European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2314

18.11.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2314

tas-17 ta’ Novembru 2025

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fid-19 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż konċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2025 minn ICL Europe Coöperatief U.A. (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-aċidu fosforuż fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1334 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni l-oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kampjunar

(6)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Kif imsemmi fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni għamlet disponibbli kwestjonarji għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, jiġifieri lill-ilmentatur u lil Italmatch Chemicals SPA. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx meqjus neċessarju.

1.4.2.   Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(8)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(9)

L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għażlet l-ebda kampjun ta’ importaturi.

1.4.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(10)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(11)

Ħames kumpaniji fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun:

(a)

Hebei Jia’ao Glycerin Chemicals Co., Ltd. (“Hebei Jia’ao”),

(b)

Jiyuan Qingyuan Water Treatment Co., Ltd (“JQWT”),

(c)

Linyi Chunming Chemical Co., Ltd. (“Linyi Chunming”),

(d)

Yichang Chengkai Chemical Technology Co., Ltd (“YCCT”),

(e)

Zibo Tiandan Chemical Co., Ltd. (“Zibo Tiandan”).

1.4.3.1.   Ittri tal-Artikolu 18

(12)

Bit-tweġibiet tagħhom għall-kampjunar, Linyi Chunming u Zibo Tiandan informaw lill-Kummissjoni li, minbarra l-prodott tagħhom stess, huma esportaw lejn l-Unjoni aċidu fosforuż immanifatturat minn produtturi mhux relatati oħrajn. Il-kumpaniji ddikjaraw li ma setgħux jagħmlu distinzjoni fir-rekords tagħhom bejn il-prodott tagħhom stess u l-prodott mixtri.

(13)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni qieset li l-kumpaniji ma kinux ipprovdew l-informazzjoni neċessarja dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-aċidu fosforuż immanifatturat mill-kumpaniji fit-tweġiba għall-kampjunar tagħhom sal-iskadenza. Fl-14 ta’ April 2025, il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u b’hekk tibbaża s-sejbiet fir-rigward tal-valur normali, tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-marġni tad-dumping fuq il-fatti disponibbli. Il-kumpaniji ngħataw l-opportunità li jipprovdu kummenti.

(14)

Bi tweġiba għall-ittri tal-Artikolu 18, Linyi Chunming u Zibo Tiandan ipprovdew kjarifiki li juru li l-kumpaniji, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet preċedenti tagħhom, kienu kapaċi jittraċċaw l-oriġini (il-produzzjoni jew ix-xiri) tal-aċidu fosforuż mibjugħ lill-Unjoni. F’dak l-istadju, dawk il-kjarifiki kienu appoġġati biżżejjed mill-evidenza. Fil-każ ta’ Linyi Chunming, dan l-eżerċizzju wassal għal tnaqqis ta’ madwar terz tal-bejgħ tagħha għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-aċidu fosforuż immanifatturat mill-kumpanija.

(15)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u inkludiet iż-żewġ kumpaniji fil-kunsiderazzjonijiet tagħha meta għażlet il-kampjun proviżorju ta’ produtturi esportaturi.

(16)

Barra minn hekk, Hebei Jia’ao rrevediet mingħajr ġustifikazzjoni xierqa t-tweġiba għall-kampjunar tagħha billi naqqset il-kwantità tal-bejgħ lejn l-Unjoni għal terz tal-kwantità rrapportata oriġinarjament. Il-Kummissjoni talbet lill-kumpanija tipprovdi informazzjoni addizzjonali li turi l-akkuratezza tat-tweġiba għall-kampjunar riveduta. Madankollu, il-kumpanija naqset milli tissottometti l-evidenza mitluba.

(17)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija ma kinitx ipprovdiet l-informazzjoni neċessarja dwar il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-aċidu fosforuż immanifatturat mill-kumpanija fit-tweġiba għall-kampjunar tagħha sal-iskadenza. Fl-14 ta’ April 2025, il-Kummissjoni informat lill-kumpanija bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, li tibbaża s-sejbiet fir-rigward tal-valur normali, tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-marġni tad-dumping fuq il-fatti disponibbli u bir-raġunijiet għal din.

(18)

Hebei Jia’ao ngħatat l-opportunità li tikkummenta dwar l-intenzjonijiet u r-raġunijiet sottostanti tal-Kummissjoni deskritti fil-premessi (16) u (17). Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda kumment. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija ma kkooperatx fl-investigazzjoni.

(19)

Permezz ta’ Note Verbale tal-14 ta’ April 2025, il-Kummissjoni informat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”) bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal sejbiet li jikkonċernaw lil Linyi Chunming, lil Zibo Tiandan u lil Hebei Jia’ao, u tat lill-GTĊ opportunità sabiex jikkummenta. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTĊ.

1.4.3.2.   Deċiżjonijiet proviżorji u definittivi dwar il-kampjunar

(20)

Wara l-kjarifiki mfittxija u parzjalment riċevuti mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw (ara t-taqsima 1.4.3.1), il-Kummissjoni għażlet b’mod proviżorju żewġ kumpaniji fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli:

(a)

Linyi Chunming,

(b)

YCCT.

(21)

Dawn il-kumpaniji kienu jirrappreżentaw 15 % tal-kwantità stmata tal-esportazzjoni ta’ aċidu fosforuż lejn l-Unjoni mir-RPĊ fil-perjodu ta’ investigazzjoni u 70 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-kampjunar.

(22)

Permezz ta’ Note Verbale tat-30 ta’ April, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ bl-għażla tal-kampjun proviżorju tal-produtturi esportaturi u stednitu jikkummenta. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTĊ.

(23)

Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar l-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi. Waslu kummenti mingħand l-ilmentatur.

(24)

L-ilmentatur argumenta li ż-żewġ kumpaniji magħżula għall-kampjun ma kinux rappreżentattivi tal-industrija Ċiniża li tipproduċi l-aċidu fosforuż, peress li ż-żewġ kumpaniji kienu jipproduċu l-aċidu fosforuż minn prodott sekondarju tal-fosfit dimetiliku (“DMHP”, Dimethyl Phosphite). L-ilmentatur argumenta li, billi ż-żewġ kumpaniji kienu jipproduċu l-aċidu fosforuż minn prodott sekondarju, il-kost tal-produzzjoni tagħhom ma jirriflettix il-kost reali tal-input ewlieni – il-prodott sekondarju tad-DMHP. Il-prezz tax-xiri tiegħu pjuttost kien jirrifletti l-iffrankar nozzjonali miksub mill-fornitur billi dan ma kellux għalfejn jiddisponi mill-prodott sekondarju bħala skart.

(25)

Wara l-kummenti tal-ilmentatur dwar il-kampjun proviżorju tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni talbet lill-kumpaniji Ċiniżi kollha li kkooperaw biex jispjegaw il-proċess tal-produzzjoni tagħhom fid-dettall u jipprovdu għal kull pass tal-produzzjoni, deskrizzjoni dettaljata tal-operazzjoni tal-ipproċessar, tat-tagħmir/tal-makkinarju użat, tal-inputs użati u tal-outputs u tal-prodotti sekondarji miksuba.

(26)

Abbażi tat-tweġibiet tal-kumpaniji, il-Kummissjoni sabet li waħda biss mill-erba’ kumpaniji kienet tipproduċi l-aċidu fosforuż bl-użu tal-proċess tal-produzzjoni deskritt fil-premessa (47), jiġifieri l-idroliżi tat-triklorur tal-fosforu (PCl3). Tliet kumpaniji kienu jużaw waħda jew aktar mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin:

(a)

Dawn kienu jixtru aċidu fosforuż likwidu u jikkonvertuh fi prodott solidu.

(b)

Kienu jiksbu l-aċidu fosforuż minn prodott sekondarju tad-DMHP. Il-Kummissjoni sabet li l-prodott sekondarju inkwistjoni kien soluzzjoni li primarjament fiha l-aċidu fosforuż, xi ilma żejjed, impuritajiet u residwi tad-DMHP. F’dan il-każ, il-kumpanija prinċipalment kienet tneħħi l-impuritajiet u l-ilma biex tikseb aċidu fosforuż solidu. Barra minn hekk, il-kumpanija kienet tipproduċi kwantità negliġibbli ta’ aċidu fosforuż mir-residwi tad-DMHP.

(c)

Dawn kienu jiksbu l-aċidu fosforuż minn prodott sekondarju ġġenerat fil-produzzjoni tal-PCl3. F’dan il-każ, is-soluzzjoni ta’ prodott sekondarju kienet tinkludi prinċipalment l-aċidu fosforuż, xi ilma u porzjon żgħir ta’ klorur tal-idroġenu (HCl). L-ilma u l-HCI tneħħew mill-prodott sekondarju għall-manifattura tal-aċidu fosforuż solidu.

(27)

Fil-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni, l-ebda wieħed mit-tliet metodi deskritti hawn fuq ma seta’ jitqies bħala produzzjoni ta’ aċidu fosforuż. Fit-tliet każijiet kollha kemm huma, l-aċidu fosforuż kien qiegħed jinxtara f’forma dilwita, xi kultant flimkien ma’ impuritajiet. Imbagħad, kien qiegħed jiġi ppurifikat u kkonċentrat.

(28)

Fit-12 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat Nota għall-fajl dwar il-proċessi ta’ produzzjoni użati mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw u fittxet il-fehmiet tal-partijiet dwar jekk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar deskritti fil-premessa (26) jistgħux jitqiesu bħala produzzjoni tal-aċidu fosforuż u jekk l-inputs użati f’dawk il-proċessi jistgħux jitqiesu bħala l-prodott taħt investigazzjoni.

(29)

L-ilmentatur biss ipprovda l-fehmiet tiegħu. Dan sostna li l-inputs użati fit-tliet operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha kienu jikkostitwixxu l-prodott taħt investigazzjoni, peress li kien iddefinit bħala “aċidu fosforuż, f’forma solida jew likwida (milwiema), denominat ukoll bħala aċidu fosfoniku, […]”. Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li l-ebda wieħed mit-tliet proċessi ma kien jirrappreżenta l-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. Dan spjega li fit-tliet proċessi kollha, il-molekula tal-aċidu fosforuż kienet diġà ġiet prodotta permezz ta’ idroliżi tal-PCl3 fi stadju upstream tal-produzzjoni. Il-proċessi mwettqa mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sempliċiment purifikazzjoni u/jew tnixxif tal-aċidu fosforuż likwidu. Fil-proċess li jinvolvi l-prodott sekondarju tad-DMHP biss li kien jiġi prodott volum negliġibbli ta’ aċidu fosforuż ġdid mir-residwi tad-DMHP li jinsab fis-soluzzjoni. Konsegwentement, l-ilmentatur argumenta li l-produtturi Ċiniżi kollha li jwettqu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar deskritti fil-premessa (26) jenħtieġ li ma jitqisux bħala produtturi esportaturi.

(30)

Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni li rċeviet mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw u l-kummenti sottomessi mill-ilmentatur. Tabilħaqq, ir-reazzjoni kimika li kienet toħloq il-molekula tal-aċidu fosforuż kienet isseħħ fi stadju upstream tal-katina tal-valur. Kumpaniji upstream kienu jipproduċu l-prodott investigat bħala prodott sekondarju u kienu jfornu lill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw b’soluzzjoni li fiha prinċipalment aċidu fosforuż, xi ilma u impuritajiet. Il-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw kienu jwettqu operazzjonijiet minuri ta’ pproċessar limitati, b’mod partikolari, għall-purifikazzjoni u għat-trasformazzjoni ta’ prodott likwidu fi kristalli solidi.

(31)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-tliet kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw li ġejjin jenħtieġ li ma jitqisux bħala produtturi esportaturi tal-prodott taħt investigazzjoni peress li kienu qegħdin iwettqu biss operazzjonijiet ta’ pproċessar limitati:

(a)

Linyi Chunming,

(b)

YCCT,

(c)

Zibo Tiandan.

