|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2447 |
5.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2447
tal-4 ta’ Diċembru 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u rekwiżiti oħra għall-istabbiliment u l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni siguri tal-informazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22a(3) u l-Artikolu 22b(1), il-punti (a), (b), (c) u (d), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1727 jistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura interna diġitali l-ġdida tal-Eurojust u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ komunikazzjoni diġitali sigura deċentralizzata bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u l-Eurojust. |
|
(2) |
Il-komunikazzjoni diġitali sigura għandha titwettaq permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Sabiex tiġi stabbilita s-sistema tal-IT deċentralizzata, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni u protokolli ta’ komunikazzjoni, miżuri tekniċi li jiżguraw standards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni u sigurtà u objettivi ta’ disponibbiltà minima għall-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun magħmula minn sistemi tal-IT tal-Istati Membri u tal-Eurojust, u punti ta’ aċċess e-CODEX interoperabbli li permezz tagħhom dawk is-sistemi tal-IT ikunu interkonnessi. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti l-oħra tas-sistema tal-IT deċentralizzata stabbiliti f’dan ir-Regolament iqisu dak il-qafas. |
|
(4) |
Il-punti ta’ aċċess tas-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li jkunu bbażati fuq punti ta’ aċċess e-CODEX awtorizzati kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(5) |
Is-sistema tal-IT deċentralizzata hija implimentata fi ħdan sistema tal-IT deċentralizzata akbar ibbażata fuq e-CODEX imsejħa s-Sistema ta’ Skambju Diġitali tal-Ġustizzja (Justice Digital Exchange System, JUDEX). Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi orizzontali. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 22a(4) tar-Regolament (UE) 2018/1727, l-Istati Membri u l-Eurojust jistgħu jagħżlu li jużaw is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni bħala s-sistema back-end tagħhom minflok sistema tal-IT nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà, kemm is-sistemi tal-IT nazzjonali kif ukoll is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess speċifikazzjonijiet u rekwiżiti tekniċi. |
|
(7) |
Id-data relatata ma’ reati terroristiċi u kriminalità organizzata serja jenħtieġ li tiġi trażmessa b’mod strutturat biex jittejbu l-kwalità u r-rilevanza tal-informazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi integrata b’mod aktar effiċjenti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust u tiġi kontroverifikata aħjar mal-informazzjoni diġà maħżuna f’dik is-sistema. Għal data tal-marki tas-swaba’ u ritratti, li jistgħu jiġu trażmessi lill-Eurojust għall-fini tal-identifikazzjoni ta’ individwi soġġetti għal proċedimenti kriminali relatati ma’ reati terroristiċi, il-format u l-istandards tekniċi għat-trażmissjoni jenħtieġ li jiġu definiti. |
|
(8) |
L-Eurojust tiffaċilita u tappoġġa l-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja, inklużi talbiet u deċiżjonijiet ibbażati fuq strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jfittxu assistenza u koordinazzjoni mill-Eurojust permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata. |
|
(9) |
Sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-konsistenza, huwa importanti li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/1727 ikunu kompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) 2023/2844 (3), (UE) 2023/1543 (4) u (UE) 2024/3011 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ma’ miżuri futuri ta’ diġitalizzazzjoni rilevanti għall-mandat tal-Eurojust biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
|
(10) |
Kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-ipproċessar ta’ informazzjoni, inkluż l-eżistenza ta’ rabtiet ma’ każijiet diġà maħżuna fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1727 meta l-Eurojust tkun qed taġixxi fuq inizjattiva proprja, jew ta’ informazzjoni trażmessa lill-Eurojust għall-fini tal-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin ta’ evidenza relatata ma’ ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (j) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tkun permessa wkoll permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament iqis il-ħtiġijiet operazzjonali tal-Eurojust, l-Eurojust ġiet ikkonsultata f’konformità mal-Artikolu 22a(3) tar-Regolament (UE) 2018/1727. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat, permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Settembru 2019, ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2018/1727. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2006 (6) ikkonfermat din il-parteċipazzjoni. Ir-Regolament (UE) 2023/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) emenda r-Regolament (UE) 2018/1727 biex jippermetti l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni diġitali siguri bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jipprovdi l-bażi ġuridika għal dan ir-Regolament. F’ċirkostanzi fejn l-Irlanda ma nnotifikatx ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2131 u ma nnotifikatx ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta b’dak ir-Regolament, l-Irlanda, f’konformità mal-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2131 jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727. Għalhekk id-Danimarka mhijiex marbuta b’dan ir-Regolament jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(14) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Ottubru 2025. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22c tar-Regolament (UE) 2018/1727, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tal-IT deċentralizzata
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u l-objettivi tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 22b(1), il-punt (a), (b), (c) u (d), tar-Regolament (UE) 2018/1727 għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Standards proċedurali diġitali
L-istandards proċedurali diġitali applikabbli għall-komunikazzjoni elettronika permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolament (UE) 2018/1727 għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta’ marki tas-swaba’ u ritratti
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format għat-trażmissjoni tal-marki tas-swaba’ u tar-ritratti kif imsemmija fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolament (UE) 2018/1727 għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1727/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/850/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2844/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej u Ordnijiet ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja wara proċedimenti kriminali (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 118, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1543/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/3011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar it-trasferiment tal-proċedimenti f’materji kriminali (ĠU L, 2024/3011, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3011/oj).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2006 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (ĠU L 310, 2.12.2019, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2006/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2023/2131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu (ĠU L, 2023/2131, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2131/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI, MIŻURI U OBJETTIVI TAS-SISTEMA DEĊENTRALIZZATA TAL-IT
1. Introduzzjoni u kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-miżuri u l-objettivi tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-iskambju ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1727.
