|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2355 |
20.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2355
tat-13 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għas-sistemi ta’ vitraġġ għall-gallariji u t-terrazzini mingħajr oqfsa vertikali u sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterna b’sistema ta’ tikħil u prodotti oħra għall-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
|
(2) |
Is-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-bini:
|
|
(3) |
Is-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(6) |
Sabiex jiġi permess l-użu tas-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-manifatturi li diġà għandhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Kerstin JORNA
Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs/DĠ GROW
(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“020002-01-0404 |
Sistemi ta’ vitraġġ għall-gallariji u t-terrazzini mingħajr oqfsa vertikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 020002-00-0404’)” |
|
“040083-01-0404 |
Sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterna b’sistema ta’ tikħil (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040083-00-0404’)” |
|
“040179-00-1201 |
Prodotti magħmula l-fabbrika minn tereftalat tal-polietilen estruż u fl-għamla ta’ fowm għall-iżolament termali” |
|
“040914-01-0404 |
Kits ta’ rivestiment — unitajiet prefabbrikati għall-iżolazzjoni esterna tal-ħitan u l-apparat għat-twaħħil tagħhom (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040914-00-0404’)” |
|
“041827-00-0401 |
Kits magħmula minn pannelli tal-iżolazzjoni b’finitura protettiva għas-soqfa invertiti” |
|
“041871-00-1201 |
Kits għall-immuntar tat-twieqi u l-bibien quddiem il-ħitan” |
|
“041877-00-0301 |
Elementi ta’ iżolazzjoni termali magħmula minn polimeri rinforzati bil-fibra li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn elementi strutturali” |
|
“050001-01-0301 |
Elementi ta’ iżolazzjoni termali li jifilħu għat-tagħbija li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn il-gallariji u s-sulari interni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 050001-00-0301’)” |
|
“050004-01-0301 |
Bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn polietilen b’piż molekulari għoli ħafna (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 050004-00-0301’)” |
|
“050009-01-0301 |
Bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn fluworopolimeru (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 050009-00-0301’)” |
|
“080007-00-0101 |
Pannelli għall-iskular assemblati minn qabel magħmula minn gabjuni u ġeotessuti” |
|
“090034-01-0404 |
Kits magħmula minn subframe u komponenti tal-irbit biex jitwaħħlu l-elementi tat-tlibbis u elementi tal-ħitan esterni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 090034-00-0404’)” |
|
“090062-01-0404-v01 |
Varjant: Kits għat-tlibbis ta’ ħitan esterni mwaħħla mekkanikament — estensjoni tal-ambitu” |
|
“090074-00-0504 |
Pannelli tal-ħġieġ taċ-ċeramika għat-tlibbis estern” |
|
“090142-00-0404 |
ċangaturi tal-ġebel sinterizzat ta’ daqs sħiħ għall-użu fit-tlibbis, fil-paviment, fil-pavimentar, fit-turġien, fl-iskrins tax-xita u fil-kits tal-ħitan purtiera” |
|
“090232-00-0404 |
Kits għal ħitan ventilati li jsostnu lilhom infushom, bi spazju bejniethom u li huma interkonnessi” |
|
“090240-00-0404 |
Pannell kompost, abbażi tal-injam, għall-faċċati” |