(32)

L-uniku produttur esportatur li kien fadal, JQWT, kien jirrappreżenta anqas minn 4 % tal-volum stmat ta’ aċidu fosforuż esportat mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Għalhekk, ma kienx rappreżentattiv biżżejjed biex iservi bħala bażi għal sejbiet li jkopru l-pajjiż kollu. Barra minn hekk, għalkemm il-kumpanija indikat li kienet se titlob eżami individwali, hija naqset milli tissottometti tweġiba għall-kwestjonarju sal-iskadenza, jiġifieri l-informazzjoni individwali tal-uniku produttur esportatur ma kinitx disponibbli.

(33)

Konsegwentement, fl-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar ir-riżultati tal-analiżi tagħha deskritta fil-premessi (30) sa (32) u li hija qieset il-grad ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni x’aktarx li kien se jaffettwa materjalment l-eżitu tal-investigazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk kellha l-intenzjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi s-sejbiet ta’ dumping fil-livell tal-pajjiż kollu (“deċiżjoni ta’ kampjunar definittiva”).

(34)

Il-GTĊ ġie informat ukoll bid-deċiżjoni ta’ kampjunar definittiva permezz ta’ Note Verbale tal-10 ta’ Lulju 2025. Dan ma ssottometta l-ebda kumment.

(35)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ kampjunar definittiva tal-Kummissjoni, it-tliet kumpaniji affettwati talbu seduta ta’ smigħ. Matul is-seduta ta’ smigħ, dawn argumentaw li peress li kienu s-sidien ta’ linji ta’ produzzjoni u kienu jipproċessaw l-aċidu fosforuż likwidu bħala materja prima f’aċidu fosforuż solidu, jenħtieġ li jitqiesu bħala produtturi u, għalhekk, bħala produtturi esportaturi f’din l-investigazzjoni. Iż-żewġ kumpaniji inizjalment inklużi fil-kampjun talbu li jiġi stabbilit marġni tad-dumping individwali għalihom.

(36)

It-tliet kumpaniji kkonfermaw matul is-seduta ta’ smigħ li kienu jużaw l-aċidu fosforuż likwidu bħala l-input ewlieni tagħhom fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar li kienu jwettqu. Barra minn hekk, ma pprovdew l-ebda argument sostanzjali kontra l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prodott taħt investigazzjoni kien jiġi mmanifatturat fi stadju upstream mill-fornituri tagħhom. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-grad tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-applikazzjoni sussegwenti tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi s-sejbiet ta’ dumping fil-livell tal-pajjiż kollu.

1.5.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(37)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ.

(38)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(39)

Il-GTĊ ma wieġeb għall-ebda kwestjonarju. Għalhekk, permezz tan-Note Verbale tal-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li kien beħsiebha tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ. Il-GTĊ ingħata opportunità sabiex jikkummenta. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTĊ.

(40)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ kumpaniji Ċiniżi inizjalment inklużi fil-kampjun.

(41)

Il-kwestjonarji kollha, inklużi kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati u kwestjonarju għall-utenti, tqiegħdu għad-dispożizzjoni online (4) fil-jum tal-bidu.

(42)

L-ilmentatur bagħat tweġiba għall-kwestjonarju qabel id-dati ta’ skadenza. It-tieni produttur tal-Unjoni, Italmatch Chemicals SPA, inizjalment ma weġibx għall-kwestjonarju. Il-kumpanija spjegat lill-Kummissjoni li dan kien minħabba l-fatt li ma kinitx tbigħ il-prodott taħt investigazzjoni fis-suq ħieles. Madankollu, fuq talba tal-Kummissjoni, fi stadju aktar tard hija pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju li ppermettiet lill-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tad-dannu fuq l-industrija kollha tal-Unjoni tal-aċidu fosforuż (5).

(43)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni proviżorja tad-dannu u tal-interess tal-Unjoni. Kif spjegat fit-taqsima 1.4.3.2, id-determinazzjoni tad-dumping kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli.

(44)

Saret żjara ta’ verifika waħda skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-ilmentatur, ICL Europe Coöperatief U.A. (Amsterdam, In-Netherlands). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”, Remote Crosschecks) tat-tweġiba għall-kwestjonarju tat-tieni produttur tal-Unjoni, Italmatch Chemicals SPA (Ġenova, l-Italja).

1.6.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(45)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(46)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-aċidu fosforuż (“PA”, Phosphorous Acid), f’forom solidi jew likwidi (milwiema), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2811 19 80 (kodiċi TARIC 2811 19 80 60), denominat ukoll bħala aċidu fosfoniku, li normalment jaqa’ taħt in-numri 13598-36-2 u 10294-56-1 tal-Chemical Abstracts Service (“CAS”), li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). In-numri tad-Dwana u tal-Istatistika (“CUS, Customs and Statistics”) li normalment jikkorrispondu għal dan il-prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt investigazzjoni”) huma 0021895-1 u 0043878-8.

(47)

Il-prodott taħt investigazzjoni jista’ jiġi prodott permezz ta’ żewġ metodi differenti. L-aktar wieħed użat huwa l-idroliżi tal-PCl3. Madankollu, l-aċidu fosforuż jista’ jiġi prodott ukoll permezz tal-idroliżi tat-triossidu tal-fosforu (P4O6). Hemm żewġ raġunijiet ewlenin għaliex l-idroliżi tal-PCl3 tintuża b’mod komuni. L-ewwel nett, il-PCl3 iservi bħala input f’varjetà ta’ prodotti downstream u għalhekk huwa aktar faċilment disponibbli mill-P4O6. It-tieni, il-P4O6 huwa aktar kumpless biex jiġi prodott, aktar reattiv u għalhekk anqas stabbli.

(48)

L-aċidu fosforuż jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, huwa l-materja prima fil-produzzjoni tal-fosfonati u ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità oħra, li għandhom firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet f’diversi industriji (it-trattament tal-ilma, id-deterġenti u l-aġenti tat-tindif, l-agrikoltura, iż-żejt u l-gass, il-materjali tal-kostruzzjoni u tal-bini, l-industrija tat-tessuti u tal-ġilda, l-industrija tal-karta u tal-polpa, il-farmaċewtiċi u l-kura personali, l-industrija tal-ikel u tax-xorb).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(49)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-RPĊ.

2.3.   Prodott simili

(50)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina; u

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(51)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(52)

Linyi Chunming għamlet żewġ sottomissjonijiet. L-ewwel sottomissjoni fittxet li żżid kriterju ġdid tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (PCN, Product Control Number) biex jidentifika l-materja prima użata fil-produzzjoni. It-tieni sottomissjoni talbet l-esklużjoni tal-aċidu fosforuż tagħha prodott bl-użu ta’ materja prima oħra meta mqabbla mal-produttur tal-Unjoni. Linyi Chunming iġġustifikat it-talba tagħha billi spjegat li l-PA prodott bl-użu tal-proċess ta’ produzzjoni speċifiku tagħha, materja prima differenti kienet tiġġenera PA b’livell ta’ purità kemxejn aktar baxx, tinvolvi kostijiet ta’ produzzjoni differenti, għandha impatt ambjentali baxx u tista’ sservi applikazzjonijiet differenti meta mqabbla mal-PA prodott mill-produtturi tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-prodott tagħha jenħtieġ li jiġi eskluż mill-investigazzjoni.

(53)

Bi tweġiba għall-ewwel dikjarazzjoni ta’ Linyi Chunming dwar l-istruttura tal-PCN, ICL ikkontestat is-sottomissjoni ta’ Linyi Chunming billi spjegat li hija kienet tqis li s-sottomissjoni ma hijiex ċara biżżejjed, b’mod partikolari l-ispjegazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni. Barra minn hekk, instab li l-materja prima użata diġà kien fiha ċertu perċentwal ta’ aċidu fosforuż, li ġie pproċessat ulterjorment permezz ta’ passi ta’ tnixxif u ta’ purifikazzjoni biex jintlaħqu l-forom finali tal-kristall. Għal dawn ir-raġunijiet, ICL talbet lill-Kummissjoni tiċħad it-talba għal modifika tal-PCN.

(54)

Il-Kummissjoni, wara li evalwat id-dikjarazzjonijiet ta’ Linyi Chunming u s-sottomissjoni ta’ ICL, ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex tiġi mmodifikata l-istruttura tal-PCN jew jiġi eskluż l-aċidu fosforuż prodott permezz ta’ proċessi alternattivi. F’nota għall-fajl (6) ippubblikata fit-12 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni ċċarat li metodi ta’ produzzjoni oħra għall-aċidu fosforuż primarjament jużaw materja prima li diġà fiha l-aċidu fosforuż. Għalkemm dawn l-inputs jgħaddu minn proċess ta’ trasformazzjoni, dawn diġà jenħtieġ li jitqiesu bħala prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, iż-żewġ dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(55)

Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(56)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott. Kif spjegat fit-taqsima 1.4.3.2, il-grad tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx li kien se jaffettwa b’mod sinifikanti l-eżitu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi s-sejbiet tad-dumping fil-livell tal-pajjiż kollu.

(57)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sad-data ta’ skadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(58)

Fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet b’mod proviżorju lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(59)

Fit-2 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni informat b’nota (“in-Nota dwar is-sorsi”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati, kif ukoll il-prodott sekondarju ġġenerat fil-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Indoneżja, lill-Malażja u lis-Serbja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Wara li qieset id-disponibbiltà tal-informazzjoni neċessarja fl-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, il-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura (“MOH, Manufacturing Overheads”), il-kost tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A, Selling, General and Administrative”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għal żewġ manifatturi tal-prodotti Brażiljani fl-istess kategorija ġenerali, jiġifieri Nortox S.A. u Vittia S.A.

(60)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota dwar is-sorsi mingħand l-ilmentatur. Dawn kienu jikkonċernaw id-determinazzjoni ta’ valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju. Il-kummenti huma indirizzati fit-taqsima 3.2.5.2.

3.2.   Valur normali

(61)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(62)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” li minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”, Selling, General and Administrative).

(63)

Kif inhu spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(64)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku fir-RPĊ (7), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(65)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (8). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur kimiku, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (9), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (10). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet, b’mod partikolari meta ditti insolventi jinżammu għaddejjin u meta jiġu allokati drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (12). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur kimiku fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (13), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (14).

(66)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-kimika fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (15) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(67)

L-ilment allega li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-settur Ċiniż tal-aċidu fosforuż. Dan irrefera għar-Rapport u b’mod partikolari għall-fatt li s-sistema ekonomika tar-RPĊ hija “ekonomija tas-suq soċjalista” u għar-rwol attiv tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat fir-RPĊ.

(68)

B’mod aktar speċifiku, l-ilment indika li:

Hemm intervent mill-Istat b’mod partikolari fis-settur kimiku u fis-suq tal-aċidu fosforuż. F’dan ir-rigward, l-ilment irrefera għall-kapitolu speċifiku dwar is-sustanzi kimiċi tar-Rapport biex jenfasizza l-kapaċitajiet żejda sinifikanti preżenti fis-suq Ċiniż tas-sustanzi kimiċi (16).