In-natura deċentralizzata tas-sistema tal-IT tippermetti li d-data tiġi skambjata direttament u b’mod sigur bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust.
2. Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1. |
“Hypertext Transfer Protocol Secure” jew “HTTPS” tfisser komunikazzjoni kriptata u kanali ta’ konnessjoni siguri; |
|
2.2. |
“nonripudju tal-oriġini” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-integrità u l-prova tal-oriġini tad-data permezz ta’ metodi bħaċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika u l-firem elettroniċi u s-siġilli elettroniċi; |
|
2.3. |
“nonripudju tal-wasla” tfisser il-miżuri li jipprovdu l-prova tal-wasla tad-data lill-oriġinatur mir-riċevitur maħsub tad-data permezz ta’ metodi bħaċ-ċertifikazzjoni diġitali, l-infrastruttura tal-kjavi pubblika, il-firem elettroniċi u s-siġilli elettroniċi; |
|
2.4. |
“SOAP” (Simple Object Access Protocol, Protokoll ta’ Aċċess għal Oġġett Sempliċi) tfisser, f’konformità mal-istandards tal-Konsorzju tal-World Wide Web, speċifikazzjoni ta’ protokoll ta’ messaġġi għall-iskambju ta’ informazzjoni strutturata fl-implimentazzjoni ta’ servizzi web f’networks tal-kompjuter; |
|
2.5. |
“REST” (Representational State Transfer, Trasferiment Rappreżentattiv tal-Istat) tfisser stil arkitettoniku għad-disinn ta’ applikazzjonijiet imqabbda ma’ network, li jiddependu fuq mudell ta’ komunikazzjoni mingħajr stat u bejn il-klijenti u s-server li juża metodi standard biex iwettaq operazzjonijiet fuq ir-riżorsi, li huma tipikament rappreżentati f’formati strutturati; |
|
2.6. |
“servizz web” tfisser sistema ta’ software iddisinjata biex tappoġġja l-interazzjoni interoperabbli bejn magna u oħra fuq network, u li għandha interfaċċja deskritta f’format li jista’ jiġi pproċessat minn magna; |
|
2.7. |
“skambju ta’ data” tfisser l-iskambju ta’ messaġġi u dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata; |
|
2.8. |
“e-CODEX” tfisser is-sistema e-CODEX kif definita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2022/850; |
|
2.9. |
“Vokabularji Bażi tal-Ġustizzja Elettronika tal-UE” tfisser il-Vokabularji Bażi tal-Ġustizzja Elettronika tal-UE kif definiti fil-punt 4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/850; |
|
2.10. |
“ebMS” tirreferi għas-Servizz ta’ Messaġġi ebXML, protokoll ta’ messaġġi żviluppat skont il-qafas OASIS li jippermetti skambju sigur, affidabbli u interoperabbli ta’ dokumenti kummerċjali elettroniċi bl-użu ta’ SOAP. Dan jappoġġja l-integrazzjoni minn negozju għal negozju f’diversi sistemi; |
|
2.11. |
“AS4” tfisser id-Dikjarazzjoni tal-Applikabbiltà 4, standard OASIS li jipprofila lil ebMS 3.0; filwaqt li jissimplifika l-messaġġerija sigura u interoperabbli minn negozju għal negozju billi juża standards miftuħa bħal SOAP u s-Sigurtà WS; |
|
2.12. |
“L-Objettiv tal-Ħin ta’ Rkupru” jfisser il-ħin massimu aċċettabbli biex jiġi restawrat is-servizz wara inċident; |
|
2.13. |
“Objettiv tal-Punt tal-Irkupru” tfisser l-ammont massimu aċċettabbli ta’ telf ta’ data f’każ ta’ ħsara. |
3. Metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi
|
3.1. |
Is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tuża metodi ta’ komunikazzjoni bbażati fuq is-servizz, bħal servizzi web jew komponenti riutilizzabbli oħra u soluzzjonijiet ta’ software għall-fini ta’ skambju ta’ messaġġi u dokumenti. |
|
3.2. |
B’mod speċifiku, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tinvolvi komunikazzjoni permezz ta’ punti ta’ aċċess e-CODEX, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2022/850. Għalhekk, biex jiġi żgurat skambju transfruntier effettiv u interoperabbli ta’ data, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tappoġġa l-komunikazzjoni permezz tas-sistema e-CODEX. |
4. Protokolli ta’ komunikazzjoni
|
4.1. |
Is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tuża protokolli tal-Internet siguri għal:
|
|
4.2. |
Għad-definizzjoni u t-trażmissjoni ta’ data u metadata strutturati, il-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom ikunu bbażati fuq standards u protokolli tal-industrija komprensivi u aċċettati b’mod wiesa’, bħal SOAP u REST. |
|
4.3. |
Għall-Protokolli tat-Trasport u tal-Messaġġerija, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq protokolli siguri bbażati fuq standards bħal:
|
|
4.4. |
Għall-fini ta’ skambju ta’ data interoperabbli u bla xkiel, il-protokolli ta’ komunikazzjoni użati mis-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom jikkonformaw mal-istandards rilevanti tal-interoperabbiltà. |