|
“100005-00-1106 |
Riffieda riġida kontra ċ-ċaqliq laterali sismiku għall-pajpijiet tal-bexxiexa għat-tifi tan-nar” |
|
“120011-01-0107 |
Ġonot tal-espansjoni bi plagg flessibbli għall-pontijiet tat-toroq b’mili flessibbli bbażat fuq polimeru sintetiku bħala legant (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 120011-00-0107’)” |
|
“120017-00-0106 |
Kolonni tad-dawl, tal-injam u tal-metall” |
|
“130337-00-0304 |
Injam laminat b’fuljetti inkullati” |
|
“130740-00-0304 |
Glulam imsaħħaħ b’injam laminat b’fuljetti, injam laminat b’fuljetti inkullat magħmul minn laminazzjonijiet imminċottjati f’xulxin u glulam magħmul bl-inkullar ta’ blokok minnhom” |
|
“150035-00-0301 |
Simenti speċjali — simenti li jibbiesu bil-karbonazzjoni li jeħtieġu proċess partikolari ta’ twebbis” |
|
“150080-00-0301 |
Simenti mħalltin b’kontenut għoli ta’ materjal għall-mili, gagazza tal-forn tal-blast mitħuna granulata jew materjal pozzolaniku jew it-tnejn, u klinker” |
|
“160086-01-0301 |
Kits għat-tisħiħ tal-elementi tal-konkrit permezz ta’ strixxi magħmula minn polimeru msaħħaħ bil-fibra tal-karbonju mwaħħlin esternament u mmuntati qrib is-superfiċje (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 160086-00-0301’)” |
|
“160129-01-0301 |
Akkoppjaturi għal ċombaturi mekkaniċi ta’ vireg tal-azzar rinforzanti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 160129-00-0301’)” |
|
“160202-00-0301 |
Konnetturi tal-istuds għall-ankraġġ ta’ membri tal-konkrit rinforzati kif ukoll għall-konnessjoni ta’ membri tal-azzar ma’ membri tal-konkrit rinfurzati” |
|
“170051-00-0305 |
Blokok tal-materjal tal-art solidi kkompressati bil-ġir jew bis-siment jew mingħajrhom u kits tal-ħitan magħmulin minn dawn il-blokok u tajn tal-ġir idrawliku naturali” |
|
“200102-00-0302 |
Bażi għall-pilastri għal konnessjonijiet strutturali ta’ pilastri tal-konkrit rinforzati” |
|
“200116-00-0302 |
Sezzjonijiet strutturali vojta tal-azzar tat-tip “corten”” |
|
“200379-00-0602 |
Ħbula tal-fibra b’konnetturi fit-tarf” |
|
“210046-01-1201 |
Folji rqaq tal-metall komposti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 210046-00-1201’)” |
|
“210058-00-0504-v01 |
Varjant: Valutazzjoni tal-komponenti għall-pannelli komposti magħmula mill-injam mhux prodotti mill-manifatturi nfushom” |
|
“210080-00-0505 |
Pannelli magħmula mill-klorur tal-polivinil li ma jifilħux tagħbija għal ħitan fuq ġewwa u fuq barra” |
|
“220020-01-0402 |
Shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforz minerali jew sintetiku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 220020-00-0402’)” |
|
“220169-00-0402 |
Viti għall-irbit b’viti ssettjati wweldjati jew iffurmati fil-kiesaħ” |
|
“220183-00-0402 |
Klipep tat-twaħħil u klipep li jiżżerżqu għas-soqfa b’kumenti wieqfa doppji” |
|
“230011-00-0106-v01 |
Varjant: Prodotti għall-immarkar tat-toroq — estensjoni tal-ambitu” |
|
“230145-00-0105-v01 |
Varjant: Kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi abbażi tat-trab tal-lastku mfarrak — estensjoni tal-ambitu” |
|
“230158-00-0101 |
Elementi tal-fibra tal-ġebla użati għall-ħżin tal-ilma fuq skala kbira f’xogħlijiet ċivili” |
|
“250005-00-0606 |
Adeżivi għat-tlibbis tal-ħitan” |
|
“280016-00-0602 |
Prodotti għal sistemi tal-installazzjoni għal tagħmir tal-bini tekniku ta’ appoġġ” |
|
“330008-04-0601-v01 |
Varjant: Kanali tal-ankraġġ taħt forza tat-tiċrit minn reħi ċikliku b’livell tat-tagħbija aktar baxx differenti” |
