jiem li fihom għandhom jiġu implimentati l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali huwa irrilevanti, peress li dawk il-vjaġġi bir-ritorn huma, skont id-definizzjoni, flessibbli u jiġu attivati skont il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata.

(970)

Barra minn hekk, l-argument ta’ Corsica Ferries li dawk il-vjaġġi bir-ritorn jidhru li huma żejda, minħabba li l-frekwenzi minimi ta’ kull ġimgħa imposti diġà huma biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku, huwa irrilevanti wkoll (il-premessa 471). Fil-fatt, argument bħal dan jinjora speċifikament id-domanda tal-utenti, id-data storika dwar it-traffiku u l-iskop ta’ dawk il-vjaġġi bir-ritorn. Bl-istess mod, l-argument li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali diġà huma ppjanati minn qabel mid-detenturi tal-konċessjoni ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid huma skont id-definizzjoni vjaġġi bir-ritorn ippjanati minn qabel mid-detentur tal-konċessjoni (li huwa meħtieġ jikkonforma man-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali imposti mill-PSCs), iżda li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid mill-OTC f’konformità mal-ħtieġa li jiġi ottimizzat it-traffiku. It-tieni, kif jirriżulta mill-kummenti ta’ Franza, ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale, il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali kienu ppjanati b’mod indikattiv mid-detenturi tal-konċessjoni, bl-OTC li jibqa’ fi kwalunkwe każ kompetenti biss sabiex jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

(971)

Fl-aħħar nett, il-kummenti ta’ Corsica Ferries dwar in-nuqqas tad-detenturi tal-konċessjoni li jikkonformaw mal-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti minn Franza (il-premessa 472) ma humiex tali li jqajmu dubji dwar in-natura proporzjonata ta’ dawk l-obbligi fir-rigward tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata.

(972)

Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest ta’ valutazzjoni meta ddefinew l-obbligi ta’ frekwenza annwali u ta’ kull ġimgħa, kif ukoll il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u dawk li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid.

(973)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li huwa neċessarju u proporzjonat għas-servizz pubbliku li jiġu ddefiniti l-obbligi minimi tal-kapaċità ta’ ġarr għall-bastimenti assenjati għall-operazzjonijiet tal-PSCs (il-premessi 262 sa 263). Dawn l-obbligi jikkonċernaw kemm it-trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri.

(974)

Fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija, l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew, f’kull wieħed mill-PSCs, kapaċità ta’ ġarr minima, li huma kkalkolaw fuq il-bażi tan-numru medju ta’ LM mistenni f’Lulju 2030. Dak in-numru jikkorrispondi għax-xahar bl-ogħla volumi ta’ traffiku antiċipat tal-merkanzija matul l-implimentazzjoni tal-PSCs (il-premessa 266). F’dak ir-rigward, ta’ min wieħed iżomm f’moħħu li, kif iddikjarat fil-premessa 331, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-proporzjonalità ta’ dik il-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati.

(975)

Dawk id-dubji huma kondiviżi minn Corsica Ferries. Fil-kummenti tagħha hija targumenta li l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija kellha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-domanda medja stmata bejn l-2023 u l-2030 sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata (il-premessa 469) minflok id-domanda mistennija għal Lulju 2030 (285). Madankollu, Franza, bħal Corsica Linea u La Méridionale, tqis li dawn id-dubji huma bla bażi (it-Taqsimiet 5.2.1.2 u 5.3.1.1.3.1, il-premessi 347 sa 357, 546 sa 547 u 606 sa 611).

(976)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li d-data pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi turi li d-domanda għat-traffiku tal-merkanzija għal kull qsim tvarja b’mod konsiderevoli skont ix-xahar u l-jum tal-ġimgħa fuq ir-rotot kollha bejn Marsilja u Korsika (Figure 3 u Figure 4). Pereżempju, fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio, matul xahar partikolari, id-domanda tat-traffiku għal kull qsim tista’ tvarja minn 20 LM sa 1 680 LM (ċifri għal Marzu 2019). Bl-istess mod, matul ġimgħa partikolari, id-domanda tat-traffiku għal kull qsim tista’ tvarja minn 0 LM sa 1 680 LM (iċ-ċifri għal kull nhar ta’ Erbgħa fl-2019) (286).

Illustrazzjoni 3

It-traffiku tal-merkanzija mhux irmunkata u rmunkata fuq ir-rotot Korsika-Marsilja. Id-distribuzzjoni tat-traffiku skont il-jum tal-ġimgħa (LM)

Image 3

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023

Gwida:

Distribution par traversée (port continental: Marseille, fret tracté et non tracté, ML) – Distribuzzjoni skont il-qsim (port ta’ Franza kontinentali: Marsilja, merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, LM)

Année de Date – Sena ta’ referenza

Lundi – It-Tnejn

Mardi – It-Tlieta

Mercredi – L-Erbgħa

Jeudi – Il-Ħamis

Vendredi – Il-Ġimgħa

Samedi – Is-Sibt

Dimanche – Il-Ħadd

Illustrazzjoni 4

It-traffiku tal-merkanzija mhux irmunkata u rmunkat (taħlita taż-żewġ segmenti, inkluż is-sehem sostitwibbli) fuq ir-rotot Korsika-Marsilja. Id-distribuzzjoni tat-traffiku skont ix-xahar (LM)

Image 4

Sors:

il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023.

Gwida:

Distribution par traversée (lignes avec Marseille, fret tracté et non tracté, ML) – Id-distribuzzjoni skont il-qsim (ir-rotot minn/lejn Marsilja, merkanzija rmunkata u mhux irmunkata, LM)

Année de Date – Sena ta’ referenza

Janvier – Jannar

Février – Frar

Mars – Marzu

Avril – April

Mai – Mejju

Juin – Ġunju

Juillet – Lulju

Août – Awwissu

Septembre – Settembru

Octobre – Ottubru

Novembre – Novembru

Décembre – Diċembru

(977)

Fid-dawl ta’ din il-firxa wiesgħa tad-domanda għat-traffiku tal-merkanzija, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kapaċità minima tal-merkanzija għal kull punt ta’ qsim prevista fil-PSCs ma hijiex sproporzjonata. B’mod partikolari, kif indikat fit-Table 31, jekk il-kapaċità minima tal-merkanzija għal kull qsim tkun ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tad-domanda medja għal kull qsim idderivata mid-data storika, kif issuġġerit minn Corsica Ferries, id-domanda stmata għat-traffiku tal-merkanzija ma tkunx issodisfata għal numru sinifikanti ta’ vjaġġi (inklużi vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid). Skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, id-domanda eċċessiva fir-rigward tal-kapaċità minima mistennija taffettwa wieħed minn kull żewġ vjaġġi fuq ir-rotot bejn Marsilja u Ajaccio, Bastia u Porto-Vecchio, fejn id-domanda tkun tisboq il-kapaċità minima (qsim minn kull erbgħa fuq ir-rotot Marsilja-Propriano u Marsilja-L’Île-Rousse), li hija sinifikanti.

(978)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li metodoloġija bħal din tkun tfisser li sehem sinifikanti mill-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikat fir-rigward tal-merkanzija ma setgħetx tiġi ssodisfata. Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, huwa probabbli li bejn 17 % u 25 % tal-ħtieġa annwali għat-trasport tal-merkanzija ma setgħetx tiġi ssodisfata. Dan ikun jaggrava r-restrizzjonijiet tal-kapaċità li diġà ġew osservati fuq ir-rotot bejn Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika, kif indikat mill-utenti u mill-fornituri tas-servizzi (il-premessa 350).

(979)

Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija stabbilita fil-PSCs lanqas biss ma hija biżżejjed sabiex tkopri, fiċ-ċirkostanzi kollha, id-domanda għall-merkanzija antiċipata mill-awtoritajiet Franċiżi. B’mod partikolari, fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio u Marsilja-Bastia, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li, fuq il-bażi tad-data storika dwar it-traffiku (2019), kien probabbli li d-domanda setgħet taqbeż il-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija stabbilita mill-PSCs għal numru ta’ qsim. Dak ir-riskju huwa wkoll wieħed mill-fatturi li jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġu previsti vjaġġi bir-ritorn addizzjonali fil-PSCs.

(980)

Fl-aħħar nett, f’termini ġenerali, il-Kummissjoni tosserva li huwa leġittimu għal Stat Membru li jiżgura li l-obbligi ta’ servizz pubbliku jiġu ddeterminati b’tali mod li s-servizz pubbliku jkun jista’ jissodisfa d-domanda prevista, anke fuq bażi ta’ kuljum, kif turi sew La Méridionale (il-premessa 609). L-Artikolu 14 tat-TFUE jiddikjara li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-SGEIs joperaw fuq il-bażi tal-prinċipji u tal-kundizzjonijiet li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom. Madankollu, is-soluzzjoni proposta minn Corsica Ferries tkun tippreżenta riskju sinifikanti li ma jippermettix lill-SGEIs imposti skont il-PSCs iwettqu l-missjonijiet tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-kumment rilevanti magħmul minn La Méridionale dwar ir-restrizzjonijiet operazzjonali possibbli fuq l-operaturi li l-Istati Membri jeħtieġ li jqisu meta jiddefinixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku (il-premessa 609).

(981)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi tal-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija previsti fil-PSCs ma humiex manifestament sproporzjonati għall-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku identifikati.

(982)

Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries (il-premessa 475), ma kienx xieraq li jiġu inklużi vjaġġi bir-ritorn addizzjonali meta tiġi kkalkolata l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija għal kull qsim. Tabilħaqq, l-objettiv tal-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija huwa li jiġi pprovdut servizz tat-trasport suffiċjenti f’termini ta’ kapaċità fi ħdan il-frekwenzi annwali meħtieġa mill-PSCs (jiġifieri t-traffiku bażiku) u fil-kuntest tad-domanda mistennija, minbarra l-ogħla livelli eċċezzjonali tad-domanda. L-uniku għan tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, li huma fakultattivi u għalhekk qatt ma jistgħu jiġu implimentati, huwa li jlaħħqu mal-ogħla livelli eċċezzjonali tad-domanda. Għalhekk, dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jiġu attivati biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala parti minn proċess definit sew li jeħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel ħtiġijiet addizzjonali. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kienu intitolati li jistabbilixxu l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija, sabiex jiżguraw li l-operatur ikun jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tat-traffiku mingħajr preġudizzju għall-għodda flessibbli tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, li tippermettilhom iwieġbu għall-ogħla livelli imprevisti fuq bażi eċċezzjonali.

(983)

Fir-rigward tat-trasporttal-passiġġieri, l-awtoritajiet Franċiżi jistabbilixxu kapaċità minima ta’ ġarr fil-PSCs għal kull waħda mill-kategoriji ta’ passiġġieri identifikati bħala li jeħtieġu servizz pubbliku tat-trasport marittimu (residenti u mhux residenti fuq ir-rotta Marsilja-Propriano, passiġġieri mediċi u sewwieqa tal-merkanzija rmunkata fuq ir-rotot kollha).

(984)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-kapaċità minima ta’ ġarr għall-passiġġieri residenti u mhux residenti għal kull qsim inkluż fil-PSC għar-rotta Marsilja-Propriano, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kapaċitajiet ġew ikkalkolati fuq il-bażi tad-domanda totali għall-passiġġieri mistennija fl-2030 (l-ogħla domanda matul l-implimentazzjoni tal-PSCs), li hija kemxejn ogħla milli fl-2019 (+ 1 %). Din is-sejba ma hijiex affettwata minn żball manifest ta’ valutazzjoni.

(985)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kapaċità minima għall-ġarr ta’ passiġġieri mediċi għal kull qsim, l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li d-domanda għall-passiġġieri mediċi tkun kostanti bejn l-2023 u l-2030 fuq il-bażi tal-livell stmat ta’ traffiku fl-2019 (il-premessa 161). Din is-sejba ma hijiex affettwata minn żball manifest ta’ valutazzjoni sa fejn l-obbligi tal-kapaċità ta’ ġarr jiġu stabbiliti fuq bażi kostanti li tikkorrispondi għal stima konservattiva tax-xejriet tat-traffiku.

(986)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kapaċità minima ta’ ġarr għas-sewwieqa għal kull qsim, ta’ min ifakkar li l-awtoritajiet Franċiżi qiesu li, għal kull rotta marittima, il-proporzjon tas-sewwieqa għal-LM ta’ merkanzija rmunkata kien jikkorrispondi għall-valur medju osservat matul il-perjodu 2018-2021 (il-premessa 230). Għalhekk, id-domanda mistennija mis-sewwieqa fl-2030 hija marbuta direttament mal-volum stmat ta’ merkanzija rmunkata fl-2030.

(987)

Il-Kummissjoni tqis li l-proporzjon storiku ta’ sewwieqa għal LM ta’ merkanzija rmunkata huwa approċċ validu għall-istima tan-numru ta’ sewwieqa marbutin mas-servizz pubbliku tat-trasport tal-merkanzija. Peress li l-Kummissjoni tqis li l-kapaċità minima ta’ ġarr tal-merkanzija prevista fil-PSCs ma hijiex sproporzjonata għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata (il-premessa 981), l-istess argument irid japplika għall-kapaċità relatata man-numru ta’ sewwieqa.

(988)

Il-kummenti ta’ Corsica Ferries dwar l-obbligu sproporzjonat fuq id-detenturi tal-konċessjoni li jkunu jistgħu jakkomodaw b’mod sistematiku aktar minn 12-il passiġġier għal kull vjaġġ, minbarra l-użu ta’ bastimenti Ro-Ro (il-premessi 476 sa 479), iridu jiġu miċħudin. Kif indikat fil-premessi 829, 874 u 947, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest meta kkaratterizzaw l-eżistenza tal-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi 984 sa 986, il-Kummissjoni tqis li l-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-kapaċità minima ta’ ġarr tal-passiġġieri huma proporzjonati għas-servizz pubbliku jeħtieġ li jiġu ssodisfati. Għalhekk, il-kapaċità minima ta’ ġarr ma ġietx stabbilita b’referenza għat-tip ta’ bastiment li għandu jintuża, iżda biss skont il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku li jeħtieġ li tiġi ssodisfata. Barra minn hekk, il-PSCs ma fihom l-ebda rekwiżit dwar it-tip ta’ bastimenti li għandhom jintużaw. Pereżempju, ta’ min wieħed jinnota li l-PSCs fuq ir-rotot L’Île-Rousse u Porto-Vecchio lanqas biss jeħtieġu kapaċità minima tal-passiġġieri ta’ aktar minn 12-il passiġġier. Għalhekk, f’dawk iċ-ċirkostanzi ma jistax jiġi ddikjarat li l-PSCs jimponu użu sproporzjonat ta’ bastimenti Ro-Pax minflok bastimenti Ro-Ro.

7.3.2.2.3.   Il-konklużjoni dwar il-proporzjonalità tal-intervent mill-Istat u l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-PSCs

(989)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-użu tal-PSCs, kif ukoll tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li jinsabu fihom, ma huwiex manifestament sproporzjonat għall-ħtieġa ta’ servizz pubbliku, u għalhekk kien jikkostitwixxi l-approċċ li kien l-anqas restrittiv tal-libertajiet essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

7.3.3.   L-eżistenza’ ta’ inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens

(990)

Skont il-paragrafi 15 u 16 tal-Qafas tal-SGEI, ir-responsabbiltà għall-operat tal-SGEI trid tiġi inkarigata lill-impriża kkonċernata permezz ta’ att wieħed jew aktar, li l-forma tiegħu tista’ tiġi ddeterminata minn kull Stat Membru. L-att jew atti jridu jinkludu, b’mod partikolari:

il-kontenut u d-durata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku;

l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat;

in-natura ta’ kwalunkwe dritt esklużiv jew speċjali mogħti lill-impriża mill-awtorità tal-għoti;

id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u l-parametri għall-kalkolu, għall-monitoraġġ u għar-rieżami tal-kumpens; kif ukoll

l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed.

(991)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li:

il-kontenut tal-obbligi ta’ servizz pubbliku huwa stabbilit fl-Artikoli 17, 18 u 23 u fl-Anness 1 tal-PSCs. Id-durata ta’ 8 snin hija speċifikata fl-Artikolu 3 tal-PSCs;

l-impriża deżinjata bħala d-detentur tal-konċessjoni hija msemmija fil-paġna 2 tal-PSCs, fejn hija elenkata bħala parti kontraenti. L-ambitu ġeografiku tal-PSCs huwa speċifikat fl-Artikolu 1;

il-PSCs ma jipprevedu l-ebda dritt speċjali jew esklużiv;

id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u l-parametri għall-kalkolu, għall-monitoraġġ u għar-rieżami tal-kumpens huma stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 39 tal-PSCs u fl-Anness 9 tagħhom;

il-proċeduri għall-irkupru ta’ kwalunkwe kumpens żejjed u l-mezzi sabiex jiġi evitat tali kumpens żejjed huma stabbiliti fl-Artikolu 40 tal-PSCs.

(992)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-PSCs jikkonformaw mal-paragrafi 15 sa 16 tal-Qafas dwar l-SGEI. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

7.3.4.   Durata tal-inkarigu

(993)

Skont il-paragrafu 17 tal-Qafas tal-SGEI, id-durata tal-inkarigu jenħtieġ li tkun ġustifikata b’referenza għal kriterji oġġettivi bħall-ħtieġa li jiġu ammortizzati assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, id-durata tal-inkarigu ta’ SGEI jenħtieġ li ma taqbiżx il-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-aktar sinifikanti meħtieġa sabiex jiġi pprovdut l-SGEI.

(994)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li skont il-komunikazzjoni interpretattiva fuq ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ, ir-Regolament ma jistabbilixxix durata massima għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizz. Il-komunikazzjoni tiddikjara li l-kuntratti pubbliċi ta’ servizz li jdumu aktar minn 5 snin (f’każijiet li fihom il-kuntratt ikun konċessjoni skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet) jew 6 snin jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità dment li (i) ikunu ġġustifikati bi kriterji oġġettivi, bħall-ħtieġa li jiġu rkuprati l-investimenti magħmulin fit-tħaddim tas-servizz ta’ kabotaġġ marittimu taħt kundizzjonijiet operazzjonali normali (eż. investimenti f’bastimenti jew f’infrastruttura) u (ii) ma jwasslux għal esklużjoni mis-suq (287).

(995)

Barra minn hekk, l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jistipula li “l-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu [tad-durata tal-konċessjoni] għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.

(996)

Id-durata ta’ 7 snin (u sena waħda fakultattiva) huwa ġġustifikat mill-awtoritajiet Franċiżi bl-għan li jippermettu lid-detentur tal-konċessjoni jirkupra l-kostijiet tax-xiri jew tal-lokazzjoni tal-bastimenti u l-kost sabiex dawn jinġiebu f’konformità mar-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u tat-tranżizzjoni ekoloġika. Dan il-perjodu huwa neċessarju sabiex jiġu stimulati l-investimenti tad-detenturi tal-konċessjoni matul it-terminu tal-konċessjoni.

(997)

Filwaqt li l-Kummissjoni tinnota li l-PSCs ma jeħtieġu l-ebda investiment direttament, hija madankollu tindika li d-detenturi tal-konċessjoni jeħtiġilhom ikunu jistgħu jimmobilizzaw il-bastimenti (mixtrijin jew noleġġati), li jirrappreżenta piż kapitali sinifikanti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-investimenti sinifikanti fil-konformità mal-aħħar standards ambjentali implimentati mid-Direttiva (UE) 2023/959 (288) u mir-Regolament (UE) 2023/1805 (289). Kif indikat fil-premessa 571, Corsica Linea tistma li l-kost sabiex il-bastimenti tagħha jsiru konformi mal-istandards ambjentali hija ta’ EUR 12-il miljun.

(998)

Fir-rigward tan-nuqqas ta’ esklużjoni mis-suq, il-Kummissjoni tinnota li s-CdC iddeċieda li juża proċedura ta’ aġġudikazzjoni miftuħa u kuntratti pubbliċi ta’ servizz “rotta b’rotta”. Minflok ma jaġġudika kuntratt uniku għal 7 snin (u sena fakultattiva waħda), is-CdC iddeċieda li jaġġudika ħames kuntratti separati għall-istess durata għal servizzi simili, li jippromwovi diversità ta’ atturi li x’aktarx joffru servizzi tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika. Barra minn hekk, l-iskop ta’ din id-durata kien li l-offerta ssir aktar attraenti għall-kandidati potenzjali u, b’hekk, tiġi stimulata l-kompetizzjoni. Fin-nuqqas ta’ durata bħal din, il-Kummissjoni ssib li kien ikun diffiċli għall-kandidati potenzjali li jwettqu attività ekonomika li tippermettilhom jirkupraw l-investimenti neċessarji. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ilmentatur ikompli jipprovdi servizzi marittimi lejn Korsika minn Nizza u minn Toulon. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li jeżistu durati ta’ aktar minn 6 snin taħt f’kuntratti pubbliċi oħrajn ta’ servizz marittimu fl-Ewropa (eż. 6 snin u erba’ snin addizzjonali fil-Kroazja (290) u 12-il sena fl-Italja (291)). Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li, f’dan il-każ, id-durata tal-kuntratti x’aktarx li ma twassalx għal esklużjoni s-suq.

(999)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-terminu ta’ 7 snin tal-PSCs, li jista’ jiġġedded għal sena, jissodisfa r-rekwiżiti tal-proporzjonalità, b’mod partikolari fid-dawl tal-investimenti meħtieġa skont il-PSCs u meta jitqies li durata bħal din ma kinitx probabbli li twassal għal esklużjoni mis-suq.

7.3.5.   Il-konformità mad-Direttiva 2006/111/KE

(1000)

Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas dwar l-SGEI, l-għajnuna tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE biss meta l-awtorità tikkonforma, meta tkun applikabbli, mad-Direttiva tal-Kummissjoni2006/111/KE (“id-Direttiva dwar it-Trasparenza”) (292). Għajnuna li ma tikkonformax ma’ dik id-Direttiva titqies li taffettwa l-iżvilupp tal-kummerċ sa punt tali li jmur kontra l-interess tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(1001)

Skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, impriża li tkun meħtieġa żżomm kontijiet separati tfisser, fost l-oħrajn, kwalunkwe impriża li tkun fdata bl-operat ta’ SGEI skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE u tirċievi kumpens għal servizz pubbliku fi kwalunkwe forma fir-rigward ta’ tali servizz, u li twettaq attivitajiet oħrajn.

(1002)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li Corsica Linea u La Méridionale għandhom jitqiesu bħala impriżi li huma meħtieġa jżommu kontijiet separati skont it-tifsira tad-Direttiva dwar it-Trasparenza.

(1003)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-Trasparenza applikabbli għall-impriżi meħtieġa jżommu kontijiet separati huma kif ġej.

(1004)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-istruttura finanzjarja u organizzazzjonali ta’ kwalunkwe impriża li hija meħtieġa żżomm kontijiet separati tkun riflessa b’mod korrett fil-kontijiet separati, sabiex joħorġu biċ-ċar dawn li ġejjin:

il-kostijiet u d-dħul assoċjati ma’ attivitajiet differenti;

id-dettalji sħaħ dwar il-metodi li bihom il-kostijiet u d-dħul jiġu assenjati jew allokati għal attivitajiet differenti.

(1005)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, “[...] L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li għal kwalunkwe impriża meħtieġa żżomm kontijiet separati:

il-kontijiet interni li jikkorrispondu ma’ attivitajiet differenti huma separati;

l-ispejjeż kollha u d-dħul huma assenjati jew allokati kif suppost fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabilità ta’ kosti applikati b’mod konsistenti u ġustifikabbli b’mod oġġettiv;

il-prinċipji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż li skonthom jinżammu kontijiet separati jkunu stabbiliti b’mod ċar.”

(1006)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li mill-Artikolu 30 tal-PSCs jirriżulta li l-kontijiet interni tal-kuntratturi relatati mal-attivitajiet tal-SGEI u mhux tal-SGEI huma separati, u li dawk il-kontijiet juru d-dħul u l-kostijiet assoċjati ma’ dawk l-attivitajiet differenti (il-premessa 293).

(1007)

Barra minn hekk, u kif se jiġi deskritt fit-Taqsima 7.3.8, il-Kummissjoni tinnota f’dan l-istadju li l-awtoritajiet Franċiżi assenjaw u allokaw b’mod korrett il-kostijiet u d-dħul relatati mal-forniment tal-attivitajiet tal-SGEI u dawk kummerċjali fuq il-bażi ta’ prinċipji tal-kontabilità tal-kostijiet definiti b’mod ċar, applikati b’mod konsistenti u ġustifikabbli b’mod oġġettiv. Id-dettalji tal-metodi li bihom il-kostijiet u d-dħul jiġu assenjati jew allokati għal attivitajiet differenti huma pprovduti wkoll fil-PSCs.

(1008)

Għalhekk, il-PSCs jikkonformaw mad-Direttiva dwar it-Trasparenza. Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

7.3.6.   Il-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku

(1009)

Skont il-paragrafu 19 tal-Qafas tal-SGEI, l-għajnuna tista’ titqies li tkun kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE biss meta l-awtorità responsabbli, meta tinkariga l-forniment tas-servizz lill-impriża inkwistjoni, tkun ikkonformat jew timpenja ruħha li tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Dan jinkludi kwalunkwe rekwiżit ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta direttament mit-Trattat u, meta applikabbli, mid-dritt sekondarju tal-Unjoni. L-għajnuna li ma tikkonformax ma’ tali regoli u rekwiżiti titqies li taffettwa l-iżvilupp tal-kummerċ sa punt tali li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-TFEU.