|
4.5. |
Fejn applikabbli, l-iskemi XML għandhom jagħmlu użu minn standards jew vokabularji rilevanti, li huma meħtieġa għall-validazzjoni xierqa tal-elementi u t-tipi definiti f’din l-iskema. Dawk l-istandards jew vokabularji jistgħu jinkludu:
|
|
4.6. |
Għall-protokolli tas-sigurtà u tal-awtentikazzjoni, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq protokolli bbażati fuq l-istandards bħal:
|
5. Objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u miżuri tekniċi rilevanti
|
5.1. |
Għall-iskambju ta’ informazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, il-miżuri tekniċi biex jiġu żgurati standards minimi tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jinkludu s-segwenti:
|
|
5.2. |
Il-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom jiżguraw komunikazzjoni sigura u trażmissjoni tad-data, bl-użu ta’ kriptaġġ, infrastruttura tal-kjavi pubblika b’ċertifikati diġitali għall-awtentikazzjoni u skambju sigur tal-kjavi, u protokolli ta’ messaġġerija sigura bħal AS4 (ebMS), APIs RESTful u SOAP biex jinżammu l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-messaġġi. |
|
5.3. |
Meta t-TLS tintuża fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata, għandha tintuża l-aħħar verżjoni stabbli tal-protokoll, jew, fin-nuqqas ta’ dan, verżjoni mingħajr vulnerabbiltajiet magħrufa tas-sigurtà. Għandhom ikunu permessi biss tulijiet tal-kjavi li jiżguraw livell adegwat ta’ sigurtà kriptografika, u ma għandhomx jintużaw settijiet ta’ ċifratura magħrufa li mhumiex siguri jew li mhux se jibqgħu jintużaw. |
|
5.4. |
Sa fejn ikun possibbli, iċ-ċertifikati diġitali tal-PKI użati għall-finijiet tal-operat tas-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom jinħarġu mill-Awtoritajiet taċ-Ċertifikazzjoni rikonoxxuti bħala Fornituri Kwalifikati ta’ Servizzi Fiduċjarji f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għandhom jiġu implimentati miżuri biex jiġi żgurat li tali ċertifikati jintużaw biss għall-finijiet maħsuba tagħhom, fil-livell meħtieġ ta’ fiduċja, u f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. |
|
5.5. |
Il-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom jiġu żviluppati f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, u għandhom jiġu implimentati miżuri amministrattivi, organizzattivi u tekniċi xierqa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà. |
|
5.6. |
Il-Kummissjoni għandha tfassal, tiżviluppa u żżomm is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza pprovdut mill-Kummissjoni għandu jippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva (UE) 2016/680, kif applikabbli. |
|
5.7. |
L-Istati Membri li jużaw sistema back-end nazzjonali differenti mis-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistema back-end nazzjonali tagħhom tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, kif applikabbli. |
|
5.8. |
L-Eurojust għandha timplimenta l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li s-sistema back-end tagħha, jew każ tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li tuża, tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2018/1727. |
|
5.9. |
L-Istati Membri u l-Eurojust għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi robusti għall-identifikazzjoni tat-theddid u r-rispons għall-inċidenti biex jiżguraw l-identifikazzjoni, il-mitigazzjoni u l-irkupru f’waqthom minn inċidenti ta’ sigurtà, f’konformità mal-politiki rilevanti tagħhom, għas-sistemi tal-IT taħt ir-responsabbiltà tagħhom li jiffurmaw parti mis-sistema tal-IT deċentralizzata. |
6. Objettivi minimi ta’ disponibbiltà
|
6.1. |
L-Eurojust u l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata taħt ir-responsabbiltà tagħhom, b’rata ta’ disponibbiltà teknika fil-mira ta’ mill-inqas 98 % fuq bażi annwali, eskluża l-manutenzjoni skedata. |
|
6.2. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa tal-bażi tad-data tal-Qorti, b’rata ta’ disponibbiltà teknika fil-mira ta’ aktar minn 99 % fuq bażi annwali, eskluża l-manutenzjoni skedata. |
|
6.3. |
Sa fejn possibbli, matul il-jiem tax-xogħol, l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati bejn it-20:00 u s-7:00 CET. |
|
6.4. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:
|
|
6.5. |