|
“330008-04-0601-v02 |
Varjant: Kanali tal-ankraġġ għal turnaviti tal-impatt ikkontrollat” |
|
“330232-02-0601 |
Elementi ta’ rbit mekkaniċi għall-użu fil-konkrit (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330232-01-0601’)” |
|
“330250-01-0601 |
Elementi tal-irbit installati wara fil-konkrit taħt tagħbija b’reħi ċikliku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330250-00-0601’)” |
|
“330284-00-0604-v02 |
Varjant: Ankri tal-plastik għal sistemi ridondanti mhux strutturali fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel, u għat-twaħħil ta’ tlibbis tal-faċċata permezz ta’ brackets angolari taħt azzjonijiet sismiċi fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel” |
|
“330460-00-0604 |
Ankri bil-kamin għall-użu fix-xogħol tal-ġebel” |
|
“330924-01-0601-v01 |
Varjant: Boltijiet ankra cast-in taħt kundizzjonijiet ta’ reħi jew azzjonijiet sismiċi” |
|
“331531-00-0602 |
Assemblaġġi strutturali ta’ rbit bil-boltijiet ta’ saħħa kbira għal issikkar idrawliku, mingħajr frizzjoni u mingħajr torsjoni” |
|
“331846-01-0603 |
Apparati ta’ ankraġġ għall-irbit tas-sistemi personali ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat ma’ sottostrutturi tal-injam (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 331846-00-0603’)” |
|
“331985-00-0604 |
Sistemi li jiffissaw id-distanza għall-użu fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel” |
|
“332699-00-0601 |
Kits għall-konnessjoni ta’ elementi tal-faċċata tal-konkrit prefabbrikat ma’ strutturi tal-konkrit ibbażati fuq kanali tal-ankraġġ” |
|
“332707-00-0602 |
assemblaġġi għall-irbit tal-istrutturi ta’ appoġġ” |
|
“333915-00-0601 |
Kits ta’ element ta’ rbit tal-punti għall-pannelli tas-soqfa” |
|
“334812-00-0602 |
Apparati ta’ ankraġġ għall-irbit ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat mill-għoli ma’ sottostrutturi tal-folji trapezojdali tal-azzar jew tal-aluminju” |
|
“340024-00-0103 |
Kits tax-shuttering iżolanti permanenti għal binijiet sħaħ” |
|
“340282-00-0303 |
Pannelli sandwich li jifilħu għat-tagħbija b’qalba polimerika jew tal-fowm u b’kisjiet ta’ pannelli tal-partikoli strutturali magħquda bis-siment” |
|
“340292-00-0303 |
Kits li jifilħu għat-terremoti magħmula minn travi, kolonni u ġonot bejn it-travi u l-kolonni komposti tal-azzar u tal-konkrit” |
|
“340309-00-0305-v01 |
Varjant: Kits jew sistemi permanenti ta’ shuttering iżolanti bbażati fuq blokok vojta jew panels magħmula minn materjali ta’ iżolazzjoni u possibbilment mill-konkrit: blokok vojta reżistenti għat-terremoti” |
|
“340351-00-0104 |
Kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn laminat tal-fibra tal-karbonju pultruż u adeżiv epossidiku” |
|
“340352-00-0104 |
Kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn tessut tal-karbonju jew tal-ħġieġ u reżina epossidika” |
|
“340549-00-0204 |
Pannelli strutturali tal-ħitan komposti bl-azzar għas-sistemi tal-bini” |
|
“340739-00-0106 |
Strutturi li jżommu l-art magħmula mill-azzar b’ankra waħda li jifilħu tagħbija għolja u baxxa” |
|
“351141-00-1104 |
Gradilji ta’ trasferiment ta’ arja reattiva reżistenti għan-nar” |
|
“351281-00-1104 |
Tappijiet b’interzjar intumexxenti għal luminarji mdaħħla f’soffitti reżistenti għan-nar.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2355/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)