L-istrument legali u regolatorju ewlieni li jirregola l-intervent tal-GTĊ fis-settur kimiku huwa l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP, Five Year Plan”), li jistabbilixxi l-viżjonijiet strateġiċi tal-GTĊ għat-trasformazzjoni u għat-titjib tal-industriji tradizzjonali u tal-assi ta’ żvilupp għall-industriji emerġenti strateġiċi, inklużi l-industriji tas-sustanzi kimiċi, tal-materjali tal-bini, tal-materjali ġodda u tal-fibri kimiċi. Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima għandhom fil-mira l-industriji kimiċi u petrokimiċi bħala parti mill-“industrija tal-materja prima” protetti u inċentivati mill-FYP. Dan jindika wkoll li setturi ewlenin, bħas-settur tas-sustanzi kimiċi, jenħtieġ li jkollhom strateġiji ta’ implimentazzjoni speċifiċi bbażati fuq l-objettivi tal-FYP. Fir-rigward tal-ippjanar speċifiku għall-istruttura industrijali, id-dokument jagħti mandat ċar għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-fosforu isfar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. L-għan huwa li l-intrapriżi ewlenin isiru kbar u b’saħħithom kemm jista’ jkun permezz ta’ intervent u appoġġ mill-Istat. L-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Petrokimika u Kimika, Wieħed mill-objettivi ewlenin stabbiliti mill-Opinjoni ta’ Gwida huwa l-konċentrazzjoni tal-produzzjoni kimika fi kwantitajiet kbar, li għandha tiżdied għal-livelli ta’ użu tal-kapaċitajiet ta’ aktar minn 80 %. L-ilment jirreferi wkoll għal diversi sistemi speċifiċi għall-provinċja ta’ sottopjanijiet immirati lejn l-organizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat fis-settur kimiku. Pereżempju, l-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija Kimika u l-14-il FYP ta’ Jiangsu dwar l-Iżvilupp ta’ Livell Għoli tal-Industrija Kimika, li t-tnejn li huma jimmiraw il-provinċji bl-akbar preżenza ta’ kumpaniji li jipproduċu l-aċidu fosforuż. Dawn il-pjanijiet provinċjali jrawmu appoġġ finanzjarju qawwi u l-ħolqien ta’ parks industrijali kimiċi (17).

Is-suq tal-aċidu fosforuż qiegħed jinqeda b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, taħt il-kontroll jew taħt is-superviżjoni jew il-gwida tal-politiki tal-GTĊ. L-ilment argumenta li l-GTĊ u s-CCP jeżerċitaw kontroll kemm fuq l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) kif ukoll fuq il-kumpaniji privati fis-settur kimiku. Il-GTĊ stabbilixxa l-Kummissjonijiet għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC, State-owned Assets Supervision and Administration Commissions”) biex jirrappreżentaw l-interessi tal-Istat bħala azzjonist fl-SOEs. Il-funzjonijiet bażiċi tagħhom li jiggwidaw ir-riforma tal-SOEs, filwaqt li jieħdu r-responsabbiltà ta’ kuljum tal-bordijiet superviżorji assenjati lil SOEs kbar, jaħtru u jneħħu kapijiet eżekuttivi u uffiċjali oħra tal-maniġment superjuri tal-SOEs, u jissorveljaw il-preżervazzjoni u l-apprezzament tal-valur tal-assi tal-Istat. Barra minn hekk, il-GTĊ adotta l-Liġi dwar l-Assi tal-Istat ta’ Intrapriżi li tagħti mandat għall-kontroll u għas-sjieda tal-Istat fuq industriji strateġiċi, bħall-industrija kimika. Skont l-ilment, is-“Sistema ta’ Kreditu Soċjali” qiegħda ssaħħaħ aktar l-influwenza tal-Partit fuq l-intrapriżi fiċ-Ċina, li l-GTĊ se jkun qiegħed juża biex jimmonitorja, jikklassifika u jikkundizzjona l-imġiba tal-kumpaniji domestiċi u barranin kollha fiċ-Ċina. Barra minn hekk, l-ilment jargumenta wkoll li fir-rigward tal-SOEs, l-FYP għandu l-għan li jibni konnessjoni aktar b’saħħitha bejn il-GTĊ u l-SOEs. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur jiddikjara li fir-rigward tal-industrija tal-aċidu fosforuż, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tindika li xi produtturi ewlenin tal-aċidu tal-fosforuż fil-mira tal-ilment fiċ-Ċina huma SOEs. Pereżempju, Hubei Xingfa Chemicals Group Co. Ltd tappartjeni għall-Grupp Xingfa, li huwa SOE. Barra minn hekk, huwa ddikjarat li l-azzjonist ewlieni (19,5 %) ta’ Hubei Xingfa Chemicals Group Co. Ltd., huwa Xingshan Country SASAC. Is-CEO ta’ Hubei Xingfa Chemicals Group Co. Ltd. kien delegat fl-20 Kungress Nazzjonali tas-CCP u diversi diretturi, superviżuri u maniġers superjuri tal-Grupp Hubei Xingfa huma membri tas-CCP (18).

Fir-rigward tal-kumpaniji privati, l-ilment allega li l-kumpaniji privati jridu jallinjaw il-politiki tagħhom mal-gvern ċentrali u jsemmi inizjattivi reċenti li għandhom l-għan li jġiegħlu lill-kumpaniji privati jinvestu f’SOEs jew jingħaqdu magħhom. L-ilmentatur jirreferi wkoll għar-Rapport Annwali tal-2022 ta’ Henan Qingshuiyuan Technology Co. Ltd., kumpanija li tidher li hija proprjetà privata, li jirreferi b’mod ċar għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u għall-iskjerament tal-kumitat tal-partit ta’ livell ogħla u tal-gvern, u għall-promozzjoni tal-integrazzjoni fil-fond tal-bini u tal-produzzjoni u tal-operat tal-partit. Skont l-istess rapport annwali, id-diretturi u l-maniġers tal-kumpanija huma wkoll membri tas-CCP.

Il-preżenza Ċiniża f’kumpaniji tal-aċidu fosforuż tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet. Skont l-ilment, il-GTĊ jippreżerva l-influwenza tiegħu fl-SOEs permezz tal-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, li hija r-responsabbiltà ewlenija tal-SASAC. Dan jagħmel hekk ukoll billi jinfluwenza ħafna l-produzzjoni ta’ materja prima kritika għall-produzzjoni tal-aċidu fosforuż, b’mod partikolari l-fosforu isfar. Barra minn hekk, l-SOEs fiċ-Ċina jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għal varjetà wiesgħa ta’ inputs bħall-art u l-enerġija, iżda anke għal sistemi ta’ finanzjament. Għalhekk, l-intervent qawwi tal-Istat fil-kumpaniji jirriżulta f’allokazzjoni distorta tar-riżorsi, li mbagħad tiġi tradotta f’kostijiet distorti u fi prezzijiet distorti għall-prodotti mmanifatturati. Pereżempju, l-ilment argumenta li Hubei Xingfa Chemicals Group irċieva għotjiet mill-gvern matul l-2023 fil-kuntest tal-preżenza qawwija tal-GTĊ fil-kumpanija. Isemmi wkoll li Henan Qingshuiyuan Technology, irċeviet għotjiet tal-gvern fl-2023. L-ilmentatur jirreferi għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni biex juri li l-GTĊ ta bidu għal strateġija biex jikkontrolla u jintervjeni fil-produzzjoni tal-fosfru isfar. Minbarra l-appoġġ espress permezz ta’ politiki governattivi, il-GTĊ iżomm ukoll taxxa tal-esportazzjoni fuq il-fosforu isfar stabbilita għal 20 % li tipprevjeni din il-materja prima milli tiġi esportata u toħloq kapaċitajiet żejda enormi fil-pajjiż. Permezz tad-dazji fuq l-esportazzjoni Ċiniżi fuq il-fosforu isfar u l-infurzar tal-politika ta’ kontroll doppju, il-GTĊ mhux biss ħoloq distorsjonijiet fil-prezzijiet interni għall-fosforu isfar, iżda wkoll distorsjonijiet internazzjonali li jagħmlu dan il-prodott madwar 20 % aktar għali għax-xerrejja fi kwalunkwe post ieħor milli fiċ-Ċina. Barra minn hekk, il-GTĊ ikompli jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet tal-enerġija (19).

Il-GTĊ konsistentement xeħet enfasi qawwija fuq l-industrija kimika fid-dokumenti ta’ politika differenti tiegħu u sawwar il-miżuri tiegħu biex jiffavorixxu lill-produtturi domestiċi ta’ sustanzi kimiċi. F’dan ir-rigward, l-ilment irrefera għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni tal-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Interim dwar il-Promozzjoni tar-Ristrutturar Industrijali, il-verżjoni tal-2024 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali li tistabbilixxi l-bażi għall-gwida tad-direzzjoni tal-investiment tal-GTĊ u għall-formulazzjoni tal-politiki pubbliċi tiegħu u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Promozzjoni tal-Użu Effiċjenti u ta’ Valur Għoli tar-Riżorsi tal-Fosforu. Skont l-ilmentatur, il-Katalogu ta’ Gwida jsemmi b’mod partikolari l-fosforu isfar, u b’hekk juri r-rilevanza ta’ din il-materja prima fl-ekonomija ppjanata Ċiniża (20). Fl-aħħar nett, l-ilment juri li l-enfasi fuq il-kimika fosforuża ma hijiex ġdida billi jirreferi għall-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-2022 dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Petrokimika u Kimika matul l-14-il FYP jew l-Avviż tal-Provinċja ta’ Jiangsu tal-14-il FYP tal-Iżvilupp Ekoloġiku Industrijali u Noti ta’ Ppjanar oħra matul iċ-ċiklu tal-14-il FYP.

Hemm nuqqas ta’ liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà fiċ-Ċina, jew applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tagħhom (21).

Il-kostijiet tal-pagi qegħdin jiġu distorti minħabba li ma jirriżultawx minn forzi normali tas-suq jew minn negozjar kollettiv ħieles. L-ilmentatur jiddikjara li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva filwaqt li jsemmi l-eżistenza ta’ trade union waħda biss li ma għandhiex indipendenza mill-Istat, u l-fatt li r-RPĊ għadha ma rratifikatx numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija affettwata mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi. L-ilment jirreferi wkoll għall-fatt li l-industrija tal-aċidu fosforuż hija soġġetta wkoll għal-liġijiet Ċiniżi dwar ix-xogħol u, għalhekk, għal dawn id-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi li jirreferu għar-rapport annwali ta’ Henan Qingshuiyuan Technology Co. Ltd. Id-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi huma msaħħa aktar mis-sussidji tax-xogħol ipprovduti mill-Istat Ċiniż, b’mod partikolari, għall-produtturi tal-aċidu fosforuż. Pereżempju, Hubei Xingfa Chemical Group Co. Ltd., u Henan Qingshuiyuan Technology Co. Ltd. irrapportaw diversi sussidji bħal dawn (22).

Il-produtturi tal-aċidu fosforuż fiċ-Ċina għandhom aċċess għall-finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi tal-politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat (23). L-ilment isemmi preżenza qawwija tal-gvern fl-istituzzjonijiet finanzjarji, u kostijiet tas-self artifiċjalment baxxi, sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Is-settur bankarju huwa influwenzat ħafna mill-Istat, mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll mis-setgħa mogħtija lill-GTĊ, bħala l-azzjonist ewlieni, biex jaħtar l-ogħla karigi maniġerjali, b’setgħat b’saħħithom ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, banek bħal dawn għandhom ukoll ishma f’kumpaniji Ċiniżi li jipproduċu l-prodott ikkonċernat. Pereżempju, Industrial and Commercial Bank of China Ltd. għandu 0,17 % tal-ishma f’Henan Qingshuiyan Technology Co. Ltd., Taikang Life Insurance Co. u Guangfa Fund Management Co. Ltd. – Il-Fond tas-Sigurtà Soċjali għandu 0,96 % u 0,75 % f’Hubei Xingfa Chemical Group Co. Ltd., rispettivament. Barra minn hekk, Henan Qingshuiyan Technology Co. Ltd. ħadet self minn diversi banek Ċiniżi, bħall-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, iċ-China Construction Bank, iċ-China Merchants Bank u CITIC Bank. L-ilment jargumenta li l-politiki ta’ self tal-banek fiċ-Ċina huma mfassla biex jilħqu l-objettivi ta’ politika u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ appoġġ għall-politiki industrijali tal-GTĊ normalment tipprevali fuq il-prestazzjoni tal-bank. Billi jibbaża b’mod partikolari fuq id-Deċiżjoni Nru 40, l-ilment jiddikjara li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jipprovdu regoli vinkolanti għall-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha fil-forma ta’ linji gwida dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġa. Fl-aħħar, hemm ħafna distorsjoni fil-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu għal diversi raġunijiet, bħall-influwenza tal-importanza strateġika tad-ditta fuq il-valutazzjoni tar-riskju u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. F’dan ir-rigward, jidher li l-industrija tal-aċidu fosforuż tibbenefika mid-distorsjonijiet fis-suq tal-bonds peress li ngħataw klassifikazzjonijiet għoljin lill-produtturi Ċiniżi. Pereżempju, CSCI Pengyuan ħarġet klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ AA+ lil Hubei Xingfa għall-2022 fir-rigward ta’ bonds konvertibbli.