(1010)

Dan ir-rekwiżit jittenna fil-komunikazzjoni interpretattiva dwar ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ (293). Barra minn hekk, il-komunikazzjoni timponi wkoll kundizzjonijiet dwar l-għażla tal-proċedura għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti (294). Din tiddikjara li t-tnedija ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti hija fil-prinċipju l-aktar mod faċli kif tiġi żgurata n-nondiskriminazzjoni. Proċedura ta’ aġġudikazzjoni li tinvolvi negozjar mal-offerenti potenzjali tista’ tikkonforma mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni dment li n-negozjati bejn l-awtorità aġġudikanti u l-kumpaniji li jkunu ssottomettew offerti fl-offerta jkunu imparzjali, ġusti u trasparenti. Kif iddikjarat fil-komunikazzjoni interpretattiva dwar ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-aġġudikazzjoni diretta ta’ kuntratt ma tikkonformax mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ. Bl-istess mod, kwalunkwe proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt li titfassal b’tali mod li tirrestrinġi bla bżonn in-numru ta’ offerenti potenzjali ma tikkonformax mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

(1011)

Il-komunikazzjoni interpretattiva dwar ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ tiddikjara wkoll li, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji msemmijin hawn fuq, il-perjodu bejn it-tnedija tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt u d-data minn meta jkun se jibda l-operat tas-servizzi tat-trasport, jenħtieġ li jkun ta’ tul xieraq u raġonevoli. Perjodi qosra wisq li ma jirriflettux biżżejjed il-ħtiġijiet tas-servizz ta’ kabotaġġ li għandu jiġi aġġudikat (eż. rigward id-daqs tas-suq, ir-rekwiżiti tal-kwalità jew tal-frekwenza) jistgħu jiffavorixxu lis-sid tal-bastimenti preeżistenti bi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

(1012)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-awtorità responsabbli, meta inkarigat il-forniment tas-servizz lill-impriżi kkonċernati, ikkonformatx mar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, f’dan il-każ id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

(1013)

Fl-ilment tagħha, Corsica Ferries allegat żewġ każijiet ta’ ksur tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. Fir-rigward tal-ewwel ksur, Corsica Ferries tissottometti li kienet taffaċċja ostakli li għamluha impossibbli li jiġu applikati, b’mod partikolari, l-iskadenzi qosra ħafna għall-proċedura (il-premessa 522) (295). Barra minn hekk, hija ssostni li l-awtoritajiet Franċiżi emendaw bla bżonn il-karatteristiċi minimi tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt sabiex jagħżlu offerti li ma kinux konformi mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness 1 tal-PSCs, b’mod partikolari fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali.

(1014)

Fir-rigward tat-tieni ksur (il-premessa 523), Corsica Ferries tissottometti li d-durata tal-PSCs ma kinitx iġġustifikata fid-dawl tan-nuqqas ta’ investimenti meħtieġa mid-detenturi tal-konċessjoni. Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tirreferi għat-Taqsima 7.3.4 tad-deċiżjoni.

7.3.6.1.   Id-durata tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt

(1015)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni se teżamina jekk id-durata tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt tikkonformax mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet minn żewġ angoli: (i) il-perjodu bejn il-bidu tal-proċedura (is-6 ta’ Mejju 2022) u l-bidu effettiv tal-PSC (l-1 ta’ Jannar 2023) u (ii) il-perjodu bejn l-aġġudikazzjoni tal-PSCs (il-21 ta’ Diċembru 2022) u d-dħul fis-seħħ tagħhom (l-1 ta’ Jannar 2023).

(1016)

Id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet tipprevedi (296) perjodu minimu ta’ 30 jum għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u tal-offerti, li jibda mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ konċessjoni. Din l-iskadenza minima ġiet irrispettata f’dan il-każ (billi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet kienet il-25 ta’ Lulju 2022).

(1017)

Madankollu, id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet ma tistabbilixxi l-ebda perjodu minimu jew massimu bejn l-aġġudikazzjoni ta’ konċessjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dik il-konċessjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi vvalutat jekk l-iskadenzi tal-proċedura inkwistjoni kellhomx probabbiltà li jiksru l-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni.

(1018)

Hawn taħt il-Kummissjoni teżamina l-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries li l-limiti ta’ żmien imposti mill-proċedura kienu jikkostitwixxu ostaklu għal parteċipanti ġodda, fid-dawl tal-ġurisprudenza (297) u tal-prattiki eżistenti fis-settur marittimu.

(1019)

Il-Kummissjoni tinnota li l-PSCs tal-2021-2022 skadew fil-31 ta’ Diċembru 2022. Id-dħul fis-seħħ tal-PSCs il-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2023 tħabbar f’Jannar 2022, bħala parti mill-konsultazzjoni mal-operaturi mwettqa mis-CdC, li fiha ħadet sehem Corsica Ferries. L-avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat mill-OTC fis-6 ta’ Mejju 2022, jiġifieri 8 xhur qabel ma bdew il-PSCs tal-2023-2030.

(1020)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt fis-6 ta’ Mejju 2022, l-ebda wieħed mill-kandidati potenzjali ma talab bidla fl-iskeda ta’ żmien, għalkemm kienet magħrufa sa mill-bidu tal-proċedura (ara l-premessa 374).

(1021)

Corsica Ferries tqis li din l-iskeda ta’ żmien kienet ostaklu li għamilhielha impossibbli li tapplika. B’mod partikolari, hija tiddikjara li, fis-settur tat-trasport marittimu, il-prenotazzjonijiet jinfetħu tal-anqas 6 xhur minn qabel, u b’hekk ikun impossibbli għall-fornituri ta’ servizzi ġodda li jimmobilizzaw bastimenti b’kapaċità minima f’termini ta’ trasport tal-passiġġieri u ta’ kabini sal-iskadenzi tas-sejħa għall-offerti. Għalhekk, sabiex tkun tista’ terġa’ tiskjera l-flotta tagħha assenjata għar-rotot Toulon-Korsika, Nizza-Korsika u Italja-Korsika fuq ir-rotot Marsilja-Korsika, kien ikollha tagħlaq il-prenotazzjonijiet fuq dawk ir-rotot tal-anqas 6 xhur minn qabel.

(1022)

Il-Kummissjoni tinnota l-kummenti minn La Méridionale u minn Corsica Linea, li jindikaw li, sabiex jinfetħu l-prenotazzjonijiet, hija biżżejjed skadenza ħafna iqsar minn dik imsemmija minn Corsica Ferries. Il-benefiċjarji tal-PSCs jispjegaw li għat-trasport tal-merkanzija, li huwa l-iskop ewlieni tal-PSCs, il-maġġoranza l-kbira tal-prenotazzjonijiet isiru ftit jiem bil-quddiem jew dakinhar stess għall-klijenti regolari. Għat-trasport tal-passiġġieri, il-PSCs bdew fl-istaġun il-kwiet b’anqas traffiku. La Méridionale tiddikjara, pereżempju, li hija fetħet il-prenotazzjonijiet għal-Lottijiet 1 u 3 (Ajaccio u Porto-Vecchio) fil-21 ta’ Diċembru 2022 mingħajr ma dan żammha milli tibda l-operazzjonijiet b’mod normali.

(1023)

Il-Kummissjoni tinnota li l-iskeda ta’ żmien proviżorja għall-proċedura tħabbret mill-OTC fir-Riżoluzzjoni 22/050 tal-Assemblea ta’ Korsika tat-28 ta’ April 2022. F’konformità ma’ dik l-iskeda ta’ żmien, id-data għar-riċevuta tal-applikazzjonijiet kienet il-25 ta’ Lulju 2022, in-negozjati kienu skedati li jsiru minn Awwissu 2022, u l-aġġudikazzjoni tal-PSCs, u l-għażla u n-notifika tal-kandidat(i) rebbieħ(a) kienu skedati għal Ottubru 2022.

(1024)

Fid-dawl ta’ dik l-iskeda, iż-żmien stmat bejn l-aġġudikazzjoni tal-PSCs u d-dħul fis-seħħ tagħhom (l-1 ta’ Jannar 2023) kien ta’ ftit aktar minn xahrejn, jiġifieri perjodu itwal mid-doppju ta’ dak fil-ġurisprudenza SNCM II (ara l-premessa 372).

(1025)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fil-25 ta’ Lulju 2022, id-data li fiha ġew riċevuti l-applikazzjonijiet, l-OTC u s-CdC sabu li kienu applikaw biss Corsica Linea u La Méridionale, f’isimhom stess jew bħala konsorzju, filwaqt li nnotat li l-ebda operatur ġdid ma kien applika. B’riżultat ta’ dan, sal-25 ta’ Lulju 2022, l-OTC u s-CdC setgħu jikkunsidraw li d-dewmien tal-iskeda ta’ żmien inizjali u t-tqassir tal-perjodu bejn l-aġġudikazzjoni tal-PSCs u d-dħul fis-seħħ tagħhom ma kellhom l-ebda effett ta’ esklużjoni mis-suq fir-rigward ta’ parteċipanti ġodda potenzjali.

(1026)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, b’mod partikolari l-iskeda ta’ żmien għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, il-fatt li ma waslet l-ebda talba sabiex tiġi emendata l-iskeda ta’ żmien, u l-prattika tal-prenotazzjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe kandidat kellu żmien raġonevoli sabiex (i) iħejji l-applikazzjoni u l-offerta tiegħu u (ii) jiskjera l-flotta tiegħu fuq ir-rotot li kien se joffri għalihom.

7.3.6.2.   Dwar ir-rekwiżiti minimi u l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali

(1027)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni teżamina l-konformità tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni mad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet fir-rigward (i) tal-ambitu tar-rekwiżiti minimi, (ii) tal-konformità tal-PSCs mar-rekwiżiti minimi u (iii) tal-konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali.

7.3.6.2.1.   L-ambitu tar-rekwiżiti minimi

(1028)

Fir-rigward tar-rekwiżiti minimi, l-Artikolu 37 tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet jistipula li l-offerta rebbieħa trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-awtorità kontraenti u li dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx jinbidlu matul in-negozjati. L-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti (il-Premessa 270) jipprevedi l-“karatteristiċi minimi” li ġejjin:

“[In-] nollijiet massimi applikabbli għar-residenti ta’ Korsika u għall-ġarr tal-merkanzija,

[Il-]kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti,

[L-]iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz,

[Id-]durata tal-kuntratt, [u]

[L-]ammont massimu ta’ kumpens finanzjarju mħallas mill-OTC.

(1029)

L-Anness 1 (l-anness tekniku dwar is-servizzi, il-premessa 285) tar-regoli tal-offerti jindika li l-karatteristiċi tas-servizzi marittimi jikkostitwixxu “kapaċitajiet minimi”.

(1030)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Franza ċċarat li r-rekwiżiti minimi ġew stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti (il-premessa 379) u li l-Anness 1 iddeskriva biss ir-rekwiżiti minimi relatati ma’ (i) il-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti u (ii) l-iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz (il-premessa 380).

(1031)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti jikkostitwixxi lista li fiha l-karatteristiċi minimi huma elenkati biss mingħajr aktar dettalji dwar id-definizzjonijiet jew il-valuri minimi rispettivi tagħhom. Sabiex jinftiehem l-ambitu preċiż tal-karatteristiċi minimi, huwa neċessarju li jiġu kkonsultati dokumenti oħrajn inklużi fil-file tal-offerti (ara l-premessa 379).

(1032)

Il-karatteristiċi minimi relatati ma’ (i) il-kapaċità ta’ ġarr tal-bastimenti u (ii) l-iskedi ta’ żmien u l-frekwenzi tas-servizz huma spjegati fid-dettall fl-Anness 1 (“anness tekniku dwar is-servizzi”), li jistabbilixxi (i) il-kapaċità minima tal-passiġġieri u tal-merkanzija u (ii) il-frekwenzi minimi u l-islots tal-ħin. Skont Corsica Ferries, l-elementi kollha msemmijin fl-Anness 1 jikkostitwixxu karatteristiċi minimi, b’mod partikolari minħabba s-sentenza tal-Kunsill tal-Istat tal-24 ta’ Ġunju 2019 (298). F’dak ir-rigward, minkejja li huwa f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tinterpreta d-dritt tal-UE, jenħtieġ li wieħed jinnota li dik is-sentenza kkonfermat l-inġunzjoni tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia tad-19 ta’ Marzu 2019, (299) li tidher li kkonkludiet, fil-kuntest tal-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSC għat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali għall-perjodu 2019-2020, li r-rekwiżiti tekniċi stipulati f’anness b’rabta ma’ karatteristika minima tal-kuntratt elenkata fl-artikolu rilevanti tar-regoli tal-offerti biss kellhom jitqiesu bħala karatteristiċi minimi.

(1033)

Skont Corsica Ferries, l-offerti ma kinux konformi mar-rekwiżiti minimi, skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, għal vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u għal dawk addizzjonali kif stabbilit fl-Anness 1.

(1034)

Madankollu, il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma humiex imsemmijin fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti jew fl-Anness 1. Konsegwentement, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala li jiffurmaw parti mir-rekwiżiti minimi skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. Fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, l-Anness 1 jirreferi biss għan-numru massimu li l-awtorità kontraenti tista’ timplimenta fid-dawl tal-ħtiġijiet li jiġi pprovdut is-servizz pubbliku fuq ċerti rotot. Madankollu, l-Anness 1 ma jittrattax karatteristiċi oħrajn ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, bħall-iffissar tad-dati tagħhom. (300)

(1035)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali ma kinux parti mir-rekwiżiti minimi skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

7.3.6.2.2.   Il-konformità tal-PSCs mar-rekwiżiti minimi

(1036)

Corsica Ferries targumenta wkoll li l-awtoritajiet Franċiżi biddlu l-karatteristiċi minimi.

(1037)

Fir-rigward tal-allegata bidla fil-karatteristiċi minimi matul in-negozjati, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li ma nbidlux. Wara li tiċċekkja l-PSCs iffirmati, il-Kummissjoni ssib li l-karatteristiċi minimi huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti u fil-file tal-offerta.

(1038)

Fir-rigward tal-konformità tal-offerti rebbieħa mar-rekwiżiti minimi, il-Kummissjoni, wara verifika, (301) issib li huma konformi mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti u fil-file tal-offerta.

(1039)

Barra minn hekk, l-offerti rebbieħa kollha kienu konformi mar-rekwiżiti tekniċi fl-Anness 1. Bastiment wieħed biss ta’ Corsica Linea, Paglia Orba, kellu kabina waħda għall-PMM minflok tnejn kif previst fl-Anness 1. Madankollu, anke jekk wieħed jassumi li r-rekwiżit tekniku dwar in-numru ta’ kabini għall-PMM kien rekwiżit minimu skont id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, il-bastiment kien bastiment sekondarju maħsub sabiex jintuża bħala sostitut għal bastiment ewlieni (il-premessa 384). Barra minn hekk, il-kandidat ħa impenn li jissostitwixxi dan il-bastiment ma’ wieħed mis-seba’ bastimenti potenzjalment assenjati għas-servizz jekk ikunu meħtieġa żewġ kabini għall-PMM. Ta’ min ifakkar li l-Artikolu 20 tal-PSCs jippermetti s-sostituzzjoni tal-bastimenti matul il-kuntratt. Fl-istess ħin, Corsica Linea impenjat ruħha li twettaq ħidma li tippermetti l-installazzjoni tat-tieni kabina għall-PMM. Din il-ħidma tlestiet u Paglia Orba issa għandha żewġ kabini għall-PMM.

7.3.6.2.3.   Il-konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali

(1040)

Corsica Ferries targumenta li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 1 għal vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u addizzjonali kienet ekonomikament problematika. Skont Corsica Ferries, kienet tkun meħtieġa l-mobilizzazzjoni ta’ bastiment iddedikat esklużivament għal dawk il-vjaġġi bir-ritorn, peress li l-vjaġġi jridu jsiru fi kwalunkwe ħin, soġġetti għal perjodu ta’ avviż minimu ta’ ġimgħa.

(1041)

Il-Kummissjoni tinnota li l-PSCs u l-Annessi 1 tagħhom jipprevedu tliet kategoriji ta’ vjaġġi bir-ritorn: vjaġġi bir-ritorn “bażiċi”, “skedati” u “addizzjonali”.

(1042)

Vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati huma rregolati bl-Artikolu 17 tal-PSCs, li jipprovdi: “Sabiex tiġi ottimizzata l-organizzazzjoni tat-traffiku, l-awtorità reġjonali tirriżerva d-dritt li torganizza vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, f’konformità man-numru totali ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali stabbiliti fl-Anness 1. Dan l-iskedar mill-ġdid se jsir fil-kuntest tal-kumitat tekniku msemmi fl-Artikolu 10.2 ta’ dan il-kuntratt”.

(1043)

Il-Kummissjoni tinnota li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid ma humiex vjaġġi bir-ritorn addizzjonali miżjuda man-numru totali ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali, iżda huma parti minn dak in-numru totali.

(1044)

Vjaġġi bir-ritorn addizzjonali huma definiti fl-Artikolu 18 tal-PSCs, li jistipula: “Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi pprovdut is-servizz pubbliku, l-awtorità kontraenti tista’ tkun meħtieġa titlob lill-kuntrattur iwettaq vjaġġi bir-ritorn addizzjonali fuq bażi ad hoc fi ħdan il-limitu tan-numru stabbilit fl-Anness 1 (vjaġġi bir-ritorn addizzjonali) [...]”.

(1045)

Il-Kummissjoni tosserva li l-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali kienu ppjanati għal tliet lottijiet biss (10 vjaġġi bir-ritorn għal-Lott 1, 30 vjaġġ bir-ritorn għal-Lott 2 u 10 vjaġġi bir-ritorn għal-Lott 5).

(1046)

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li la l-file tal-offerta u lanqas it-tweġibiet mogħtijin mill-awtorità kontraenti għall-mistoqsijiet tal-kandidati matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ma juru li l-kandidati kienu obbligati jimmobilizzaw bastimenti addizzjonali għall-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u għal dawk addizzjonali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li, f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 tal-abbozz tal-PSCs, l-implimentazzjoni tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali tirrikjedi laqgħa tal-kumitat tekniku previst fl-Artikolu 10.2 tal-PSCs. Il-kumitat jippermetti lid-detentur tal-konċessjoni kkonċernat mill-implimentazzjoni ta’ dawk il-vjaġġi bir-ritorn jirrapporta dwar id-diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw minn implimentazzjoni bħal din.

(1047)

Il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali ma kinitx xi ħaġa ġdida, peress li l-PSCs preċedenti (il-PSCs tal-2021-2022), li Corsica Ferries kienet għamlet offerta għalihom, ukoll kienu jipprovdu għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, b’numri identiċi għat-tliet lottijiet. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi interessati li japplikaw kellhom l-opportunità li jikkonsultaw informazzjoni relatata ma’ perjodi ta’ domanda għolja li jistgħu jeħtieġu vjaġġi bir-ritorn addizzjonali.

(1048)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-inġunzjoni tal-20 ta’ Lulju 2022 tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia (il-premessa 274), li fiha l-qorti ddikjarat, fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, li:“... f’dawk iċ-ċirkostanzi, u minħabba li l-informazzjoni relatata ma’ perjodi ta’ domanda għolja għat-trasport marittimu li jistgħu jiġġustifikaw talba għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali hija magħrufa mill-operaturi ekonomiċi u li SAS Corsica Ferries hija libera li tikkonsulta d-data disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari mill-osservatorju tat-trasport reġjonali ta’ Korsika, kif speċifikat ukoll fil-paragrafu 4.1 tar-regoli tal-offerti, ma jidhirx mill-investigazzjoni li l-informazzjoni li tinsab fil-file tal-offerta relatata mal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ma’ dawk addizzjonali hija insuffiċjenti sabiex tippermetti lill-kandidati jivvalutaw il-firxa tal-obbligi tal-kuntratturi u jissottomettu offerta. Għalhekk, l-allegat ksur tar-regoli dwar il-pubbliċità u l-offerti kompetittivi ma huwiex probabbli li jagħmel ħsara lill-kumpanija rikorrenti. Minn dan isegwi li l-eċċezzjoni bażi ma hijiex effettiva” (302).

(1049)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tweġibiet għall-mistoqsijiet minn kandidati potenzjali dwar il-vjaġġi bir-ritorn ma pprovdewx dettalji ulterjuri dwar ċerti aspetti tal-file tal-offerti, iżda b’mod ġenerali rreferew lill-kandidati għad-dokumenti tal-offerta, li tqiesu ċari biżżejjed (303). Madankollu, il-kandidati kollha kellhom aċċess għall-istess informazzjoni permezz tat-taqsima tal-mistoqsijiet u tweġibiet, f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali.

(1050)

Il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti tal-offerta bl-ebda mod ma ssuġġerew li kien neċessarju li tinżamm flotta speċifika għal vjaġġi bir-ritorn addizzjonali jew li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid. Dan huwa kkonfermat mill-PSCs preċedenti u mill-offerti sottomessi. Barra minn hekk, dan ma kienx vijabbli mill-perspettiva prattika u ekonomika, peress li l-kumpens għas-servizz pubbliku ma jkoprix il-kostijiet tal-immobilizzazzjoni tal-bastimenti, li kienu jibqgħu inattivi għal ħafna minn dak iż-żmien (304).

(1051)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-regoli tal-offerti kienu ċari biżżejjed dwar dan il-punt sabiex jippermettu lill-kandidati jissottomettu offerta.

(1052)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali huma mfasslin bħala strumenti li jagħmluha possibbli li s-servizz pubbliku jiġi adattat għad-domanda reali jew għall-kundizzjonijiet tat-temp, għall-PSCs fit-tul, permezz ta’ mekkaniżmu simili għal klawżola ta’ għażla kif imsemmi fl-Artikolu 43(1)(a) tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet.

(1053)

Il-Kummissjoni tinnota li d-dokumenti ta’ konsultazzjoni ma kinux jipprojbixxu lill-kandidati milli jagħmlu proposti, u li l-offerti rebbieħa kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-offerti u mal-abbozz tal-kuntratt dwar vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali.

(1054)

Il-fatt li Corsica Linea u l-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale pproponew dati għall-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom tal-ħtiġijiet tal-merkanzija u tal-ħtiġijiet ippreżentati mill-OTC fil-file tal-offerta, ma jfissirx li l-vjaġġi bir-ritorn bilfors ikollhom isiru f’dawk l-istess dati, u b’tali mod li l-OTC jiġi prekluż milli jkun jista’ jitlob vjaġġi bir-ritorn f’dati oħrajn. Id-dati ta’ dawn il-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali għadhom iridu jiġu deċiżi mill-kumitat tekniku, kif previst fl-Artikolu 10.2 tal-kuntratt, u jiġu kkomunikati lid-detentur tal-konċessjoni ġimgħa bil-quddiem.

(1055)

Għalhekk, il-programm propost mid-detentur tal-konċessjoni ma huwa bl-ebda mod vinkolanti fuq l-awtorità kontraenti, li tiddeċiedi fuq id-data ta’ vjaġġ bir-ritorn skont il-ħtiġijiet. Din is-sejba ntweriet bl-eżempju tal-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali effettivament imwettqin fl-2023 għal-Lott 1, l-uniku lott li għalih saru vjaġġi bir-ritorn addizzjonali (il-premessa 389). Mit-30 vjaġġ bir-ritorn addizzjonali proposti, twettqu 28. Minn dawn, saru 3 vjaġġi bir-ritorn addizzjonali f’dati mhux ippjanati fil-programm proviżorju. Barra minn hekk, l-OTC ma skattax vjaġġi bir-ritorn addizzjonali għal ħamsa mid-dati “proviżorji”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-2023 l-OTC ma skatta l-ebda vjaġġ bir-ritorn li seta’ jiġi skedat mill-ġdid.

(1056)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-offerti rebbieħa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-offerti u mal-abbozz tal-PSCs fir-rigward tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, u li ma kien hemm l-ebda trattament favorevoli fir-rigward tal-iskeda tal-vjaġġi bir-ritorn proposta minn Corsica Linea u mill-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale.

7.3.6.3.   Konklużjoni

(1057)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li Corsica Ferries kienet affettwata minn kwalunkwe ostaklu għad-dħul li ma ħallihiex tagħmel offerta u wassal sabiex din iġġarrab trattament diskriminatorju.

7.3.7.   In-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fir-rigward tal-metodu għall-kalkolu tal-kumpens

(1058)

Skont il-paragrafu 20 tal-Qafas tal-SGEI, meta awtorità tassenja l-forniment tal-istess SGEI lil numru ta’ impriżi, il-kumpens jenħtieġ li jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-istess metodu fir-rigward ta’ kull impriża.

(1059)

Peress li l-forniment tas-servizz pubbliku fuq kull waħda mir-rotot huwa assenjat lil impriża waħda jew lil grupp ta’ impriżi (jiġifieri Corsica Linea, La Méridionale jew il-konsorzju Corsica Linea - La Méridionale, ara t-Table 13), il-Kummissjoni tqis li ma jista’ jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni f’dan il-każ skont it-tifsira tal-paragrafu 20 tal-Qafas tal-SGEI. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens ġie kkalkolat skont l-istess prinċipji għal kull PSC (it-Taqsima 3.7.2).

(1060)

Barra minn hekk, il-komunikazzjoni interpretattiva fuq ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fil-kabotaġġ marittimu. Dan jipprevedi li l-Istati Membri ma jistgħux jimponu obbligi mfasslin apposta fuq kumpanija tat-tbaħħir partikolari li jkunu jipprevjenu lil sidien tal-bastimenti oħrajn tal-Unjoni milli jidħlu fis-suq jew japplikaw obbligi oħrajn b’dak l-effett (305). Il-komunikazzjoni tiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari lejn żewġ tipi ta’ klawżoli kuntrattwali rigward il-kundizzjonijiet għall-akkwiżizzjoni ta’ bastimenti mingħand operaturi preċedenti ta’ servizz pubbliku (306) u l-kundizzjonijiet relatati mal-ekwipaġġ (307).

(1061)

F’dan il-każ, il-PSCs ma jimponu l-ebda obbligu speċifikament maħsub għal kumpanija tat-tbaħħir partikolari, b’mod partikolari ma jimponux obbligi relatati mal-akkwiżizzjoni tal-bastimenti tal-operatur li jkun ħiereġ jew relatati mal-ekwipaġġ.

(1062)

Il-partijiet interessati ma ssottomettewx kummenti fuq dan il-punt.

(1063)

Għalhekk, il-PSCs jikkonformaw mal-paragrafu 20 tal-Qafas tal-SGEI u mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

7.3.8.   Ammont ta’ kumpens

(1064)

Skont il-paragrafu 21 tal-Qafas tal-SGEI, l-ammont ta’ kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex ikopri l-kost nett għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli.

(1065)

Il-paragrafu 22 jiddikjara li l-ammont tal-kumpens jista’ jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kostijiet u tad-dħul mistennijin, jew inkella tal-kostijiet u tad-dħul fil-fatt imġarrbin, jew fuq taħlita tat-tnejn, li jiddependi mill-inċentivi tal-effiċjenza li l-Istati Membri jixtiequ jipprovdu mill-bidu nett, f’konformità mal-paragrafi 40 u 41.

