|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2449 |
5.12.2025 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449
tal-4 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) għandhom l-għan jiżguraw li l-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ispeċijiet tal-ħxejjex li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“CPVO”, Community Plant Variety Office). B’mod partikolari, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw il-konformità mar-regoli li jikkonċernaw (i) il-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami; u (ii) ir-rekwiżiti minimi għat-twettiq tal-eżami ta’ ċerti varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli u tal-ħxejjex. Għall-ispeċijiet mhux koperti mill-protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi għandhom l-għan jiżguraw il-konformità mal-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (“UPOV”, International Union for Protection of New Varieties of Plants). |
|
(2) |
Is-CPVO aġġorna l-protokolli eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, għar-ross, għall-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, għall-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, għall-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), għall-kaboċċi Ċiniżi, għat-tadam u għall-ispinaċi. Jenħtieġ li dawk l-aġġornamenti jiġu riflessi fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-linja gwida tal-UPOV għal-lift tan-nevew (TG/185/3) ġiet sostitwita bil-protokoll tas-CPVO TP/185/1 elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2003/90/KE. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-linja gwida titneħħa mill-Anness II ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati kif xieraq. |
|
(5) |
Jenħtieġ li r-regoli l-ġodda japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026 sabiex il-korpi uffiċjali responsabbli jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda għall-eżamijiet uffiċjali. Madankollu, biex ma jitħarbtux l-eżamijiet, għall-varjetajiet li ma jkunx għadhom ġew aċċettati biex jiddaħħlu fil-Katalgu Komuni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli jew tal-ħxejjex, jenħtieġ li l-eżamijiet uffiċjali mibdija iżda mhux finalizzati qabel l-1 ta’ Lulju 2026 jissoktaw isiru f’konformità mad-Direttiva 2003/90/KE jew mad-Direttiva 2003/91/KE kif kienu japplikaw qabel ġew emendati b’din id-Direttiva. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi tad-Direttiva 2003/90/KE
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-Parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Emendi tad-Direttiva 2003/91/KE
L-Anness I tad-Direttiva 2003/91/KE huwa sostitwit bit-test fil-Parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Għall-eżamijiet uffiċjali tal-varjetajiet mibdija iżda mhux finalizzati qabel l-1 ta’ Lulju 2026, għandhom japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE kif kienu qabel ġew emendati b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/53/oj.
(2) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/55/oj.
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/90/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/91/oj).
ANNESS
PARTI A
”ANNESS I
Lista tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO (1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
|
Dactylis glomerata L. |
Dekkuka |
TP 31/1 tal-25.3.2021 |
|
Festuca arundinacea Schreb. |
Żwien tar-ragħa |
TP 39/1 tal-1.10.2015 |
|
Festuca filiformis Pourr. |
Żwien tan-nagħaġ tal-werqa fina |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca ovina L. |
Żwien tan-nagħaġ |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca pratensis Huds. |
Żwien tal-mergħat |
TP 39/1 tal-1.10.2015 |
|
Festuca rubra L. |
Żwien aħmar |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Festuca trachyphylla (Hack.) Hack. |
Żwien iebes |
TP 67/1 tat-23.6.2011 |
|
Lolium multiflorum Lam. |
Sikrana Taljana |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Lolium perenne L. |
Sikrana perenni |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Lolium x hybridum Hausskn. |
Sikrana ibrida |
TP 4/2 tad-19.3.2019 |
|
Medicago sativa L. |
Nefel |
TP 6/1 Rett. tat-22.12.2021 |
|
Medicago x varia T. Martyn |
Nefel ibridu |
TP 6/1 Rett. tat-22.12.2021 |
|
Phleum nodosum L. |
Mustaċċ il-qattus |
TP 34/1 tat-22.12.2021 |
|
Phleum pratense L. |
Denb il-qattus |
TP 34/1 tat-22.12.2021 |
|
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli |
TP 7/2 Rev. 3 Rett. tas-6.3.2020 |
|
Poa pratensis L. |
Mellieġ taz-zokk lixx |
TP 33/1 tal-15.3.2017 |
|
Trifolium pratense L. |
Xnien aħmar |
TP 5/1 Rev. tat-13.2.2025 |
|
Vicia faba L. |
Ful |
TP 8/1 tad-19.3.2019 |
|
Vicia sativa L. |
Ġilbiena sewda |
TP 32/1 tad-19.4.2016 |
