|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2442 |
1.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2442
tal-1 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta' Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Ottubru 2025, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2794 (2025). F'dik ir-Riżoluzzjoni, il-KSNU żied żewġ individwi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2319/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, fil-“Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), u ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(1) u 3(1)”, taħt l- intestatura “PERSUNI”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
“8. |
Dimitri HERARD. Elenkat skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2794 (2025) għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 3 u 6 tar-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-KSNU. Funzjoni: eks kap tan-National Palace General Security Unit (USGPN) taħt il- President Jovenel Moïse Data tat-twelid: - Post tat-twelid: - Nazzjonalità: - Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 17 ta' Ottubru 2025 Sess: raġel Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Dimitri Herard kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Haiti u appoġġa attivitajiet kriminali li jdgħajfu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u jaggravaw il-kriżi umanitarja tiegħu. Herard huwa l-eks kap tan-National Palace General Security Unit (USGPN) taħt il-President Jovenel Moïse. Huwa kellu rwol ewlieni fil-faċilitazzjoni tal-attivitajiet ta' networks u gruppi organizzati kriminali fil-Haiti, inkluż l-appoġġ lill-grupp organizzat Ti Bwa fil-ħolqien ta' unità speċjali tal-ġlied bl-isem ‘Back up 100 plak’, li żiedet il-kapaċità tal-ġlied tiegħu. Herard ġie implikat fil-faċilitazzjoni tat-traffikar tal-armi u l-munizzjon, li xprunaw il-vjolenza minn gruppi organizzati u ddestabbilizzaw il-pajjiż. L-azzjonijiet tiegħu kkontribwew għall-espansjoni tal-kontroll tal-gruppi organizzati fuq żoni ewlenin, u komplew jimminaw is-sigurtà u l-governanza tal-Haiti. |
|
9. |
Kempes SANON. Elenkat skont il-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2794 (2025) għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 3 u 6 tar-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-KSNU. Funzjoni: kap tal-grupp organizzat Les Argentins, magħruf ukoll bħala l-grupp organizzat Bel Air Data tat-twelid: - Post tat-twelid: - Nazzjonalità: - Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 17 ta' Ottubru 2025 Sess: raġel Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Kempes Sanon kien involut f'azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Haiti permezz tat-tmexxija tiegħu tal-grupp organizzat Les Argentins, magħruf ukoll bħala l-grupp organizzat Bel Air, li jopera mill-fortizza tiegħu fiż-żona ta' Haut Bel-Air ta' Port-au-Prince. B'madwar 150 membru, il-grupp organizzat kien involut fi ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż estorsjoni, ħtif ta' persuni, u tassazzjoni illeċita. Sanon kellu rwol sinifikanti fil-konsolidazzjoni tal-poter ta' gruppi organizzati f'Port-au-Prince, b'mod partikolari permezz tal-involviment tiegħu fl-alleanza Viv Ansanm, li nediet attakki kkoordinati biex tespandi t-territorji kkontrollati mill-gruppi organizzati. Taħt it-tmexxija tiegħu, Les Argentins wettaq attakki ripetuti fuq kwartieri bħal Solino, li rriżultaw f'għadd kbir ta' vittmi u l-ispostament ta' eluf ta' residenti. Sanon għandu wkoll network ta' individwi fi ħdan istituzzjonijiet governattivi, inkluż aġenziji tas-sigurtà, li jippermettilu jevadi l-arrest u jiffaċilita l-attivitajiet kriminali tiegħu. Huwa ħarab mill-ħabs fl-2021, meta kien miżmum il-ħabs minħabba ħtif, serq, u qtil, u minn dak iż-żmien kompla jiddestabbilizza lill-Haiti permezz tal-azzjonijiet tiegħu.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2442/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)