(69)

Bħala konklużjoni, l-ilment ħa l-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, skont l-ilment, f’dan il-każ ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(70)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat.

(71)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel ivvalutat jekk is-settur tal-aċidu fosforuż fir-RPĊ huwiex qiegħed jinqeda b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, taħt il-kontroll jew taħt is-superviżjoni jew taħt il-gwida tal-politiki tal-awtoritajiet Ċiniżi, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi kemm minn kumpaniji privati, bħal Taizhou Yongchang Chemical Co. Ltd (24), kif ukoll minn SOEs bħall-Grupp Yuntianhua (25). Il-proporzjon eżatt ta’ produtturi privati meta mqabbla ma’ dawk tal-Istat fis-suq tal-aċidu fosforuż ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li diversi produtturi huma kkontrollati direttament mill-Istat. L-eżempji jinkludu Yunnan Yuntianhua Co. Ltd. li hija kkontrollata mill-Grupp Yuntianhua (26) li 64,8 % tal-ishma tiegħu huma miżmuma mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Gvern Provinċjali ta’ Yunnan. Barra minn hekk, Hubei Xingfa Chemicals Group Ltd (27) hija kkontrollata mill-Grupp Yichang Xingfa (28), SOE kollha kemm hi proprjetà tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Gvern tal-Kontea ta’ Xingshan (29). Barra minn hekk, Hubei Yihua Chemical Industry Co. Ltd (30) hija kkontrollata minn Hubei Yihua Group Ltd., SOE li hija proprjetà sħiħa tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Gvern Muniċipali ta’ Yichang (31) u SD Lomon (32) fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Gvern Provinċjali ta’ Sichuan (33).

(72)

Barra minn hekk, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma, mhux biss fl-SOEs iżda anke f’kumpaniji privati (34), billi s-CCP jimponi pretensjonijiet ta’ tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji tirriżulta effettivament f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u taħt is-superviżjoni tal-politiki tal-gvern, fid-dawl ta’ kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina.

(73)

L-investigazzjoni sabet li l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-industrija li tkopri s-settur kimiku hija l-Federazzjoni tal-Industrija tal-Petroleum u Kimika taċ-Ċina (“CPCIF, China Petroleum and Chemical Industry Federation”). Is-CPCIF taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-CCP, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-partit (35). Barra minn hekk, “l-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (36) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPCIF jinkludu li “jaderixxi mat-tmexxija tas-CCP, jappoġġa s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimenta b’konvinzjoni l-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jħaddan kwalitajiet politiċi tajbin” (37).

(74)

Il-Grupp Yichang Xingfa huwa membru tas-CPCIF u huwa wieħed mill-viċi presidenti tagħha (38). Barra minn hekk, il-Grupp Yuntianhua huwa membru tas-CPCIF u huwa wieħed mid-diretturi eżekuttivi tagħha (39). Barra minn hekk, Yihua Chemical Industry Co. Ltd hija membru tas-CPCIF (40).

(75)

B’mod aktar speċifiku, l-investigazzjoni sabet li l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-industrija li tirrappreżenta l-produtturi tal-aċidu fosforuż hija l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fertilizzanti tal-Fosforu taċ-Ċina (“CPFIA, China Phosphorus Compound Fertilizer Industry Association”) (41). (“). Is-CPFIA taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-CCP, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-partit (42). Barra minn hekk, “l-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (43) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPFIA jinkludu li “jaderixxi mat-tmexxija tas-CCP, jappoġġa s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimenta b’konvinzjoni l-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jħaddan kwalitajiet politiċi tajbin” (44).

(76)

Hubei Xingfa Chemicals Group Ltd, Yuntianhua Group u Hubei Yihua Group Ltd. huma membri u diretturi eżekuttivi tas-CPFIA (45).

(77)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur kimiku huma soġġetti għas-superviżjoni u għall-gwida tal-politiki. L-aħħar dokumenti tal-politiki Ċiniżi li jikkonċernaw is-settur kimiku u petrokimiku jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluż l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur biex isawru skont il-politiki tal-gvern. Eżempju ta’ dan jagħtih l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Prospetti tal-2035, li skont dawn il-GTĊ beħsiebu “jaċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib ta’ industriji ewlenin bħal dawk tas-sustanzi kimiċi” (46).

(78)

Barra minn hekk, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP (47) (“l-Opinjoni ta’ Gwida”) tistipula wkoll li l-GTĊ se “jaċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib ta’ industriji tradizzjonali, jiżviluppa b’ħeġġa materjali kimiċi ġodda u sustanzi kimiċi fini, […] u jrawwem it-tranżizzjoni taċ-Ċina minn pajjiż petrokimiku u kimiku kbir għal potenza petrokimika u kimika b’saħħitha. […] Sal-2025, […] il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi bl-ingrossa se tkompli tittejjeb, u r-rata tal-użu tal-kapaċità se tilħaq aktar minn 80 %; is-sigurtà tal-provvista ta’ materjali kimiċi ġodda se tilħaq aktar minn 75 %” (48). Barra minn hekk, il-GTĊ għandu “jippromwovi l-aġġustament tal-istruttura industrijali: isaħħaħ il-miżuri speċifiċi u jirregola b’mod xjentifiku l-iskala tal-industrija [u] jikkontrolla strettament żidiet ġodda fil-kapaċità […] fl-industrija tal-fosforu isfar” (49).Il-fosforu isfar huwa input għall-produzzjoni tal-aċidu fosforuż.

(79)

Dan ir-rekwiżit għall-kontroll tas-settur tal-input tal-fosforu isfar huwa kkonfermat ukoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (50) kif ukoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija Ekoloġika (51).

(80)

Barra minn hekk, il-Katalogu ta’ Gwida tal-2024 għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija (52) jelenka t-“teknoloġija tal-produzzjoni tal-fosforu isfar permezz ta’ gagazza mberrda bl-ilma taħt pressjoni għolja f’sistema magħluqa kompletament” bħala “industrija mħeġġa”.

(81)

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Promozzjoni tal-Użu Effiċjenti u ta’ Valur Għoli tar-Riżorsi Fosforużi għandu l-għan li “jimplimenta l-kompiti ewlenin tal-pjanijiet nazzjonali rilevanti, iwettaq użu effiċjenti u ta’ valur għoli tar-riżorsi tal-fosforu, u jsaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-katina industrijali kollha” u jistipula li l-GTĊ “fuq il-bażi tal-ħtiġijiet strateġiċi nazzjonali rilevanti, jippromwovi l-integrazzjoni profonda tal-produzzjoni, l-apprendiment, ir-riċerka u l-applikazzjoni, l-enfasi fuq li jingħelbu t-teknoloġiji u t-tagħmir ewlenin li jirrestrinġu l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija kiminka tal-fosforu, jikkultiva b’ħeġġa l-produttività ta’ kwalità ġdida u jibni katina tal-provvista industrijali indipendenti u kontrollabbli” (53).

(82)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur tal-aċidu fosforuż jistgħu jinstabu fil-livell provinċjali, bħal fl-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija Kimika (54) li jfittex li “jippromwovi b’mod komprensiv it-titjib tal-pedamenti industrijali u l-modernizzazzjoni tal-katina industrijali, jaċċellera l-irtirar tal-kapaċità tal-produzzjoni li għadha lura u li hija ineffiċjenti, u jippromwovi l-iżvilupp ta’ prodotti kimiċi fid-direzzjoni tal-funzjonalizzazzjoni, tal-irfinar u tad-differenzjazzjoni. Jiggwida lill-intrapriżi lejn il-fużjoni u r-riorganizzazzjoni, jottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-istruttura tal-katina industrijali, u jtejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni u l-profittabilità” (55).

(83)

B’mod aktar speċifiku, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi tal-2035 jirrikjedi li “jiġu ttrasformati u aġġornati industriji tradizzjonali bħall-industrija kimika tal-fosforu (56)”.

(84)

Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura jirrikjedi wkoll li “jiġu ttrasformati u aġġornati industriji tradizzjonali tal-kimika bħalma huma […] kimiċi mill-fosforu [u] issir konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta’ kimiċi ta’ kwalità għolja (57)”.

(85)

Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Materjali Ġodda jikkonferma li l-GTĊ biħsiebu jiżviluppa l- “bażi ġdida tal-industrija tal-materjali ta’ Yichang [biex] jottimizza, jaġġorna u jimmodernizza l-katina tal-industrija tal-fosforu, b’enfasi fuq l-iżvilupp tas-settur tal-materjali l-ġodda tal-industrija kimika fina tal-fosforu (58).”

(86)

Eżempju ieħor tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur tal-aċidu fosforuż fil-livell provinċjali jista’ jinstab fl-14-il FYP ta’ Guizhou dwar l-Iżvilupp ta’ Raggruppamenti Strateġiċi u Emerġenti tal-Industrija jistipula li l-GTĊ se “jaċċellera l-iżvilupp tal-industrija kimika tal-fosfat fin; jippromwovi l-iżvilupp tal-industrija kimika u r-raffinar tal-fosfat, jiżviluppa u juża b’mod xjentifiku u razzjonali r-riżorsi tal-blat tal-fosfat, […] jiżviluppa b’mod vigoruż […] il-prodotti ta’ wara l-ipproċessar tal-fosforu isfar, [u] se jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi speċjalizzati tal-fosforu bħall-fosforu isfar ta’ grad elettroniku, soluzzjonijiet ta’ inċiżjoni u retardanti tal-fjammi, u se jagħmel ħiltu biex jestendi l-katina tal-industrija tal-ipproċessar profond tal-fosforu isfar (59)”.

(87)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ kien f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni sabet li l-attivitajiet tal-bini tal-Partit fil-Grupp Yuntianhua kellhom l-għan li “juru l-mod ta’ ħsieb il-ġdid, il-miżuri l-ġodda u r-riżultati l-ġodda tal-bini ta’ Partit popolari integrati f’operazzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ negozju […] sabiex jiġu ttrasformati b’mod effettiv il-vantaġġi ewlenin tal-bini tal-Partit f’momentum b’saħħtu biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-Grupp” (60).

(88)

Barra minn hekk, il-president ta’ Yunnan Yuntianhua Co. Ltd. iservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li d-direttur eżekuttiv u l-viċi president tal-kumpanija jservi wkoll bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (61).

(89)

Il-President ta’ Hubei Xingfa Group Ltd. iservi wkoll bħala l-President tal-kumpanija omm, il-Grupp Yichang Xingfa, u bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tagħha. Barra minn hekk, wieħed mid-Diretturi ta’ Hubei Xingfa Group Ltd. iservi wkoll bħala l-Maniġer Ġenerali tal-kumpanija omm, il-Grupp Yichang Xingfa, u bħala l-viċi segretarju tagħha tal-Kumitat tal-Partit (62).