Meta l-Istati Membri jkollhom twieqi ta’ manutenzjoni regolari fissi, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ħin u l-jum/jiem meta jkunu ppjanati tali twieqi regolari fissi. Permezz ta’ deroga mill-obbligi stabbiliti fis-sentenza 1, jekk il-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali tieqa fissa regolari, huma jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f’kull okkażjoni. |
|
6.6. |
Fil-każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija ta’ komponent tas-sistema tal-IT deċentralizzata taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ħsara mingħajr dewmien, u, jekk ikun magħruf, dwar il-perjodu ta’ żmien previst għall-irkupru. |
|
6.7. |
Il-Eurojust għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta’ manutenzjoni kif ġej:
|
|
6.8. |
Meta l-Eurojust jkollha twieqi ta’ manutenzjoni regolari fissi, il-Eurojust għandha tinfurma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-ħin u l-jum/jiem meta tali jkunu ppjanati twieqi regolari fissi. Permezz ta’ deroga mill-obbligi stabbiliti fis-sentenza 1, jekk il-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata taħt ir-responsabbiltà tal-Eurojust ma jibqgħux disponibbli matul tali tieqa fissa regolari, il-Eurojust tista’ tagħżel li ma tinnotifikax lill-Kummissjoni f’kull okkażjoni. |
|
6.9. |
Fil-każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija ta’ komponent tas-sistema tal-IT deċentralizzata taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Eurojust għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-ħsara mingħajr dewmien, u, jekk ikun magħruf, dwar il-perjodu ta’ żmien previst għall-irkupru. |
|
6.10. |
Fil-każ ta’ ħsara teknika mhux mistennija fil-bażi tad-data tal-awtoritajiet kompetenti/tal-Qorti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Eurojust u lill-Istati Membri mingħajr dewmien tal-indisponibbiltà, u jekk ikun magħruf, tal-perjodu ta’ żmien previst għall-irkupru. |
|
6.11. |
Fil-każ ta’ interruzzjoni tas-servizz, l-Istati Membri u l-Eurojust għandhom jiżguraw li s-servizz jiġi rrestawrat malajr u t-telf tad-data jkun minimu, f’konformità mal-Objettiv tal-Ħin ta’ Rkupru u l-Objettiv tal-Punt ta’ Rkupru. |
|
6.12. |
L-Istati Membri u l-Eurojust għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jiksbu l-objettivi ta’ disponibbiltà deskritti hawn fuq u jistabbilixxu proċeduri għal rispons effettiv għall-inċidenti. |
7. Bażi tad-data tal-awtoritajiet kompetenti/tal-Qorti (Court database, CDB)
|
7.1. |
Skont l-Artikolu 22a tar-Regolament (UE) 2018/1727, is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tippermetti l-komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust. Meta jitqiesu l-obbligi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust skont l-Artikoli 21, 21a u 22, iżda wkoll ir-rwol tal-Eurojust fl-iffaċilitar u l-appoġġ għall-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe talba għal assistenza legali reċiproka jew rikonoxximent reċiproku f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727, l-awtoritajiet kompetenti involuti jeħtieġ li jkunu identifikabbli b’mod ċar meta jużaw is-sistema tal-IT deċentralizzata. Għalhekk, huwa essenzjali li tiġi stabbilita bażi tad-data awtorevoli tal-informazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata. |
|
7.2. |
Is-CDB għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja f’format strutturat:
|
|
7.3. |
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-appoġġ tas-CDB; |
|
7.4. |
Is-CDB għandha tippermetti lill-Istati Membri u lill-Eurojust jaġġornaw l-informazzjoni fih, u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Membri Nazzjonali li jipparteċipaw fis-sistema tal-IT deċentralizzata biex jaċċessaw u jiksbu b’mod programmatiku informazzjoni fiha; |
|
7.5. |
L-aċċess għas-CDB għandu jkun possibbli permezz ta’ protokoll ta’ komunikazzjoni komuni, irrispettivament minn jekk l-awtoritajiet kompetenti konnessi mas-sistema tal-IT deċentralizzata joperawx sistema back-end nazzjonali jew użu tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza; |
|
7.6. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fis-CDB kif stabbilit fil-punt 7.2 tkun kompluta, preċiża u aġġornata. |
(1) Mingħajr preġudizzju għar-reġistrazzjoni għal finijiet ta’ sigurtà, il-mekkaniżmi ta’ reġistrazzjoni użati mill-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata għandhom, kif xieraq, jippermettu li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-delega tas-setgħat mill-membru nazzjonali lill-viċi tiegħu, persunal ieħor fl-uffiċċju nazzjonali jew persunal awtorizzat tal-Eurojust.
