|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2416 |
1.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2416
tas-27 ta’ Ottubru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar lista ta’ kategoriji, tipi u gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(2) |
L-Artikolu 6, it-Taqsima 1, il-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati marbuta mar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-ksur elenkat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu li jiġġarrab minn operatur jista’ jwassal għal proċedura amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment, u jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba. L-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 jistabbilixxi wkoll lista tal-aktar seba’ każijiet ta’ ksur serji. Fejn operatur ikun ġarrab penali għal wieħed minn dawn il-każijiet ta’ ksur,l-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment għandha twettaq u tlesti proċedura amministrattiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(3), it-Taqsima 1, il-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit bl-Artikolu 8(1), il-punt (o), ta’ dak il-Ftehim (il-“Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq”), għandu s-setgħa jadotta deċiżjoni dwar lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba. |
|
(4) |
Lista komuni ta’ ksur tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali relatata mal-kwistjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) it-Taqsima 1, il- Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tista’ ttejjeb l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Għalhekk, skont l-Artikolu 6(3), it-Taqsima 1, il-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjali għat-Trasport bit-Triq jenħtieġ li jadotta deċiżjoni ridward tali lista.. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, billi l-att previst se jkun vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(6) |
Jaf ikun meħtieġ li l-oqfsa legali nazzjonali jiġu adattati biex jipprevedu l-introduzzjoni tal-ksur serju addizzjonali li jinsab fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, sabiex iż-żewġ Partijiet jitħallew jaqblu u jistabbilixxu l-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ksur serju mwettaq fil-Parti li ma tkunx il-Parti tal-istabbiliment f’konformità mal-Artikolu 14(5), it- Taqsima 1, il- Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jixraq li tiġi stabbilita data tal-applikazzjoni tal-att previst. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025. |
|
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit mill-Artikolu 8(1), il-punt (o), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq”),fuq lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li,, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, hija stabbilita fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data.tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/689/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU …/2025 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA
ta’ …
dwar lista tal-kategoriji, it-tipi u l-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 468(5) u l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 463(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi li l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jwettqu l-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 462 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jrid ikollhom liċenzja valida f’konformità mal-Artikolu 463(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-punt (b) tal-Artikolu 3 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi li operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq irid ikun ta’ reputazzjoni tajba, f’konformità mal-Artikolu 6 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati relatati mar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 tiegħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-ksur elenkat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 imġarrab minn operatur jista’ jwassal għal proċedura amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment, u jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba. L-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 jistabbilixxi wkoll lista tal-aktar seba’ każijiet ta’ ksur serji li jridu jiskattaw proċedura amministrattiva mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment. |
|
(3) |
Lista komuni ta’ ksur tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mal-kwistjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tista’ ttejjeb l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Għalhekk, lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li jista’, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, iwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba, jenħtieġ li tiġi adottata bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(4) |
Jaf ikun meħtieġ li l-oqfsa legali nazzjonali jiġu adattati biex jipprevedu l-introduzzjoni tal-ksur serju addizzjonali li jinsab f’din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, sabiex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jaqblu u jistabbilixxu l-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni relatata ma’ ksur serju mwettaq fil-Parti li mhijiex il-Parti tal-istabbiliment f’konformità mal-Artikolu 14(5) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jixraq li tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kategoriji, tipi u gradi ta’ serjetà tal-ksur
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju tar-regoli tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fit-trasport tal-oġġetti bit-triq li, kif stabbilit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Speċjalizzat għat- Trasport bit-Triq
Il-Kopresidenti
(1) ĠU UE L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.
ANNESS I
It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta’ ksur serju tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, maqsum fi tliet kategoriji ta’ serjetà skont il-potenzjal tiegħu li joħloq riskju ta’ fatalitajiet jew ta’ korrimenti gravi u/jew li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq: l-aktar ksur serju (MSI, most serious infringement), ksur serju ħafna (VSI, very serious infringement) u ksur serju (SI, serious infringement).