(1066)

Il-paragrafu 23 jispeċifika li, meta l-kumpens ikun ibbażat, kompletament jew parzjalment, fuq il-kostijiet u fuq id-dħul mistennijin, dawn iridu jiġu speċifikati fl-att ta’ inkarigu. Huma jridu jkunu bbażati fuq parametri plawsibbli u osservabbli dwar l-ambjent ekonomiku li fih ikun qed jiġi pprovdut l-SGEI. Huma jridu jibbażaw, meta xieraq, fuq l-esperjenza tar-regolaturi tas-settur jew ta’ entitajiet oħrajn li jkunu indipendenti mill-impriża. L-Istati Membri jeħtiġilhom jindikaw is-sorsi li fuqhom ikunu bbażati dawn l-aspettattivi. L-istima tal-kostijiet trid tirrifletti l-aspettattivi tat-titjib fl-effiċjenza miksub mill-fornitur tal-SGEI matul l-inkarigu.

(1067)

Kif iddikjarat fl-Artikolu 30 tal-PSCs (il-premessa 293), il-kumpens finanzjarju massimu mħallas mill-OTC lid-detentur tal-konċessjoni għall-obbligi ta’ servizz pubbliku tiegħu ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex ikopri l-kost nett tal-forniment tal-SGEI, filwaqt li jitqies profitt raġonevoli.

(1068)

F’dan il-każ, l-ammont ta’ kumpens għall-SGEIs jiġi kkalkolat ex ante, billi tintuża l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, kif indikat fil-kont operatorju proviżorju tad-detenturi tal-konċessjoni għal kull lott (l-Anness 9), li jifforma parti integrali mill-PSCs. L-ammont ta’ kumpens stabbilit fl-Anness 9 ma jistax jiżdied ex post, iżda huwa soġġett għal inċentivi tal-effiċjenza (il-premessi 301 u 302) u ta’ verifika ex post (il-premessa 319), li tipprevedi mekkaniżmu ta’ rkupru f’każ ta’ kumpens żejjed.

(1069)

Fil-kuntest tal-aġġudikazzjoni tal-PSCs, l-awtoritajiet Franċiżi vverifikaw li l-offerti finanzjarji sottomessi minn Corsica Linea u minn La Méridionale kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet oġġettivi u plawsibbli u kienu konformi mal-obbligi ta’ servizz pubbliku, inkluża l-kapaċità minima f’termini tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri u tal-obbligi relatati man-nollijiet għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri.

(1070)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-paragrafi 21 sa 23 tal-Qafas tal-SGEI ġew issodisfati.

7.3.8.1.   Il-kost nett neċessarju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(1071)

Skont il-paragrafu 24 tal-Qafas tal-SGEI, il-kost nett neċessarju, jew li jkun mistenni li jkun neċessarju, għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku jenħtieġ li jiġi kkalkolat bl-użu tal-metodoloġija tal-kost nett evitat meta dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u f’każijiet oħrajn meta dan ikun possibbli.

(1072)

Għalkemm il-Kummissjoni tqis il-metodoloġija tal-kost nett evitat bħala l-aktar metodu akkurat għad-determinazzjoni tal-kost ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku, skont il-paragrafu 27 tal-Qafas tal-SGEI jista’ jkun hemm każijiet li fihom l-użu ta’ dik il-metodoloġija ma jkunx fattibbli jew xieraq. F’każijiet bħal dawn, meta dan ikun ġustifikat kif xieraq, il-Kummissjoni tista’ taċċetta metodi alternattivi għall-kalkolu tal-kost nett neċessarju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, bħall-metodoloġija bbażata fuq l-allokazzjoni tal-kostijiet.

(1073)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi użaw il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet (ara l-premessi 307 sa 309), li, skont Corsica Ferries, ma hijiex ġustifikata (il-premessi 493 sa 498).

(1074)

L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li, f’konformità mal-Qafas tal-SGEI, iż-żewġ metodi (jiġifieri l-metodoloġija tal-kost nett evitat u l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet), jekk jiġu applikati b’mod korrett, huma metodi validi għall-kalkolu tal-ammont xieraq ta’ kumpens. Iż-żewġ metodi huma bbażati fuq suppożizzjonijiet ta’ dħul u ta’ kostijiet addizzjonali jew diretti assoċjati mal-forniment tal-SGEI u, għalhekk, huma soġġetti għal restrizzjonijiet metodoloġiċi komparabbli, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries.

(1075)

It-tieni, il-metodoloġija tal-kost nett evitat tfisser li jiġu stabbiliti l-kostijiet u d-dħul tal-impriża f’xenarju ipotetiku mingħajr SGEI. Madankollu, l-attivitajiet ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale fuq ir-rotot bejn Korsika u Franza kontinentali jiddependu fuq l-eżistenza tal-SGEI. Fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-operaturi, huma ddikjaraw li, fin-nuqqas ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, dawn ma joffru l-ebda servizz kummerċjali bejn Korsika u Franza kontinentali (il-premessa 234). Għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries, il-Kummissjoni tqis li, fuq il-bażi tal-informazzjoni stabbilita fil-premessi 817 sa 825 u 870, l-awtoritajiet Franċiżi ma għamlux żball manifest meta qiesu d-dikjarazzjonijiet ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale matul il-konsultazzjoni mal-operaturi. Għalhekk, ma seta’ jiġi applikat l-ebda xenarju ipotetiku rilevanti li fih l-operaturi joperaw fuq ir-rotot bejn Korsika u Franza kontinentali fuq bażi kummerċjali mingħajr SGEI, li jfisser li ma setgħetx tintuża l-metodoloġija tal-kost nett evitatat.

(1076)

Konsegwentement, l-argumenti mqajmin minn Corsica Ferries (il-premessi 493 sa 498) iridu jiġu miċħudin.

(1077)

Fir-rigward tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, skont il-paragrafi 28 u 29 tal-Qafas tal-SGEI, dan il-metodu jinvolvi l-kalkolu tal-kost nett neċessarju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku bħala d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul għal fornitur deżinjat sabiex jeżegwixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif speċifikat u stmat fl-att ta’ inkarigu. Il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom jinkludu l-kostijiet neċessarji kollha sabiex jiġi operat l-SGEI.

(1078)

Il-paragrafu 31 tal-Qafas tal-SGEI jiddikjara li, meta l-impriża inkarigata b’SGEI twettaq ukoll attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jkopru l-kostijiet diretti kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-SGEI u kontribut xieraq għall-kostijiet indiretti komuni kemm għall-SGEI u għal attivitajiet oħrajn. Il-kostijiet marbutin ma’ kwalunkwe attività li tkun barra l-ambitu tal-SGEI jridu jinkludu l-kostijiet diretti kollha u kontribut xieraq għall-kostijiet komuni. Sabiex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni, il-prezzijiet tas-suq għall-użu tar-riżorsi, meta disponibbli, jistgħu jittieħdu bħala parametru referenzjarju. Fin-nuqqas ta’ prezzijiet tas-suq bħal dawn, il-kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni tista’ tiġi ddeterminata b’referenza għal-livell ta’ profitt raġonevoli (308) li l-impriża tkun mistennija tagħmel mill-attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-SGEI jew permezz ta’ metodoloġiji oħrajn meta jkunu aktar adatti.

(1079)

F’dan il-każ, l-operaturi tas-servizz pubbliku jwettqu attivitajiet kummerċjali wkoll. Konsegwentement, f’konformità mal-paragrafu 31 tal-Qafas tal-SGEI, huwa neċessarju li jiġi vverifikat li l-kostijiet diretti kollha marbutin mal-SGEI kif ukoll kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet indiretti komuni jitqiesu meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ kumpens.

(1080)

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi mfakakr li, fis-sentenza BUPA, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, b’referenza għan-neċessità u għall-propozjonalità tal-kumpens, li s-“setgħa diskrezzjonali li għandu l-Istat Membru rigward id-definizjoni ta’ funzjoni SIEĠ u l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tagħha, inkluż biex jiġu evalwati l-ispejjeż eċċessivi sostnuti minħabba l-eżekuzzjoni tagħha li jiddependu minn fatti ekonomiċi kumplessi, il-portata tal-istħarriġ li l-Kummissjoni tista’ teżerċita f’dan ir-rigward hija limitata għal dik ta’ żball manifest u li l-istħarriġ tan-natura proporzjonata tal-kumpens għall-eżekuzzjoni ta’ funzjoni SIEĠ [...] għandu jillimita ruħu li jivverifika jekk il-kumpens previst huwiex neċessarju sabiex il-funzjoni SIEĠ inkwistjoni tkun tista’ tinkiseb taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli [...] jew, min-naħa l-oħra, jekk il-miżura inkwistjoni hijiex manifestament mhux approprjata fil-konfronti tal-għan imfittex [...]”. (309)

(1081)

Kif indikat fil-premessa 308, il-kostijiet diretti tal-attivitajiet tal-passiġġieri u tal-merkanzija huma allokati għall-SGEI fuq il-bażi tan-numru ta’ passiġġieri jew tal-volum tal-merkanzija (f’LM) li d-detenturi tal-konċessjoni huma meħtieġa jiggarantixxu skont l-obbligi tal-kapaċità previsti mill-PSCs, filwaqt li l-kostijiet komuni, li jammontaw għall-maġġoranza tal-kostijiet operatorji tad-detenturi tal-konċessjoni, huma allokati għall-SGEI skont il-proporzjon tal-kapaċità (espressa f’m3 ta’ volum) riżervata fuq il-bastiment għall-attivitajiet tal-SGEI. Dan l-approċċ jirriżulta f’sehem ta’ madwar [60-75] % tal-kostijiet totali li jiġu allokati għall-SGEI fuq ir-rotot kollha (ara t-Table 30), bl-eċċezzjoni tas-servizz pubbliku bejn Marsilja u Propriano, f’liema każ 100 % tal-kostijiet totali huma allokati għall-SGEI.

(1082)

Fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kostijiet fuq ir-rotta bejn Marsilja u Propriano, l-allokazzjoni sħiħa tal-kostijiet għall-SGEI hija ġustifikata, peress li s-servizz kollu pprovdut minn Corsica Linea huwa meqjus bħala SGEI. Dan għaliex ġie identifikat falliment sħiħ tas-suq fuq din ir-rotta (il-premessi 170 u 239).

(1083)

Għar-rotot l-oħrajn, fir-rigward tal-kostijiet direttament relatati mas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li jikkonċernaw biss ftit elementi ta’ kost (li jkopru madwar [10-25] % tal-kostijiet totali għal kull rotta), l-operaturi tas-servizz pubbliku allokaw għall-SGEI madwar [0-20] % tal-kostijiet diretti relatati mat-trasport tal-passiġġieri u [80-100] % tal-kostijiet diretti tal-merkanzija. Il-Kummissjoni vverifikat li dawn il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni speċifiċi kienu ġġustifikati fid-dawl tal-obbligi tal-SGEI billi kkalkolat il-proporzjon bejn, minn naħa, in-numru ta’ passiġġieri u l-volum tal-merkanzija (f’LM) marbutin mal-SGEI kif stabbilit fil-PSCs u, min-naħa l-oħra, in-numru totali ta’ passiġġieri u l-volum ta’ merkanzija (f’LM) stabbiliti fil-kont operatorju proviżorju tad-detenturi tal-konċessjoni Corsica Linea u La Méridionale għal kull lott (l-Anness 9). Il-Kummissjoni tinnota li dan il-proporzjon jikkorrispondi għall-koeffiċjenti tal-allokazzjoni speċifiċi applikati għall-kostijiet diretti u, għalhekk, tikkonkludi li dawk il-koeffiċjenti huma ġustifikati.

(1084)

Fir-rigward tal-kostijiet komuni, li jiffurmaw il-biċċa l-kbira tal-kostijiet (madwar [70-90] % tal-kostijiet totali għal kull rotta), l-operaturi tas-servizz pubbliku allokaw madwar [60-75] % ta’ dawn il-kostijiet għall-SGEI. Sabiex tivverifika jekk dan il-koeffiċjent tal-allokazzjoni huwiex ġustifikat, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin.

(1085)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi tal-PSCs jikkonċernaw primarjament il-merkanzija. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li turi l-kapaċitajiet tal-bastimenti użati (f’m3) fuq ir-rotot tal-PSCs, diżaggregati skont il-kapaċità tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, il-Kummissjoni tinnota li l-kapaċità tal-merkanzija tal-bastimenti użati minn Corsica Linea u minn La Méridionale bħala perċentwal tal-kapaċità totali tal-bastimenti (f’m3) tilħaq medja ta’ 73 %.

(1086)

Minħabba li t-traffiku tal-merkanzija ma jsegwix xejra regolari, kif deskritt fil-premessa 976, il-Kummissjoni tqis li huwa raġonevoli li talloka l-kostijiet komuni ta’ bastiment skont il-kapaċità tal-merkanzija tal-bastiment riżervata mill-operatur għas-servizz pubbliku, sabiex tkun tista’ tkopri d-domanda f’kull ħin, inkluż matul l-eqqel perjodi, meta l-kapaċità tal-merkanzija tal-bastimenti ġeneralment tintuża kważi kollha kemm hi. (310) Għal dawn ir-raġunijiet, huwa ġustifikat li jiġi applikat koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kostijiet komuni ta’ madwar [60-75] % fuq ir-rotot kollha (b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-provvista ta’ ftit postijiet għall-passiġġieri mediċi, li jikkostitwixxu l-minoranza tal-passiġġieri tat-trasport marittimu, hija negliġibbli u, fi kwalunkwe każ, iżżid is-sehem tal-kostijiet komuni li jistgħu jiġu allokati għall-SGEI).

(1087)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni jkunu soġġetti għal kontrolli ex post, li jqisu l-użu reali tal-bastimenti għall-attivitajiet tal-SGEI u tas-servizzi kummerċjali (il-premessa 314). Dan ifisser li, jekk in-numru ta’ passiġġieri kummerċjali jew il-volum ta’ merkanzija kummerċjali ttrasportata jkun ogħla mill-volumi mistennijin indikati fil-kontijiet operazzjonali proviżorji (l-Anness 9), il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, u għalhekk l-ammont tal-għajnuna, jiġu aġġustati (filwaqt li l-ammont tal-għajnuna ma jistax jiżdied ex post (il-premessa 314)).

(1088)

It-tieni, il-Kummissjoni vverifikat jekk l-allokazzjoni tal-kostijiet komuni tistax titqies xierqa wkoll b’referenza għal-livell ta’ profitt raġonevoli li l-impriża jkollha tikseb fuq attivitajiet barra mill-ambitu tal-SGEI, jiġifieri l-attivitajiet kummerċjali. Fuq il-bażi tal-kontijiet operatorji proviżorji għal kull lott (l-Anness 9), il-Kummissjoni tqis li l-profitt mistenni fuq is-servizzi kummerċjali ma jaqbiżx profitt raġonevoli. B’mod partikolari, il-livell ta’ profitt mistenni fuq is-servizzi kummerċjali (imkejjel bħala marġni operatorju) huwa relattivament limitat (bħala medja [...] %) u ma jaqbiżx il-parametru referenzjarju tas-suq ta’ 7,8 %, li ġie stabbilit mill-awtoritajiet Franċiżi fuq il-bażi ta’ studju indipendenti li janalizza l-profittabilità ta’ kampjun ta’ kumpaniji tat-tbaħħir komparabbli (il-premessa 311).

(1089)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipji stabbiliti mill-awtoritajiet Franċiżi għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet huma validi u konformi mal-paragrafi 28 sa 31 tal-Qafas tal-SGEI. Dawk il-prinċipji jagħmluha possibbli li l-kostijiet diretti kollha neċessarji għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jiġu allokati għall-SGEI, kif ukoll kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni indiretti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew biżżejjed evidenza sabiex juru li l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni speċifiċi ma humiex manifestament żbaljati, billi l-applikazzjoni tagħhom tirriżulta f’sehem mill-kostijiet allokati lill-SGEI li huwa ġġustifikat u tirrifletti kontribuzzjoni xierqa tal-kostijiet komuni indiretti għall-SGEI.

(1090)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ġiet implimentata b’mod korrett mill-awtoritajiet Franċiżi u li l-asserzjonijiet magħmulin minn Corsica Ferries (il-premessi 484 sa 491), li skont dawn il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni tal-kostijiet ma humiex oġġettivi u jallokaw sehem sproporzjonat tal-kostijiet għall-attivitajiet tal-SGEI, iridu jiġu miċħudin.

7.3.8.2.   Dħul

(1091)

Skont il-paragrafu 32 tal-Qafas tal-SGEI, id-dħul li għandu jiġi kkunsidrat irid jinkludi tal-anqas id-dħul kollu miksub mill-SGEI, kif speċifikat fl-att ta’ inkarigu, u l-profitti eċċessivi ġġenerati minn drittijiet speċjali jew esklużivi, anke jekk marbutin ma’ attivitajiet oħrajn, kif previst fil-paragrafu 45 tal-Qafas.

(1092)

F’konformità mal-paragrafu 32 tal-Qafas tal-SGEI, il-PSCs jirrikjedu li d-dħul marbut direttament mal-forniment tal-SGEI jitqies meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ kumpens (il-premessa 293). Dan id-dħul huwa stabbilit fl-Anness 9 tal-PSCs (li fih il-kontijiet operatorji proviżorji tad-detentur tal-konċessjoni) u jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-obbligi relatati mat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri li jinsabu fil-PSCs, in-nollijiet applikabbli u n-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn meħtieġa fil-PSCs.

(1093)

Għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet ta’ Corsica Ferries (il-premessi 499 sa 502), is-servizz pubbliku ma jagħtix drittijiet esklużivi lid-detenturi tal-konċessjoni u, konsegwentement, il-profitti marbutin mas-servizzi kummerċjali ma jistgħux jitqiesu meta jiġi kkalkolat il-kumpens, kif previst fil-paragrafu 45 tal-Qafas tal-SGEI. Kif indikat fil-premessi 728 sa 988, il-Kummissjoni tqis li hemm SGEI ġenwin għat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn Marsilja u Franza, kif stabbilit mill-awtoritajiet Franċiżi. Barra minn hekk, il-PSCs ma jipprojbixxux lil operaturi oħrajn milli joffru servizzi kummerċjali bejn Marsilja u Korsika skont l-iskema ta’ OSP unilaterali. Għalhekk, il-PSCs ma jagħtu l-ebda esklużività jew drittijiet speċjali lid-detenturi tal-konċessjoni.

(1094)

Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tidher li tinterpreta ħażin il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk il-kuntratti pubbliċi ta’ servizz jagħtux esklużività lill-operaturi tas-servizz pubbliku (il-premessa 501). Il-fatt li l-kunsill tal-kompetizzjoni ta’ Franza u l-awtorità tal-kompetizzjoni setgħu jirrikonoxxu fil-passat li l-kuntratturi taħt kuntratti pubbliċi preċedenti ta’ servizz ibbenefikaw de facto minn esklużività tas-suq bl-ebda mod ma juri li l-PSCs jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi lill-kuntratturi tal-PSCs. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont il-PSCs tal-2007-2013, il-Kummissjoni ma qisitx li l-PSCs kienu taw drittijiet speċjali jew esklużivi lill-kuntratturi tagħhom, (311) għall-kuntrarju ta’ dak li jidher li timplika Corsica Ferries.

(1095)

Fi kwalunkwe każ, il-paragrafu 45 tal-Qafas tal-SGEI sempliċiment jistabbilixxi li, meta jingħataw drittijiet esklużivi lill-operatur tas-servizz pubbliku, iridu jitqiesu l-profitti eċċessivi ġġenerati mid-drittijiet speċjali jew esklużivi, anke dawk marbutin ma’ attivitajiet oħrajn. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa 1088, il-profitti mistennijin fuq is-servizzi kummerċjali ma jaqbżux profitt raġonevoli.

(1096)

Fl-aħħar nett, kif iddikjarat fl-Artikolu 32 tal-PSCs (il-premessa 296), l-operaturi tas-servizz pubbliku ma jistgħux jeħilsu liberament mill-profitti ġġenerati mill-attivitajiet mhux tal-SGEI tagħhom. Huma meħtieġa jinvestu mill-ġdid il-profitti ġġenerati minn dawk l-attivitajiet bl-għan li jilħqu l-objettivi tat-titjib tal-kwalità ambjentali tal-SGEI. L-eċċessi mhux użati għandhom jitħallsu lura bis-sħiħ lill-awtorità kontraenti malli jiskadi l-kuntratt. Għalhekk, anke jekk il-PSCs taw dritt esklużiv lid-detenturi tal-konċessjoni (li ma huwiex il-każ) u anke li kieku dak id-dritt esklużiv irriżulta fi profitt eċċessiv (li ma huwiex il-każ), l-approċċ tal-awtoritajiet Franċiżi huwa konformi mal-paragrafu 46 tal-Qafas tal-SGEI, li jirrikjedi li l-profitti kummerċjali jridu jiġu allokati kompletament jew parzjalment għall-finanzjament tal-SGEI. Dan huwa garantit mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 32 tal-PSCs.

7.3.8.3.   Profitt raġonevoli

(1097)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-profitt raġonevoli huma stabbiliti fil-paragrafi 33 sa 38 tal-Qafas tal-SGEI.

(1098)

Il-paragrafu 33 jiddefinixxi l-profitt raġonevoli bħala r-rata ta’ introjtu mill-investiment li tkun meħtieġa minn impriża medja li tkun qed tikkunsidra jekk tfornix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għad-durata kollha ta’ inkarigu jew le, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tar-riskju. Il-livell tar-riskju jiddependi mis-settur ikkonċernat, mit-tip ta’ servizz u mill-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ kumpens. Madankollu, il-paragrafu 34 jiddikjara li, meta jkunu ġġustifikati kif xieraq, jistgħu jintużaw indikaturi tal-livell tal-profitt oħrajn apparti mir-rata tal-introjtu mill-investiment sabiex jiġi determinat x’jenħtieġ li jkun profitt raġonevoli, bħar-redditu medju fuq l-ekwità matul il-perjodu tal-inkarigu, l-introjtu mill-investiment użat, ir-redditu fuq l-assi jew ir-redditu fuq il-bejgħ.

(1099)

Il-paragrafu 35 tal-Qafas jiddikjara li, indipendentement mill-indikatur li jintgħażel, l-Istat Membru jeħtieġlu jipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza li l-profitt proġettat ma jaqbiżx dak li jkun meħtieġ minn kumpanija tipika meta tikkunsidra jekk għandhiex tipprovdi s-servizz jew le, pereżempju billi tipprovdi referenzi għar-redditi miksubin fuq tipi simili ta’ kuntratti mogħtijin skont kundizzjonijiet kompetittivi.

(1100)

Kif imsemmi fil-premessa 310, l-Artikolu 39 tal-PSCs jipprovdi li profitt raġonevoli jikkorrispondi għall-proporzjon tal-qligħ kurrenti qabel it-taxxa u l-imgħax mal-fatturat fuq l-attivitajiet tal-SGEI inkluż il-kumpens, kif ippreżentat fl-Anness 9 (il-marġini operatorju). Għal kull rotta, il-profitt raġonevoli ma jridx jaqbeż it-2,13 % matul id-durata tal-kuntratt.

(1101)

Dan il-profitt massimu huwa derivat mill-offerti finanzjarji proposti mill-kuntratturi tal-PSCs (l-Anness 9) u tqabbel mill-awtoritajiet Franċiżi mal-marġni operatorju medju ta’ kumpaniji tat-tbaħħir oħrajn fl-Ewropa (il-premessa 311). Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ profitt raġonevoli jistipulaw ukoll li r-rata massima ta’ profitt ma tistax tiġi riveduta ’l fuq taħt kwalunkwe ċirkostanza, ħlief fil-każ ta’ tfixkil fis-suq u soġġetta għal studju indipendenti addizzjonali li jiġġustifika reviżjoni ta’ din ir-rata.

(1102)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-indikatur tal-marġni operatorju, minflok ir-rata ta’ introjtu mill-investiment, huwa indikatur raġonevoli u ġġustifikat kif xieraq għall-istima tal-livell ta’ profitt f’dan il-każ.

(1103)

L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li, f’dan il-każ, ma huwiex possibbli li tiġi kkalkolata r-rata ta’ introjtu mill-investiment, li hija definita fil-Qafas tal-SGEI bħala r-rata ta’ redditu interna li l-kumpanija tagħmel fuq il-kapital investit tagħha matul il-ħajja tal-proġett, għall-kumpaniji tat-tbaħħir li jipprovdu bastimenti b’lokazzjoni jew b’noleġġ, minħabba li ma hemm l-ebda investiment inizjali għas-servizzi speċifiċi skont il-PSCs. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-data kontabilistika (eż. il-marġni operatorju) intużat ukoll f’deċiżjonijiet preċedenti tal-SGEI sabiex jiġi stmat il-livell ta’ profitt raġonevoli (312).

(1104)

Corsica Ferries tikkontesta l-kalkolu tal-profitt raġonevoli fuq il-bażi tal-introjtu kurrenti qabel it-taxxa (jew il-marġni operatorju) minħabba li, fil-fehma tagħha, id-data relatata mal-kostijiet tal-SGEI ma hijiex faċilment osservabbli fil-kont tal-profitt u t-telf tal-benefiċjarji, iżda teħtieġ allokazzjoni dubjuża tad-diversi elementi ta’ kost bejn l-attivitajiet tal-SGEI u dawk mhux tal-SGEI (il-premessa 504). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-operaturi tal-SGEI huma meħtieġa jipprovdu diżaggregazzjoni dettaljata tal-kostijiet stmati u reali tagħhom fl-Anness 9. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipji tal-allokazzjoni tal-kostijiet u l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni tal-kostijiet speċifiċi fl-Anness 9 għall-kisba tal-kostijiet stmati relatati mal-SGEI huma ġustifikati u raġonevoli, kif spjegat fil-premessi 1079 sa 1089.

(1105)

Barra minn hekk, kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-użu ta’ studju komparattiv sabiex jiġi stmat il-livell ta’ profitt raġonevoli huwa metodu xieraq (313). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Corsica Ferries ma kkontestatx ir-rilevanza tar-riżultati ta’ dak l-istħarriġ tas-suq fil-kummenti tagħha.

(1106)

Minħabba li l-PSCs jipprevedu profitt massimu ta’ 2.13 %, jiġifieri livell konsiderevolment aktar baxx minn dak stmat mill-istudju komparattiv ikkummissjonat mill-awtoritajiet Franċiżi, u li dan l-ammont ta’ profitt fil-prinċipju ma jistax jiżdied ex post, il-Kummissjoni tqis li l-profitt stabbilit fil-PSCs ma jaqbiżx livell raġonevoli u, għalhekk, il-PSCs huma konformi mal-paragrafi 33 sa 38 tal-Qafas tal-SGEI.