ANNESS II
STANDARDS PROĊEDURALI DIĠITALI
L-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) 2022/850 jiddefinixxi l-istandards proċedurali diġitali bħala l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mudelli tal-proċess tan-negozju u għall-iskemi tad-data li jistabbilixxu l-istruttura elettronika tad-data skambjata permezz tas-sistema e-CODEX.
Dan l-Anness jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mudelli tal-proċess tan-negozju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-iskemi tad-data.
1. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mudelli tal-proċess tan-negozju skont ir-Regolament (UE) 2018/1727
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mudelli tal-proċess tan-negozju huma stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.5. Dawn jiddefinixxu l-aspetti ewlenin meħtieġa biex jippermettu l-komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/1727 permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
Is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni biss bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru u l-membru nazzjonali minn dak l-Istat Membru.
1.1. Skambju ta’ informazzjoni relatata mar-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (Counter-Terrorism Register, CTR) l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) 2018/1727
|
1.1.1. |
Trażmissjoni tal-mudell tad-data tas-CTR:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tittrażmetti data dwar proċedimenti terroristiċi għas-CTR lill-membru nazzjonali. |
|
1.1.2. |
Riċeviment tal-mudell tad-data tas-CTR:
Il-membru nazzjonali jirċievi d-data tas-CTR. |
|
1.1.3. |
Talba għal mudell ta’ kunsens:
Il-membru nazzjonali jitlob il-kunsens tal-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħu. |
|
1.1.4. |
Riċeviment tal-mudell ta’ talba għal kunsens:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi t-talba għal kunsens. |
|
1.1.5. |
Trażmissjoni tat-tweġiba għall-mudell tat-talba għal kunsens:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tibgħat tweġiba għat-talba għal kunsens. |
|
1.1.6. |
Riċeviment tat-tweġiba għall-mudell tat-talba għal kunsens:
Il-membru nazzjonali jirċievi t-tweġiba għat-talba għal kunsens. |
|
1.1.7. |
Informazzjoni dwar il-mudell tar-rabta:
Il-membru nazzjonali jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar ir-rabta ma’ każ ieħor. |
|
1.1.8. |
Aġġornament tal-mudell tad-data tas-CTR:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tittrażmetti data li teħtieġ aġġornament jew tħassir lill-membru nazzjonali rispettiv tagħha. |
|
1.1.9. |
Riċeviment tal-mudell tad-data aġġornat tas-CTR:
Il-membru nazzjonali jirċievi d-data tas-CTR li teħtieġ aġġornament jew tħassir. |
1.2. Skambju ta’ informazzjoni relatata ma’ reati serji, l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1727
|
1.2.1. |
Trażmissjoni ta’ mudell tad-data dwar il-kriminalità transfruntiera serja:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tittrażmetti data dwar kriminalità transfruntiera serja lill-Eurojust. |
|
1.2.2. |
Riċeviment tal-mudell tad-data dwar il-kriminalità transfruntiera serja:
Il-membru nazzjonali jirċievi d-data dwar il-kriminalità transfruntiera serja. |
|
1.2.3. |
Talba għal mudell ta’ kunsens:
Il-membru nazzjonali jitlob il-kunsens tal-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħu. |
|
1.2.4. |
Riċeviment tal-mudell ta’ talba għal kunsens:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi t-talba għal kunsens. |
|
1.2.5. |
Trażmissjoni tat-tweġiba għall-mudell tat-talba għal kunsens:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tibgħat tweġiba għat-talba għal kunsens. |
|
1.2.6. |
Riċeviment tat-tweġiba għall-mudell tat-talba għal kunsens:
Il-membru nazzjonali jirċievi t-tweġiba għat-talba għal kunsens. |
|
1.2.7. |
Informazzjoni dwar il-mudell tar-rabta:
Il-membru nazzjonali jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar ir-rabta ma’ każ ieħor. |
|
1.2.8. |
Aġġornament ta’ mudell tad-data dwar il-kriminalità transfruntiera serja:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tittrażmetti data li teħtieġ aġġornament jew tħassir lill-membru nazzjonali rispettiv tagħha. |
|
1.2.9. |
Riċeviment tal-mudell tad-data aġġornat dwar il-kriminalità transfruntiera serja:
Il-membru nazzjonali jirċievi d-data dwar il-kriminalità transfruntiera serja li teħtieġ aġġornament jew tħassir. |
1.3. Skambju ta’ informazzjoni ġenerali
|
1.3.1. |
Ibgħat il-mudell ta’ informazzjoni:
Il-membru nazzjonali jibgħat informazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew viċi versa. |
