European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2401

24.11.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2401

tal-24 ta’ Novembru 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa minn ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied entità waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LØKKE RASMUSSEN


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1686/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”:

“8.

Allied Democratic Forces.”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2401/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)