European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2419

28.11.2025

DEĊIŻJONI (UE) 2025/2419 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Novembru 2025

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2026 (BĊE/2025/37)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Filwaqt li:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”).

(2)

L-20 Stat Membru taż-żona tal-euro u l-Bulgarija, li ser tadotta l-euro bħala munita unika mill-1 ta’ Jannar 2026, ippreżentaw lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2026, flimkien ma’ noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri taż-żona tal-euro pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fi kwalunkwe żmien matul is-sena 2026 mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4)

Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), peress illi ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-Deċiżjoni dwar it-talbiet annwali għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2026 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal- euro u l-Bulgarija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2026

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2026 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

 

Volum ta’ muniti euro approvati għall-ħruġ 2026

Muniti għaċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta’ ħruġ ta’ muniti

(EUR miljun)

(EUR miljun)

(EUR miljun)

Il-Belġju

56,00

0,30

56,30

Il-Bulgarija

163,64

0,63

164,27

Il-Ġermanja

354,50

203,50

558,00

L-Estonja

9,00

0,33

9,33

L-Irlanda

35,96

0,50

36,46

Il-Greċja

149,90

0,68

150,58

Spanja

259,42

40,00

299,42

Franza

282,00

60,00

342,00

Il-Kroazja

61,75

0,43

62,18

L-Italja

254,25

4,15

258,40

Ċipru

6,10

0,01

6,11

Il-Latvja

8,50

0,20

8,70

Il-Litwanja

12,00

0,55

12,55

Il-Lussemburgu

13,00

0,40

13,40

Malta

7,60

12,00

19,60

in-Netherlands

24,00

1,00

25,00

L-Awstrija

106,23

176,11

282,34

Il-Portugall

29,90

1,40

31,30

Is-Slovenja

20,00

1,00

21,00

Is-Slovakkja

26,00

3,30

29,30

Il-Finlandja

10,00

5,00

15,00

Total

1 889,75

511,49

2 401,24

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Bulgarija.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Novembru 2025.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2332/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2419/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)