|
1.3.2. |
Riċeviment tal-mudell ta’ informazzjoni:
L-awtorità nazzjonali kompetenti jew il-membru nazzjonali jirċievu l-informazzjoni. |
|
1.3.3. |
Tweġiba għall-mudell ta’ informazzjoni:
L-awtorità nazzjonali kompetenti twieġeb għall-informazzjoni riċevuta mill-membru nazzjonali jew viċi versa. |
|
1.3.4. |
Riċeviment tal-mudell ta’ tweġiba:
Il-membru nazzjonali jirċievi t-tweġiba mill-awtorità nazzjonali kompetenti. |
|
1.3.5. |
Trażmissjoni tal-mudell ta’ informazzjoni:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tibgħat informazzjoni lill-membri nazzjonali. |
|
1.3.6. |
Riċeviment tal-mudell ta’ informazzjoni:
Il-membru nazzjonali jirċievi l-informazzjoni. |
|
1.3.7. |
Tweġiba għall-mudell ta’ informazzjoni:
Il-membru nazzjonali jirrispondi għall-informazzjoni riċevuta mill-awtorità nazzjonali kompetenti. |
|
1.3.8. |
Riċeviment tal-mudell ta’ tweġiba:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi t-tweġiba mill-membru nazzjonali. |
1.4. Faċilitazzjoni u rwol ta’ appoġġ Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727
|
Nota: |
Meta l-mudelli ta’ faċilitazzjoni u appoġġ deskritti fil-punt 1.5 jinvolvu l-iskambju ta’ forom statutorji stabbiliti mill-atti legali tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-mudelli għandhom, fejn disponibbli, jużaw ir-rappreżentazzjonijiet tad-data strutturati rilevanti u l-iskemi XML żviluppati għal dawk l-atti, pereżempju dawk stabbiliti għall-finijiet tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2023/2844 jew strumenti rilevanti oħra. |
1.5. Mudell ta’ talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ
|
1.5.1. |
Trażmissjoni tal-mudell ta’ talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tibgħat talba għal faċilitazzjoni jew talba għal appoġġ lill-membru nazzjonali rispettiv tagħha. |
|
1.5.2. |
Mudell ta’ talba għar-riċeviment ta’ faċilitazzjoni jew appoġġ:
Il-membru nazzjonali jirċievi t-talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ u jgħaddiha lill-membru nazzjonali tal-Istat Membru rikjest barra mill-JUDEX. |
|
1.5.3. |
It-trażmissjoni ta’ talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ lill-mudell tal-awtorità nazzjonali kompetenti:
Il-membru nazzjonali tal-Istat Membru rikjest jibgħat it-talba lill-awtorità nazzjonali kompetenti rispettiva tiegħu. |
|
1.5.4. |
Mudell ta’ talba għar-riċeviment ta’ faċilitazzjoni jew appoġġ:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi t-talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ. |
|
1.5.5. |
Trażmissjoni ta’ mudell ta’ talba għar-riċeviment ta’ faċilitazzjoni jew appoġġ:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tibgħat tweġiba jew informazzjoni dwar it-talba lill-membru nazzjonali tal-Istat Membru rikjest. |
|
1.5.6. |
Riċeviment ta’ tweġiba għal mudell ta’ talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ:
Il-membru nazzjonali jirċievi t-tweġiba jew l-informazzjoni dwar it-talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti u jikkondividiha mal-membru nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti barra mill-JUDEX. |
|
1.5.7. |
Tweġiba għal mudell ta’ talba ta’ faċilitazzjoni jew appoġġ:
Il-membru nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti jwieġeb jew jikkondividi l-informazzjoni dwar it-talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti. |
|
1.5.8. |
Riċeviment tal-mudell ta’ tweġiba:
L-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi t-tweġiba jew informazzjoni dwar it-talba għal faċilitazzjoni jew appoġġ. |
2. Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskemi tad-data
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom iservu bħala bażi għall-iżvilupp ta’ Definizzjonijiet tal-Iskemi XML (XML Schema Definitions, XSDs) għad-diġitalizzazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727 huma stabbiliti fil-punti 2.1 u 2.2 ta’ dan l-Anness. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jiddefinixxu l-komponenti ewlenin, u kwalunkwe informazzjoni oħra sabiex tiġi pprovduta deskrizzjoni komprensiva għall-produzzjoni ta’ dawn l-iskemi.
Id-deskrizzjoni hija maħsuba biex tkun ġenerika biex tippermetti li l-XSDs prodotti jiġu mmodifikati u estiżi mingħajr il-ħtieġa ta’ bidliet sinifikanti għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet.
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom japplikaw għall-forma statutorja tal-iskemi kif annessi mar-Regolament (UE) 2018/1727, kwalunkwe messaġġ predefinit, jew kwalunkwe messaġġ b’test liberu użat fl-iskambji skont dak ir-Regolament.