7.3.8.4.   Inċentivi għall-effiċjenza

(1107)

Skont il-paragrafu 39 tal-Qafas tal-SGEI, meta jfasslu l-metodu għall-kumpens, l-Istati Membri jeħtiġilhom jintroduċu inċentivi sabiex jiġi pprovdut b’effiċjenza SGEI ta’ standard għoli, sakemm ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw kif dovut li ma jkunx fattibbli jew xieraq li jagħmlu dan.

(1108)

Il-paragrafi 40 u 41 jħallu marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fir-rigward tal-forma li għandhom jieħdu inċentivi bħal dawn. Madankollu, il-paragrafi 42 u 43 jistabbilixxu li kwalunkwe mekkaniżmu ta’ inċentiv għall-effiċjenza jrid ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu stabbiliti fl-att ta’ inkarigu u soġġetti għal valutazzjoni trasparenti ex-post mwettqa minn entità indipendenti mill-fornitur tal-SGEI. Barra minn hekk, it-titjib fl-effiċjenza jenħtieġ li jinkiseb mingħajr ħsara għall-kwalità tas-servizz ipprovdut u jenħtieġ li jilħaq l-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(1109)

Kif stabbilit fil-Premessa 302, il-mekkaniżmu ta’ effiċjenza applikat għall-kumpens għall-kostijiet operatorji huwa stabbilit fl-Artikolu 35.3 tal-PSCs. Fil-prattika, il-mekkaniżmu ta’ effiċjenza huwa inkluż fl-indiċjar tal-kumpens għall-kostijiet operatorji, sa fejn l-ammont ta’ kumpens jiżdied anqas mill-inflazzjoni reali. Barra minn hekk, l-Artikolu 35.4 tal-PSCs jirrikjedi li l-ammont reali ta’ kumpens jitħallas fuq il-bażi tar-rapport annwali sottomess mill-fornituri tas-servizz pubbliku lill-OTC. F’konformità mal-Artikolu 46 tal-PSCs, ir-rapport annwali jrid jinkludi l-kont operatorju aġġornat fl-istess format bħall-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9), filwaqt li jqis l-indiċjar tal-kostijiet, akkumpanjat ma’ nota li tqabbel u tispjega d-differenzi bejn id-dħul u l-kostijiet reali u previsti. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-awditu jitwettaq minn awditur estern, magħżul mill-OTC, wara proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt. Għalhekk, l-ammont reali ta’ kumpens huwa bbażat fuq valutazzjoni ex post trasparenti mwettqa minn entità indipendenti mill-fornitur tal-SGEI.

(1110)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-mekkaniżmu għall-kontroll ex post tal-ammont ta’ kumpens, kif stabbilit fl-Artikolu 35.1 tal-PSCs, jipprevedi wkoll ċerti inċentivi għall-effiċjenza. L-Artikolu 35.1 tal-PSCs jipprevedi li, fil-każ ta’ kumpens żejjed (b’mod partikolari jekk il-kapaċità tal-bastimenti riżervata għall-SGEI tintuża għal servizzi kummerċjali), nofs kwalunkwe kumpens żejjed imħallas jista’ jinżamm mid-detenturi tal-konċessjoni, sa massimu ta’ 5 % tal-kumpens. Il-fatt li l-operaturi tal-SGEI jitħallew iżommu parti mill-kumpens żejjed, meta xieraq, iħeġġiġhom jużaw il-kapaċità tal-bastiment bl-aktar mod effiċjenti possibbli. B’mod partikolari, dan jipprovdi inċentiv sabiex tintuża kapaċità li fil-prinċipju hija riżervata għall-SGEI għal servizzi kummerċjali, jekk din il-kapaċità kieku ma tintużax, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet tal-SGEI.

(1111)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-paragrafi 40 sa 43 tal-Qafas tal-SGEI huma ssodisfati.

(1112)

Corsica Ferries targumenta li l-mekkaniżmu ta’ effiċjenza, kif stabbilit fl-Artikolu 35.3 tal-PSCs, ma jissodisfax l-objettiv tiegħu minħabba li l-formula ta’ kumpens kif definita fl-Artikolu 35.3 tal-PSCs hija manifestament skorretta (il-premessi 512 u 513). B’mod partikolari, Corsica Ferries targumenta li l-applikazzjoni tal-formula ta’ indiċjar tirriżulta fl-għoti ta’ kumpens pubbliku lill-kumpaniji kuntratturi f’livell indiċjat ogħla mill-inflazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li din l-asserzjoni hija bla bażi.

(1113)

Kif spjegat mill-awtoritajiet Franċiżi, iċ-ċifri fil-kont operatorju proviżorju tad-detenturi tal-konċessjoni (l-Anness 9) għal kull lott huma bbażati fuq il-valuri nominali għall-2023. Kull sena, l-ammont nominali ta’ kumpens għall-kostijiet operatorji jiġi aġġornat sabiex jirrifletti l-valuri reali (jiġifieri aġġustati għall-inflazzjoni), fuq il-bażi tal-formula stabbilita fl-Artikolu 35.3 tal-PSCs. Il-formula fl-Artikolu 35.3 tal-PSCs tiżgura li l-kumpens effettivament imħallas f’sena jiżdied anqas mill-inflazzjoni.

(1114)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti għall-mekkaniżmu ta’ effiċjenza msemmi fil-paragrafi 39 sa 43 tal-Qafas tal-SGEI huma ssodisfati u li l-asserzjoni ta’ Corsica Ferries hija bla bażi.

7.3.8.5.   Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-impriżi li jwettqu wkoll attivitajiet barra mill-ambitu tal-SGEI jew li jipprovdu diversi SGEIs

(1115)

Skont il-paragrafu 44 tal-Qafas tal-SGEI, meta impriża twettaq attivitajiet li jaqgħu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kontijiet interni jridu juru separatament il-kostijiet u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk tas-servizzi l-oħrajn li huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 31. Meta impriża tiġi inkarigata bl-operar ta’ numru ta’ SGEIs minħabba li l-awtorità awtorizzanti jew in-natura tal-SGEI tkun differenti, il-kontijiet interni tal-impriża jridu jagħmluha possibbli li jkun jista’ jiġi vverifikat jekk kienx hemm xi kumpens żejjed fil-livell ta’ kull SGEI.

(1116)

Kif imsemmi fil-premessa 293, l-Artikolu 30 tal-PSCs jistipula li l-kontijiet interni tal-kuntrattur iridu jindikaw separatament il-kostijiet u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk relatati ma’ servizzi oħrajn, filwaqt li jqisu l-koeffiċjenti sabiex jiġu allokati l-kostijiet diretti kollha neċessarji għat-twettiq tal-SGEI u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet indiretti komuni kemm għall-attivitajiet tal-SGEI kif ukoll għal dawk kummerċjali. Il-Kummissjoni tinnota li l-PSCs fihom, fl-Anness 9, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għal kull wieħed mill-elementi ta’ kost tal-kuntratturi. L-Artikolu 46 tal-PSCs jipprevedi wkoll li kull sena l-kuntratturi jeħtiġilhom jipproduċu rapport annwali tal-attività (inkluż Anness 9 aġġornat) li juri separatament id-dħul u l-kostijiet reali relatati mal-SGEI u dawk relatati mal-attivitajiet kummerċjali, li jiġi eżaminat mill-OTC.

(1117)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-paragrafu 44 tal-Qafas tal-SGEI huwa rrispettat.

7.3.8.6.   Kumpens eċċessiv

(1118)

Skont il-paragrafu 49 tal-Qafas tal-SGEI, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-impriżi ma jirċivux kumpens li jaqbeż l-ammont iddeterminat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fih. Jeħtiġilhom jipprovdu evidenza meta jintalbu mill-Kummissjoni. Jeħtiġilhom iwettqu kontrolli regolari, jew jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu, fi tmiem il-perjodu ta’ inkarigu u, fi kwalunkwe każ, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 3 snin.

(1119)

Kif deskritt fil-premessi 312 sa 317, l-awtoritajiet Franċiżi jwettqu verifika ex post annwali tal-ammont ta’ kumpens imħallas lill-kuntratturi sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed li jista’ jirriżulta mill-użu reali tal-bastimenti.

(1120)

L-ewwel nett, jenħtieġ li wieħed jinnota li l-ammont ta’ kumpens għal kull lott ikkalkolat ex ante fil-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9) huwa bbażat fuq in-numru minimu ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali, jew fuq it-traffiku bażiku, meħtieġ fil-qafas tal-SGEI (jiġifieri inklużi l-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid, iżda esklużi l-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali).

(1121)

Fir-rigward tat-traffiku bażiku, il-kumpens jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, li jiġu stabbiliti għad-durata kollha tal-kuntratt (il-premessa 307), ħlief meta, wara l-verifika ex post, ikun hemm diskrepanza bejn il-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness 9 u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jirriżulta mill-operat reali tal-SGEI. Għalhekk, dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li jitnaqqas, jekk ikun neċessarju, l-ammont ta’ kumpens għall-kostijiet operatorji, tal-investiment u tal-fjuwil ex post skont l-użu reali tal-bastimenti. Dan ifisser li, fil-każ li l-kapaċità tal-bastiment riżervata għall-attivitajiet tal-SGEI fil-fatt tintuża għas-servizz kummerċjali, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni fl-Anness 9, u għalhekk il-kumpens, jiġu aġġustati.

(1122)

Barra minn hekk, il-qsim li ma jsirx ma jiġix ikkumpensat (il-premessa 315).

(1123)

L-OTC iwettaq verifika ex post dwar il-kalkolu tal-kumpens fuq il-bażi tar-rapport annwali tad-detenturi tal-konċessjoni, li jinkludi l-kont operatorju aġġornat fl-istess format bħall-kont operatorju proviżorju (l-Anness 9), akkumpanjat minn nota li tqabbel u tispjega d-differenzi bejn id-dħul u l-kostijiet reali u previsti. Ir-rimborż mill-kuntrattur lis-CdC isir jekk ikun hemm differenza bejn l-ammont ta’ kumpens li jirriżulta mill-kont operatorju proviżorju u l-ammont li jirriżulta mill-kont operatorju aġġornat.

(1124)

Fir-rigward ta’ vjaġġi bir-ritorn addizzjonali, is-servizz kollu huwa kkunsidrat bħala SGEI. Kif indikat fil-premessa 306, l-Artikolu 38.1 tal-PSCs jipprovdi li l-kumpens għal vjaġġ bir-ritorn addizzjonali, jekk jitwettaq, ikun l-aktar ammont baxx bejn (i) l-ammont mistenni ta’ kumpens għal kull vjaġġ bir-ritorn indikat fl-Anness 9 (kont operatorju proviżorju), u (ii) l-ammont li jirriżulta mill-kont operatorju aġġornat, li jinkludi l-kostijiet netti reali mġarrbin fl-operat ta’ vjaġġ bir-ritorn addizzjonali u li huwa parti mir-rapport annwali. Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ huwa raġonevoli sabiex jiġi evitat kumpens żejjed.

(1125)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ meħud mill-awtoritajiet Franċiżi huwa xieraq sabiex jiġi eskluż ir-riskju ta’ kumpens żejjed.

(1126)

Fir-rigward tar-ripagament ta’ kwalunkwe kumpens żejjed, f’konformità mal-Artikolu 35.1 tal-PSCs, nofs kwalunkwe kumpens żejjed imħallas jista’ jinżamm mid-detenturi tal-konċessjoni sa massimu ta’ 5 % tal-kumpens. Corsica Ferries tasserixxi li dan ikun iwassal għal kumpens żejjed (il-premessa 505).

(1127)

Il-Kummissjoni tqis li din l-asserzjoni jenħtieġ li tiġi miċħuda. Kif indikat fil-premessa 1110, il-fatt li l-operaturi tal-SGEI jitħallew iżommu parti mill-kumpens żejjed, meta xieraq, iħeġġeġ lill-operaturi tas-servizz pubbliku jużaw il-kapaċità tal-bastiment bl-aktar mod effiċjenti possibbli. Fir-rigward tal-qsim li ma jsirx, jenħtieġ li jiġi nnotat li vjaġġ bir-ritorn jista’ jiġi kkanċellat mill-OTC biss fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkostanzi imprevedibbli, bi qbil mad-detenturi tal-konċessjoni (il-premessa 291). Konsegwentement, il-fatt li l-benefiċjarji tal-miżuri ma jiġux ikkumpensati tal-anqas għall-kostijiet fissi assoċjati ma’ vjaġġ bir-ritorn kkanċellat jista’ jitqies bħala pjuttost prudenti. Fi kwalunkwe każ, l-ammont li l-operaturi tas-servizz pubbliku jistgħu jżommu fil-każ ta’ kumpens żejjed huwa limitat għal 5 % tal-kumpens.

(1128)

Kif stabbilit fil-premessi 503 sa 511, Corsica Ferries tressaq argumenti addizzjonali sabiex turi li t-termini tal-PSCs ma humiex biżżejjed saiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju ta’ kumpens żejjed. Dawk l-argumenti jridu jiġu miċħudin.

(1129)

L-ewwel nett, Corsica Ferries tindika li l-Qafas tal-SGEI jirrikjedi li l-profitti marbutin ma’ attivitajiet kummerċjali jitqiesu għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont ta’ kumpens biss jekk l-SGEI jagħti drittijiet speċjali jew esklużivi lill-operaturi u jekk dawk il-profitti jaqbżu profitt raġonevoli. Madankollu, kif stabbilit fil-premessi 1016 sa 1096, dawn iż-żewġ ċirkostanzi ma humiex stabbiliti f’dan il-każ.

(1130)

It-tieni, kif stabbilit fil-premessi 1079 sa 1089, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni tal-kostijiet applikati huma oġġettivi u ġġustifikati biżżejjed sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ kumpens żejjed għall-forniment tas-servizzi tal-SGEI.

(1131)

It-tielet, it-terminu “koeffiċjent li jirriżulta mill-operazzjonijiet” huwa espliċitu u għandu jinftiehem fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tal-allokazzjoni tal-kostijiet definiti mill-awtoritajiet Franċiżi u ppreżentati lill-offerenti fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għall-PSCs (il-premessa 308). Fi kwalunkwe każ, it-terminu huwa definit f’aktar dettall fl-Artikoli 35.1 u 37.1 tal-PSCs bħala “koeffiċjent tal-allokazzjoni li jirriżulta minn operazzjonijiet reali (kostijiet u dħul reali, operat reali tal-bastimenti, eċċ.)”.

(1132)

Ir-raba’, għall-kuntrarju tal-asserzjoni ta’ Corsica Ferries, il-profitti kummerċjali ġġenerati mill-benefiċjarji tal-miżuri, li, skont l-Artikolu 32 tal-PSCs (il-premessa 296), iridu jiġu investiti mill-ġdid bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tat-titjib tal-kwalità ambjentali tal-SGEI, ma jikkostitwixxux għajnuna illegali għall-investiment. L-ewwel nett, il-profitti kummerċjali ma jikkostitwixxux riżorsi tal-Istat. It-tieni, kif imsemmi hawn fuq, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni tal-kostijiet huma definiti sew, b’tali mod li jista’ jiġi eskluż kwalunkwe sussidjar inkroċjat ta’ investimenti ffinanzjati minn profitti kummerċjali.

(1133)

Fl-aħħar nett, huwa neċessarju wkoll li jiġi miċħud l-argument imressaq minn Corsica Ferries li l-kuntratturi jibbenefikaw minn gwadann kapitali mhux realizzat fuq il-bastimenti fi tmiem il-PSCs, li jirriżulta mill-fatt li l-pagamenti ta’ deprezzament u ta’ lokazzjoni, li huma kkumpensati fil-qafas tas-CFI, jaqbżu d-deprezzament ekonomiku tal-bastimenti matul l-istess perjodu. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista’ jkun hemm differenza bejn il-ħajja ekonomika ta’ assi f’każ partikolari u l-perjodu li matulu assi jiġi ddeprezzat minn impriża, ma huwiex manifestament żbaljat li għall-kalkolu tal-ammont ta’ kumpens, bħal f’dan il-każ, jintuża d-deprezzament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-istess prinċipji ta’ deprezzament bħal dawk li l-impriża tuża għal finijiet kontabilistiċi u li huma konsistenti mal-prattiki fis-settur marittimu.

(1134)

B’mod partikolari, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li fil-verżjoni finali tal-Anness 9, il-metodu applikat għall-kalkolu tad-deprezzament tal-bastimenti huwa deprezzament lineari, u l-perjodu ta’ deprezzament ġie stabbilit mill-kandidati skont il-ħajja ta’ bastiment fis-settur tat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri, li bħala medja huwa ta’ 30 sena.

7.3.8.7.   Konklużjoni dwar l-ammont ta’ kumpens

(1135)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 1071 sa 1133, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2.8 tal-Qafas tal-SGEI rigward l-ammont ta’ kumpens, b’mod partikolari dwar il-kost nett, il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, il-profitt raġonevoli, l-inċentivi għall-effiċjenza u l-kumpens żejjed.

7.3.9.   Rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-kummerċ ma jiġix affettwat sa punt li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni

(1136)

Kif spjegat fil-paragrafu 51 tal-Qafas tal-SGEI, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsimiet 2.1 sa 2.8 tal-Qafas normalment ikunu biżżejjed sabiex jiżguraw li l-għajnuna ma tfixkilx il-kompetizzjoni b’mod li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni.

(1137)

Madankollu, skont il-paragrafu 52 tal-Qafas tal-SGEI, huwa konċepibbli li f’xi ċirkostanzi eċċezzjonali jista’ jkun hemm distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jibqgħu mhux indirizzati u l-għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ sa punt tali li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. F’dak il-każ, f’konformità mal-paragrafu 53 tal-Qafas tal-SGEI, il-Kummissjoni teżamina jekk distorsjonijiet bħal dawn jistgħux jiġu mmitigati billi tirrikjedi kundizzjonijiet jew titlob impenji mingħand l-Istat Membru.

(1138)

Il-paragrafu 54 tal-Qafas tal-SGEI jiddikjara li distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni sa punt tali li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni huma mistennijin li jiġru biss f’każijiet eċċezzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tillimita l-attenzjoni tagħha għal dawk id-distorsjonijiet li bihom l-għajnuna jkollha effetti avversi sinifikanti fuq Stati Membri oħrajn u fuq il-funzjonament tas-suq intern, pereżempju minħabba li ċċaħħad lil impriżi f’setturi importanti tal-ekonomija mill-possibilità li jiksbu l-iskala tal-operazzjonijiet neċessarja sabiex joperaw b’mod effiċjenti.

(1139)

Il-paragrafi 55 sa 59 tal-Qafas tal-SGEI jippreżentaw ħames sitwazzjonijiet li fihom il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq analiżi fil-fond tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif previst fil-paragrafu 52 tal-Qafas tal-SGEI.

(1140)

Il-paragrafu 55 tal-Qafas tal-SGEI jqis li tali distorsjonijiet jistgħu jseħħu, pereżempju, meta l-inkarigu tal-SGEI jew ikollu durata li ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata b’referenza għal kriterji oġġettivi (bħalma hija l-ħtieġa li jiġu amortizzati assi fissi mhux trasferibbli) jew inkella meta jiġbor flimkien grupp ta’ kompiti (li tipikament ikunu soġġetti għal inkarigi separati bl-ebda telf ta’ benefiċċju soċjali u bl-ebda kosti f’termini ta’ effiċjenza u ta’ effettività fil-forniment tas-servizzi). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni teżamina jekk l-istess servizz pubbliku jkunx jista’ ugwalment jingħata b’mod anqas distorsiv, pereżempju permezz ta’ inkarigu aktar limitat f’dak li għandu x’jaqsam mad-durata jew mal-ambitu jew permezz ta’ atti ta’ inkarigu separati.

(1141)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li d-durata tal-inkarigu hija ġġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi (it-Taqsima 7.3.4). Barra minn hekk, il-PSCs jissodisfaw ħtieġa ta’ servizz pubbliku identifikata b’mod ċar u jipprovdu għal obbligi proporzjonati ta’ servizz pubbliku sabiex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet. Għalhekk, il-PSCs ma setax ikollhom ambitu aktar limitat. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew kuntratt pubbliku ta’ servizz għal kull rotta marittima affettwata mill-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, b’tali mod li pprovdew għal inkarigi separati. Għalhekk, f’dan il-każ ma hemm l-ebda ħtieġa li titwettaq analiżi fil-fond tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq il-bażi tal-paragrafu 55 tal-Qafas tal-SGEI.

(1142)

Il-paragrafu 56 tal-Qafas tal-SGEI iqis li tista’ tkun neċessarja valutazzjoni aktar dettaljata meta l-Istat Membru jinkariga fornitur ta’ servizz pubbliku, mingħajr proċedura kompettitiva ta’ selezzjoni, bl-inkarigu li jipprovdi SGEI f’suq mhux riżervat li fih servizzi simili ħafna diġà qegħdin jiġu pprovduti jew huma mistennijin li jiġu provduti fil-futur qarib fin-nuqqas tal-SGEI. Dawk l-effetti avversi fuq l-iżvilupp tal-kummerċ jistgħu jkunu aktar qawwijin meta l-SGEI jkun se jiġi offrut b’tariffa orħos mill-kostijiet ta’ kwalunkwe fornitur reali jew potenzjali, b’tali mod li jwassal għal esklużjoni mis-suq. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrispetta fi sħiħ il-marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru sabiex jiddefinixxi l-SGEI, madankollu hija tista’ teħtieġ emendi, pereżempju fir-rigward tal-allokazzjoni tal-għajnuna, meta tkun tista’ turi b’mod raġonevoli li jkun possibbli li tipprovdi l-istess SGEI b’kundizzjonijiet ekwivalenti għall-utenti, b’mod li tinħoloq anqas distorsjoni u b’kost inferjuri għall-Istat.

(1143)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi ma aġġudikawx il-PSCs mingħajr proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt. Għalhekk, il-paragrafu 56 tal-Qafas tal-SGEI ma huwiex applikabbli f’dan il-każ. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi stabbilew b’mod ċar diversi ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotot bejn Korsika u l-port ta’ Marsilja li l-ebda servizz kummerċjali simili ieħor minn/lejn il-portijiet ta’ Toulon/Nizza ma seta’ jissodisfa. Huma stabbilew ukoll li ma kien hemm l-ebda approċċ alternattiv li kien anqas restrittiv għall-kompetizzjoni b’kost aktar baxx għall-Istat. Għalhekk, f’dan il-każ ma hemm l-ebda ħtieġa li titwettaq analiżi fil-fond tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq il-bażi tal-paragrafu 55 tal-Qafas tal-SGEI.

(1144)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-PSCs jikkonċernaw prinċipalment is-servizzi tat-trasport marittimu għal merkanzija mhux irmunkata, li fir-rigward tagħha ma huwiex ikkontestat li hemm falliment sħiħ tas-suq bejn Korsika u Franza kontinentali, u li għaliha l-port ta’ Marsilja biss għandu kapaċità suffiċjenti ta’ mmaniġġar.

(1145)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-trasport ta’ merkanzija rmunkata li għaliha Franza identifikat sostitwibbiltà parzjali bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Marsilja jikkonċerna biss 20 % tad-domanda totali għall-merkanzija rmunkata u 4 % tad-domanda totali għall-merkanzija (314). Minħabba li dan il-volum huwa limitat, id-distorsjoni tas-suq hija minima u ma għandha l-ebda effett reali fuq il-kompetizzjoni.

(1146)

Barra minn hekk, il-PSC għar-rotta Marsilja-Propriano, li jinkludi wkoll it-trasport tal-passiġġieri, jindirizza wkoll falliment sħiħ fis-suq għas-servizzi lejn Propriano. Għalhekk, dan il-PSC ma jistax iwassal għal esklużjoni mis-suq jew għal restrizzjoni tas-suq, jew għal miżura diskriminatorja, skont it-tifsira tal-Qafas tal-SGEI u r-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

(1147)

Jenħtieġ li wieħed jinnota wkoll li l-port ta’ Marsilja għandu biżżejjed kapaċità sabiex operatur, bħal Corsica Ferries, ikun jista’ joffri servizzi minn dak il-port. L-ebda evidenza sottomessa lill-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tissuġġerixxi mod ieħor.

(1148)

Il-paragrafu 57 jiddikjara li skrutinju aktar approfondit ikun ġustifikat ukoll meta l-inkarigu tal-obbligu tas-servizz ikun marbut ma’ drittijiet speċjali u esklużivi li jillimitaw serjament il-kompetizzjoni fis-suq intern sa punt tali li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni.

(1149)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-PSCs ma jagħtu l-ebda dritt speċjali jew esklużiv. Għalhekk, il-paragrafu 57 ma huwiex applikabbli għal dan il-każ.

(1150)

Il-paragrafu 58 jiddikjara li l-Kummissjoni tixħet attenzjoni wkoll fuq sitwazzjonijiet li fihom l-għajnuna tippermetti lill-impriża sabiex tiffinanzja l-ħolqien jew l-użu ta’ infrastruttura li ma hijiex replikabbli u li tgħinha toħloq esklużjoni mis-suq fejn jiġi pprovdut l-SGEI jew fi swieq relevanti relatati.

(1151)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni ssib li l-PSCs inkwistjoni ma jinvolvux infrastruttura li ma tkunx replikabbli, u lanqas il-finanzjament tagħhom ma jippermetti lid-detenturi tal-konċessjoni jiffinanzjaw il-ħolqien jew l-użu ta’ infrastruttura bħal din. Għalhekk, il-paragrafu 58 ma huwiex applikabbli f’dan il-każ.

(1152)

Fl-aħħar nett, skont il-paragrafu 59, jekk id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu konsegwenza tal-inkarigu li jfixkel l-implimentazzjoni effettiva jew l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandha l-għan li tissalvagwardja l-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-Kummissjoni teżamina jekk is-servizz pubbliku jistax ikun ipprovdut fl-istess livell iżda b’mod anqas distortiv, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni.

(1153)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-PSCs ma jfixklux l-implimentazzjoni effettiva jew l-infurzar tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, peress li l-awtoritajiet Franċiżi ssodisfaw strettament il-prinċipji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali fis-seħħ, jiġifieri r-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

(1154)

Għalhekk, f’dan il-każ ma hemm l-ebda ħtieġa li titwettaq analiżi fil-fond tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq il-bażi tal-paragrafu 55 tal-Qafas tal-SGEI.