|
Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb. |
Lift tal-Iżvezja |
TP 89/1 Rev. tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) Alef. var. medullosa Thell. |
Kaboċċi għall-magħlef (kaboċċi medulla) |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) Alef. var. viridis L. |
Kaboċċi għall-magħlef (kaboċċi ħodor) |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. |
Ravanell żejtni |
TP 178/1 tal-15.3.2017 |
|
Brassica napus L. (partim) |
Kolza |
TP 36/4 tal-31.3.2025 |
|
Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs |
Lift tan-nevew |
TP 185/1 tal-31.3.2025 |
|
Cannabis sativa L. |
Qanneb |
TP 276/2 Rev. tat-30.12.2022 |
|
Glycine max (L.) Merr. |
Fażola tas-sojja |
TP 80/1 tal-15.3.2017 |
|
Gossypium spp. |
Qoton |
TP 88/2 tal-11.12.2020 |
|
Helianthus annuus L. |
Ġirasol |
TP 81/1 tal-31.10.2002 |
|
Linum usitatissimum L. |
Kittien/Żerriegħa tal-kittien |
TP 57/2 tad-19.3.2014 |
|
Sinapis alba L. |
Mustarda bajda |
TP 179/1 tal-15.3.2017 |
|
Avena nuda L. |
Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq |
TP 20/3 tas-6.3.2020 |
|
Avena sativa L. (includes A. byzantina K. Koch) |
Ħafur u Ħafur Aħmar |
TP 20/3 tas-6.3.2020 |
|
Hordeum vulgare L. |
Xgħir |
TP 19/5 tad-19.3.2019 |
|
Oryza sativa L. |
Ross |
TP 16/4 tat-23.5.2025 |
|
Secale cereale L. |
Segala |
TP 58/1 Rev. Rett. tas-27.4.2022 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor |
Sorgu |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse |
Ħaxix tas-Sudan |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor sottospeċi bicolor ma’ Sorghum bicolor sottospeċi drummondii |
TP 122/1 tad-19.3.2019 |
|
xTriticosecale Wittm. ex A. Camus |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Triticum ma’ speċi tal-ġeneru Secale |
TP 121/3 Rett. tas-27.4.2022 |
|
Triticum aestivum L. subsp. aestivum |
Qamħ |
TP 3/5 tad-19.3.2019 |
|
Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren |
Qamħ durum |
TP 120/3 tad-19.3.2014 |
|
Zea mays L. (partim) |
Qamħirrum |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
|
Solanum tuberosum L. |
Patata |
TP 23/4 tat-28.11.2023 |
ANNESS II
Lista tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV (1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
|
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-foraġġ |
TG/150/3 tal-4.11.1994 |
|
Agrostis canina L. |
Agrostide kanina |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Agrostis gigantea Roth |
Agrostide ġganta |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Agrostis stolonifera L. |
Agrostide rampikanti |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Agrostis capillaris L. |
Agrostide komuni |
TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Bromus catharticus Vahl |
Ħurtan Perenni |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
|
Bromus sitchensis Trin. |
Bromu tal-Alaska |
TG/180/3 tal-4.4.2001 |
|
xFestulolium Asch. et Graebn. |
Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Festuca ma’ speċi tal-ġeneru Lolium |
TG/243/1 tad-9.4.2008 |
|
Lotus corniculatus L. |
Għantqux |
TG/193/1 tad-9.4.2008 |
|
Lupinus albus L. |
Lupina bajda |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupinus angustifolius L. |
Lupina b’weraq dojoq |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupinus luteus L. |
Lupina safra |
TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Medicago doliata Carmign. |
Nefel tal-fergħa dritta |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago italica (Mill.) Fiori |
Nefel tal-midalja |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago littoralis Rohde ex Loisel. |
Nefel tax-xtut |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago lupulina L. |
Xnien |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago murex Willd. |
Nefel tal-globu |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago polymorpha L. |
Nefel komuni |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago rugosa Desr. |
Nefel imkemmex |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago scutellata (L.) Mill. |
Nefel tal-bebbux |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Medicago truncatula Gaertn. |
Nefel tal-fosdqa |
TG/228/1 tal-5.4.2006 |
|
Trifolium repens L. |
Silla bajda |
TG/38/7 tad-9.4.2003 |
|
Trifolium subterraneum L. |
Silla sotterranja |
TG/170/3 tal-4.4.2001 |
|
Phacelia tanacetifolia Benth. |
Kampanella ta’ Kalifornja |
TG/319/1 tal-5.4.2017 |
|
Arachis hypogaea L. |
Karawett |
TG/93/4 tad-9.4.2014 |
|
Brassica juncea (L.) Czern. |
Mustarda kannella |
TG/335/1 tas-17.12.2020 |
|
Carthamus tinctorius L. |
Għosfor |
TG/134/4 tal-24.10.2023 |
|
Papaver somniferum L. |
Peprin komuni |
TG/166/4 tad-9.4.2014 |
PARTI B
“ANNESS I