2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Għall-iskemi kollha li għandhom jiġu pprovduti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
2.1.1. |
Verżjonijiet
Għandu jiġi inkluż attribut ta’ verżjoni li jiffaċilita l-ġestjoni tal-verżjoni tal-iskema u jippermetti li l-iskema tiġi aġġornata f’iterazzjonijiet futuri skont ir-rekwiżiti tan-negozju. L-attribut tal-verżjoni għandu jindika jekk il-verżjoni l-ġdida hijiex kompatibbli b’lura meta jiġu introdotti karatteristiċi ġodda jew irfinar. |
|
2.1.2. |
Dikjarazzjoni tal-iskema u metadata
|
|
2.1.3. |
Annotazzjonijiet u Dokumentazzjoni
|
|
2.1.4. |
Użu u adattabbiltà
L-iskema għandha ssegwi r-regoli stabbiliti fil-punt (a) sa (d):
L-iskema għandha tkun imfassla biex tappoġġa l-ġbir ta’ data strutturata għal talbiet speċifiċi. |
|
2.1.5. |
Modifiki
Id-disinn tal-iskema għandu jkun ikkaratterizzat minn flessibbiltà, modularità u faċilità ta’ adattament. It-tipi kumplessi u l-elementi fakultattivi għandhom jiġu inkorporati fid-disinn b’tali mod li jkun jista’ jittratta xenarji differenti filwaqt li jibqa’ faċli biex jiġi mmodifikat u estiż. |
2.2. Skambju ta’s data trutturata
Id-data strutturata msemmija fil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 22a(3) tar-Regolament (UE) 2018/1727. L-iskema għandha tippermetti wkoll li jiġu indikati settijiet ta’ data li għandhom jitħassru f’aġġornamenti futuri.
|
2.2.1. |
Data tar-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin għall-iskema tad-data jistabbilixxu qafas strutturat għall-ħolqien tal-iskema fil-format XML.
|
|
2.2.2. |
Data trażmessa f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1727
|
2.3. Kodiċijiet ta’ awtorizzazzjoni minn qabel
Meta jikkondividu d-data mal-Eurojust permezz tal-JUDEX, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jindikaw permezz ta’ kodiċijiet ta’ awtorizzazzjoni minn qabel it-trattament, l-aċċess u t-trasferiment ulterjuri tad-data wara l-identifikazzjoni ta’ rabta. Il-kodiċijiet ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandhom jindikaw jekk u sa liema punt l-informazzjoni relatata mar-rabta tista’ tiġi kondiviża ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra, ma’ aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
2.4. Messaġġi predefiniti
Il-messaġġi predefiniti huma rappreżentazzjonijiet ta’ skambji stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/1727, iżda li ma ġiet ipprovduta l-ebda forma speċifika għalihom fl-att legali. It-tipi u n-numru tagħhom jiġu stabbiliti matul l-analiżi tan-negozju u dik teknika.
Id-Definizzjonijiet tal-Iskema XLM (XLM Schema Definitions, XSD) għal messaġġi predefiniti għandhom jitfasslu biex jiżguraw il-konsistenza, l-istruttura u l-konformità mal-ħtiġijiet tan-negozju.
Dan li ġej għandu japplika għal dawk l-iskemi.
|
(a) |
is-Sezzjoni tal-Ogħla Livell f’din l-iskema għandha tissemma skont it-tip ta’ messaġġ speċifiku li jkun qed jiġi definit; |
|
(b) |
l-oqsma meħtieġa għat-tip ta’ messaġġ speċifiku għandhom jiżdiedu u jiġu definiti f’din l-istruttura, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentazzjoni xierqa tal-elementi tad-data. |
2.5. Messaġġi b’test liberu
Il-messaġġi b’test liberu huma rappreżentazzjonijiet ta’ skambji li jippermettu kontenut mhux strutturat jew parzjalment strutturat, li jippermetti flessibbiltà filwaqt li xorta jaderixxi mar-rekwiżiti regolatorji u tan-negozju. L-XSD għall-messaġġi b’test liberu għandu jkun iddisinjat biex jiżgura l-konsistenza u l-ifformattjar xieraq.
Dan li ġej għandu japplika għal dawk l-iskemi.
|
(a) |
Is-Sezzjoni tal-Ogħla Livell fl-iskema għandha tissemma skont it-tip ta’ messaġġ b’test liberu speċifiku li jkun qed jiġi definit; |
|
(b) |
l-iskema għandha tiddefinixxi l-istruttura meħtieġa għall-messaġġ b’test liberu filwaqt li tippermetti ordni xierqa tal-elementi kif meħtieġ; |
|
(c) |
l-oqsma meħtieġa għat-tip ta’ messaġġ b’test liberu speċifiku għandhom jiżdiedu u jiġu definiti f’din l-istruttura, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentazzjoni xierqa tal-element tad-data. |
(1) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċiżżju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2009/948/oj).