(1) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
|||
|
MSI |
VSI |
SI |
||||
|
Perjodi tas-sewqan |
||||||
|
1. |
L-Artikolu 4(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 9 sigħat kuljum jekk ma jkunx possibbli li jiġi estiż għal 10 sigħat |
10 sigħat ≤ … < 11-il siegħa |
|
|
X |
|
2. |
11-il siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
3. |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 9 sigħat kuljum b’50 % jew aktar |
13-il siegħa u nofs ≤ … |
X |
|
|
|
|
4. |
Jinqabeż il-ħin estiż tas-sewqan ta’ 10 sigħat kuljum jekk l-estensjoni tkun permessa |
11-il siegħa ≤ … < 12-il siegħa |
|
|
X |
|
|
5. |
12-il siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
6. |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 10 sigħat kuljum b’50 % jew aktar |
15-il siegħa ≤ … |
X |
|
|
|
|
7. |
L-Artikolu 4(2) u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan tal-ġimgħa |
60 siegħa ≤ … < 65 siegħa |
|
|
X |
|
8. |
65 siegħa ≤ … < 70 siegħa |
|
X |
|
||
|
9. |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan tal-ġimgħa b’25 % jew aktar |
70 siegħa ≤ … |
X |
|
|
|
|
10. |
L-Artikolu 4(3) u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi |
100 siegħa ≤ … < 105 sigħat |
|
|
X |
|
11. |
105 sigħat ≤ … < 112-il siegħa u nofs |
|
X |
|
||
|
12. |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi b’25 % jew aktar |
112-il siegħa u nofs ≤ … |
X |
|
|
|
|
Brejks |
||||||
|
13. |
Artikolu 5 |
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan mhux interrott ta’ 4,5 sigħat qabel il-brejk |
5 sigħat ≤ … < 6 sigħat |
|
|
X |
|
14. |
6 sigħat ≤ … |
|
X |
|
||
|
Perjodi ta’ mistrieħ |
||||||
|
15. |
L-Artikolu 6(2) |
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum insuffiċjenti ta’ inqas minn 11-il siegħa jekk mhux permess perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum imnaqqas |
8 sigħat u nofs ≤ … < 10 sigħat |
|
|
X |
|
16. |
… < 8 sigħat u nofs |
|
X |
|
||
|
17. |
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum imnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat jekk it-tnaqqis huwa permess |
7 sigħat ≤ … < 8 sigħat |
|
|
X |
|
|
18. |
… < 7 sigħat |
|
X |
|
||
|
19. |
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum maqsum insuffiċjenti ta’ inqas minn 3 sigħat + 9 sigħat |
3 sigħat + [7 sigħat ≤ … < 8 sigħat] |
|
|
X |
|
|
20. |
3 sigħat + [… < 7 sigħat] |
|
X |
|
||
|
21. |
L-Artikolu 6(5) |
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed |
7 sigħat ≤ … < 8 sigħat |
|
|
X |
|
22. |
… < 7 sigħat |
|
X |
|
||
|
23. |
L-Artikolu 6(6) |
Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 24 siegħa |
20 siegħa ≤ … < 22 siegħa |
|
|
X |
|
24. |
… < 20 siegħa |
|
X |
|
||
|
25. |
Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa insuffiċjenti ta’ inqas minn 45 siegħa jekk ma jkunx permess perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas |
36 siegħa ≤ … < 42 siegħa |
|
|
X |
|
|
26. |
… < 36 siegħa |
|
X |
|
||
|
27. |
Aktar minn sitt perjodi konsekuttivi ta’ 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa |
3 sigħat ≤ … < 12-il siegħa |
|
|
X |
|
|
28. |
12-il siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
29. |
L-Artikolu 6(7) |
L-ebda mistrieħ ta’ kumpens għal żewġ perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqsa konsekuttivi |
|
|
X |
|
|
30. |
L-Artikolu 6(9) |
Perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud f’vettura |
|
|
X |
|
|
31. |
L-impjegatur ma jkoprix il-kostijiet tal-akkomodazzjoni barra mill-vettura |
|
|
|
X |
|
|
Organizzazzjoni tax-xogħol |
||||||
|
32. |
L-Artikolu 6(10) |
Impriża tat-trasport li ma tkunx qed torganizza x-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur, jew jirritornaw lejn il-post tar-residenza tas-sewwieqa |
|
X |
|
|
|
33. |
L-Artikolu 7(1) |
Rabta bejn il-paga/ħlas u d-distanza vvjaġġata, il-veloċità tat-twassil u/jew l-ammont ta’ oġġetti trasportati |
|
X |
|
|
|
34. |
L-Artikolu 7(2) |
L-ebda organizzazzjoni jew organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tas-sewwieq, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lis-sewwieq biex ikun jista’ jikkonforma mal-liġi |
|
X |
|
|
(2) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 4 tal-Parti B u tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
Installazzjoni ta’ takografu |
|||||
|
1. |
L-Artikoli 3 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Parti C u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