Lista tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO (1)
|
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
|
Allium cepa L. (Grupp Cepa) |
Basal u Xalotta twila |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium cepa L. (Grupp Aggregatum) |
Xallotta |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium fistulosum L. |
Basal tax-xitwa |
TP 161/1 tal-11.3.2010 |
|
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/2 tal-1.4.2009 |
|
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/2 tat-30.5.2023 |
|
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
TP 198/2 tal-11.3.2015 |
|
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
|
Apium graveolens L. |
Karfusa liftija |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
|
Asparagus officinalis L. |
Spraġ |
TP 130/2 Rev. tat-3.1.2025 |
|
Beta vulgaris L. |
Pitravi, inkluż il-pitrava Cheltenham |
TP 60/1 tal-1.4.2009 |
|
Beta vulgaris L. |
Selq |
TP 106/2 tal-14.4.2021 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi tal-weraq |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/2 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Brokkoli (tip ta’ nebbieta u tip ta’ kalabrese) |
TP 151/2 Rev. 3 Rett. tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kaboċċi ta’ Brussell |
TP 54/2 Rev. 2 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kohlrabi |
TP 65/2 Rev. tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Kaboċċi mflefla (savoy) |
TP 48/3 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Capitata (kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor) |
TP 48/3 Rev. 3 tal-11.4.2024 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi tat-Toskana |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica oleracea L. |
Grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda) |
TP 90/2 tat-23.4.2025 |
|
Brassica rapa L. |
Kaboċċi Ċiniżi |
TP 105/2 tat-23.4.2025 |
|
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew Bżar ieħor |
TP 76/3 tal-31.3.2025 |
|
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-wiesgħa |
TP 118/3 tad-19.3.2014 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 Rev. tat-28.1.2025 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra tal-weraq |
TP 154/2 Rev. tal-31.3.2023 |
|
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra |
TP 173/2 tal-21.3.2018 |
|
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/2 Rev. 3 tad-29.2.2024 |
|
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 Rev. 3 tal-31.3.2025 |
|
Cucumis sativus L. |
Ħjar u Ħjar tal-pikles |
TP 61/2 Rev. 3 tat-3.1.2025 |
|
Cucurbita maxima Duchesne |
Qara’ |
TP 155/1 tal-11.3.2015 |
|
Cucurbita pepo L. |
Qarabagħli jew Zukkini |
TP 119/1 Rev. 2 tal-31.3.2025 |
|
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ u Kardun |
TP 184/2 Rev. tas-6.3.2020 |
|
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti tal-foraġġ |
TP 49/3 Rett. tat-13.3.2008 |
|
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/2 tal-14.4.2021 |
|
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/6 Rev. 5 tat-3.1.2025 |
|
Solanum lycopersicum L. |
Tadam |
TP 44/5 tat-23.4.2025 |
|
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 Rett. tal-21.3.2007 |
|
Phaseolus coccineus L. |
Fażola spanjola |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
|
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola nana u Fażola tixxeblek ta’ Franza |
TP 12/4 tas-27.2.2013 |
|
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli mkemmex, Piżelli tond u Piżelli ħelwin |
TP 7/2 Rev. 3 Rett. tas-6.3.2020 |
|
Raphanus sativus L. |
Ravanell, Ravanell iswed |
TP 64/2 Rev. 2 tad-29.2.2024 |
|
Rheum rhabarbarum L |
Rabarbru |
TP 62/1 tad-19.4.2016 |
|
Scorzonera hispanica L. |
Skorzonera jew Sassefrika sewda |
TP 116/1 tal-11.3.2015 |
|
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
|
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/5 Rev. 5 tat-23.4.2025 |
|
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella jew Ħass tal-ħaruf |
TP 75/2 Rev. tad-29.2.2024 |
|
Vicia faba L. (partim) |
Ful |
TP 206/1 tal-25.3.2004 |
|
Zea mays L. (partim) |
Qamħirrum ħelu u Popcorn |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
|
Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner |
Salvaġġ tat-tadam |
TP 294/1 Rev. 6 tad-29.2.2024 |
|
Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne |
L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne għall-użu bħala salvaġġ |
TP 311/1 tal-15.3.2017 |
(1) It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
(1) It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).
(1) It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2025/2449/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)