ANNESS III
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-MARKI TAS-SWABA’ U R-RITRATTI
Il-messaġġi skambjati permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jistgħu jkunu akkumpanjati minn hemżiet, inkluż minn fajls tal-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija (National Institute of Standards and Technology, “NIST”) li jkun fihom marki tas-swaba’ u ritratti, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-punti 1 u 2.
1. Marki tas-swaba’
Il-marki tas-swaba’ li jistgħu jiġu kondiviżi mal-Eurojust għall-fini li jiġu identifikati b’mod affidabbli individwi soġġetti għal proċedimenti kriminali relatati ma’ reati terroristiċi, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-marki tas-swaba’ jkunu pprovduti f’fajl wieħed li jkun fih immaġnijiet diġitali tal-marki tas-swaba’ (il-fajl NIST tal-marki tas-swaba’) u jiġu ppreżentati skont l-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2011 ta’ Aġġornament 2015 (jew verżjoni aktar ġdida); |
|
(b) |
il-fajl tal-marki tas-swaba’ NIST jikkonsisti f’massimu ta’ 10 marki tas-swaba’ individwali: irrolljati, ċatti, jew it-tnejn li huma; |
|
(c) |
il-marki tas-swaba’ kollha jkunu ttikkettjati; |
|
(d) |
il-marki tas-swaba’ jinqabdu permezz ta’ skennijiet diretti jew bil-linka fuq il-karta, dment li l-marki tas-swaba’ bil-linka fuq il-karta jkunu ġew skennjati fir-riżoluzzjoni meħtieġa u bl-istess kwalità; |
|
(e) |
il-fajl NIST tal-marki tas-swaba’ jippermetti l-inklużjoni ta’ informazzjoni komplementari bħall-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni tal-marki tas-swaba’ u l-metodu użat biex jinkisbu immaġnijiet individwali tal-marki tas-swaba’; |
|
(f) |
il-marki tas-swaba’ għandhom riżoluzzjoni nominali ta’ 500 jew 1 000 ppi (1) (b’devjazzjoni aċċettabbli ta’ +/– 10 ppi) b’256 livell griż; |
|
(g) |
l-algoritmu ta’ kompressjoni tal-marki tas-swaba’ li għandu jintuża jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija (“NIST”). Id-data tal-marki tas-swaba’ b’riżoluzzjoni ta’ 500 ppi tiġi kkompressata bl-użu tal-algoritmu WSQ (ISO/IEC 19794-5: 2005). Id-data tal-marki tas-swaba’ b’riżoluzzjoni ta’ 1 000 ppi tiġi kkompressata bl-użu tal-istandard tal-kompressjoni tal-immaġni JPEG 2000 (ISO/IEC 15444-1) u s-sistema ta’ kodifikazzjoni. Il-proporzjon tal-kompressjoni fil-mira huwa 15:1. |
2. Ritratti
Ir-ritratti li jistgħu jiġu kondiviżi mal-Eurojust għall-fini li jiġu identifikati b’mod affidabbli individwi soġġetti għal proċedimenti kriminali relatati ma’ reati terroristiċi, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
immaġni waħda tal-wiċċ biss tiġi pprovduta f’fajl tar-ritratti (il-fajl NIST tar-ritratti) u din tiġi sottomessa f’konformità mal-istandard ANSI/NIST-ITL 1-2011 Aġġornament 2015, jew xi verżjoni aktar ġdida; |
|
(b) |
ir-ritratti jkunu fuq skala griża, kulur jew kważi infraħomor; |
|
(c) |
il-kwalità tar-ritratti tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-immaġni ta’ ISO/IEC 19794-5:2011 Tip ta’ immaġni frontali, jew xi verżjoni aktar ġdida disponibbli; |
|
(d) |
il-fajl NIST tar-ritratti jippermetti l-inklużjoni ta’ informazzjoni komplementari, inkluża d-data meta ttieħdet l-immaġni; |
|
(e) |
ir-ritratti, fil-modalità ta’ ritratt, ikunu b’riżoluzzjoni massima ta’ 600 pixel bi 800 pixel u riżoluzzjoni massima ta’ 1 200 pixel b’1 600 pixel; |
|
(f) |
il-wiċċ ikun jokkupa spazju fir-ritratt li jiżgura minimu ta’ 120 pixel bejn iċ-ċentru ta’ kull għajn; |
|
(g) |
l-algoritmu tal-kompressjoni tar-ritratti li jintuża jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija (“NIST”). Ir-ritratti jiġu kkompressati darba biss bl-istandard ta’ kompressjoni u s-sistema ta’ kodifikazzjoni JPG (ISO/IEC 10918) jew JPEG 2000 (ISO/IEC 15444), fi proporzjon massimu ta’ kompressjoni permess tal-immaġni ta’ 20:1. |
(1) Pixels għal kull pulzier.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2447/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)