7.3.10.   Ir-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni relatata mal-SGEI

(1155)

Skont il-paragrafu 60 tal-Qafas tal-SGEI: “Għal kull kumpens tal-SGEI li jaqa’ fl-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat irid jippubblika l-informazzjoni segwenti fuq l-internet jew b’mod ieħor xieraq:

ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika jew ta’ strumenti xierqa oħra msemmija fil-paragrafu 14;

il-kontenut u d-durata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku;

l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat;

l-ammonti ta’ għajnuna mogħtija lill-impriża fuq bażi annwali.”

(1156)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ppubblikaw l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 60 tal-Qafas tal-SGEI, (315) bl-eċċezzjoni tal-ammonti annwali ta’ għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji, li jiġu ppubblikati wara li dik l-informazzjoni tkun ġiet awditjata.

(1157)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 60 tal-Qafas tal-SGEI ġew issodisfati.

7.3.11.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri

(1158)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri jikkonformaw mal-Qafas tal-SGEI u mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ. Għalhekk, il-PSCs huma kompatibbli mas-suq intern.

8.   KONKLUŻJONIJIET

(1159)

Il-Kummissjoni ssib li, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, Franza implimentat il-PSCs illegalment, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Madankollu, il-PSCs huma kompatibbli mas-suq intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kumpens finanzjarju mogħti minn Franza lil Corsica Linea u lil La Méridionale (b’mod separat jew konġunt) fil-qafas tal-ħames kuntratti pubbliċi ta’ servizz relatati mas-servizzi marittimi għal Korsika minn/lejn il-port ta’ Marsilja għall-perjodu 2023-2030, li jammontaw għal EUR 853,6 miljun, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1, u implimentata illegalment minn Franza skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU C, C/2024/2266, 22.3.2024, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/2266/oj?locale=mt.

(2)   ĠU C, C/2024/2266, 22.3.2024, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2024/2266/oj?locale=mt.

(3)  Corsica Linea, La Méridionale u l-Grupp Stef talbu, bl-ittri elettroniċi datati t-8, il-15 u s-16 ta’ April 2024, rispettivament, estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti. Il-Kummissjoni tathom estensjoni sad-29 ta’ April 2024.

(4)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6006409?sommaire=6006454 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(5)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6006409?sommaire=6006454 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). Għall-fini ta’ paragun, il-medja nazzjonali hija ta’ 67 % għaż-żoni urbani u ta’ 33 % għaż-żoni rurali. Għalhekk, il-gżira ta’ Korsika hija ħafna aktar rurali mill-bqija ta’ Franza.

(6)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6006409?sommaire=6006454 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(7)  Ara, pereżempju, id-dokument ta’ gwida ġenerali tal-2023-2027 dwar in-Nofsinhar ta’ Korsika (p. 6) imfassal mill-Osservatorju Franċiż għas-Sikurezza fit-Toroq, disponibbli fuq: https://www.onisr.securite-routiere.gouv.fr/etat-de-linsecurite-routiere/diagnostics-et-politiques-locales-de-securite-routiere/2a-corse-du-sud-document-general-dorientations (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(8)  L-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u tal-Istudji Ekonomiċi.

(9)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6676021 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(10)  Il-pjan reġjonali tal-2015 għas-servizzi tal-infrastruttura u tat-trasport tal-awtorità reġjonali ta’ Korsika nnota li “l-medda muntanjuża kbira f’Korsika tagħmel il-komunikazzjonijiet interni partikolarment diffiċli. In-networks tat-triq u tal-ferrovija fihom ħafna liwjiet u d-distanzi jitkejlu aktar f’termini tal-ħin tal-ivvjaġġar milli f’kilometri” (https://www.aue.corsica/attachment/619085/, p. 9, aċċessat fit-18 ta’ Ottubru 2024). Ara wkoll id-dokument ta’ gwida ġenerali tal-2023-2027 dwar in-Nofsinhar ta’ Korsika (p. 6) imfassal mill-Osservatorju Franċiż għas-Sikurezza fit-Toroq (ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna).

(11)  Ara s-serje ta’ rapporti mill-kanal tat-televiżjoni pubblika “France 3 Corse” dwar l-istat tat-toroq f’Korsika: https://france3-regions.francetvinfo.fr/corse/dossier-etats-des-lieux-des-routes-de-corse-et-enjeux-2730762.html (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(12)  Ara s-sitwazzjoni partikolarment serja fl-2022, b’rata ta’ fatalitajiet fit-toroq f’Korsika darbtejn u nofs ogħla mill-medja nazzjonali: https://www.corsematin.com/articles/le-lourd-bilan-de-2022-sur-les-routes-corses-135750 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). Ara wkoll id-dokument ta’ gwida ġenerali tal-2023-2027 dwar in-Nofsinhar ta’ Korsika (p. 6) imfassal mill-Osservatorju Franċiż għas-Sikurezza fit-Toroq (ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna).

(13)  Ara d-dokument ta’ gwida ġenerali tal-2023-2027 dwar in-Nofsinhar ta’ Korsika (p. 6) imfassal mill-Osservatorju Franċiż għas-Sikurezza fit-Toroq (ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna).

(14)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6006425?sommaire=6006454 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(15)  Ara l-analiżi tal-INSEE dwar l-importanza tat-turiżmu għall-impjiegi f’Korsika: https://www.insee.fr/fr/statistiques/6439057 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(16)  Skont l-INSEE, il-bejgħ bl-imnut jirrappreżenta 67 % tal-kummerċ tal-gżira, disa’ punti aktar mill-medja Franċiża (https://www.insee.fr/fr/statistiques/6006439?sommaire=6006454, aċċessat fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(17)  Il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

(18)  L-Opinjoni 20-A-11 tas-17 ta’ Novembru 2020. L-awtorità tal-kompetizzjoni tiddikjara li l-opinjoni tagħha ntalbet mill-Ministru għall-Ekonomija. L-iskop ta’ dan ir-riferiment kien li l-awtoritajiet pubbliċi jiġu informati dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità tal-akkwist tar-residenti.

(19)  Id., il-para. 25.

(20)  Id., il-para. 26.

(21)  L-awtorità tal-kompetizzjoni tinnota li, minħabba l-ġeografija ta’ Korsika u n-nuqqas ta’ żvilupp tat-trasport pubbliku, l-unitajiet domestiċi ta’ Korsika jiddependu ħafna fuq il-karozzi. Madankollu, minkejja li r-rata tal-VAT hija 7 punti perċentwali aktar baxxa fil-gżira, hemm differenza sinifikanti ħafna fil-prezz għall-fjuwil f’Korsika meta mqabbla ma’ Franza kontinentali, ta’ madwar +6,7 % għad-diżil u +5,3 % għal-fjuwil bla ċomb 95. Dan il-punt ġie kkonfermat ukoll mill-INSEE (https://www.insee.fr/fr/statistiques/7635831#titer-bloc-8, aċċessat fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(22)  Għal aktar dettalji, ara l-fokus settorjali Nru 2 tal-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni.

(23)  Ara l-istħarriġ tal-INSEE dwar il-livelli tal-prezzijiet tal-2022 f’Korsika meta mqabbla ma’ Franza kontinentali: https://www.insee.fr/fr/statistiques/7635831#titer-bloc-8 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). B’mod ġenerali, il-prezzijiet huma 7 % ogħla f’Korsika, u d-diskrepanza kibret mill-2015, minkejja rata tal-VAT ħafna mnaqqsa li tgawdi minnha Korsika fuq prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem (2,1 % minflok 5,5 % jew 20 % fi Franza kontinentali skont il-familja tal-prodotti).

(24)  Opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, il-paragrafi 590-594. L-awtorità tal-kompetizzjoni tinnota li l-kost tat-trasport marittimu huwa wieħed mill-kostijiet addizzjonali ewlenin imġarrbin minn supermarkets kbar u ta’ daqs medju: għall-kuntrarju tal-prattika kummerċjali komuni, li skontha l-prezzijiet tax-xiri jinkludu l-kostijiet tal-konsenja sad-destinazzjoni maħsuba tal-merkanzija, il-kostijiet tat-trasport marittimu ma humiex inklużi sistematikament fil-prezz tax-xiri. Għalhekk, il-ħwienet ta’ Korsika jġarrbu l-kost tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika huma stess.

(25)  L-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, il-paragrafi 595-598. Skont l-awtorità tal-kompetizzjoni, il-konsenji tal-merkanzija lejn Korsika jieħdu aktar żmien minn kwalunkwe post ieħor fi Franza metropolitana. Normalment jieħdu 3 ijiem, li bħala medja hija ġurnata itwal minn dik ta’ ħanut fi Franza kontinentali. Barra minn hekk, il-ħwienet fi Franza kontinentali għandhom sistemi ta’ loġistika aħjar għall-merkanzija tagħhom, filwaqt li l-ħwienet ta’ Korsika huma ristretti biż-żmien meħud għat-trasport marittimu (il-ħatt tal-bastimenti u t-trasport bit-triq). Fl-aħħar nett, Korsika hija nieqsa mill-infrastruttura loġistika lokali (ftit huma ż-żoni ta’ ħżin disponibbli). Dawn it-tliet fatturi għandhom żewġ konsegwenzi għall-ħwienet ta’ Korsika. L-ewwel nett, huma meħtieġa vjaġġi bir-ritorn frekwenti minn u lejn Franza kontinentali sabiex jiġi żgurat li l-ħwienet jiġu stokkjati mill-ġdid, u b’hekk jiżdied il-kost tal-provvista. It-tieni, jiġu offruti skontijiet iżgħar miċ-ċentri tax-xiri ta’ Franza kontinentali lill-ħwienet ta’ Korsika, minħabba l-volumi baxxi ordnati mill-ħwienet ta’ Korsika minħabba l-ispazju ta’ ħżin limitat b’mod partikolari.

(26)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/5386057 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(27)   https://www.insee.fr/fr/statistiques/6676021#tableau-figure3 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). L-Illustrazzjoni 4 tal-file tal-INSEE turi li ħafna assoċjazzjonijiet tal-muniċipalitajiet f’Korsika huma skoperti żżejjed għall-inflazzjoni, speċjalment kważi n-nofs tat-Tramuntana kollu tal-gżira u l-assoċjazzjoni tal-muniċipalitajiet ta’ Sartenais-Valinco-Taravo fin-Nofsinhar tal-gżira, fejn il-muniċipalità ewlenija hija Propriano.

(28)  Ara s-sit web tal-kumpanija ferrovjarja SNCF, disponibbli fuq: https://www.ter.sncf.com/sud-provence-alpes-cote-d-azur/trajet-toulon-marseille (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). Kuljum joperaw kważi 20 servizz bejn Marsilja u Toulon, b’ħin medju tal-vjaġġ ta’ siegħa.

(29)  Ara s-sit web tal-SNCF, disponibbli fuq: https://www.ter.sncf.com/sud-provence-alpes-cote-d-azur/trajet-nice-toulon (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). Kuljum joperaw madwar 15-il servizz bejn Toulon u Nizza, b’ħin medju tal-vjaġġ ta’ sagħtejn.

(30)  Vjaġġ wieħed bit-triq jikkorrispondi għal żewġ vjaġġi.

(31)   http://www.bastia.port.fr/developpement/ (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(32)  Id-data dwar it-traffiku ppreżentata f’din id-deċiżjoni ma tqisx l-2021 jew l-2022, peress li l-identifikazzjoni tal-ħtieġa tas-servizz pubbliku mwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi bdiet fl-aħħar tal-2021.

(33)  Il-metru lineari (jew “ LM ”, “linear meter”) huwa unità ta’ kejl użata għall-kejl tal-merkanzija mibjugħa għal kull metru b’sezzjoni trażversali kostanti. Jintuża wkoll sabiex jindika t-tul tal-elementi kostanti (eż. it-trejlers), irrispettivament mid-dimensjonijiet l-oħrajn tagħhom.

(34)  It-trasport ro-ro huwa t-trasport ta’ merkanzija (karozzi, vetturi tal-merkanzija tqila, trejlers, makkinarju tal-kostruzzjoni u tagħmir ta’ daqs eċċessiv) minn bastimenti speċjali magħrufa bħala bastimenti “ro-ro”.

(35)  Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/2110/oj), bastiment tal-passiġġieri ro-ro (jew Ro-Pax) huwa bastiment b’faċilitajiet li jippermettu lill-vetturi tat-triq jew ferrovjarji jitilgħu fuq il-bastiment u jinżlu minnu, u jġorru aktar minn 12-il passiġġier.

(36)  Il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

(37)  Is-semitrejlers huma vetturi mingħajr magni li għandhom roti fuq wara biss. Il-parti ta’ quddiem ma għandha l-ebda rota u hija adattata għall-apparat ta’ trazzjoni fuq vetturi tal-ġarr jew fuq tratturi semitrejler. Il-kombinazzjoni ta’ trattur u ta’ semitrejler tifforma vettura artikolata.

(38)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3577/oj).

(39)  Ir-Riżoluzzjoni Nru 19/128 tal-25 ta’ April 2019 li tagħti d-dettalji dwar il-kontenut tal-iskema ta’ OSP tal-2019 hija disponibbli fuq: https://www.isula.corsica/assemblea/downloads/Deliberations-AC-2019_t21928.html (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/435/oj). F’dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament tas-servizz pubbliku għat-trasport marittimu tal-passiġġieri u tal-merkanzija matul is-sena (servizz bażiku) kien kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, hija ddikjarat inkompatibbli l-kumpens imħallas mis-CdC għall-finanzjament ta’ servizz addizzjonali tal-passiġġieri bejn Marsilja u kull wieħed mill-ħames portijiet ta’ Korsika fil-perjodu tas-sajf.

(41)  Il-PSCs tal-2019-2020 kienu jikkonċernaw it-trasport marittimu tal-passiġġieri (passiġġieri li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi, studenti, sewwieqa li jakkumpanjaw merkanzija rmunkata u, għar-rotta bejn Marsilja u Propriano biss, il-passiġġieri kollha) u tal-merkanzija (merkanzija rmunkata u merkanzija mhux irmunkata).

(42)  Il-PSCs tal-2021-2022 kellhom l-istess skop bħall-PSCs tal-2019-2020.

(43)   https://annuaire-entreprises.data.gouv.fr/entreprise/corsica-linea-815243852 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(44)   https://www.corsicalinea.com/la-compagnie/l-entreprise/decouvrir-corsica-linea (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(45)   https://annuaire-entreprises.data.gouv.fr/entreprise/la-meridionale-la-meridionale-cmn-057801730 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(46)   https://www.lameridionale.fr/fr/la-meridionale/a-propos/compagnie-maritime-la-meridionale (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(47)   https://www.legifrance.gouv.fr/codes/article_lc/LEGIARTI000033463146/2023-01-01 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(48)   Id.

(49)  Skont l-Artikolu L. 4424-18 tas-CGCT, is-CdC jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-kontinwità territorjali maħsub sabiex itaffi r-restrizzjonijiet tal-insularità, l-arranġamenti għall-organizzazzjoni tat-trasport marittimu bejn Korsika u kwalunkwe destinazzjoni fi Franza kontinentali, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u tan-nollijiet.

(50)  Ir-Rapport tal-Qorti Reġjonali tal-Awdituri ta’ Korsika, it-2 ta’ Novembru 2021, it-Taqsima 2.1, ippubblikat fuq is-sit web tal-Qorti tal-Awdituri ta’ Franza: https://www.ccomptes.fr/fr/documents/57539 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(51)  Dawn il-karatteristiċi ġenerali huma deskritti fit-Taqsima 2.3 ta’ din id-deċiżjoni.

(52)  Id-dokument ta’ appoġġ tal-konsultazzjoni mal-utenti eskluda l-kompetizzjoni intermodali possibbli bejn it-trasport marittimu u t-trasport bl-ajru għal vjaġġi bejn Korsika u Franza kontinentali, billi “l-valutazzjoni tal-kumpaniji u analiżi tal-ħinijiet tal-vjaġġ, tal-frekwenzi, tal-prezzijiet u tal-affidabbiltà tal-modi tat-trasport iwasslu sabiex it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri ma jiġix inkluż fis-suq rilevanti kollu jew f’parti minnu”.

(53)  L-istatus tal-passiġġieri ta’ “resident ta’ Korsika” huwa assenjat mill-OTC lil kwalunkwe persuna li turi li għandha r-residenza ewlenija f’Korsika.

(54)  Skont id-dokument ta’ appoġġ tal-konsultazzjoni pubblika, diversi fatturi kienu jiġġustifikaw dik id-distinzjoni, inkluż il-fatt li r-residenti ta’ Korsika jibbenefikaw minn noll speċjali u jivvjaġġaw b’mod aktar regolari minn passiġġieri oħrajn.

(55)  It-tielet kwestjonarju kien indirizzat ukoll lill-istudenti li jivvjaġġaw bejn Korsika u Franza kontinentali. Madankollu, peress li Franza ma kkonkludietx li kien hemm ħtieġa ta’ servizz pubbliku għal dik il-kategorija ta’ utent, din id-deċiżjoni ma huwiex se jkun fiha analiżi f’dak ir-rigward.

(56)  Jekk l-utenti użaw aktar minn rotta waħda, kellhom jimlew kwestjonarju għal kull rotta użata.

(57)  It-tweġibiet proposti (diversi kienu possibbli) kienu: żjara lill-familja jew lill-ħbieb; vjaġġ turistiku/ta’ divertiment; vjaġġ fuq xogħol; vjaġġar għal raġunijiet mediċi; vjaġġar bħala studenti; oħrajn (ir-raġuni trid tiġi speċifikata).

(58)  It-tweġibiet proposti kienu: qatt; darba fis-sena; minn darbtejn sa ħames darbiet fis-sena; minn sitta sa disa’ darbiet fis-sena; aktar minn għaxar darbiet fis-sena.

(59)  It-tweġibiet proposti kienu: vjaġġ bil-kabina u bil-karozza; vjaġġ mingħajr kabina jew karozza; bil-karozza u mingħajr kabina; bil-kabina u mingħajr karozza.

(60)  It-tweġibiet proposti kienu: Ma għandi l-ebda għażla (il-prenotazzjoni imposta); sistematikament; mhux għal xi vjaġġi (tip ta’ vjaġġ li għalih ma jsir l-ebda tqabbil li għandu jiġi speċifikat); qatt.

(61)  It-tweġibiet proposti kienu: l-aktar noll baxx; l-iskeda tal-ħinijiet; kwalità aħjar tas-servizz; il-qrubija tal-port għad-destinazzjoni tiegħi; biljett staġunali għal din ir-rotta; it-tip ta’ vjaġġ; oħra (trid tiġi speċifikata).

(62)  It-tweġibiet proposti kienu: l-aktar noll baxx; skeda tal-ħinijiet aktar xierqa; id-destinazzjoni tiegħi kienet eqreb lejn il-port magħżul; Ma nafx; oħra (trid tiġi speċifikata).

(63)  It-tweġibiet proposti kienu: sistematikament; regolarment; kultant; qatt.

(64)  It-tweġibiet proposti kienu: noll orħos; il-ħtieġa ta’ vvjaġġar b’vettura; l-għażla ta’ qsim billejl b’kabina; ma huwiex possibbli li tinqabad titjira; oħra (trid tiġi speċifikata).

(65)  Il-mistoqsijiet 1-2 u 8-24 (ħlief il-mistoqsija 12) tal-kwestjonarju għall-passiġġieri mediċi kienu identiċi għal dawk fil-kwestjonarju għall-passiġġieri kollha.

(66)  59 % tal-passiġġieri residenti (57 % ta’ dawk mhux residenti) jirrapportaw li bħala medja jivvjaġġaw bejn darbtejn u ħames darbiet fis-sena. 29 % tal-passiġġieri residenti jivvjaġġaw darba fis-sena (38 % ta’ dawk mhux residenti). Il-passiġġieri li jivvjaġġaw aktar minn sitt darbiet fis-sena huma fil-minoranza (12 % tar-residenti, 5 % ta’ dawk mhux residenti). L-istatistiki huma pjuttost simili għar-rotta bejn Marsilja u Propriano.

(67)  L-istatistika hija pjuttost simili għar-rotta Marsilja-Propriano, għalkemm it-turiżmu huwa anqas importanti għall-passiġġieri residenti (46 %), filwaqt li ż-żjarat tal-familja (80 %), l-ivvjaġġar mediku (27 %) u l-ivvjaġġar fuq xogħol (26 %) huma ogħla mill-medja. Fir-rigward tal-passiġġieri mhux residenti, it-turiżmu huwa ogħla mill-medja (63 %) u ż-żjarat tal-familja huma anqas (44 %).

(68)  L-istatistiki għar-rotta Marsilja-Propriano huma ġeneralment simili għall-medja.

(69)  B’kuntrast ma’ dan, 20 % tar-rispondenti residenti (35 % ta’ dawk mhux residenti) qatt ma jqabblu u jivvjaġġaw biss minn/lejn Marsilja. Għal 20 % tar-residenti (21 % ta’ dawk mhux residenti), it-tqabbil ma huwiex alternattiva possibbli (prenotazzjoni imposta) u 5 % tar-residenti (3 % ta’ dawk mhux residenti) iqabblu biss għal xi vjaġġi.

(70)  31 % tar-rispondenti residenti (27 % ta’ dawk mhux residenti) iqabblu b’mod sistematiku, filwaqt li 44 % (50 %) qatt ma jagħmlu dan.

(71)  Dawn ir-rati huma aktar baxxi għar-rotta Marsilja-Propriano, fejn aktar minn nofs ir-rispondenti ma jaqilbux għall-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali.

(72)  Dan il-proporzjon huwa validu għar-rotot kollha lejn Korsika, bl-eċċezzjoni ta’ Propriano, b’aktar minn 60 % tar-rispondenti li jużaw ir-rotta Marsilja-Propriano li jiddikjaraw li ma kinux użaw il-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali sabiex jivvjaġġaw lejn u minn Propriano fl-2019.

(73)  Dan il-proporzjon huwa ħafna aktar baxx għar-rotta Marsilja-Propriano, fejn noll aktar baxx fil-portijiet l-oħrajn jiġi kkunsidrat biss minn 40 % tar-rispondenti, bil-qrubija tal-port għad-destinazzjoni finali li huwa raġuni ewlenija oħra għall-użu tal-qsim lejn/mill-portijiet l-oħrajn ta’ Franza kontinentali (25 % tar-rispondenti).

(74)  B’mod aktar speċifiku, skont is-sommarju tal-konsultazzjoni mal-utenti, 33 % tar-residenti qatt ma jqabblu t-trasport bl-ajru mat-trasport marittimu; 23 % xi kultant jagħmlu dan; 13 % jagħmlu dan b’mod regolari u 31 % jagħmlu dan b’mod sistematiku. Fost dawk li ma humiex residenti, 64 % qatt ma jqabblu; 15 % xi kultant jagħmlu dan; 7 % jagħmlu dan b’mod regolari u 14 % jagħmlu dan b’mod sistematiku.

(75)  Kważi 80 % tar-rispondenti għar-rotta bejn Marsilja u Propriano ma jqabblux jew rarament iqabblu vjaġġ bil-baħar ma’ vjaġġ bl-ajru.

(76)  Aktar minn 60 % tar-rispondenti għar-rotta Marsilja-Propriano ma jaqilbux għat-trasport bl-ajru.

(77)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw (i) id-daqs taż-żoni ta’ mmaniġġar; (ii) id-disponibbiltà taż-żoni ta’ mmaniġġar għat-traffiku skedat minn/lejn Korsika; (iii) il-possibbiltà li ż-żoni ta’ mmaniġġar jiġu ddedikati fuq bażi ta’ kull jum jew ta’ kull ġimgħa għat-traffiku skedat minn/lejn Korsika; u (iv) jekk it-terminali kinux disponibbli għat-traffiku skedat minn/lejn Korsika.

(78)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw (i) in-numru ta’ bnajkiet disponibbli; (ii) il-ħinijiet ta’ akkoljenza skont il-kapaċità tal-bastiment; (iii) il-miżuri ambjentali implimentati.

(79)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw (i) il-kapaċità ta’ akkoljenza ta’ kuljum tal-passiġġieri; (ii) il-ħinijiet ta’ akkoljenza tal-passiġġieri; (iii) in-numru ta’ passiġġieri li jitilgħu abbord jew li jiżbarkaw li jistgħu jiġu pproċessati kull siegħa.

(80)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw (i) in-numru ta’ waqfiet possibbli kuljum; (ii) id-durata minima u massima tal-waqfiet; (iii) ir-regoli għall-allokazzjoni tal-postijiet ta’ rmiġġ.

(81)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw (i) in-numru ta’ waqfiet possibbli f’ġimgħa; (ii) id-durata minima u massima ta’ dawk il-waqfiet u (iii) ir-regoli għall-allokazzjoni tal-postijiet ta’ rmiġġ.

(82)  Il-mistoqsija talbet lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw in-numru ta’ waqfiet garantiti.

(83)  Il-kontribut mill-Grand Port Maritime de Marseille jiddeskrivi: il-konnessjonijiet maż-żoni interni tal-port għat-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri; ir-rotot marittimi u l-katina loġistika tat-trasport tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali; l-infrastruttura tal-port, tal-baħar u tal-art tal-port ta’ Marsilja; l-impronta ambjentali tat-tranżitu fil-port; is-servizzi relatati, u s-sikurezza u s-sigurtà tal-faċilitajiet tal-port; is-sigurtà legali tat-terminali tal-kumpaniji tat-tbaħħir ddedikati għat-traffiku ta’ Korsika.

(84)  Il-passiġġieri fil-vetturi għandhom aċċess għall-port permezz ta’ bieb li jinsab fil-viċinanza immedjata tal-postijiet ta’ rmiġġ iddedikati għas-servizzi lejn Korsika – iċ-ċirkwit kollu bejn il-bieb tad-dħul u l-aċċess għall-bastiment jieħu anqas minn nofs siegħa. Il-port ta’ Marsilja għandu żona ta’ imbarkazzjoni ta’ kważi 30 500 m2 għall-vetturi, li parti minnhom hija msaqqfa. Ir-rata ta’ okkupazzjoni taż-żoni ta’ parkeġġ hija ta’ 50 % fl-istaġun kwiet u sa 90 % matul l-eqqel żmien tas-sajf. Madankollu, il-port ta’ Marsilja jispjega li, issa li s-servizzi internazzjonali skedati ġew ittrasferiti lejn terminal ieħor fil-port, iż-żoni ta’ parkeġġ għat-traffiku lejn Korsika jistgħu jiġu estiżi. Il-port ta’ Marsilja jispeċifika li, għall-passiġġieri bil-mixi, it-terminali tal-baħar Joliette u Arenc jinsabu fil-viċinanza immedjata taċ-ċentru tal-belt u huma moqdijin tajjeb mit-trasport pubbliku.