(90)

Il-president ta’ Hubei Yihua Chemical Industry Co. Ltd. iservi wkoll bħala s-segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-maniġer ġenerali tal-kumpanija jservi bħala l-viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit (63).

(91)

Ma kienx possibbli li tiġi stabbilita b’mod sistematiku l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi Ċiniżi kollha tal-aċidu fosforuż u s-CCP. Madankollu, minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta sottosettur tas-settur kimiku, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni stabbilita fl-investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku, kif indikat fil-premessa (65), hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni.

(92)

Barra minn hekk, fis-settur tal-aċidu fosforuż hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni identifikat diversi dokumenti li juru li l-industrija tal-aċidu fosforuż tibbenefika mill-gwida u mill-intervent governattivi fis-settur kimiku, minħabba li l-aċodu fosforuż jirrappreżenta sottosettur tas-settur kimiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll dokumenti li jindirizzaw speċifikament is-settur tal-fosforu.

(93)

L-industrija kimika hija meqjusa b’mod konsistenti bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (64). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq is-sustanzi kimiċi, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYP, il-GTĊ indika l-industrija kimika għall-ottimizzazzjoni u t-titjib (65). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li l-GTĊ se “Jottimizza l-istruttura organizzazzjonali: Jagħmel l-intrapriżi ewlenin akbar u aktar b’saħħithom. […] Jappoġġa lill-intrapriżi biex jaċċelleraw il-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet transreġjonali u bi sjieda reċiproka, iżidu l-konċentrazzjoni industrijali u jwettqu operazzjonijiet internazzjonali. Fl-industrija kimika, petrokimika, tal-azzar, tal-metalli mhux ferrużi, tal-materjali tal-bini u industriji oħra, jikkultiva grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali b’dominanza ekoloġika u kompetittività ewlenija” (66).

(94)

B’mod aktar speċifiku, in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Promozzjoni ta’ Użu Effiċjenti u ta’ Valur Għoli tar-Riżorsi Fosforiċi tiddikjara li “huwa urġenti li ssir enfasi fuq stadji u reġjuni differenti tal-katina tal-industrija u li jiġu implimentati politiki speċifiċi sabiex jiġu ottimizzati l-istruttura tal-prodott, l-istruttura tal-kumpanija u t-tqassim reginali” (67). In-nota ta’ Spjegazzjoni tispeċifika wkoll li l-GTĊ biħsiebu “jikkultiva raggruppamenti industrijali vantaġġużi, filwaqt li jħeġġeġ lill-provinċji ta’ Yunnan, Guizhou, Hubei u Sichuan jibnu raggruppamenti tal-manifattura avvanzati [u] jibnu sensiela ta’ intrapriżi ta’ kwalità għolja biex itejbu l-estrazzjoni tal-fosfat, iżidu l-konċentrazzjoni tal-produzzjoni kimika primarja tal-fosforu, jippromwovu l-iżvilupp ikkoordinat tal-industriji upstream u downstream, […] jikkultivaw kumpaniji kimiċi ewlenin tal-fosforu b’kontroll fuq ir-riżorsi u dominanza fuq il-katina tal-industrija, jaċċelleraw il-kultivazzjoni ta’ “ġganti żgħar” speċjalizzati u innovattivi u jimmanifatturaw promoturi uniċi, isaħħu r-raggruppamenti industrijali karatteristiċi tal-intrapriżi kimiċi u ta’ daqs medju tal-fosforu, u jippromwovu t-trasformazzjoni u t-titjib tal-katina tal-industrija” (68).

(95)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iġiegħel lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Miżuri bħal dawn jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(96)

L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur kimiku, skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni.

(97)

Barra minn hekk, il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (65). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (meta jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni jew l-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fir-RPĊ) (69).

(98)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-aċidu fosforuż ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. L-Opinjoni ta’ Gwida msemmija hawn fuq li tirrikjedi li “jittejbu l-politiki ta’ appoġġ, tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, ta’ investiment, ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni […] mal-politiki tal-industrija biex tingħata setgħa sħiħa lill-pjattaforma ta’ kooperazzjoni nazzjonali bejn l-industrija u l-finanzi u biex titrawwem il-konnessjoni bejn l-intrapriżi u l-banek” (70) hija wkoll eżempju tajjeb ħafna ta’ dan it-tip ta’ intervent governattiv. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(99)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex il-prodott taħt investigazzjoni jiġi prodott, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(100)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu ġie prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u għall-bqija.

(101)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-art, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

3.2.2.   Argumenti mqajma mill-partijiet interessati

(102)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(103)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment dwar id-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw l-industrija tal-aċidu fosforuż minn kwalunkwe wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.2.3.   Konklużjoni

(104)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.2.4.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.4.1.   Kummenti ġenerali

(105)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (71);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv.

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ngħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(106)

Kif spjegat fil-premessi (59) u (60), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fit-2 ta’ Settembru 2025. In-Nota dwar is-sorsi ddeskriviet il-fatti u l-evidenza li huma l-bażi tal-kriterji rilevanti u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni li tqis l-isem tal-pajjiż bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont ir-Regolament bażiku, l-Artikolu 2(6a).

3.2.4.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(107)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Indoneżja, lill-Malażja u lis-Serbja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni jew prodott fl-istess kategorija ġenerali.

(108)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li abbażi tal-istatistiki dwar l-esportazzjoni, il-prodott taħt investigazzjoni kien jidher li jiġi prodott biss fil-Brażil. L-Indoneżja, il-Malażja u s-Serbja dehru li kienu jipproduċu aċidi oħra bbażati fuq il-fosforu.

(109)

Ma wasal l-ebda kumment f’dan ir-rigward.

3.2.4.3.   L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv

(110)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni analizzat id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data li tista’ tintuża biex jiġi stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif ukoll tad-data finanzjarja tal-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jew ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali.

(111)

Il-Kummissjoni identifikat l-aktar materja prima importanti. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi ġenwini tal-aċidu tal-fosforuż fir-RPĊ, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni inkluża fl-ilment bħala l-fatti disponibbli.

(112)

Skont l-ilment, l-aktar materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-aċidu fosforuż kienet il-fosforu isfar li jammonta għal [55-60] % tal-kost totali tal-produzzjoni. Input importanti ieħor kien il-kloru li jammonta għal [8-11] %. Il-valur tal-aċidu idrokloriku ġġenerat bħala prodott sekondarju kien jirrappreżenta [17-20] % tal-kost tal-materja prima.

(113)

Mill-erba’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, il-Brażil biss kien jimporta l-fosforu isfar, il-kloru u l-aċidu idrokloriku fi kwantitajiet rappreżentattivi. Kwantitajiet negliġibbli ta’ fosforu isfar (anqas minn 0,5 %) importati lejn il-Brażil kienu joriġinaw mir-RPĊ.

(114)

Min-naħa l-oħra, u minbarra d-disponibbiltà limitata tal-importazzjonijiet tal-fosforu isfar, kwantitajiet sinifikanti ta’ ċerta materja prima importata fl-Indoneżja (kważi 32 % tal-fosforu isfar, 52 % tas-soda kawstika u aktar minn 30 % tal-aċidu idrokloriku) u fis-Serbja (kważi 100 % tal-fosforu isfar) kienu joriġinaw mir-RPĊ.

(115)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tas-suq permezz ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u/jew fuq l-importazzjoni imposti fuq il-prodott taħt investigazzjoni, kif ukoll fuq il-materja prima ewlenija (72).

(116)

La l-materja prima ewlenija, u lanqas il-prodott taħt investigazzjoni ma kienu soġġetti għal xi restrizzjoni kummerċjali magħrufa li tagħmel il-prezzijiet domestiċi tal-inputs ewlenin fil-Brażil, u b’hekk il-prezzijiet tal-importazzjoni użati bħala indikatur, sors mhux xieraq ta’ kost mingħajr distorsjoni.

(117)

Fl-Indoneżja, il-materja prima ewlenija kollha, kif ukoll il-prodott taħt investigazzjoni, kienu soġġetti għal-liċenzjar tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni. Ir-reġim tal-liċenzjar kien anqas strett fl-2021 għall-kumpaniji b’reputazzjoni tajba (73).

(118)

Il-Malażja kienet talbet liċenzji tal-importazzjoni fuq ċerti prodotti bbażati fuq in-nikotina, fuq sustanzi kimiċi u fuq għajnuniet għas-sostituzzjoni tat-tipjip, inkluż il-fosforu, mill-2016 (74).

(119)

L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-materja prima ewlenija u tal-prodott taħt investigazzjoni ma kinux soġġetti għal xi restrizzjoni kummerċjali magħrufa fis-Serbja.

(120)

L-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija u tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġinaw mill-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali ma kinux soġġetti għal miżuri anti-dumping, antisussidji jew ta’ salvagwardja introdotti minn pajjiżi terzi.

(121)

Għall-kuntrarju tal-indikazzjonijiet inizjali tal-aċidu fosforuż li qiegħed jiġi prodott fil-Brażil, la l-Kummissjoni u lanqas l-ilmentatur ma setgħu jidentifikaw produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli.

(122)

L-ilmentatur asserixxa li l-kumpaniji attivi fl-industrija agrokimika fejn l-aċidu fosforuż intuża bħala prekursur fil-manifattura tal-agrokimiċi jenħtieġ li jitqiesu bħala produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali. It-tnejn li huma, jiġifieri l-prodott taħt investigazzjoni u l-agrokimiċi, huma mmirati lejn klijenti simili.

(123)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċi 20.20 tan-NACE Rev.2 (75) – Manifattura ta’ pestiċidi u prodotti agrokimiċi oħra bħala kodiċi rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-industrija. Barra minn hekk, meta jitqies li l-aċidu fosforu huwa sustanza kimika inorganika, il-Kummissjoni qieset il-kodiċi 20.13 tan-NACE Rev. 2 – Manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi inorganiċi oħra rilevanti wkoll.

(124)

Fir-rigward tal-Brażil, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli ta’ Nortox S.A. u Vittia S.A. Barra minn hekk, id-data finanzjarja ta’ tliet manifatturi Brażiljani oħra ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali kienet faċilment disponibbli fil-bażi tad-data Orbis (76). Fir-rigward tad-data finanzjarja disponibbli fil-bażi tad-data Orbis, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji rrapportaw ammonti mhux raġonevoli ta’ kost SG&A u/jew ta’ profitt. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni finanzjarja dwar Nortox S.A. u Vittia S.A. biss jenħtieġ li tintuża bħala sors ta’ kost SG&A u ta’ profitt mingħajr distorsjoni.

(125)

Barra minn hekk, fil-bażi tad-data Orbis, il-Kummissjoni identifikat data finanzjarja disponibbli faċilment għal produttur wieħed mill-Indoneżja, 11 mill-Malażja u wieħed mis-Serbja ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali.

(126)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ parametri referenzjarji faċilment disponibbli għall-aktar materja prima importanti użata fil-produzzjoni tal-aċidu fosforuż, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kien beħsiebha tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, u l-informazzjoni finanzjarja ta’ Nortox S.A. u ta’ Vittia S.A., f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex jinkisbu l-prezzijiet jew il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(127)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Nortox S.A. u ta’ Vittia S.A. bħala produtturi ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali fil-pajjiż rappreżentattiv.

(128)

Ma wasal l-ebda kumment dwar l-eżistenza ta’ data disponibbli faċilment fl-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali.