L-ebda takografu tat-tip approvat installat u użat |
X |
|
|
|
Użu tat-takografu, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni |
|||||
|
2. |
L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C |
L-użu ta’ takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat |
|
X |
|
|
3. |
L-Artikoli 3 tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Is-sewwieq ikollu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn waħda mill-kards tas-sewwieq tiegħu |
|
X |
|
|
4. |
Sewqan b’kard tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
5. |
Sewqan b’kard tas-sewwieq li s-sewwieq mhuwiex id-detentur tagħha (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
6. |
Sewqan b’kard tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta’ dokumenti falsifikati (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
7. |
L-Artikolu 7(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Artikolu 15(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C |
It-takografu ma jaħdimx sew (eż.: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat kif suppost) |
|
X |
|
|
8. |
It-takografu mhux użat kif suppost (eż.: użu ħażin b’mod intenzjonat, volontarju jew impost, nuqqas ta’ struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.) |
|
X |
|
|
|
9. |
L-Artikoli 7(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Il-pussess fil-vettura u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu |
X |
|
|
|
10. |
Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-data rreġistrata fuq il-folji ta’ reġistrazzjoni jew tad-data maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-kard tas-sewwieq |
X |
|
|
|
|
11. |
L-Artikolu 15(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C |
L-impriża ma żżommx folji ta’ reġistrazzjoni, kopji stampati u data ddawnlowdjata |
|
X |
|
|
12. |
Id-data rreġistrata u maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena |
|
X |
|
|
|
13. |
L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Użu skorrett tal-folji ta’ reġistrazzjoni/kard tas-sewwieq |
|
X |
|
|
14. |
Irtirar mhux awtorizzat tal-folji ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-data rilevanti |
|
X |
|
|
|
15. |
Użu ta’ folja ta’ reġistrazzjoni jew ta’ kard tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak li tkun maħsuba għalih u t-telf ta’ xi data |
|
X |
|
|
|
16. |
L-Artikolu 6(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Użu ta’ folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u data li ma tkunx tista’ tinqara |
|
X |
|
|
17. |
L-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Nuqqas ta’ użu ta’ input manwali meta jkun meħtieġ |
|
X |
|
|
18. |
L-Artikolu 6(4) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Nuqqas ta’ użu ta’ folja ta’ reġistrazzjoni korretta jew il-kard tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) |
|
|
X |
|
19. |
L-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Użu skorrett tal-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni |
|
X |
|
|
Preżentazzjoni tal-informazzjoni |
|||||
|
20. |
L-Artikolu 6(5), il-punt (b)(v), tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Użu skorrett jew nuqqas ta’ użu tas-sinjal tal-lanċa/ferrovija |
|
|
X |
|
21. |
L-Artikolu 6(6) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
L-informazzjoni meħtieġa mhix imdaħħla fil-folja ta’ reġistrazzjoni |
|
X |
|
|
22. |
L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi li l-fruntieri tagħhom ikunu nqasmu mis-sewwieq matul il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum |
|
|
X |
|
23. |
L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi fejn beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum tas-sewwieq |
|
|
X |
|
24. |
L-Artikolu 10 tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Ir-rifjut ta’ verifika |
|
X |
|
|
25. |
Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet manwali u l-kopji stampati ta’ matul dik il-ġurnata u matul is-56 jum preċedenti |
|
X |
|
|
|
26. |
Mhux possibbli li tiġi ppreżentata l-kard tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
|
|
Funzjonament ħażin |
|||||
|
27. |
L-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 5(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C |
Takografu mhux imsewwi minn installatur jew workshop approvat |
|
X |
|
|
28. |
L-Artikolu 11 tat-Taqsima 4 tal-Parti B |
Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-perjodi ta’ ħin li ma jibqgħux jiġu rreġistrati meta t-takografu jieqaf jaħdem jew ikun qed jaħdem ħażin |
|
X |
|
(3) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 3 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
|||
|
MSI |
VSI |
SI |
||||
|
Ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa |
||||||
|
1. |
L-Artikolu 3 |
Jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa jekk il-possibbiltajiet li jiġi estiż għal 60 siegħa jkunu diġà ġew eżawriti |
56 siegħa ≤ … 60 siegħa |
|
|
X |
|
2. |
60 siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
3. |
Jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta’ 60 siegħa fil-ġimgħa jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7 |
65 siegħa ≤ … < 70 siegħa |
|
|
X |
|
|
4. |
70 siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
Brejks |
||||||
|
5. |
L-Artikolu 4 |
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol ikun ta’ bejn 6 u 9 sigħat |
10 minuti < … ≤ 20 minuta |
|
|
X |
|
6. |
… ≤ 10 minuti |
|
X |
|
||
|
7. |
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol jaqbeż id-9 sigħat |
20 minuta < … ≤ 30 minuta |
|
|
X |
|
|
8. |
… ≤ 20 minuta |
|
X |
|
||
|
Xogħol ta’ filgħaxija |
||||||
|
9. |
L-Artikolu 6 |
Ħin tax-xogħol ta’ kuljum f’kull 24 siegħa meta jitwettaq ix-xogħol ta’ filgħaxija jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7 |
11-il siegħa ≤ … < 13-il siegħa |
|
|
X |
|
10. |
13-il siegħa ≤ … |
|
X |
|
||
|
Reġistrazzjonijiet |
||||||
|
11. |
L-Artikolu 8 |
L-impjegaturi jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni |
|
X |
|
|
|
12. |
Is-sewwieqa impjegati/li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni |
|
X |
|
||
(4) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
|||
|
MSI |
VSI |
SI |
||||
|
Piżijiet |
||||||
|
1. |
L-Artikolu 1 u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Jinqabżu l-piżijiet massimi permissibbli għal vetturi N3 |
5 % ≤ … < 10 % |
|
|
X |
|
2. |
10 % ≤ … < 20 % |
|
X |
|
||
|
3. |
20 % ≤ … |
X |
|
|
||
|
4. |
Jinqabżu l-piżijiet massimi permissibbli għal vetturi N2 |
5 % ≤ … < 15 % |
|
|
X |
|
|
5. |
15 % ≤ … < 25 % |
|
X |
|
||
|
6. |
25 % ≤ … |
X |
|
|
||
|
Tulijiet |
||||||
|
7. |
L-Artikolu 1 |
Jinqabeż it-tul massimu permissibbli |
2 % < … < 20 % |
|
|
X |
|
8. |
20 % ≤ … |
|
X |
|
||
|
Wisa’ |
||||||
|
9. |
L-Artikolu 1 |
Tinqabeż il-wisa’ massima permissibbli |
2,65 m ≤ … < 3,10 m |
|
|
X |
|
10. |
3,10 m ≤ … |
|
X |
|
||
(5) Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar l-ispezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
Affidabbiltà stradali |
|||||
|
1. |
L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(iv) u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Sewqan mingħajr prova valida ta’ testijiet tal-affidabilità stradali b’suċċess, kif meħtieġ mid-dritt tal-UE u tar-Renju Unit |
X |
|
|
|
2. |
In-nuqqas ta’ żamma ta’ vettura f’kundizzjoni sikura u tajba għat-triq li jirriżulta f’difett serju ħafna fis-sistema tal-ibbrejkjar, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, fis-sospensjoni jew ix-xażi jew f’tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-toroq li jwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mobilizzata |
X |
|
|
|
(6) Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar ir-regolaturi tal-veloċità eċċessiva
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1)(b)(vii) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31 |
L-ebda regolatur tal-veloċità eċċessiva installat |
X |
|
|
|
2. |
Ir-regolatur tal-veloċità eċċessiva ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli |
|
X |
|
|
|
3. |
Ir-regolatur tal-veloċità eċċessiva ma jiġix installat minn workshop approvat |
|
|
X |
|
|
4. |
Il-pussess u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li kapaċi jiffalsifika d-data tar-regolatur tal-veloċità eċċessiva jew il-pussess u/jew l-użu ta’ regolatur tal-veloċità eċċessiva frodulenti |
X |
|
|
|
(7) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI |
TIP TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
Taħriġ u liċenzja |
|||||
|
1. |
L-Artikolu 3 |
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju |
|
X |
|
|
2. |
L-Artikolu 9 u l-Appendiċi 31-B-1-2 |
Ma jkunx possibbli li s-sewwieq jippreżenta kard ta’ kwalifika valida jew il-liċenzja tas-sewqan bil-markatura, kif meħtieġ mid-dritt nazzjonali (eż: mitlufa, minsija, danneġġata, ma tistax tinqara) |