(85)  Is-CCI ta’ VaR tenfasizza fit-tweġiba tagħha li “Minħabba li Corsica Ferries diġà timmaniġġa aktar minn 1,3 miljun passiġġier lejn Korsika permezz tas-servizz mhux ta’ PSC tagħha u aktar minn 400 000 passiġġier għal destinazzjonijiet gżejjer Ewropej oħrajn permezz tas-servizzi l-oħrajn tagħha fit-terminal [Toulon-Port de Commerce] biss, u peress li r-rappreżentanti eletti lokali talbu li dawn in-numri jkunu limitati għall-volumi mmaniġġati bejn l-2019 u l-2021 (jiġifieri massimu ta’ 2 miljun passiġġier), jidher diffiċli ħafna li tiżdied ma’ din l-attività tat-trasport eżistenti u ferm stabbilita aktar attività f’konformità mal-obbligi tal-PSC (u b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ mmaniġġar tal-merkanzija matul is-sena sħiħa)”.

(86)  L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta’ Ottubru 2013, COMP/M.6796 -Aegean/Olympic II (ĠU C 25, 24.1.2015), il-paragrafu 85.

(87)  Dan ifisser li, bħala medja, hemm karozza waħda għal kull passiġġier residenti u kważi karozza waħda għal kull żewġ passiġġieri mhux residenti, li, skont Franza, hija konsistenti mal-vjaġġ medju ta’ koppja b’vettura.

(88)  Skont ir-rapport ta’ Gecodia, 82 % tas-servizzi bejn Korsika u Franza kontinentali jiġu operati billejl, b’ħin ta’ tbaħħir ta’ 10 sigħat sa 12-il siegħa. Għall-qsim ta’ matul il-jum, li huma l-eċċezzjoni għal Toulon u r-regola għal Nizza, il-ħinijiet tat-tbaħħir normalment ikunu bejn 5 u 8 sigħat.

(89)  Skont ir-rapport ta’ Gecodia, hemm tliet titjiriet ta’ ritorn kuljum minn Marsilja lejn Ajaccio u Bastia, u tnejn minn Nizza (sa tlieta fl-eqqel istaġun). Hemm żewġ titjiriet ta’ ritorn kuljum minn Marsilja lejn Calvi u Figari, u waħda minn Nizza. F’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport marittimu, fl-eqqel istaġun u fl-istaġun kwiet, il-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Bastia biss huma moqdijin tal-anqas kuljum minn Marsilja jew minn Toulon.

(90)  L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-introduzzjoni tal-iskema ta’ OSP tal-2019 kienet tissodisfa ħtieġa ta’ servizz pubbliku li qabel kienet identifikata mis-CdC fost l-utenti (residenti ta’ Korsika) li s-suq ma setax jissodisfa fin-nuqqas ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku.

(91)  Skont ir-rapport ta’ Gecodia, din il-konklużjoni tapplika biss għar-rotot bejn Toulon u l-portijiet ta’ Korsika: 91 % tar-residenti jivvjaġġaw filgħaxija bejn Toulon u l-portijiet ta’ Korsika, meta mqabbla ma’ 67 % tal-passiġġieri mhux residenti. Fil-port ta’ Marsilja, it-tluq huwa fiss u jsir biss fis-7 p.m., u għalhekk ma jsir l-ebda tluq matul il-jum. Fil-port ta’ Nizza, 19 % tar-residenti jivvjaġġaw filgħaxija, meta mqabbla ma’ 15 % ta’ dawk mhux residenti.

(92)  L-Artikolu R. 310-10 tas-CSS jiddikjara li “l-kostijiet tat-trasport ta’ persuna jew benefiċjarju assigurat li huwa obbligat jivvjaġġa huma koperti:

1.

Sabiex jirċievi trattament jew jagħmel eżaminazzjonijiet xierqa għall-kundizzjoni tiegħu fil-każijiet li ġejjin:

(a)

It-trasport b’rabta ma’ dħul l-isptar;

(b)

It-trasport b’rabta mat-trattament jew mal-eżaminazzjonijiet ordnati skont l-Artikolu L. 324-1 għall-pazjenti rikonoxxuti li qed ibatu minn kundizzjoni fit-tul u li jippreżentaw wieħed jew waħda mill-indebolimenti jew l-inkapaċitajiet stabbiliti fil-linji gwida dwar l-ordnijiet mediċi msemmijin fl-Artikolu R. 322-10-1;

(c)

It-trasport bl-ambulanza ġġustifikat mill-kundizzjoni tal-pazjent skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ordni msemmija fl-Artikolu R. 322-10-1;

(d)

It-trasport lejn post li jinsab aktar minn 150 kilometru ’l bogħod skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli R. 322-10-4 u R. 322-10-5;

(e)

Vjaġġi multipli, fejn jiġu preskritti tal-anqas erba’ vjaġġi għall-istess trattament matul perjodu ta’ xahrejn u kull vjaġġ isir f’post ta’ aktar minn 50 kilometru ’l bogħod;

(f)

It-trasport b’rabta mal-kura jew mat-trattament fiċ-ċentri msemmijin fil-paragrafu I(3) tal-Artikolu L. 312-1 tal-Kodiċi dwar l-Azzjoni Soċjali u l-Familji jew fiċ-ċentri mediċi/psikoloġiċi/pedagoġiċi msemmijni fin-Nru 19 tal-Artikolu L. 160-14 ta’ dan il-Kodiċi. [...]”.

(93)  Għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat il-Kummissjoni fil-premessa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, is-CPAM 2A informat lill-awtoritajiet Franċiżi bi 15 237 talba għal approvazzjoni minn qabel li kienet ivvalidat bejn is-17 ta’ Settembru 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2021 (mhux 8 000).

(94)  Ir-rapport ta’ Gecodia jirreferi wkoll għad-data miksuba mis-CPAM 2B miġbura minn [...] (*) ((*): informazzjoni kunfidenzjali), li żvelat li aktar minn 75 % tal-vjaġġi mediċi bl-ajru saru lejn Marsilja, meta mqabbla ma’ anqas minn 25 % lejn Nizza.

(95)  Ara l-istudju mill-Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika ta’ Lulju 2016 dwar id-domanda fit-tul prevista għat-trasport, disponibbli fuq: https://www.ecologie.gouv.fr/sites/default/files/Th %C3 %A9ma %20- %20Projections %20de %20la %20demande %20de %20transport %20sur %20le %20long %20terme.pdf (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). L-istudju jiddikjara li r-riżultati ġenerali tal-bidliet fid-domanda għat-trasport u t-traffiku kkalkolati huma maħsubin sabiex jiffurmaw il-bażi għall-projezzjonijiet tat-traffiku lokali, li għandhom jitfasslu mid-dipartimenti deċentralizzati jew mill-maniġers tal-infrastruttura tal-Ministeru, sabiex jiġi analizzat il-futur fir-reġjuni, u sabiex jiġu evalwati l-politiki pubbliċi u l-proġetti tal-infrastruttura tat-trasport. L-istudju jipprovdi projezzjonijiet għall-2030 u għall-2050.

(96)  Ara l-istudju ta’ Ottubru 2021 li jaġġorna l-istudju tal-2016, filwaqt li jqis b’mod partikolari l-impatt tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ambjentali ġdida. L-aġġornament huwa disponibbli fuq: https://www.ecologie.gouv.fr/sites/default/files/document_travail_52_projection_transport_snbc2_oct2021.pdf (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(97)  Fir-rigward tal-attività tal-MCO, id-domanda għall-ivvjaġġar mill-pazjenti ta’ Korsika (vjaġġ ta’ ritorn, eskluża l-persuna li takkumpanja) ġiet ivvalutata fir-rigward tan-numru ta’ soġġorni reġistrati (soġġorn 1 = passiġġier ta’ ritorn 1 = 2 vjaġġi). Fir-rigward tal-attivitajiet tal-SSR, espressi f’jiem ta’ soġġorn fl-isptar, l-awtoritajiet Franċiżi stmaw in-numru ta’ vjaġġi fir-rigward tan-numru ta’ soġġorni reġistrati (soġġorn 1 = passiġġier ta’ ritorn 1 = 2 vjaġġi), filwaqt li qiesu li, irrispettivament mill-post tal-kura, soġġorn kien jikkorrispondi għal medja ta’ 45 jum ta’ soġġorn fl-isptar. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-attivitajiet tal-PSY, in-numru ta’ passiġġieri ġie kkalkolat fuq il-bażi tan-numru ta’ trattamenti rreġistrati (trattament 1 = passiġġier ta’ ritorn 1 = 2 vjaġġi).

(98)  Id-data miġbura mill-awtoritajiet Franċiżi tittieħed mill-ftehimiet dwar it-trasport konklużi [...] [mas-]CPAMs.

(99)  Jekk it-tweġiba kienet “le”, l-operatur kellu jiddikjara r-raġuni għan-nuqqas ta’ servizz.

(100)  L-operatur kellu jispeċifika wkoll: (i) fin-nuqqas ta’ servizz tul is-sena kollha, xi jkun il-perjodu speċifiku tas-sena previst; (ii) jekk is-servizz propost kienx servizz dirett; (iii) il-frekwenza tal-qsim; (iv) il-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla previsti; u (v) in-numru totali ta’ qsim dirett previst kull sena.

(101)  L-operatur kellu jispeċifika (i) kif il-bastiment użat deher li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ kontinwità territorjali; (ii) in-numru ta’ bastimenti previsti; (iii) il-kapaċità tal-bastimenti; (iv) il-karatteristiċi tagħhom; (v) il-miżuri ambjentali implimentati; u (vi) is-servizzi offruti abbord il-bastimenti.

(102)  Id-dokument ta’ appoġġ tal-konsultazzjoni mal-utenti jispjega li l-merkanzija mhux irmunkata teħtieġ immaniġġar sinifikanti mill-port (tagħmir tal-port, ħaddiema), għall-kuntrarju tal-merkanzija rmunkata.

(103)  Jekk l-utenti użaw diversi rotot, kellhom jimlew kwestjonarju għal kull waħda.

(104)  It-tweġibiet proposti kienu: sistematikament; regolarment; kultant; qatt.

(105)  It-tweġibiet proposti kienu: l-istess rotta; rotot oħra li jgħaddu minn Marsilja; rotot oħra li jgħaddu minn Toulon; rotot oħra li jgħaddu minn Nizza; oħra (trid tiġi speċifikata).

(106)  It-tweġibiet proposti kienu: Ma għandi l-ebda għażla (il-prenotazzjoni imposta); sistematikament; għal xi flussi biss (fluss li għalih ma jsir l-ebda tqabbil li għandu jiġi speċifikat); qatt.

(107)  It-tweġibiet proposti kienu: l-aktar noll baxx; l-infrastruttura tal-port; l-iskeda tal-ħinijiet; kwalità aħjar tas-servizz; il-qrubija tal-port għad-destinazzjoni tiegħi; it-tip ta’ vjaġġ; oħra (trid tiġi speċifikata).

(108)  It-tweġibiet proposti kienu: l-aktar noll baxx; skeda tal-ħinijiet aktar xierqa; id-destinazzjoni tiegħi kienet eqreb lejn il-port magħżul; servizzi f’Marsilja kompletament ipprenotati; oħra (trid tiġi speċifikata).

(109)  Bħala sinteżi, il-merkanzija mhux irmunkata tiġi ttrasportata esklużivament bejn il-portijiet ta’ Korsika u l-port ta’ Marsilja.

(110)  Is-sitwazzjoni hija aktar imħallta għal Porto-Vecchio, b’64 % tar-rispondenti li jsibu s-servizz mhux sodisfaċenti.

(111)  Il-kwestjonarju talab lill-portijiet jispeċifikaw id-daqs taż-żoni ta’ mmaniġġar, id-disponibbiltà tagħhom għat-traffiku lejn Korsika u l-kapaċità tagħhom li jakkomodaw oġġetti perikolużi tal-klassi 1 u tal-klassi 2.

(112)  L-awtoritajiet tal-port kellhom jispeċifikaw ukoll (i) in-numru ta’ bnajkiet disponibbli; (ii) il-kapaċità massima f’metri lineari tal-bastimenti li jistgħu jiġu akkomodati; (iii) il-miżuri ambjentali implimentati.

(113)  L-awtoritajiet tal-port kellhom jispeċifikaw ukoll (i) il-kapaċità ta’ kuljum għall-akkomodazzjoni ta’ semitrejlers/trakkijiet; (ii) is-sigħat ta’ akkoljenza għas-semitrejlers/għat-trakkijiet; (iii) il-ħin medju tal-parkeġġ għas-semitrejlers/għat-trakkijiet; (iv) in-numru ta’ semitrejlers/trakkijiet li jistgħu jiġu pproċessati kull siegħa għall-imbarkazzjoni jew għall-iżbark.

(114)  L-awtoritajiet tal-port kellhom jispeċifikaw ukoll (i) in-numru ta’ waqfiet possibbli kuljum; (ii) id-durata minima u massima tal-waqfiet; (iii) ir-regoli għall-allokazzjoni tal-postijiet ta’ rmiġġ.

(115)  L-awtoritajiet tal-port kellhom jispeċifikaw ukoll (i) in-numru ta’ waqfiet possibbli fil-ġimgħa; (ii) id-durata minima u massima ta’ dawk il-waqfiet u (iii) ir-regoli għall-allokazzjoni tal-postijiet ta’ rmiġġ.

(116)  Il-mistoqsijiet talbu lill-awtoritajiet tal-port jispeċifikaw in-numru ta’ waqfiet garantiti.

(117)  L-awtorità tal-port ta’ Marsilja tiddikjara li trakk jieħu anqas minn ħames minuti sabiex jittrasferixxi mid-dħul tal-port għat-terminal marittimu. Barra minn hekk, il-port jiddikjara li l-proċeduri ta’ tranżitu u ta’ reġistrazzjoni fil-port huma kompletament diġitalizzati, u b’hekk jiġi żgurat il-fluss bla xkiel tat-traffiku.

(118)  L-awtorità tal-port ta’ Toulon tiddikjara li wieħed mit-tliet postijiet ta’ rmiġġ, il-bnajka ta’ Fournel, huwa riżervat bħala prijorità għall-bastimenti tal-kruċiera bejn it-8.30 a.m. u s-6.30 p.m.

(119)  Is-CCI ta’ VaR tenfasizza fit-tweġiba tagħha li “Minħabba li Corsica Ferries diġà timmaniġġa aktar minn 1,3 miljun passiġġier lejn Korsika permezz tas-servizz mhux ta’ PSC tagħha u aktar minn 400 000 passiġġier għal destinazzjonijiet gżejjer Ewropej oħrajn (Sardinia, Minorca, Majorca) permezz tas-servizzi l-oħrajn tagħha fit-terminal [Toulon-Port de Commerce] biss, u peress li r-rappreżentanti eletti lokali talbu li dawn in-numri jkunu limitati għall-volumi mmaniġġati bejn l-2019 u l-2021 (jiġifieri massimu ta’ 2 miljun passiġġier), jidher diffiċli ħafna li tiżdied ma’ din l-attività tat-trasport eżistenti u ferm stabbilita aktar attività f’konformità mal-obbligi tal-PSC (u b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ mmaniġġar tal-merkanzija matul is-sena sħiħa)”.

(120)  Bħala sinteżi, il-merkanzija rmunkata tinvolvi t-trasport tat-trakk kollu kemm hu (trattur + semitrejler) bis-sewwieq, filwaqt li l-merkanzija mhux irmunkata tinvolvi t-trasport tas-semitrejler biss.

(121)  Ir-rapport ta’ Gecodia jinnota li l-port ta’ Marsilja jiddikjara fil-kontribut tiegħu li għandu kważi 210 000 metru kwadru ta’ erja tas-superfiċe disponibbli, bi 13-il post ta’ rmiġġ li jistgħu jiġu ddedikati għat-traffiku bejn Korsika u Franza kontinentali u kollha mgħammrin b’faċilitajiet moderni u diġitalizzati sabiex jiġi żgurat il-fluss bla xkiel tat-traffiku.

(122)  Ir-rapport ta’ Gecodia jindika li r-rata medja tat-tagħbija tat-trejlers fuq bastimenti fil-port ta’ Toulon-Brégaillon kienet bejn 15 u 20 trejler fis-siegħa, ferm anqas minn dik ta’ Marsilja (35 trejler), u li l-kapaċità disponibbli kuljum hija stmata għal 120 trejler. B’paragun ma’ dan, in-numru medjan ta’ trejlers mgħobbijin fil-port ta’ Marsilja lejn il-portijiet ta’ Korsika kien ta’ 237 fl-2021, jiġifieri d-doppju ta’ dak in-numru.

(123)  Skont ir-rapport ta’ Gecodia, dan il-punt huwa kkonfermat ukoll mill-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża (l-opinjoni Nru 20-A-11, il-paragrafi 337-345), li tiddikjara li “l-port ta’ Marsilja huwa qrib iċ-ċentri loġistiċi ewlenin fin-Nofsinhar ta’ Franza, li jagħmlu aktar attraenti għat-trasport marittimu tal-merkanzija lejn Korsika, b’mod partikolari meta mqabbel ma’ Toulon, li huwa aktar imbiegħed minn dawk iċ-ċentri”.

(124)  L-istudju dwar il-konnessjonijiet bejn iż-żona metropolitana ta’ Aix-Marsilja-Provence u ż-żoni ġirien, Ottubru 2021, pp. 32-35, disponibbli fost l-oħrajn fuq: https://www.agam.org/relations-de-voisinage-metropole/ (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(125)  Bħala sinteżi, Toulon tinsab madwar 70 km minn Marsilja.

(126)  Madankollu, hemm eċċezzjoni għat-trasport ta’ materjali perikolużi tal-klassi 1 (splussivi) u ta’ materjali perikolużi tal-klassi 2 (gassijiet ikkompressati, likwifikati jew dissolti), li huma pprojbiti fit-terminal Toulon-Port de Commerce u fil-port ta’ Nizza.

(127)  Parametru referenzjarju tal-kost tal-produzzjoni għat-trasport bit-triq (trasport reġjonali, data nazzjonali minn Diċembru 2021 ibbażata fuq vjaġġ ta’ 360 km, li hija d-distanza medja ta’ kuljum ivvjaġġata fit-trasport reġjonali, filwaqt li jitqiesu l-vjaġġi lejn il-post tat-tagħbija u tar-ritorn lejn il-bażi tat-trasportatur tal-merkanzija). Dawn il-kostijiet addizzjonali jqisu l-kostijiet għal kull kilometru bin-nollijiet, bir-rata fis-siegħa u bir-rata ta’ kuljum (il-kostijiet tas-sjieda tal-vetturi, it-taxxa/jum, l-assigurazzjoni/jum, eċċ.). L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-kost medju tal-loġistika addizzjonali huwa proporzjonalment invers għad-distanza totali tat-triq tal-vjaġġ. Għalhekk, aktar ma jkun qrib il-punt tat-tluq għal Marsilja, aktar ikun għoli l-kost tal-loġistika addizzjonali totali.

(128)  Iż-żewġ każijiet jikkorrispondu għall-perjodi li ġejjin:

bejn Ottubru 2017 u Ottubru 2018, żieda annwali medja ta’ 6 % fin-noll ta’ kull xahar għal kull metru lineari ta’ merkanzija rmunkata;

bejn Ottubru 2019 u Ottubru 2020, tnaqqis annwali medja ta’ 16 % fin-noll ta’ kull xahar għal kull metru lineari ta’ merkanzija rmunkata.

(129)  Fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar it-tariffi mitluba minn Corsica Ferries miġbura għar-rapport ta’ Gecodia mis-sit web ta’ Corsica Ferries fl-2020.

(130)  Definit bħala l-perjodu minn Novembru sa Marzu.

(131)  Definit bħala l-perjodu minn April sa Ottubru.

(132)  Ir-regoli tal-offerti kienu parti mid-dokumentazzjoni għas-sejħa pubblika għall-offerti ppubblikata fis-6 ta’ Mejju 2022 (il-premessa 272).

(133)  Is-servizz soċjali u bbażat fuq is-solidarjetà, li jikkonċerna r-rotta lejn Bastia, huwa definit fl-Artikolu 25.3 tal-PSC relatat ma’ dik ir-rotta bħala li jiggarantixxi “ t-trasport marittimu sa 1 300 metru lineari ta’ merkanzija kuljum ” u għal kull qsim individwali (il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi tas-7 ta’ Ġunju 2022).

(134)  L-Avviż Nru 22-63447 fil-Bullettin Uffiċjali tal-Avviżi dwar l-Akkwist Pubbliku (BOAMP, “Bulletin officiel des annonces de marchés publics”), ippubblikat fis-6 ta’ Mejju 2022, https://www.boamp.fr/pages/avis/?q=idweb:% 2222-63447 % 22 u fit-TED (“Tenders Electronic Daily”) taħt ir-referenza 2022/s 089-246001 fl-istess data, https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:246001-2022:TEXT:MT:HTML.

(135)  Corsica Ferries argumentat b’mod partikolari li d-dokumenti tal-offerti kien fihom bosta ineżattezzi u kontradizzjonijiet dwar id-durata tal-PSCs, in-natura tal-investimenti li kellhom jiġġarrbu mid-detentur futur tal-konċessjoni u n-natura eżatta tal-bastimenti assenjati mill-kandidati. Corsica Ferries kkritikat ukoll in-nuqqas ta’ prevedibbiltà u n-nuqqas ta’ bilanċ ekonomiku tal-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u ta’ dawk addizzjonali, li kienu jeħtieġu l-mobilizzazzjoni ta’ żewġ sa tliet bastimenti għal kull rotta mingħajr ġustifikazzjoni. Fl-aħħar nett, hija allegat li l-kriterji użati għall-għażla tal-offerti kienu impreċiżi u irrilevanti.

(136)  L-Artikolu 26.1 tal-PSCs jispeċifika li dawk il-passiġġieri huma residenti ta’ Korsika li jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi.

(137)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(138)  Madankollu, fil-kummenti tagħhom tat-28 ta’ Lulju 2023, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw, kif imsemmi, li fir-rigward tar-residenti u ta’ dawk mhux residenti ta’ Korsika fuq ir-rotta ta’ Propriano huma inklużi wkoll fl-ambitu tas-servizz pubbliku. Għaldaqstant, il-kuntrattur jirċievi wkoll dħul minn servizzi relatati mat-trasport ta’ dawk il-passiġġieri. Barra minn hekk, il-kuntrattur jirċievi wkoll dħul mis-servizzi relatati mat-trasport ta’ sewwieqa tal-merkanzija rmunkata.

(139)  Ara n-nota 138 f’qiegħ il-paġna.

(140)  Il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023.

(141)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/98/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/08 (ex NN 105/05 and NN 35/07) implimentata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq – Sussidji għal CalMac u NorthLink għas-servizzi tat-trasport marittimu fl-Iskozja (ĠU L 45, 18.2.2011, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/98(1)/oj)); u d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 070/17/COL tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar il-Ftehim Kostali għas-Servizzi Marittimi ta’ Hurtigruten 2012-2019 (in-Norveġja) [2018/887] (ĠU L 158, 21.6.2018, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/887/oj).

(142)  Sabiex jiġi stmat l-ammont ta’ kumpens ex ante, il-kostijiet jiġu allokati fuq il-bażi tal-kapaċità riżervata. Jitwettqu kontrolli ex post fuq il-kapaċità attwalment użata. Dan ifisser li jekk il-kapaċità ta’ SGEI riżervata tintuża għal trasport li ma jkunx relatat mal-SGEI, l-ammont ta’ kumpens jitnaqqas kif xieraq. Madankollu, jekk il-kapaċità tal-SGEI tibqa’ ma tintużax, l-operatur xorta jibqa’ jirċievi kumpens sabiex jagħmel il-kapaċità disponibbli.

(143)  Kostijiet marbutin direttament mat-trasport tal-passiġġieri.

(144)  Kostijiet marbutin direttament mat-trasport tal-merkanzija.

(145)  Kostijiet komuni.

(146)  Kostijiet marbutin direttament mas-servizz kummerċjali (ħlief għar-rotta Marsilja-Propriano).

(147)  In-nefqa fuq l-immaniġġar tikkorrispondi għall-kostijiet tal-ħaddiema tal-baċiri responsabbli għall-immaniġġar tat-trejlers mat-tluq u mal-wasla matul il-waqfiet. Min-natura tagħhom, dawn il-kostijiet jiġu allokati fl-intier tagħhom għall-attività tal-merkanzija.

(148)  Il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fil-5 ta’ April 2023 (“Parametru referenzjarju tal-profittabilità tat-trasport marittimu prodott bħala parti mill-proċedura għall-aġġudikazzjoni tal-PSC marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali”, OTC, l-20 ta’ Novembru 2022).

(149)  Il-kampjun jinkludi l-kumpaniji li ġejjin: Brittany Ferries, Condor Ferries, Corsica Ferries, DFDS, Irish Ferries, P&O Ferries, Stena Lines, Grimaldi Group, Finnlines, Fjord Line, Tallink u Viking Line. Meta d-data kienet disponibbli, l-istudju komparattiv ikopri s-snin 2017-2019.

(150)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

(151)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/23/oj).

(152)  Eskluża l-2020 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-flussi tal-kummerċ.

(153)  Il-kapaċità minima medja għal kull qsim, antiċipata għall-perjodu 2023-2030, hija kkalkolata bħala l-ħtieġa annwali tas-servizz pubbliku (Tabella 21) diviża bil-vjaġġi bir-ritorn annwali previsti fil-PSCs (Tabella 23).

(154)  L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu b’mod partikolari għal eżempji ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz konklużi fl-Italja u fin-Norveġja.

(155)  L-aġġudikazzjoni tal-PSCs kienet inizjalment skedata li ssir fit-28 ta’ Ottubru 2022.

(156)  Is-Sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM II, T-454/13, ECLI:EU:T:2017:134.

(157)  Bħala sinteżi, il-premessa 424 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tiddikjara: “[...] Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx il-kjarifiki neċessarji kollha sabiex jikkonkludu li l-PSCs jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza. Hija tistieden lill-partijiet interessati kollha sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar din il-kwistjoni, b’mod partikolari sabiex jiċċaraw jekk l-obbligu li l-bastimenti jiġu mmobilizzati b’kapaċità minima ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-kabina fil-limiti ta’ żmien tas-sejħa għall-offerti jikkostitwixxix ksur ta’ trattament ugwali [traduzzjoni mhux uffiċjali].”