3.2.4.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(129)

Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.2.4.5.   Konklużjoni

(130)

Il-Kummissjoni stabbiliet li kien hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali f’erba’ pajjiżi f’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ, jiġifieri l-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja u s-Serbja. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-aċidu fosforuż kienet disponibbli biss għall-Brażil. Instab li dawk l-importazzjonijiet kienu fi kwantitajiet rappreżentattivi u l-prezzijiet tagħhom ma kinux distorti minn importazzjonijiet sostanzjali mir-RPĊ jew mill-eżistenza ta’ restrizzjonijiet kummerċjali. L-informazzjoni finanzjarja għall-perjodu ta’ investigazzjoni li fiha d-data neċessarja kollha, bħall-kost tal-prodotti mibjugħa, l-ammonti raġonevoli għall-kost SG&A u l-profitt, id-dettalji ta’ diversi kategoriji ta’ dħul, l-informazzjoni dettaljata dwar il-kost tal-bejgħ, kienet disponibbli faċilment għal żewġ produtturi tal-prodotti mill-Brażil fl-istess kategorija ġenerali.

(131)

Għall-kuntrarju ta’ dan, l-informazzjoni disponibbli għall-Indoneżja, għall-Malażja u għas-Serbja kienet nieqsa f’ħafna aspetti. L-aktar importanti, ma kien hemm l-ebda importazzjoni jew importazzjonijiet baxxi ħafna tal-materja prima ewlenija. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ dik il-materja prima kollha jew ftit minnha kienu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u fuq l-importazzjoni fl-Indoneżja u fil-Malażja. Barra minn hekk, il-ftit importazzjonijiet tal-fosforu isfar lejn is-Serbja li joriġinaw kważi esklużivament mir-RPĊ. Fl-aħħar nett, id-data finanzjarja għall-kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti fl-istess kategorija ġenerali fl-Indoneżja, fil-Malażja u fis-Serbja kienet disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, uħud mill-kumpaniji ma kisbux ammonti raġonevoli ta’ kost SG&A u ta’ profitt.

(132)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil kien jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.2.5.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(133)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA (77) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża l-istatistiki tal-Brażil kif ukoll dawk internazzjonali biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija.

(134)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. Kif imsemmi fil-premessa (60), l-ilmentatur biss issottometta l-fehmiet tiegħu dwar il-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju.

3.2.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(135)

Permezz tal-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati u l-fatti disponibbli fil-fajl tal-investigazzjoni, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

MATERJA PRIMA

Fosforu isfar

2804 70 10

38,34

kg

Kloru

2801 10 00

2,75

kg

Soda kawstika (idrossidu tas-sodju) f’soluzzjoni milwiema

2815 12 00

3,59

kg

PRODOTT SEKONDARJU

Aċidu idrokloriku

2806 10 20

1,68

kg

MANODOPERA

Manodopera

mhux applikabbli

123,67

sigħat

ENERĠIJA

Elettriku

mhux applikabbli

0,80

kWh

Fwar

mhux applikabbli

0,95

kg

(136)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Biex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni użat ir-rapporti finanzjarji ta’ vitia S.A. li kien fihom l-informazzjoni meħtieġa. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.2.5.7.

3.2.5.2.   Materja prima u prodott sekondarju

(137)

Biex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (78). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.2.1 din ikkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(138)

Fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni żiedet id-dazji fuq l-importazzjoni mal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ta’ kull materja prima abbażi tal-kodiċi tal-komodità tagħha u tal-pajjiż ta’ oriġini rispettiv. Sabiex tiddetermina r-rata tad-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni miġbura mill-Market Access Map (79).

(139)

Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku biex tistma l-kost normalment imġarrab minn kumpanija fil-Brażil għat-trasport ta’ inputs bejn fornitur u l-bini tiegħu. Wara l-irregolaritajiet żvelati fl-għoti ta’ punteġġ lil ċerti pajjiżi (80) fir-rapport Doing Business, il-Bank Dinji ħareġ rapport ġdid fl-2024 bl-użu ta’ metodoloġiji mtejba. Madankollu, ir-rapport Business Ready (B-Ready”) (81) la kopra lill-Brażil fl-2024 u lanqas ma inkluda studju dwar il-kost domestiku tat-trasport tal-esportazzjonijiet u tal-importazzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-aktar rapport (82) Doing Business (83) reċenti u applikat aġġustament skont l-inflazzjoni (84).

(140)

Fir-rigward tal-aċidu idrokloriku, il-prodott sekondarju, il-Kummissjoni użat il-metodoloġija deskritta fil-premessi (137) u (138), ħlief li l-kost tat-trasport ma ġiex miżjud mal-prezz tal-importazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li peress li l-prodott sekondarju kien prodott minn produttur nozzjonali Brażiljan tal-aċidu fosforu, jiġifieri ma kellux għalfejn jinġieb fil-bini tiegħu minn fornitur, il-valur tiegħu mingħajr distorsjoni kien rifless biżżejjed fil-prezz tal-ħatt l-art tal-prodott sekondarju.

(141)

Fil-kummenti tiegħu dwar in-Nota dwar is-sorsi, l-ilmentatur argumenta li l-aċidu idrokloriku ġie nnegozjat f’diversi gradi ta’ purità li influwenzaw il-prezz tiegħu. Skont l-ilmentatur, l-aċidu idrokloriku miksub bħala prodott sekondarju fil-manifattura tal-aċidu fosforu huwa ta’ grad industrijali baxx b’konċentrazzjoni ta’ madwar 30 %. L-ilmentatur implika li n-nomenklatura tariffarja tal-Brażil ma ppermettietx li ssir distinzjoni bejn id-diversi gradi ta’ purità tal-aċidu idrokloriku. Iddikjara wkoll li l-importazzjonijiet lejn il-Brażil kien fihom ukoll aċidu idrokloriku ta’ purità għolja bbażat fuq il-prezzijiet għoljin tal-importazzjoni ta’ unità. L-ilmentatur issuġġerixxa li jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra biss dawk l-importazzjonijiet ta’ aċidu idrokloriku fejn il-prezz unitarju ma jaqbiżx it-USD 0,30/kg peress li dan il-livell tal-prezz kien jikkorrispondi għall-prezz tal-aċidu idrokloriku ta’ grad industrijali bbażat fuq l-għarfien tal-ilmentatur.

(142)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilmentatur ma pprovda l-ebda evidenza biex jappoġġa d-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-konċentrazzjoni tas-soltu tal-prodott sekondarju, l-aċidu idrokloriku, miksub fil-manifattura tal-aċidu fosforuż, il-purità tal-aċidu idrokloriku importat lejn il-Brażil jew il-prezz tipiku tal-aċidu idrokloriku ta’ grad industrijali. Barra minn hekk, ma kienx ċar jekk il-prezz tipiku ddikjarat tal-aċidu idrokloriku ta’ grad industrijali kienx prevalenti wkoll fis-suq Brażiljan peress li l-Brażil intgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezzijiet għoljin b’mod mhux tas-soltu ta’ ċerti importazzjonijiet setgħu kienu kkawżati mill-kwantitajiet baxxi ta’ importazzjoni minflok minn differenzi sinifikanti fil-purità tal-aċidu idrokloriku. Fid-dawl tal-kwantitajiet baxxi ta’ dawk l-importazzjonijiet bi prezz għoli, dawn kellhom biss impatt negliġibbli fuq il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni.

3.2.5.3.   Materjal konsumabbli

(143)

Għal numru ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-ilmentatur kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjali konsumabbli kif spjegat fil-premessa (157).

3.2.5.4.   Manodopera

(144)

L-Insitituto Brasileiro de Geografia e Estatística (“IBGE”) (85) jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistiki disponibbli, jiġifieri informazzjoni dwar in-numru ta’ impjegati, il-kost tas-salarju annwali totali u l-imposti soċjali, il-kost tal-kumpensi u tal-benefiċċji, li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni, biex tiddetermina l-kost medju tal-manodopera fis-settur industrijali 20.12 – Il-manifattura ta’ sustanzi intermedji għall-fertilizzanti (86).

(145)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni bħala medja dwar is-sigħat maħduma kull ġimgħa għal kull persuna impjegata fil-Brażil fl-2024 kif ippubblikata mill-ILOSTAT (87).

3.2.5.5.   Elettriku

(146)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Ministeru għall-Minjieri u għall-Enerġija tal-Brażil (88) (Ministério de Minas e Energia).

(147)

Ir-rati ppubblikati fil-bullettin ta’ kull xahar kienu jinkludu l-“Imposto sobre Circulação de Mercadorias e Serviços” (“ICMS”), taxxa imposta mill-Istati Brażiljani fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija u fuq il-provvista ta’ servizzi tat-trasport u tal-komunikazzjoni interstatali u intermuniċipali. Din it-taxxa tista’ tintalab lura mill-utenti industrijali u, għalhekk, tnaqqset mill-parametru referenzjarju stabbilit. Billi l-ICMS inġabret bir-rata li tvarja minn 17 % sa 18 % skont l-Istat, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-parametri referenzjarji tal-elettriku, filwaqt li naqqset medja ta’ 17,5 % tal-ICMS.

3.2.5.6.   Fwar

(148)

Il-Kummissjoni dderivat il-kost mingħajr distorsjoni tal-fwar mill-kost mingħajr distorsjoni tal-gass naturali abbażi tal-prezz imħallas mill-utenti industrijali fil-perjodu ta’ investigazzjoni kif ippubblikat fil-bullettini ta’ kull xahar mill-Ministeru tal-Brażil għall-Minjieri u għall-Enerġija (89).

(149)

Il-prezz tal-gass naturali kien jinkludi t-taxxi (90). Madankollu, f’dan l-istadju ma kien hemm l-ebda evidenza li dawk it-taxxi kienu simili għal taxxa fuq il-bejgħ/VAT, li normalment tista’ tintalab lura mill-kumpanija u, għalhekk, ma saritx parti mill-kost tal-kumpanija.

(150)

Il-Kummissjoni kkalkolat il-prezz tal-fwar fil-Brażil billi użat il-metodoloġija ssuġġerita mill-U.S Department for Energy (91). Din il-metodoloġija tipprovdi kost għall-fwar ibbażat fuq l-input tas-sħana meħtieġ biex jiġi prodott. Il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq il-gass naturali bħala l-input tas-sħana kif issuġġerit ukoll fl-ilment. Bl-użu tal-informazzjoni inkluża fl-ilment, il-Kummissjoni ddeterminat il-kost mingħajr distorsjoni ta’ fwar bi pressjoni baxxa, li jikkorrispondi għal 150 psig fil-metodoloġija tal-kalkolu.

(151)

Il-Kummissjoni żiedet ukoll il-kost operazzjonali li jammonta għal madwar 10 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-fwar, u l-kost SG & A u l-profitt ta’ produttur u distributur Brażiljan tal-gass naturali, il-kumpanija Petrobras.

3.2.5.7.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG & A, kostijiet u profitti

(152)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(153)

Biex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-MOH u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qagħdet fuq informazzjoni dwar l-MOH li tinsab fir-rapporti finanzjarji ta’ Vittia, S.A (92)., wieħed mill-manifatturi Brażiljani tal-prodotti fl-istess kategorija ġenerali.

(154)

Biex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kost SG&A u tal-profitt, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni finanzjarja ta’ żewġ manifatturi Brażiljani ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali, Nortox S.A (93). u Vittia S.A. L-informazzjoni finanzjarja kienet faċilment disponibbli, awditjata, konsolidata, kienet tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni u wriet livelli raġonevoli ta’ kost SG&A u ta’ profitt.

3.2.6.   Kalkolu

(155)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(156)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur fl-ilment dwar l-użu ta’ kull fattur ta’ produzzjoni (il-materjali, l-enerġija u l-manodopera) għall-manifattura tal-aċidu fosforuż. Il-konsum unitarju ta’ kull fattur ta’ produzzjoni ġie mmultiplikat bil-kost mingħajr distorsjoni abbażi ta’ data mill-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-taqsima 3.2.5. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeterminat kost dirett totali mingħajr distorsjoni.