|
|
X |
(8) Gruppi ta’ ksur tar-rekwiżiti tal-liċenzja tas-sewqan
|
|
BAŻI LEGALI |
TIP TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1)(b)(viii) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida |
X |
|
|
|
2. |
L-użu ta’ liċenzja tas-sewqan danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi mal-mudell komuni |
|
|
X |
|
(9) Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq
|
|
BAŻI LEGALI |
TIP TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1)(b)(vi) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi li għalihom huwa pprojbit it-trasport |
X |
|
|
|
2. |
|
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’mezzi ta’ konteniment ipprojbiti jew mhux approvati tant jipperikola ħajjiet jew joħloq riskju għall-ambjent li jwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mmobilizzata |
X |
|
|
|
3. |
|
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi mingħajr ma jiġu identifikati fuq il-vettura bħala oġġetti perikolużi, li jqiegħed il-ħajja jew l-ambjent f’periklu sa tali punt li dan iwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mmobilizzata |
X |
|
|
|
4. |
|
It-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi |
|
X |
|
|
5. |
|
Il-ġarr sfuż f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb |
|
X |
|
|
6. |
|
Il-ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni |
|
X |
|
|
7. |
|
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat |
|
X |
|
|
8. |
|
Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija |
|
X |
|
|
9. |
|
Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti |
|
X |
|
|
10. |
|
Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport, inkluż livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti; |
|
X |
|
|
11. |
|
Nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-livell ta’ serjetà tal-offiża (eż: in-numru NU, l-isem uffiċjali tat-trasport , il-grupp tal-ippakkjar) |
|
X |
|
|
12. |
|
Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta’ taħriġ vokazzjonali validu |
|
X |
|
|
13. |
|
Qed jintuża nar jew dawl mhux protett |
|
X |
|
|
14. |
|
Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhijiex qed tiġi osservata. |
|
X |
|
|
15. |
|
Il-vettura mhijiex qed tiġi ssorveljata kif suppost jew mhijiex ipparkjata kif suppost |
|
|
X |
|
16. |
|
L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed |
|
|
X |
|
17. |
|
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat |
|
|
X |
|
18. |
|
Il-vettura mhijiex qed iġġorr ċilindri tat-tifi tan-nar operazzjonali kif meħtieġ |
|
|
X |
|
19. |
|
Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (ADR, Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road) jew mill-istruzzjonijiet bil-miktub |
|
|
X |
|
20. |
Il-ġarr ta’ pakketti b’imballaġġ danneġġat, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar jew imballaġġ kbir jew imballaġġ danneġġat, mhux imnaddaf u vojt |
|
|
X |
|
|
21. |
Il-ġarr ta’ oġġetti imballati f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb |
|
|
X |
|
|
22. |
It-tankijiet/il-kontejners tank (fosthom dawk vojta u mhux imnaddfa) ma ngħalqux sew |
|
|
X |
|
|
23. |
It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards ta’ fuq il-vettura u/jew il-konteniment skorrett(i) |
|
|
X |
|
|
24. |
L-ebda struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-oġġetti li jkunu qed jinġarru |
|
|
X |
|
(10) Gruppi ta’ ksur tat-titolu I tat-tielet intestatura tat-tieni parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
Liċenzja |
|||||
|
1. |
L-Artikolu 463(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1 |
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr liċenzja valida (jiġifieri liċenzja li ma teżistix, iffalsifikata, irtirata, skaduta, eċċ.) |
X |
|
|
|
2. |
L-Artikolu 463(3) |
L-impriża tat-trasport bit-triq jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri l-liċenzja jew il-kopja attestata awtentika tkun mitlufa, minsija, danneġġata eċċ.) |
|
X |
|
|
Attestazzjoni tas-sewwieq |
|||||
|
3. |
L-Artikolu 6(1)(b)(v) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31 |
Sewwieqa li jġorru oġġetti mingħajr attestazzjoni tas-sewwieq valida (jiġifieri l-attestazzjoni tas-sewwieq ma tkunx teżisti jew tkun iffalsifikata, irtirata, skaduta, eċċ.) |
|
X |
|
|
4. |
L-Artikolu 6(1)(b)(v) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31 |