(158)  Il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Marzu 2024.

(159)  L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li dan kien il-każ, b’mod partikolari, għan-numru ta’ vjaġġi bir-ritorn annwali, għall-vjaġġi bir-ritorn addizzjonali u għan-numru ta’ kabini tal-PMM għal kull bastiment.

(160)  L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li l-offerta ta’ Corsica Linea pproponiet bastiment, Paglia Orba, li kellu biss kabina waħda għall-PMM, minflok it-tnejn meħtieġa mill-Anness 1. Madankollu, dan il-punt ġie diskuss mal-kandidat matul il-fażijiet tan-negozjar, li fi tmiemhom ħa impenn li jbiddel il-bastiment ma’ wieħed mis-seba’ bastimenti potenzjalment assenjati għas-servizzi jekk ikunu meħtieġa żewġ kabini għall-PMM fid-dawl tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku (f’konformità mal-Artikolu 20 tal-PSCs, li jawtorizza s-sostituzzjoni ta’ bastiment matul l-eżekuzzjoni) u jwettaq xogħlijiet sabiex jinstalla t-tieni kabina għall-PMM. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li Paglia Orba huwa bastiment ta’ sostituzzjoni użat fuq bażi ad hoc, b’mod partikolari meta l-bastiment ewlieni użat jiġi rtirat mis-servizz għal raġunijiet tekniċi (il-kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi sottomessi fis-27 ta’ Lulju 2023). Skont Franza, dawn il-proposti, li huma limitati fl-ambitu u li ma jfixklux il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, tqiesu li kienu kapaċi jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali stabbiliti. Fil-fehma tagħhom, fi kwalunkwe każ, huma ma kisru l-ebda rekwiżit minimu kif stabbilit fl-Artikolu 2.4 tar-regoli tal-offerti.

(161)  Taqsima 2.1.1 – It-trasport marittimu tal-merkanzija.

(162)  Skont Corsica Ferries, it-traffiku tal-merkanzija tagħha li jitlaq mill-port ta’ Toulon naqas bi 15,58 % fl-2016, b’7,49 % fl-2017 u b’6,09 % fl-2018, filwaqt li Corsica Linea rat iż-żieda ta’ 15,91 % fl-2016, ta’ 16,31 % fl-2017 u ta’ 3,10 % fl-2018 fit-traffiku tagħha.

(163)  Corsica Ferries ipprovdiet żewġ opinjonijiet tas-CADA datati l-15 ta’ Frar 2024 u l-11 ta’ Jannar 2024, rispettivament, bħala l-Annessi 3 u 4 għall-kummenti tagħha. L-Anness 3 jikkonċerna t-talba ta’ Corsica Ferries lill-OTC għall-aċċess għar-rapport ta’ Gecodia. L-OTC ipprovda lil Corsica Ferries b’verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dak ir-rapport. Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Frar 2024, is-CADA tqis li, għalkemm ir-rapport ta’ Gecodia fih ċertu ammont ta’ informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ timmina l-kunfidenzjalità tan-negozju (eż., it-tweġibiet tal-kumpaniji tat-tbaħħir għall-konsultazzjoni mal-operaturi), il-verżjoni mhux kunfidenzjali mibgħuta lil Corsica Ferries ġiet redatta b’mod eċċessiv. L-Anness 4 kien jikkonċerna t-talba ta’ Corsica Ferries għall-aċċess għall-ħames PSCs u għall-annessi tagħhom, li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tagħhom intbagħtulha mis-CdC. Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Jannar 2024, is-CADA qieset li setgħu jiġu pprovduti ċerti redatti tal-kontenut tal-PSCs (informazzjoni kuntrattwali relatata mal-kumpens finanzjarju mħallas mill-OTC fin-nuqqas ta’ qsim, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kalkolu ta’ profitt raġonevoli) u ċerti annessi (l-anness relatat mal-kont operatorju proviżorju), iżda oħrajn ma setgħux jiġu pprovduti (l-Annessi 1, 2, 3, 10 u 12).

(164)  Corsica Ferries ipprovdiet diversi dokumenti fl-Anness 5 tal-kummenti tagħha:

ittra anonima miktuba bl-idejn indirizzata lill-president ta’ Corsica Ferries li ddeskriviet it-tentattiv mill-maniġment ta’ Corsica Linea li jitlob lill-impjegati tagħha “jagħmluha tabirruħhom huma residenti” sabiex iwieġbu għall-konsultazzjoni mal-utenti;

komunikazzjoni interna minn Corsica Linea (“aġġornament tax-xahar ta’ Diċembru 2021”) li tindirizza diversi suġġetti relatati mal-istrateġija kummerċjali ta’ Corsica Linea, inkluż aġġornament dwar il-PSCs li jiddiskuti l-iskeda ta’ żmien tal-OTC għat-tnedija tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-istedina għall-offerti għall-PSCs, u li nnotat li Corsica Ferries kienet ressqet ilmenti lill-Kummissjoni;

ittra mir-rappreżentanti tat-trade unions indirizzata lill-presidenti ta’ Corsica Linea u ta’ La Méridionale li informathom b’avviż ta’ strajk kontra l-oppożizzjoni allegata mill-Istat Franċiż u mill-Kummissjoni għas-servizz pubbliku għat-trasport marittimu lejn Korsika f’isem il-moviment liberu tas-servizzi;

ittra elettronika interna minn impjegat ta’ Corsica Linea li qasam link tal-internet għall-konsultazzjoni mal-utenti, bit-tweġibiet “suġġeriti” li jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(165)  Id-Deċiżjoni 2013/435/UE, il-premessa 160.

(166)  Is-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM I, T-366/13, ECLI:EU:T:2017:135, u SNCM II, ibid.

(167)  L-opinjoni Nru 12-A-05 tal-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Franza tas-17 ta’ Frar 2012 dwar it-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali.

(168)  Is-sentenza Nru 17MA01582 tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Marsilja tat-22 ta’ Frar 2021.

(169)  Is-sentenza tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia Nru 1100533 tas-7 ta’ April 2015, SNCM.

(170)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 296.

(171)  Fl-Anness 6 tal-kummenti tagħha, Corsica Ferries ipprovdiet formola mudell għat-talba tal-awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasport ekwivalenti għal riċetta medika. Din il-formola fiha avviż li jipprovdi informazzjoni lill-preskriventi dwar ir-regoli li jirregolaw il-kopertura tal-kostijiet tat-trasport.

(172)  Corsica Ferries tiddikjara li l-espert ġudizzjarju maħtur mill-qorti nazzjonali sabiex jivvaluta d-dannu mġarrab minn Corsica Ferries ikkonkluda li l-portijiet ta’ Ajaccio u ta’ Propriano kienu sostitwibbli, mingħajr ma dan ġie kkontestat mill-partijiet inkwistjoni (jiġifieri s-CdC u Corsica Ferries). Bħala l-Anness 8 mal-kummenti tagħha Corsica Ferries tehmeż ittra mill-espert ġudizzjarju inkwistjoni lil Corsica Ferries li tinformaha dwar l-istatus tal-investigazzjoni tal-espert. L-ittra tfakkar b’mod partikolari lill-partijiet dwar il-punti li qablu fuqhom, inkluża s-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Propriano u ta’ Ajaccio, u tindika li l-espert kien qiegħed jistenna li jiġbor data ta’ kuljum dwar is-servizz addizzjonali relatat mal-2007-2009 (għall-port ta’ Ajaccio) u mal-2007-2013 (għall-port ta’ Propriano).

(173)  Pereżempju, Corsica Ferries tiddikjara li ttrasportat 5 947 sewwieq fl-2020 (4 984 fl-2021) bejn Toulon u Ajaccio, meta mqabbla ma’ 5 232 bejn Marsilja u Ajaccio (6 973 fl-2021).

(174)  Fit-tweġiba tagħha għal Corsica Ferries (ipprovduta bħala l-Anness 10 tal-kummenti ta’ Corsica Ferries), is-CCI ta’ Var tispjega li t-terminal ta’ Toulon Côte-d’Azur jista’ jakkomoda sa 80 trejler kuljum fix-xitwa u madwar 20 fis-sajf; 120 trejlers fit-terminal ta’ Brégaillon-Nofsinhar (iżda għal bastimenti Ro-Ro biss); filwaqt li t-terminal tal-kruċieri ta’ Seyne-sur-Mer ma għandux bnajka għar-Ro-Ro. Dan tal-aħħar ikun jeħtieġ titjib (il-bini ta’ bnajka għar-Ro-Ro jew iż-żieda ta’ pontun galleġġanti) li jippermettilu jakkomoda sa 50 trejler.

(175)  Fit-tweġiba tagħha lil Corsica Ferries, is-CCI ta’ Var tiddikjara li “fit-terminal [Toulon-Port de Commerce], in-numru massimu ta’ trejlers matul l-aħħar ħmistax-il sena ntlaħaq fl-2014 bi 42 008 trejlers mgħobbijin u mħottin. Peress li l-flussi huma bbilanċjati, dan jikkorrispondi għal madwar 21 000 trejler mgħobbi fis-sena”.

(176)  Bħala tweġiba għall-mistoqsija ta’ Corsica Ferries, li talbitha tikkonferma li ż-żona ta’ klijentela tal-port ta’ Toulon (f’termini tal-aċċessibbiltà u tal-post tiegħu) ma kinitx limitata għaż-żona interna ta’ Toulon jew għad-dipartiment ta’ Var, iżda estiża għad-dipartimenti ġirien l-oħrajn kollha (l-Anness 9 tal-kummenti ta’ Corsica Ferries), is-CCI ta’ Var iddikjarat li “l-port ta’ Toulon huwa aċċessibbli permezz tal-awtostradi A50, A57 u A570 li jipprovdu konnessjonijiet mil-Lvant għall-Punent u mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. [...]. Il-port issa jittratta l-volumi tal-merkanzija mir-reġjun tan-Nofsinhar u b’mod aktar ġenerali mit-territorju Franċiż. [...]” (L-Anness 10 tal-kummenti ta’ Corsica Ferries).

(177)  Fl-Anness 2 tal-kummenti tagħha, Corsica Ferries tipprovdi l-istudju 2 ta’ BRG dwar il-valutazzjoni mis-CdC ta’ ħtieġa ta’ servizz pubbliku għas-servizzi marittimi lejn Korsika, bid-data tal-21 ta’ April 2024 u mwettaq f’isem Corsica Ferries. Il-kost addizzjonali tat-triq huwa stmat għal vjaġġ medju miż-żoni loġistiċi li jinsabu fir-reġjun tal-PACA lejn il-port ta’ Marsilja għal trakk ta’ 12-il LM, b’rata ta’ kuljum preżunta ta’ EUR 191 u b’kostijiet ta’ kull siegħa, kilometriċi u għal kull jum ipprovduti mill-kumitat nazzjonali tat-toroq għall-kategorija “vettura artikolata reġjonali – diżil”. Fir-rigward tan-nollijiet tat-trasport marittimu, l-istudju juża noll ta’ EUR 32,4/LM osservat bħala medja fl-2023 f’Toulon, meta mqabbel ma’ EUR 42,5/LM fil-port ta’ Marsilja (li jikkorrispondi għan-noll massimu stabbilit mill-iskema ta’ OSP tal-2019 fuq ir-rotot Marsilja-Korsika).

(178)  Bħala Anness 11 tal-kummenti tagħha, Corsica Ferries tipprovdi memo analitiku dwar is-suq tat-trasport marittimu bejn Korsika u Franza kontinentali mehmuż mar-Riżoluzzjoni Nru 20/166 tal-Assemblea ta’ Korsika tal-5 ta’ Novembru 2020 li tapprova l-użu ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-perjodu 2021-2022. Il-memo inkwistjoni tfassal minn Gecodia, fuq il-bażi tal-istess mudell bħar-rapport ta’ Gecodia. Il-memo vvaluta s-sostitwibbiltà tal-portijiet ta’ Toulon, ta’ Marsilja u ta’ Nizza għall-merkanzija rmunkata lejn/minn Korsika mil-lat tad-domanda fuq il-bażi ta’ żewġ kriterji (il-kapaċità tal-portijiet li jaċċettaw it-traffiku inkwistjoni u l-kost addizzjonali meta t-traffiku jgħaddi minn port jew minn ieħor). Fil-paġna 36 tal-memo, Gecodia tikkonkludi kif ġej: “kwalunkwe ħtieġa għal servizz pubbliku se tiġi kkalkolata għall-[merkanzija rmunkata] kif ġej: filwaqt li 20 % tat-traffiku tal-merkanzija rmunkata fil-port ta’ Marsilja huwa strutturalment marbut ma’ dak il-port, dan ma jipprevjenix milli tinstab il-possibbiltà ta’ sostitwibbiltà parzjali bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali għal dan is-segment tas-suq jekk tiġi prodotta evidenza għal dak l-għan, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjoni pubblika usa’ mal-ispedituri u mat-trasportaturi tal-merkanzija. Il-bqija tat-traffiku huwa aggregat fil-portijiet ta’ Marsilja u ta’ Toulon”.

(179)  L-istudju 1 ta’ BRG jindika li l-merkanzija rmunkata mhux akkumpanjata timponi restrizzjonijiet sinifikanti ta’ loġistika fuq it-trasportatur tal-merkanzija, peress li jeħtieġ li tipprovdi vettura/trakk addizzjonali għall-ġbir tas-sewwieq li jkun ħalla t-trakk abbord il-bastiment jew jiġi jiġbru. B’riżultat ta’ dan, dan it-tip ta’ merkanzija rmunkata ma jistax faċilment jiġi ttrasferit minn port għal ieħor, għall-kuntrarju tal-merkanzija rmunkata akkumpanjata, li ma tinvolvix restrizzjonijiet bħal dawn.

(180)  L-istudju 2 ta’ BRG iqis li, fuq il-bażi tat-Tabelli 16 u 17 ippreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-proporzjonijiet medji tas-sewwieqa / LM tal-merkanzija rmunkata matul il-perjodu 2018-2020 huma ta’ 0,054 għar-rotta bejn Marsilja u Ajaccio (meta mqabbla ma’ 0,060 użata mill-awtoritajiet Franċiżi); 0,056 għar-rotta bejn Marsilja u Bastia (meta mqabbla ma’ 0,060 użata mill-awtoritajiet Franċiżi); 0,065 għar-rotta bejn Marsilja u Porto-Vecchio (meta mqabbla ma’ 0,070 użata mill-awtoritajiet Franċiżi); 0,082 għar-rotta bejn Marsilja u Propriano (meta mqabbla ma’ 0,1 użata mill-awtoritajiet Franċiżi) u 0,081 għar-rotta bejn Marsilja u L’Île-Rousse (meta mqabbla ma’ 0,080 użata mill-awtoritajiet Franċiżi).

(181)  Corsica Ferries tirreferi għas-sentenzi tat-18 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-92/11 RENV., Andersen vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:14, il-punt 57; tat-22 ta’ Ottubru 2008 fil-Kawżi Magħquda T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04, TV2/Danimarka u oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2008:457, il-punt 183; u tat-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-57/11, Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2014:1021, il-punt 136.

(182)  Is-sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-57/11, Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2014:1021, il-punt 34.

(183)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/123/oj). B’mod partikolari, l-Artikolu 14 jipprevedi li “L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom għal konformità ma’ xi waħda minn dawn li ġejjin: [...] l-involviment dirett jew indirett ta’ l-operaturi li jikkompetu, inkluż fi ħdan korpi konsultattivi, fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet oħrajn tal-awtoritajiet kompetenti, ħlief għall-korpi u assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet oħrajn li jaġixxu bħall-awtorità kompetenti; din il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna l-konsultazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, bħal kmamar tal-kummerċ jew imsieħba soċjali, dwar kwistjonijiet għajr applikazzjonijiet individwali għal awtorizzazzjoni, jew konsultazzjoni tal-pubbliku in ġenerali”.

(184)  Corsica Ferries tirreferi għas-sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża C-538/13, eVigilo Ltd vs Il-Litwanja, ECLI:EU:C:2015:166, il-punti 33-43 u 47.

(185)  Corsica Ferries tenfasizza li l-awtorità tal-kompetizzjoni nnotat, fil-punt 369 tal-opinjoni tagħha, li huwa “[...] diffiċli li wieħed jemmen li l-kumpaniji tat-tbaħħir attwalment fdati bis-servizz pubbliku, Corsica Linea u La Méridionale, ma jkunux jistgħu, bl-għodod kontabilistiċi analitiċi disponibbli għalihom, jivvalutaw il-kostijiet tagħhom fil-qafas tal-PSC, jipproponu stima oġġettiva tal-kapaċità li jistgħu joffru li kieku joperaw dawk l-istess rotot fil-qafas ta’ OSP jew mingħajr OSP”.

(186)  Corsica Ferries tipprovdi ittra mill-OTC datata l-31 ta’ Lulju 2023 (l-Anness 12 tal-kummenti tagħha) li tikkonferma t-tlestija ta’ 41 qsim mhux relatat mal-PSC fuq ir-rotta Marsilja-Propriano fis-sajf tal-2023 għat-trasport tal-passiġġieri u 28 qsim mhux relatat mal-PSC fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio (12-il qsim) u Marsilja-L’Île-Rousse (16-il qsim). Corsica Ferries tiddikjara li fl-2024 barra mill-PSCs Corsica Linea għamlet xejn anqas minn 114-il qsim.

(187)  Skont Corsica Ferries, La Méridionale ddeċidiet li minn April 2024 topera tliet servizzi billejl fil-ġimgħa bejn Toulon u L’Île-Rousse. La Méridionale espandiet ukoll is-servizzi tagħha barra mill-PSCs billi ppjanat 12-il qsim addizzjonali bejn Marsilja u Ajaccio f’Lulju u f’Awwissu 2024.

(188)  19-il vjaġġ bir-ritorn.

(189)  Ħames vjaġġi bir-ritorn.

(190)  Għaxar vjaġġi bir-ritorn.

(191)  Bħala sinteżi, il-premessa 326 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tiddikjara: “Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li wieħed mill-kuntratturi, Corsica Linea, kien joffri servizzi kummerċjali anċillari barra mill-qafas tal-PSCs bejn Lulju u Settembru 2023 (il-premessa 205) ma jikkostitwixxix evidenza li dak l-operatur kien b’mod ċar jipprovdi servizzi kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti mill-awtoritajiet Franċiżi skont il-PSCs fin-nuqqas ta’ dawk il-kuntratti, jew li dawk is-servizzi kienu fil-fatt jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fil-PSC”.

(192)  Bħala sinteżi, fil-premessa 343 tad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni nnotat li “l-ħtieġa li jintużaw bastimenti Ro-Pax (jiġifieri bastimenti li kapaċi jakkomodaw aktar minn 12-il passiġġier) ma hijiex obbligu inkluż fil-PSCs, li għall-kuntrarju jagħmilha possibbli li s-servizz jitħaddem bl-użu ta’ flotta li tgħaqqad Ro-Pax u Ro-Ro. Il-fatt li l-użu ta’ bastimenti Ro-Pax jista’ jkun aktar għali f’termini ta’ kostijiet kapitali u operatorji mill-bastimenti Ro-Ro huwa irrilevanti jekk il-ħtieġa għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-merkanzija tirriżulta f’numru ta’ passiġġieri (inklużi sewwieqa) li jagħmel l-użu ta’ bastimenti Ro-Pax neċessarju.”

(193)  Skont ir-Regolament 2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (il-Konvenzjoni “Solas”), bastiment tal-passiġġieri huwa wieħed li jġorr aktar minn 12-il passiġġier, filwaqt li bastiment tal-merkanzija huwa wieħed li ma huwiex bastiment tal-passiġġieri, jiġifieri b’kapaċità ta’ ġarr ta’ anqas minn 12-il passiġġier.

(194)  Corsica Ferries tikkwota l-paragrafu 348 tal-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni tas-17 ta’ Novembru 2020, li tiddikjara: “il-persistenza ta’ ċerti fatturi tispjega għaliex il-vantaġġ kompetittiv sinifikanti li jgawdu l-kuntratturi tas-servizz pubbliku jista’ jikkontribwixxi sabiex jagħtihom esklużività de facto fuq rotot bejn Marsilja u Korsika.”

(195)  L-istudju 3 ta’ BRG jiddikjara li, sabiex din il-klawżola tevita effetti straordinarji u kumpens żejjed, ikollha twassal għal żieda ex post fil-kostijiet allokati għall-attivitajiet kummerċjali sabiex il-profitt kummerċjali jerġa’ jinġieb lura għal-livell ta’ profitt raġonevoli.

(196)  Pereżempju, l-istudju 3 ta’ BRG jindika li l-flotta ta’ Corsica Ferries tinkludi bastimenti mdaħħlin fis-servizz aktar minn 50 sena ilu u li madwar id-dinja 31 % tal-bastimenti Ro-Pax għandhom aktar minn 40 sena u 17 % aktar minn 50 sena, skont id-data ta’ Corsica Ferries. B’kuntrast ma’ dan, l-istudju 3 ta’ BRG jindika li l-perjodu ta’ deprezzament tal-bastimenti u l-perjodu standard ta’ lokazzjoni huma ħafna iqsar. Għalhekk, il-kontijiet tal-2022 ta’ La Méridionale juru deprezzament ta’ 20 sena ta’ bastimenti u lokazzjoni ta’ 15-il sena għal wieħed mill-bastimenti fil-flotta tagħha.

(197)  L-istudju 3 ta’ BRG jissuġġerixxi li s-CFE(n) jiġi ssostitwit bis-CFE 2023 jew li I(2023) tiġi ssostitwita b’I(n) fil-formula fil-PSCs.

(198)  Corsica Ferries tiddikjara li kull waħda mill-ħames lottijiet kienet teħtieġ il-mobilizzazzjoni ta’ żewġ bastimenti sabiex iwettqu l-vjaġġi fissi bil-bastimenti previsti fil-PSCs, kif ukoll bastiment addizzjonali wieħed jew tnejn (skont il-lottijiet) sabiex ikunu jistgħu jwettqu, fi kwalunkwe ħin, il-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali fuq talba tas-CdC.

(199)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2012, SAG ELV Slovensko, C-599/10, ECLI:EU:C:2012:191, il-punt 40.

(200)  Il-premessi 419 u 423 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(201)  Il-Kunsill tal-Istat, l-24 ta’ Ġunju 2019, La Méridionale, Nru 429407.

(202)   ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(203)  L-istudju ta’ Analysis uża bħala sors il-paġna 87 tal-atlas tal-2015 tal-imħażen u taż-żoni loġistiċi fi Franza, disponibbli online fuq: https://www.statistiques.developpement-durable.gouv.fr/atlas-des-entrepots-et-des-aires-logistiques-en-france-en-2015 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(204)  Skont l-istudju ta’ Analysis, il-belt ta’ Salon-de-Provence hija ċ-ċentru ġeografiku (koordinati medji) tat-18-il żona loġistika kkonċentrata kollha studjati.

(205)  Sabiex jiġi kkalkolat il-vjaġġ bit-triq, l-istudju ta’ Analysis uża l-valuri ta’ referenza mis-simulatur tal-kostijiet tal-kumitat nazzjonali Franċiż tat-toroq (għall-kalkolu tal-kostijiet tas-sewqan fit-triq) u s-sit web Mappy (għall-kalkolu tad-distanzi). L-istudju ta’ Analysis iqis (i) il-kost tal-fjuwil (il-kost stmat tal-konsum tal-fjuwil ta’ EUR 0,319/km); (ii) il-kostijiet tal-pagi tas-sewwieq (il-kostijiet tal-persunal tas-sewqan għal kull siegħa ta’ ħin tas-servizz allokati lill-vettura jammontaw għal EUR 17,39/siegħa); (iii) il-kost tal-pedaġġi, (iv) il-kost tat-tkagħbir bl-użu, jiġifieri l-kostijiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija (il-kostijiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija tal-vetturi huma ta’ EUR 0,083/km); u (v) l-kost tat-tiswija tat-tajers (il-kost tat-tiswija tat-tajers hija ta’ EUR 0,025/km).

(206)  Il-kost tat-trasport ta’ merkanzija rmunkata miċ-ċentru ġeografiku tar-reġjun tal-PACA (Salon-de-Provence) hija ta’ EUR 116 lejn il-port ta’ Toulon meta mqabbel ma’ EUR 41,14 għall-port ta’ Marsilja. Għalhekk, skont l-istudju ta’ Analysis, meta wieħed jgħaddi minn Toulon minflok minn Marsilja, il-kostijiet tat-trasport fuq l-art jiġu mmoltiplikati b’medja ta’ 2,8.

(207)  L-istudju ta’ Analysis inkluda wkoll fil-kalkoli tiegħu l-kost tat-trasport marittimu, iżda kkunsidra li l-prezz tat-trasport marittimu kien l-istess minn Toulon u minn Marsilja, jiġifieri EUR 40 għal kull metru lineari minn bnajka sa bnajka (EUR 640 għal kull trakk, jekk wieħed jassumi tul medju tat-trakk ta’ 16-il metru). Għalhekk, il-kost tat-trasport marittimu huwa ta’ żero għal din l-analiżi.

(208)  L-istudju ta’ Analysis jinnota li l-limitu użat fil-PSCs spiss ikun anqas mill-volum massimu ta’ merkanzija mhux sostitwibbli ttrasportata kull xahar minn Corsica Linea: dan huwa l-każ għal sitta mit-tnax-il xahar tal-2023 għar-rotta Marsilja-Bastia, u ħamsa mit-tnax-il xahar tal-2023 għar-rotta Marsilja-Ajaccio.

(209)  Skont l-istudju ta’ Analysis, vjaġġ f’direzzjoni waħda minn Propriano jew mill-madwar tiegħu lejn il-port ta’ Ajaccio kieku jġarrab kostijiet addizzjonali stmati tas-sewqan fit-triq ta’ madwar EUR 8,00, b’kostijiet tal-fjuwil ta’ EUR 1,99 għal kull litru għal karozza żgħira li tikkonsma 5,2 litru /100 km.

(210)  Fuq dan il-punt, Corsica Linea tenfasizza li, kif previst fl-Artikoli 17 u 18 tal-PSCs, il-kumitati tekniċi ta’ monitoraġġ huma responsabbli sabiex iqisu l-okkorrenza ta’ ħtieġa speċifika li tkun tiġġustifika l-implimentazzjoni ta’ dawn l-għodod sabiex jadattaw is-servizzi marittimi fil-forma ta’ vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u dawk addizzjonali, u kwalunkwe kunflitt fl-użu tal-flotta tal-kuntrattur.