(157)

Kif spjegat fit-taqsima 3.2.5.3, il-Kummissjoni ttrattat il-kost ta’ ċerti materjali u sorsi tal-enerġija negliġibbli bħala materjali konsumabbli. Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tal-materjali konsumabbli mġarrab mill-ilmentatur bħala perċentwal tal-kost dirett totali tal-ilmentatur, jiġifieri l-kost tal-materjali, tal-enerġija u tal-manodopera. Dan il-perċentwal li jammonta għal [4-4,5 %] imbagħad ġie applikat flimkien mal-kost dirett totali mingħajr distorsjoni.

(158)

It-total tal-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima, tal-enerġija, tal-manodopera u tal-materjali konsumabbli jirrappreżenta l-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(159)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-MOH, il-kost SG & A u l-profitt kif innotat fit-taqsima 3.2.5.7.

(160)

L-MOH ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Vittia S.A. Dawn kienu jammontaw għal 6,6 % tal-Kostijiet tal-Merkanzija Mibjugħa (“COGS, Costs of Goods Sold”). F’dan il-kalkolu, is-COGS jitqiesu bħala ekwivalenti għall-kost tal-produzzjoni, jiġifieri l-kost tal-manifattura flimkien mal-MOH. Għalhekk, il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni żdied b’tali mod li l-MOH kien jirrappreżenta 6,6 % tal-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni li jirriżulta.

(161)

Billi żiedet l-MOH mingħajr distorsjoni mal-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(162)

Il-kost SG & A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Nortox S.A. u ta’ Vittia S.A. kif spjegat fit-taqsima 3.2.5.7. Il-kost SG & A u l-profitt kienu jammontaw għal 31,1 % u għal 19,2 % tas-COGS rispettivament. Il-perċentwali rispettivi tal-kost SG & A u l-profitt mingħajr distorsjoni ġew applikati flimkien mal-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni biex wieħed jasal għall-valur normali mingħajr distorsjoni qabel aġġustament għall-prodotti sekondarji.

(163)

Fl-aħħar nett, mill-valur normali mingħajr distorsjoni msemmi fil-premessa (162), il-Kummissjoni naqqset il-valur mingħajr distorsjoni tal-aċidu idrokloriku prodott sekondarju ddeterminat kif spjegat fil-premessa (140) biex jitqies il-porzjon tal-kost u tal-profitt li jenħtieġ li jiġi allokat għal prodott sekondarju miksub matul il-manifattura tal-aċidu fosforuż.

(164)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali maħdum kien ta’ 28 850,04 CNY/tunnellata.

3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(165)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal-istatistiki dwar l-importazzjoni kif spjegat fil-premessa (182). Il-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, Cost, Insurance and Freight) tal-importazzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni rreġistrat fil-bażi tad-data Surveillance 3 (94) kien ta’ 13 558,63 CNY/tunnellata.

3.4.   Tqabbil

(166)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ddeterminat fuq livell tal-pajjiż kollu fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, meta xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex jitnaqqsu lura għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika.

3.4.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(167)

Kif spjegat fil-premessa (164), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet ta’ produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-kost SG & A u għall-profitt, li tqiesu raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien hemm bżonn tal-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi lura nett għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

3.4.2.   Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni

(168)

Sabiex il-valur normali jitnaqqas lura għal-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u għall-assigurazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku.

(169)

Il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kien jammonta għal 12 195,27 CNY/tunnellata.

3.5.   Marġni tad-dumping

(170)

Kif innotat fil-premessa (33), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-grad ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni x’aktarx li jaffettwa materjalment l-eżitu tal-investigazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk kellha l-ħsieb li tistabbilixxi sejbiet ta’ dumping fil-livell tal-pajjiż kollu.

(171)

Il-marġni tad-dumping proviżorju, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

 

Marġni tad-dumping proviżorju (%)

L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

122,8

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(172)

Il-prodott simili kien manifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(173)

Peress li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti biss minn żewġ produtturi tal-Unjoni, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu jingħataw f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(174)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet bejn [8 400 sa 9 200] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi tal-Unjoni.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti

(175)

Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt.

(176)

L-aċidu fosforuż jintuża bħala materjal intermedjarju fil-produzzjoni tal-fosfonati u ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità oħra, li għandhom firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet f’diversi industriji (tat-trattament tal-ilma, tad-deterġenti u l-aġenti tat-tindif, tal-agrikoltura, taż-żejt u l-gass, tal-materjali tal-kostruzzjoni u tal-bini, tal-industrija tat-tessuti u tal-ġilda, tal-industrija tal-karta u tal-polpa, tal-farmaċewtiċi u l-kura personali, tal-industrija tal-ikel u tax-xorb).

(177)

Il-Kummissjoni sabet li l-produzzjoni totali tal-aċidu fosforuż ta’ wieħed miż-żewġ produtturi tal-Unjoni kienet destinata għal użu kaptiv. Il-prodott spiss kien sempliċiment ittrasferit (mingħajr fattura) u/jew ikkonsenjat bil-prezzijiet tat-trasferiment fl-istess grupp ta’ kumpaniji li jinsabu f’pajjiżi terzi, jiġifieri barra l-Unjoni. Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(178)

Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi għall-analiżi makroekonomika kemm minn ICL kif ukoll minn Italmatch. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ bejgħ fis-suq ħieles minn Italimatch, l-analiżi mikroekonomika (il-prezz tal-bejgħ, is-COP, il-fluss tal-flus u r-redditu tal-investimenti) kienet ibbażata biss fuq id-data ta’ ICL.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(179)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ (i) l-istatistiki dwar l-importazzjoni ta’ Surveillance 3 (ara t-taqsima 4.4.1) u (ii) l-volumi tal-bejgħ ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni.

(180)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2021

2022

2023

PI

Konsum totali tal-Unjoni

[10 500 –11 700 ]

[9 200 –10 200 ]

[6 200 –6 900 ]

[8 300 –9 300 ]

Indiċi

100

87

59

79

Sors:

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni, Surveillance 3.

(181)

Il-konsum tal-Unjoni laħaq il-quċċata tiegħu fl-2021 minħabba l-irkupru ekonomiku wara l-COVID. Sussegwentement, il-konsum naqas progressivament fl-2022 u fl-2023, u wara dan reġa’ rkupra bil-qawwa fil-perjodu ta’ investigazzjoni (madankollu, xorta 21 % taħt il-livell tal-2021). L-aktar tnaqqis sinifikanti seħħ bejn l-2022 u l-2023, bi tnaqqis ta’ bejn 3 000 u 3 300 tunnellata (-32 punt perċentwali).

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(182)

Fil-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż huma kklassifikati taħt kodiċi TARIC ġeneriku (2811 19 80 90), li jinkludi ħafna prodotti oħra. Għalhekk, fl-ilment l-ilmentatur uża rapport ta’ intelligence tas-suq. Madankollu, din id-data kienet protetta bid-drittijiet tal-awtur u ma kinitx disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, din kienet ibbażata fuq il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni rrapportati miċ-Ċina aktar milli fuq il-kwantitajiet ta’ importazzjoni lejn l-UE u ma kienx hemm deskrizzjoni tal-merkanzija kkonċernata.

(183)

Il-Kummissjoni sabet li l-użu ta’ data statistika mill-bażi tad-data dwar l-importazzjonijiet Surveillance 3 ikun jippermetti kalkolu aktar akkurat tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Din id-data ġeneralment tipprovdi deskrizzjoni ċara tal-oġġetti deskritti, li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika u tiżola biss it-tranżazzjonijiet tal-importazzjoni tal-aċidu fosforu. Għalkemm id-dettalji speċifiċi tal-prodott ma kinux disponibbli għat-tranżazzjonijiet kollha, speċjalment matul il-perjodi ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tapplika xi stimi raġonevoli biex tlesti l-istampa.

(184)

Il-Kummissjoni pprovdiet divulgazzjoni sħiħa tal-metodoloġija applikata biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet tal-aċidu fosforu f’Nota għall-fajl (95).

(185)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjoni mal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif iddeterminat fit-taqsima 4.2.

(186)

Abbażi tal-metodoloġija deskritta hawn fuq, kif stabbilit fin-Nota għall-Fajl imsemmija, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Kwantità ta’ importazzjoni u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

6 393

6 434

3 959

5 468

Indiċi

100

101

62

86

Sehem mis-suq (%) fis-suq ħieles

[52 - 58 ]

[61 - 67 ]

[55 - 61 ]

[57 - 63 ]

Indiċi

100

115

105

108

Sors:

Surveillance 3.

(187)

It-Tabella 3 turi li matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b’14 % f’termini assoluti. F’termini ta’ sehem mis-suq, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu minn [52–58] % għal [57–63] % matul il-perjodu kkunsidrat, jew b’madwar ħames punti perċentwali.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(188)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data ta’ Surveillance 3, kif spjegat fit-taqsima 4.4.1 hawn fuq. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-prezz medju tal-importazzjoni li jirriżulta mir-RPĊ, aġġustat għal-livell tal-UE sal-konsenja, u l-prezz medju tal-bejgħ tat-tipi kollha ta’ prodotti kristallini mibjugħa mill-ilmentatur.

(189)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2021

2022

2023

PI

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

2 141

4 711

1 823

1 763

Indiċi

100

220

85

82

Sors:

Surveillance 3.

(190)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqas bi 18 % b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat.

(191)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż miksuba mill-istatistiki dwar is-suq tal-Unjoni (l-aċidu fosforuż kollu fil-forma kristallizzata), stabbiliti abbażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-bejgħ tal-aċidu fosforuż mibjugħ f’forma kristallizzata mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(192)

It-tqabbil tal-prezz sar fuq l-istess livell tal-kummerċ, li ġie aġġustat kif xieraq meta neċessarju, u wara t-tnaqqis tat-tariffi tal-kummissjonijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produttur tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 23 % u 27 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab twaqqigħ tal-prezz għall-aċidu fosforuż importat kollu li joriġina miċ-Ċina.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(193)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(194)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni. Id-data makroekonomika kienet relatata bis-sħiħ maż-żewġ produtturi tal-Unjoni, iżda nieqsa mill-bejgħ fis-suq ħieles minn Italmatch, għal ċerta data mikroekonomika, il-Kummissjoni kellha tibbaża biss fuq it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(195)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(196)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

(197)

L-analiżi tal-Kummissjoni tad-data statistika żvelat li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-aċidu fosforuż kien importat biss f’forma solida/kristallizzata miċ-Ċina, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet tbigħ il-prodott taħt investigazzjoni kemm f’forma solida kif ukoll f’forma likwida. Biex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-Kummissjoni kkonvertiet il-volumi ta’ diversi indikaturi fil-forma solida, fejn meħtieġ.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(198)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2021

2022

2023

PI

Kwantità tal-produzzjoni (tunnellata)

[9 600 –10 700 ]

[9 100 –10 100 ]

[5 300 –5 900 ]

[8 000 –8 900 ]

Indiċi

100

95

55

83

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[11 900 –13 200 ]

[11 900 –13 200 ]

[11 900 –13 200 ]

[11 900 –13 200 ]

Indiċi

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità (%)

[75 –83 ]

[71 –79 ]

[42 –46 ]

[63 –69 ]

Indiċi

100

95

55

83

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni.

(199)

Ix-xejra tal-volum tal-produzzjoni wriet tnaqqis minn bejn 9 600 u 10 700 tunnellata fl-2021 għal bejn 5 300 u 5 900 tunnellata fl-2023 (– 45 %), segwita minn żieda għal bejn 8 000 u 8 900 tunnellata fl-2024. Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli f’bejn 11 900 u 13 200 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li x-xejra tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni naqset minn bejn 75 % u 83 % fl-2021 għal bejn 42 % u 46 % fl-2023 u mbagħad żdiedet għal bejn 63 % u 69 % fl-2024.