Ma jkunx possibbli li s-sewwieq jew l-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jippreżentaw attestazzjoni valida tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika valida tagħha lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri attestazzjoni tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika tagħha mitlufa, minsija, danneġġata, eċċ.) |
|
|
X |
|
Operazzjonijiet speċifiċi tat-trasport permessi skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni |
|||||
|
5. |
L-Artikolu 462, il-paragrafi 3 sa 7 |
It-twettiq ta’ kabotaġġ jew ta’ operazzjonijiet oħra tat-trasport mhux f’konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, inkluż il-limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ vjaġġi, fis-seħħ fil-Parti ospitanti. |
|
X |
|
(11) Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport tal-annimali
|
|
BAŻI LEGALI |
TIP TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1)(b)(x) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31 |
Id-diviżorji mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż tal-annimali |
|
X |
|
|
2. |
L-użu ta’ rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ jiżolqu, li ma għandhomx protezzjonijiet laterali jew li huma weqfin wisq |
|
|
X |
|
|
3. |
L-użu ta’ pjattaformi ta’ rfigħ jew ta’ sulari ta’ fuq li ma għandhomx barrieri tas-sikurezza li jżommu lill-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt |
|
|
X |
|
|
4. |
Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta’ annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati. |
|
|
X |
|
|
5. |
It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ġurnal tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni jew iċ-ċertifikat ta’ kompetenza tat-trasportatur |
|
|
X |
|
(12) Gruppi ta’ ksur tal-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1)(b)(xii) tat-Taqsima 1, tal-Parti A tal-Anness 31 |
Ksur tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali |
|
X |
|
(13) Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
LIVELL TA’ SERJETÀ |
||
|
MSI |
VSI |
SI |
|||
|
1. |
L-Artikolu 6(1), il-punt (a) |
Informazzjoni mhux kompluta dwar id-dikjarazzjoni tal-istazzjonar |
|
|
X |
|
2. |
Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-istazzjonar lill-pajjiż (1) li fih jiġi stazzjonat is-sewwieq mhux aktar tard mill-bidu tal-istazzjonar |
|
X |
|
|
|
3. |
L-Artikolu 6(1), il-punt (b) |
Dikjarazzjoni tal-istazzjonar iffalsifikata għas-sewwieqa |
|
X |
|
|
4. |
Impossibbiltà għas-sewwieq li jippreżenta dikjarazzjoni tal-istazzjonar valida |
|
X |
|
|
|
5. |
Nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-sewwieq ta’ dikjarazzjoni tal-stazzjonar valida |
|
X |
|
|
|
6. |
L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
Nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti mitluba lill-pajjiż ospitanti (1) fi żmien 8 ġimgħat mid-data tat-talba. L-Artikolu 6(1), il-punt (c), jispeċifika t-tipi ta’ dokumenti li jridu jiġu pprovduti |
|
X |
|
|
7. |
L-Artikolu 6(4) |
Nuqqas min-naħa tal-operatur li jżomm id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar aġġornati fl-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern |
|
|
X |
(1) Pajjiż jirreferi għal Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESS II
Gradi ta’ serjetà tal-ksur serju
|
(1) |
Il-gradi ta’ serjetà tal-ksur għandhom ikunu serji (“SI”), serji ħafna (“VSI”) u l-aktar serji (“MSI”). |
|
(2) |
Ksur serju u serju ħafna, meta jitwettaq ripetutament mill-istess operatur, għandu jitqies bħala aktar serju mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza tal-ksur ripetut, l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
|
|
(3) |
Filwaqt li jitqies il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza fit-toroq, il-frekwenza massima ta’ ksur serju lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandha tiġi stabbilita kif ġej:
|
|
(4) |
L-għadd ta’ ksur għal kull vettura fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollu tal-istess livell ta’ serjetà (SI jew VSI) bl-għadd medju ta’ vetturi użati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza tipprevedi limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dan għandu jitqies bħala aktar serju. L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jistgħu jistabbilixxu limiti aktar stretti jekk dawn ikunu previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2416/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)