(211)  Corsica Linea ssemmi li l-bastiment Paglia Orba inizjalment kellu kabina waħda għall-PMM. Madankollu, f’konformità mal-impenn meħud minn Corsica Linea matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt, dan il-bastiment (i) kellu jiġi ssostitwit b’wieħed mis-seba’ bastimenti l-oħrajn fil-flotta assenjata lis-servizz f’każ li żewġ kabini għall-PMM kienu meħtieġa għas-servizz pubbliku f’konformità mal-Artikolu 20 tal-PSCs u (ii) kien mgħammar malajr b’kabina oħra għall-PMM permezz ta’ rinnovazzjoni. F’dak ir-rigward, Corsica Linea tirreferi għas-sentenza tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia tad-19 ta’ Marzu 2019 (Société La Méridionale, Nru 1900289), li rrikonoxxiet il-possibbiltà li jittieħed “ impenn ta’ konformità ” sabiex jiġi implimentat il-kuntratt. Din il-konformità issa nkisbet, bir-riżultat li Paglia Orba issa għandha żewġ kabini għall-PMM.

(212)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-każijiet SA.48119 – Il-Kroazja – Croatian Ferries PSO (ĠU C 339, 21.9.2018, p. 1) u SA.49523 – Il-Kroazja – Croatian Ferries PSO 3 (ĠU C 339, 21.9.2018, p. 2).

(213)  Ara n-nota 25 f’qiegħ il-paġna.

(214)  Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj?locale=mt).

(215)  Ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj?locale=mt).

(216)  Is-Sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Iliad, T-325/10, ECLI:EU:T:2013:472, il-punti 240-254.

(217)  Corsica Linea tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni EU) 2022/1328 tat-30 ta’ Settembru 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun ta’ Lazio għal Laziomar u l-akkwirent tagħha CLN (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 154, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1328/oj), il-paragrafi 484 u dawk segwenti.

(218)  F’dan ir-rigward, Corsica Linea tinnota li l-Artikolu 2 tal-PSCs jirreferi b’mod espliċitu għad-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

(219)  L-avviż tal-għoti ta’ konċessjoni ta’ servizz, ĠU S 15/2023.

(220)  La Méridionale tispeċifika li l-kummenti tagħha japplikaw biss għall-PSCs mogħtijin lilha individwalment jew flimkien ma’ Corsica Linea.

(221)  Ir-rapport ta’ Deloitte jirreferi għall-mapep mis-sit web ta’ Upply (kumpanija li tispeċjalizza fit-trasport tal-merkanzija, b’mod partikolari bit-triq), bid-data tal-4 ta’ Lulju 2019 u disponibbli fuq: market-insights.upply.com/en/the-real-map-of-the-major-hinterlands-for-container-shipping (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024), u mill-Aġenzija għall-Ippjanar Urban ta’ Marsilja mir-rapport Logistics in the PACA Region – Diagnostics and Challenges (Jannar 2019), disponibbli fuq: https://doc.agam.org/doc_num.php?explnum_id=9580 (p. 16) (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(222)  La Méridionale tirreferi (i) għar-rapport Logistics in the PACA Region – Diagnostics and Challenges tal-Aġenzija għall-Ippjanar Urban ta’ Marsilja (Jannar 2019), disponibbli fuq: https://doc.agam.org/doc_num.php?explnum_id=9580 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024) u (ii) għal studju datat it-18 ta’ Ġunju 2020 imwettaq minn konsulent f’isem is-CCI ta’ Var, bħala parti minn missjoni sabiex jiġu studjati l-flussi tal-enerġija fil-portijiet madwar il-bajja ta’ Toulon u ż-żona interna tagħha, li jindika li ż-żona ta’ klijentela tal-port ta’ Toulon hija limitata għaż-żona bejn l-ibliet ta’ Bandol, ta’ Signes u ta’ Hyères (studju disponibbli fuq: 0acf6059-3ee3-be1e-1214-59847ece5a39 (interreg-maritime.eu) (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024). Skont La Méridionale, l-illustrazzjoni fil-p. 5 tat-tieni studju turi b’mod ċar li l-port taż-żona ta’ klijentela ta’ Toulon jinkludi biss it-tliet parks kummerċjali ewlenin qrib il-port, jiġifieri: il-park kummerċjali ta’ Signes, iċ-ċentru kummerċjali tal-Punent ta’ Toulon u l-park kummerċjali tal-Lvant ta’ Toulon.

(223)  Skont ir-rapport ta’ Deloitte, żona loġistika kkonċentrata hija waħda li fiha kull maħżen tal-komponenti jew pjattaforma loġistika ta’ aktar minn 5 000 m2 tkun anqas minn żewġ kilometri minn oħra. Kull żona loġistika tikkonsisti f’tal-anqas tlett imħażen jew pjattaformi loġistiċi ta’ aktar minn 5 000 m2.

(224)  Skont ir-rapport ta’ Deloitte, żona loġistika estiża hija waħda li fiha kull maħżen jew pjattaforma loġistika ta’ aktar minn 5 000 m2 tkun anqas minn sitt kilometri ’l bogħod minn oħra. Kull żona loġistika tikkonsisti f’tal-anqas tlett imħażen jew pjattaformi loġistiċi ta’ aktar minn 5 000 m2.

(225)  Atlas tal-imħażen u taż-żoni loġistiċi fi Franza fl-2015, disponibbli fuq: https://www.statistiques.developpement-durable.gouv.fr/atlas-des-entrepots-et-des-aires-logistiques-en-france-en-2015 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(226)  Ir-rapport ta’ Deloitte jirreferi għad-data mill-kumitat nazzjonali tat-toroq għall-2019, li skont din il-kost annwali ta’ trakk ta’ 40 tunnellata ta’ distanzi twal huwa ta’ EUR 1,13/km. Dan jinkludi l-kost ta’ sewwieq, il-kost tas-sjieda u tal-finanzjament tal-vettura, il-kost tal-fjuwil, tat-tajers, tal-manutenzjoni, tal-pedaġġi u tal-vinjetti, u l-kostijiet tal-assigurazzjoni u t-taxxi fuq il-vetturi.

(227)  Skont ir-rapport ta’ Deloitte, Corsica Ferries indikat li, fin-nuqqas ta’ PSC, hija żżid b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħha f’Toulon minn medja ta’ 397 112-il LM fis-sena matul il-perjodu 2016-2019 għal medja ta’ 2 675 288 LM fis-sena matul il-perjodu 2023-2028, jiġifieri żieda ta’ 574 % fl-offerta tagħha.

(228)  Ir-rapport ta’ Deloitte jikkalkola din ir-rata ta’ okkupazzjoni fuq il-bażi tan-numru medju annwali ta’ metri lineari ttrasportati minn Corsica Ferries bejn l-2016 u l-2019 (397 112-il LM), li jikkorrispondi għal rata ta’ okkupazzjoni kurrenti ta’ 80 % għall-port ta’ Toulon skont is-CCI ta’ Var, u l-medja annwali ddikjarata minn Corsica Ferries bejn l-2023 u l-2028 (2 675 288 LM), li tikkorrispondi għal okkupazzjoni ta’ 539 % tal-port ta’ Toulon.

(229)  Ir-rapport ta’ Deloitte juri li, fl-2021, kważi terz tal-qsim operat minn La Méridionale bejn Marsilja u Ajaccio diġà qabeż il-kapaċitajiet minimi ta’ twettiq tal-merkanzija stabbiliti fil-PSCs. Fl-2022, dan kien il-każ għal 40 % tal-qsim operat minn La Méridionale bejn Marsilja u Ajaccio.

(230)  Skont ir-rapport ta’ Deloitte, il-kapaċità minima għas-sewwieqa tal-merkanzija rmunkata stabbilita fil-PSCs intlaħqet jew inqabżet fuq 40 % tal-qsim operat minn La Méridionale fl-2021 u fuq 43 % fl-2022 bejn Marsilja u Ajaccio.

(231)  La Méridionale tirreferi għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1328, il-paragrafi 484 u dawk segwenti.

(232)  F’dak ir-rigward, La Méridionale tinnota li l-Artikolu 2 tal-PSCs jirreferi b’mod espliċitu għad-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

(233)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/448 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja għal Siremar u l-akkwirenta tagħha Società Navigazione Siciliana (ĠU L 97, 24.3.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/448/oj).

(234)  Ara n-nota 141 f’qiegħ il-paġna.

(235)  L-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

(236)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), COM(2014) 232 final, 22.4.2014.

(237)  Is-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM I u SNCM II, ibid.

(238)  Il-limitu tal-kapaċità huwa stmat għal 80 trakk kuljum matul is-sena, ħlief f’Lulju u f’Awwissu, meta l-limitu tal-kapaċità huwa stmat għal 40 trakk kuljum minħabba ż-żieda fit-traffiku tal-passiġġieri u tal-vetturi ħfief fix-xhur tas-sajf.

(239)  Il-qorti amministrattiva osservat, fost l-oħrajn, li l-file tal-offerti kien jinkludi dokumenti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi marittimi bejn Korsika u Franza kontinentali, bħar-rapporti annwali tal-kuntratturi għall-2017, għall-2018 u għall-2019, li jistabbilixxu analiżi tal-kwalità tas-servizzi.

(240)  Is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, ECLI:EU:C:1998:303, u s-sentenza tat-23 ta’ April 1991 , Höfner u Elser, C-41/90, ECLI:EU:C:1991:161, il-punt 21.

(241)  Is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-punt 7; is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, ibid., il-punt 36.

(242)  Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais, T-267/08 and T-279/08, ECLI:EU:T:2011:209, il-punt 108.

(243)   Id., il-punt 109.

(244)  Is-sentenza tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni, C-301/87, ECLI:EU:C:1990:67, il-punti 44-45.

(245)  Is-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-punti 87-93.

(246)   ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(247)  Il-Komunikazzjoni tal-SGEI, il-paragrafu 68.

(248)  Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.

(249)  Ara s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(250)  Ara r-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

(251)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1589/oj?locale=mt).

(252)  Is-sentenza tal-21 ta’ Lulju 2016, Dilly’s Wellnesshotel, C-493/14, ECLI:EU:C:2016:577, il-punti 37 u 38; is-sentenza tal-5 ta’ Marzu 2019, Eesti Pagar AS, C-349/17, ECLI:EU:C:2019:172, il-punt 60.

(253)  Għal interpretazzjoni b’analoġija, ara s-sentenza tad-19 ta’ Ottubru 2023, SAD Trasporto locale, C-186/22, ECLI:EU:C:2023:795, il-punti 23-29, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regolament li jeżenta minn notifika għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport fuq l-art.

(254)  Is-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2011, Regione autonoma della Sardegna, T-394/08, ECLI:EU:T:2011:493, il-punt 190.

(255)  Is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Stichting Woonlinie, T-202/10 RENV II u T-203/10 RENV II, ECLI:EU:T:2018:795, il-punti 79-83.

(256)  Is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM I, ibid.

(257)  Is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM II, ibid.

(258)  Is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM II, il-punt 134.

(259)  Is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM II, il-punt 135.

(260)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 283.

(261)  300 tweġiba kienu jikkonċernaw b’mod partikolari r-rotta Marsilja-Propriano.

(262)   https://www.vie-publique.fr/questions-reponses/269387-les-sondages-dopinion-foire-aux-questions-faq (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).

(263)  In-nota 78 f’qiegħ il-paġna.

(264)  Minbarra l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla f’Korsika u l-frekwenza tal-qsim, il-Kummissjoni tinnota mill-konsultazzjoni tal-utenti li l-passiġġieri residenti u mhux residenti (i) għandhom l-istess ħtiġijiet għall-ivvjaġġar bil-karozza u b’kabina u (ii) għandhom l-istess preferenzi għall-frekwenzi tal-qsim tal-baħar bejn Marsilja u Korsika.

(265)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru, ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3, il-punt 2.2.

(266)  Din il-konklużjoni tidher ukoll li hija kondiviża fl-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, il-paragrafi 297-305.

(267)  Peress li s-sostitwibbiltà bejn il-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza ma hijiex rilevanti għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma hijiex se tikkummenta dwar dan il-punt, speċjalment peress li l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdew l-ebda evidenza sabiex jivvalutaw dik is-sostitwibbiltà.

(268)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 300.

(269)  F’dan ir-rigward, jenħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-kwestjonarju sottomess bħala parti mill-konsultazzjoni mal-utenti kien jinkludi mistoqsijiet dwar l-użu tas-servizzi tat-trasport marittimu fuq ir-rotta kollha (pereżempju Marsilja-Ajaccio), u b’hekk tqiesu l-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti kemm meta jitilqu minn jew jaslu fil-port ta’ Marsilja, kif ukoll meta jitilqu minn jew jaslu fil-portijiet ta’ Korsika. B’mod simili, il-mistoqsijiet dwar is-sostitwibbiltà bejn it-trasport bl-ajru u dak marittimu kienu jikkonċernaw ukoll utenti li jitilqu minn Franza kontinentali jew minn Korsika. Għalhekk, il-kwistjoni tas-sostitwibbiltà ġeografika tal-portijiet ta’ Korsika kienet l-uniku punt nieqes mill-konsultazzjoni mal-utenti u mir-rapport ta’ Gecodia, iżda ma jistax jiġi konkluż, fuq il-bażi tal-evidenza sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi, li ommissjoni bħal din tikkostitwixxi żball manifest ta’ valutazzjoni.

(270)  Barra minn hekk, Corsica Ferries issostni li Grosseto-Prugna, li tinsab f’nofs triq bejn Ajaccio u Propriano, tinsab 40 minuta minn Ajaccio u 45 minuta minn Propriano. Għalhekk, il-ħin totali tal-ivvjaġġar huwa stmat għal 85 minuta, jiġifieri siegħa u 25 minuta.

(271)  Pereżempju, jekk wieħed jassumi li żewġ infrastrutturi huma kważi 400 km ’il bogħod minn xulxin, l-utenti li jinsabu f’nofshom (jiġifieri 200 km mit-tnejn) jistgħu jqisuhom bħala sostitwibbli, jekk mill-bqija kollox ikun l-istess. Madankollu, dan ma jfissirx li ż-żewġ infrastrutturi huma sostitwibbli għal dik ir-raġuni biss.

(272)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 301.

(273)  Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-data għall-2022 kienet għadha ma hijiex disponibbli meta l-awtoritajiet Franċiżi wettqu l-analiżijiet tagħhom tal-ħtieġa ta’ servizz pubbliku.

(274)  Kif iddikjarat fl-Artikolu R.322-10-7 tas-CSS iċċitat minn Corsica Ferries, “il-kostijiet tat-trasport pubbliku mġarrbin minn persuna li takkumpanja persuna assigurata jew benefiċjarju huma koperti meta l-kundizzjoni ta’ dan tal-aħħar tkun teħtieġ l-assistenza ta’ parti terza jew ikun taħt l-età ta’ 16-il sena”. Ma huwiex manifestament żbaljat li f’dawn iċ-ċirkostanzi jiġi kkunsidrat li persuni li għandhom aktar minn 75 sena jew taħt l-età ta’ 19-il sena jkunu akkumpanjati sistematikament, billi dawk iż-żewġ gruppi ta’ età huma partikolarment probabbli li jirċievu assistenza minn parti terza meta jivvjaġġaw.

(275)  L-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fil-premessa 20, il-paragrafu 295.

(276)  It-terminali ta’ Brégaillon ma jammettux passiġġieri u t-terminal Seyne-sur-Mer huwa riżervat għall-bastimenti tal-kruċiera.

(277)  Il-kritika ta’ Corsica Ferries hija relatata man-nuqqas ta’ kwestjonarji għar-rotot minn Toulon u minn Nizza.

(278)  […].

(279)  Pereżempju […].

(280)  Kif indikat fit-Table 3, it-traffiku tal-merkanzija bejn Korsika u Franza kontinentali ammonta għal 2,2 miljun LM. Kif indikat fit-Table 20, Corsica Ferries kellha l-ħsieb li ġġib fis-suq kapaċità ta’ trasport ta’ kważi 3,3 miljun LM bejn l-2023 u l-2030 (fin-nuqqas tal-miżuri), u b’hekk ikkonfermat li l-kumpanija kienet tidher li qiegħda tantiċipa żieda fit-traffiku.

(281)  Dwar dan, ara s-sentenza tal-20 ta’ Frar 2001, Analir, C-205/99, ECLI:EU:C:2001:107, il-punt 66.

(282)   Id., il-punt 38.

(283)   Id., il-punt 65.

(284)  Ara t-Taqsima 5.3.1 tal-komunikazzjoni interpretattiva dwar ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ.

(285)  Bħala sinteżi, id-domanda medja għal kull qsim, antiċipata għall-perjodu 2023-2030, hija kkalkolata bħala l-ħtieġa annwali tas-servizz pubbliku (Table 21) diviża bil-vjaġġi bir-ritorn annwali previsti fil-PSCs (Table 23).

(286)  Kif spjegat mill-awtoritajiet Franċiżi, din il-varjazzjoni fid-domanda għat-traffiku tal-merkanzija tirrifletti d-domanda reali mit-trasportaturi tal-merkanzija, li jfisser li t-trasport marittimu normalment iseħħ fid-data mitluba mit-trasportaturi tal-merkanzija, bl-operaturi marittimi li ftit li xejn għandhom lok sabiex ibiddlu d-data tas-servizz tat-trasport mitlub mill-utenti. Fir-rigward tal-merkanzija, proporzjon kbir tal-merkanzija destinata għal Korsika hija maħsuba sabiex tforni lis-supermarkets ta’ Korsika, b’mod partikolari bi prodotti friski. Dawn l-oġġetti jitħassru u għalhekk iridu jiġu kkonsenjati f’ħin speċifiku. Għalhekk, il-prenotazzjonijiet għal spazju abbord isiru minn ftit qabel, l-aktar spiss dakinhar stess tat-tluq, u mhux qabel ftit jiem bil-quddiem. Għal ċerti oġġetti (materjali li ma jitħassrux, makkinarju industrijali ta’ daqs kbir ħafna, tneħħijiet), il-prenotazzjoni tista’ ssir aktar minn ġimgħa bil-quddiem, iżda din is-sitwazzjoni hija ħafna aktar rari skont l-awtoritajiet Franċiżi.

(287)  Il-Kummissjoni tindika li, kif iddikjarat fil-komunikazzjoni dwar il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu, fil-qasam tal-kabotaġġ marittimu, id-durata tal-kuntratti pubbliċi ta’ servizz jenħtieġ li tkun limitata għal perjodu raġonevoli u mhux twil wisq, normalment sa 6 snin (Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2004) 43 — Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3), il-punt 9). Minkejja dan, il-komunikazzjoni interpretattiva, li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà sabiex jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu, tiddikjara li: “l-esperjenza tal-Kummissjoni mill-2003 ’l hawn uriet li f’ċerti każijiet, il-limitu ta’ 6 snin jiskoraġġixxi lis-sidien tal-bastimenti milli jippreżentaw l-offerti tagħhom, minħabba li dan it-tul ta’ żmien iqisuh bħala li hu qasir wisq biex l-investimenti fl-operat tas-servizz jiġu rkuprati. Bl-istess mod, l-awtoritajiet pubbliċi jistqarru wkoll li l-kuntratti b’durata qasira jistgħu jiskoraġġixxu lis-sidien ta’ bastimenti milli jagħmlu investimenti aktar sostanzjali, u dan ixekkel l-innovazzjoni u jnaqqas il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità tas-servizz. [...] Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li kuntratti ta’ servizz pubbliku li jdumu għal aktar minn ħames (f’każ li l-kuntratt ikun konċessjoni skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet) jew 6 snin jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-proporzjonalità sakemm dawn (1) ikunu ġustifikati minn kriterji oġġettivi, bħal pereżempju l-ħtieġa li jiġu rkuprati l-investimenti li jkunu saru fl-operat tas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu taħt kundizzjonijiet normali ta’ operat (eż. investimenti f’bastimenti jew f’infrastruttura) (2) u ma jwasslux għal esklużjoni mis-suq. Mingħajr preġudizzju għal analiżi każ b’każ, skont l-esperjenza tal-Kummissjoni, u skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi, kuntratti ta’ durata ta’ 12-il sena jistgħu jkunu ġustifikati sabiex ikun jista’ jsir deprezzament ta’ parti sinifikanti tal-ispejjeż ta’ lanċa medjament ġdida, filwaqt li jiġi permess li jkun hemm tħaddim tajjeb tas-suq.”

(288)  Id-Direttiva (UE) 2023/959, ibid.

(289)  Ir-Regolament (UE) 2023/1805, ibid.

(290)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2018 dwar il-każijiet SA.48119 (2017/N) u SA.49523 (2017/N) – Il-Kroazja – SGEI – it-trasport pubbliku marittimu kostali skedat fuq ir-rotot tal-laneċ tal-passiġġieri Nri 431, 432, 632 u 635, C(2018) 4375 final (ĠU C 339, 21.9.2018, p. 1).

(291)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/448.

(292)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/111/oj?&locale=mt).

(293)  It-Taqsima 5.4.1.

(294)  It-Taqsima 5.4.2.

(295)  Corsica Ferries targumenta wkoll li r-rekwiżit li jiġu mmobilizzati bastimenti Ro-Pax kien jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul (il-premessa 517). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpaniji li kienu joperaw servizzi lejn Korsika bejn l-2015 u l-2022, inkluża Corsica Ferries, għandhom bastimenti ta’ daqs kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-PSCs kurrenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-kapaċità meħtieġa fil-PSCs huma ġġustifikati minn ħtieġa ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fit-Taqsimiet 7.3.2.1.1.3, 7.3.2.1.2.3 u 7.3.2.1.3.3. Għalhekk, dawk il-kundizzjonijiet ma setgħux jikkostitwixxu ostaklu għad-dħul.

(296)  Id-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet, l-Artikolu 39.

(297)  Is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2017, SNCM II, ibid.

(298)  Il-Kunsill tal-Istat, l-24 ta’ Ġunju 2019, La Méridionale, Nru 429407, il-paragrafu 3.

(299)  Il-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia, id-19 ta’ Marzu 2019, La Méridionale, Nru 1900289, il-paragrafu 12.

(300)  Kif imsemmi fil-premessa 1055, il-fatt li d-detenturi tal-konċessjoni jipproponu dati għal vjaġġi bir-ritorn bħal dawn ma għandu l-ebda impatt fuq l-għażla tad-dati reali li fl-aħħar mill-aħħar jitħallew f’idejn l-awtorità kontraenti.

(301)  Il-verżjoni formalizzata tal-Anness 1 għal-Lott 4, li l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni, kellha żewġ paġni niqsin. Madankollu, il-Kummissjoni rnexxielha ssib u tikkonferma l-informazzjoni nieqsa f’dokumenti tal-offerta oħrajn (l-Annessi 2 u 3).

(302)  L-inġunzjoni tal-Qorti Amministrattiva ta’ Bastia tal-20 ta’ Lulju 2022, il-premessa 12.

(303)  Corsica Ferries tqis li fit-tweġibiet tiegħu l-OTC kien indika li l-Anness 1 kien rekwiżit minimu (il-premessa 529). Madankollu, l-OTC irrefera biss għad-dokumenti tal-offerta.

(304)  Li kieku kienu neċessarji flotot speċifiċi għall-vjaġġi bir-ritorn li jistgħu jiġu skedati mill-ġdid u għal dawk addizzjonali, dan kien jirriżulta f’kost addizzjonali għal dawk il-flotot li ma jkunx kompatibbli mal-kumpens massimu għall-kostijiet relatati mal-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(305)  It-Taqsima 5.3.2.

(306)  It-Taqsima 5.3.2.1.

(307)  It-Taqsima 5.3.2.2.

(308)  Il-profitt raġonevoli jiġi vvalutat minn perspettiva ex ante (fuq il-bażi tal-profitti mistennijin pjuttost milli fuq il-profitti realizzati) sabiex ma jitneħħewx l-inċentivi għall-impriża sabiex iżżid l-effiċjenza tagħha meta twettaq attivitajiet barra mill-SGEI.

(309)  Is-Sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA, T-289/03, ECLI:EU:T:2008:29, il-punti 220 u 222.

(310)  Il-Kummissjoni tinnota li f’każ ta’ domanda għolja, il-bastimenti użati minn Corsica Linea u minn La Méridionale fuq ir-rotot bejn Marsilja u Ajaccio, Bastia, L’Île-Rousse u Porto-Vecchio jenħtieġ li jintużaw kważi kollha kemm huma (madwar 90 % tal-kapaċità tal-merkanzija tal-bastiment tintuża fl-eqqel perjodi).

(311)  Id-Deċiżjoni 2013/435/UE.

(312)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar il-miżura SA.14588 (C 20/09) implimentat mill-Belġju favur De Post – La Poste (issa “bpost”) (ĠU L 170, 29.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/321/oj); id-deċiżjoni tal-1 ta’ Awwissu 2014 fil-każ SA.35608 – Hellenic Post – Il-kumpens għall-finanzjament tas-servizz postali universali (ĠU C 348, 3.10.2014, p. 48); u d-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 fil-każ SA.41702 – L-Irlanda – Skema li tirrendi r-riskji ekwivalenti (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 2).

(313)  Din il-metodoloġija ġiet applikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/348 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun tat-Toskana għal Toremar u għall-akkwirent tagħha Moby (ĠU L 64, 2.3.2022, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/348/oj).

(314)  L-istima tad-domanda għall-merkanzija hija bbażata fuq data storika (il-premessa 224), li turi li l-merkanzija rmunkata kienet tirrappreżenta biss madwar 20 % tal-merkanzija totali ttrasportata bejn Marsilja u Korsika bejn l-2016 u l-2020 (il-premessa 54). Minħabba li 20 % tad-domanda għall-merkanzija rmunkata hija meqjusa bħala sostitwibbli bejn Marsilja u Toulon, b’mod kumplessiv 4 % biss tad-domanda totali għall-merkanzija hija meqjusa sostitwibbli bejn Marsilja u Toulon.

(315)  Għar-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi, ara l-link li ġejja: https://www.isula.corsica/Synthese-des-resultats-des-consultations-publiques-sur-le-transport-maritime-entre-la-Corse-et-le-continent-francais_a4936.html?preview=1 (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024) u għall-punti l-oħrajn, il-link li ġejja: https://www.isula.corsica/assemblea/docs/rapports/2022E6370-.pdf (aċċessata fit-18 ta’ Ottubru 2024).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2453/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)