4.5.2.2.   Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(200)

Il-kwantità ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

PI

Kwantità totali ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[4 500 –5 100 ]

[3 200 –3 600 ]

[2 500 –2 800 ]

[3 100 –3 600 ]

Indiċi

100

70

55

69

Sehem mis-suq (%)

[41 –45 ]

[33 –36 ]

[38 –42 ]

[35 –39 ]

Sors:

it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ ICL.

(201)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas minn bejn 4 500 u 5 100 tunnellata fl-2021 għal bejn 2 500 u 2 800 tunnellata fl-2023 (– 45 %) u mbagħad żdied għal bejn 3 100 u 3 600 tunnellata fl-2024. B’mod ġenerali, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq domestiku tagħha naqas b’31 % li huwa aktar b’saħħtu mit-tnaqqis fil-konsum (– 21 %).

(202)

Konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel minn bejn 41 % u 45 % fl-2021 għal bejn 35 % u 39 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.5.2.3.   Tkabbir

(203)

L-industrija tal-Unjoni ġarrbet tkabbir negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari fl-2022 u fl-2023 meta mqabbla mal-2021. L-industrija tal-Unjoni wriet ħjiel ta’ reżiljenza fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta, bid-detriment ta’ tnaqqis fil-prezzijiet, kienet kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ meta mqabbla mas-snin preċedenti.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(204)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2021

2022

2023

PI

Numru ta’ impjegati (ekwivalenti għall-full time (FTE, Full-Time Equivalent))

[22 –25 ]

[22 –25 ]

[22 –25 ]

[22 –25 ]

Indiċi

100

100

100

100

Produttività (tunnellata/FTE)

[400 –450 ]

[370 –430 ]

[220 –250 ]

[330 –380 ]

Indiċi

100

95

55

83

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni.

(205)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-Unjoni baqgħu stabbli. Minkejja volumi tal-produzzjoni aktar baxxi matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni żammet il-persunal imħarreġ ferm u bi kwalifiki għoljin billi kienet qed tistenna sakemm is-sitwazzjoni tas-suq tinnormalizza, u l-volumi tal-produzzjoni ogħla jirritornaw.

(206)

Mill-premessa preċedenti u mill-premessa (204) jirriżulta li l-produttività naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(207)

Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(208)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(209)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-ilmentatur lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2021

2022

2023

PI

Prezz medju tal-unitajiet tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

[1 600 –1 900 ]

[4 000 –4 500 ]

[2 600 –2 900 ]

[2 100 –2 500 ]

Indiċi

100

247

161

134

Kost ta’ unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

[1 600 –1 900 ]

[2 700 –3 100 ]

[2 200 –2 500 ]

[2 100 –2 400 ]

Indiċi

100

167

135

130

Sors:

it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ ICL.

(210)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-ilmentatur fis-suq tal-Unjoni rduppjaw b’mod eċċezzjonali bejn l-2021 u l-2022 u mbagħad naqsu b’mod sinifikanti fis-sentejn ta’ wara, meta mqabbla mal-livell tal-prezzijiet tal-2022. Il-prezzijiet medji ogħla tal-bejgħ irriflettew parzjalment iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u sitwazzjoni partikolari tas-suq fl-2022 u fl-2023 meta ċ-Ċina esperjenzat sentejn problematiċi minħabba tfixkil fil-katina tal-provvista tal-materja prima domestika u żieda qawwija fil-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar lejn l-Unjoni.

(211)

Il-kost ta’ unità tal-produzzjoni żdied b’67 % bejn l-2021 u l-2022, u mbagħad naqas bi 32 punt perċentwali fl-2023. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kost ta’ unità tal-produzzjoni kien 30 % ogħla meta mqabbel mal-2021.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(212)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2021

2022

2023

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

[78 000 –88 000 ]

[81 000 –91 000 ]

[74 000 –83 000 ]

[74 000 –83 000 ]

Indiċi

100

104

95

95

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni.

(213)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’4 % bejn l-2021 u l-2022. Iż-żieda fis-salarju li seħħet fl-2022 kienet riżultat tal-bonusijiet dovuti mħallsa għal ċertu persunal pertinenti għall-prestazzjoni finanzjarja tas-sena. Fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas b’5 % meta mqabbel mal-2021 minħabba t-tnaqqis fil-bonusijiet u s-sostituzzjoni ta’ impjegati b’esperjenza b’kost lavorattiv għoli ma’ forza tax-xogħol ġdida.

4.5.3.3.   Inventarji

(214)

Il-livelli tal-istokks tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

L-istokks

 

2021

2022

2023

PI

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

[300 –400 ]

[100 –300 ]

[300 –400 ]

[200 –400 ]

Indiċi

100

60

105

91

Stokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

[3 –4 ]

[1 - 3 ]

[5 –7 ]

[3 –4 ]

Sors:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni.

(215)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq segwa x-xejra ’l isfel tal-produzzjoni fl-ewwel sentejn. Imbagħad żdied fl-2023 billi reġa’ lura għall-istess livell tal-2021 sakemm fl-aħħar naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(216)

Bħala perċentwal tal-volumi tal-produzzjoni, il-livell tal-istokks naqas minn bejn 3 % sa 4 % fl-2021 għal bejn 1 % u 3 % fl-2022. Fl-2023, l-istokks eżawriti kellhom jiġu riforniti. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-istokks tal-għeluq espressi bħala perċentwal tal-produzzjoni rritornaw għall-istess livell tal-2021.

(217)

Matul il-perjodu kkunsidrat kollu, il-livelli tal-istokks tal-għeluq kienu negliġibbli. Filwaqt li dan jista’ jidher li jindika ġestjoni effiċjenti tal-inventarju, in-nuqqas ta’ ħażniet sinifikanti, fil-fatt, affettwa l-flessibbiltà operazzjonali tal-industrija tal-Unjoni. Huwa essenzjali li jinżamm inventarju adegwat biex jiġu ġestiti b’mod effettiv il-fluttwazzjonijiet fid-domanda.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(218)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-ilmentatur żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2021

2022

2023

PI

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

[–1 sa –2 ]

[29 sa 33 ]

[13 sa 16 ]

[1 sa 2 ]

Fluss tal-flus (EUR 000)

[800 –1 000 ]

[5 600 –6 300 ]

[1 600 –1 900 ]

[1 400 –1 700 ]

Indiċi

100

691

200

184

Investimenti (EUR 000)

[200 –300 ]

[700 –900 ]

[300 –400 ]

[400 –500 ]

Indiċi

100

360

153

202

Redditu fuq l-investimenti (%)

[–4 sa –6 ]

[279 sa 310 ]

[63 sa 71 ]

[9 sa 11 ]

Indiċi

– 100

5 695

1 296

194

Sors:

it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ ICL.

(219)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel telf fis-sena 2021, fl-2022 il-profittabilità żdiedet għal [29–33] %, naqset fl-2023 għal [13–16] % u fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-ilmentatur għamel profitt żgħir ta’ [1–2] %.

(220)

Il-profittabilità matul il-perjodu ta’ sentejn bejn l-2022 u l-2023 kienet influwenzata miċ-ċirkostanzi ekonomiċi ġġenerati mit-tnaqqis fir-ritmu tad-domanda u minn tnaqqis temporanju fl-importazzjonijiet mir-RPĊ, ikkawżat mill-kostijiet għoljin tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar biex il-prodott jitwassal fl-Unjoni. Fl-2022 u fl-2023, minkejja l-kriżi tal-enerġija li feġġet wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-2022 u t-tfixkil fil-katina tal-provvista tal-materja prima fl-Ewropa (li affettwat ukoll il-produzzjoni Ċiniża – ara t-taqsima 5.2.1), l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tgħaddi ż-żieda fil-kostijiet lill-utenti fl-Unjoni. Iż-żieda osservata fil-kostijiet tal-produzzjoni kienet eċċezzjonalment għolja EUR [1 200–1 400] għal kull tunnellata fl-2022 u EUR[300–500] għal kull tunnellata fl-2023.

(221)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni baqgħet ftit ogħla mill-punt ta’ ekwilibriju, konsegwenza tal-impatt taż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-industrija tal-Unjoni tilfet il-kontroll fuq l-ipprezzar tal-prodott, ikkawżat mid-disponibbiltà tal-aċidu fosforuż mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet baxxi ħafna, li wassal għal sitwazzjoni ta’ soppressjoni tal-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(222)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett segwiet ix-xejra tal-profittabilità, din żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, li ppermetta lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fiż-żamma u fis-sostituzzjoni neċessarji tal-makkinarju iżda prinċipalment fl-2022.

(223)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott taħt investigazzjoni li saru mill-industrija tal-Unjoni beda jiżdied prinċipalment fl-2022, wara ż-żieda fil-livelli ta’ profittabilità. L-investimenti laħqu madwar 300 000–500 000 EUR fit-tieni parti tal-perjodu kkunsidrat, b’investimenti relatati mal-manutenzjoni u mas-sostituzzjoni tal-makkinarju fl-impjant tal-produzzjoni.

(224)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan kien negattiv fl-2021, tjieb b’mod sinifikanti bejn l-2020 u l-2022 b’mod allinjat maż-żieda fil-profittabilità biex fl-aħħar naqas għal [9–11] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(225)

L-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ u [4–7] punti perċentwali tas-sehem mis-suq f’suq tal-Unjoni li kien qiegħed jiċkien. F’termini ta’ pprezzar, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel it-telf fl-2021 u kienet biss ftit profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda kienet profittabbli fl-2022 u fl-2023. Madankollu, il-profitti miksuba f’dawk is-sentejn kienu dovuti għal ċirkostanzi eċċezzjonali u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni kienet biss ftit ogħla mill-punt ta’ ekwilibriju.

(226)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(227)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-effetti taż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fosforu isfar, l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni u tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(228)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, billi l-volumi ta’ bejgħ tal-Unjoni tiegħu naqsu b’31 %. Hekk kif il-konsum naqas b’21 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn [41 %–45 %] għal [35 %–39 %]. Minħabba li l-konsum naqas b’21 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn [40,5 %–45 %] għal [35,4 %– 39,3 %].

It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni jista’ jiġi attribwit bis-sħiħ għal żieda parallela fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, peress li ma kien hemm l-ebda sors sinifikattiv ieħor ta’ importazzjonijiet. Tabilħaqq, iċ-Ċina żiedet is-sehem mis-suq tagħha minn [52 %–58 %] għal [57 %–63 %]. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 25 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan irriżulta f’soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(229)

Minħabba l-volumi tal-bejgħ mitlufa, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat ukoll tnaqqis sinifikanti fil-kwantitajiet tal-produzzjoni. Biex tibqa’ kompetittiva, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha (b’35 % fis-sena 2023 u bi 15 % fis-sena 2024), li affettwa b’mod negattiv il-profittabilità. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabilità tagħha kienet biss ftit ogħla mill-punt ta’ ekwilibriju.

(230)

Għalhekk, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ta’ aċidu fosforuż miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Żieda fil-kostijiet tal-materja prima

(231)

Il-fosforu isfar huwa l-materja prima ewlenija, u jammonta għal aktar minn 50 % tal-kost tal-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. Din il-materja prima esperjenzat żieda qawwija straordinarja fil-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat l-effett dannuż possibbli taż-żieda fil-prezz tal-fosforu isfar fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 12

Evoluzzjoni tal-prezz tal-fosforu isfar (USD/kg)

 

2021

2022

2023

PI

Iċ-Ċina

4,45

5,29

3,74

3,22

Indiċi

100

119

84

72

L-Ewropa

3,13

5,06

4,95

3,94

Indiċi

100

162

158

126

Sors:

https://businessanalytiq.com/procurementanalytics/index/yellow-phosphorus-price-index/.

(232)

Il-Kummissjoni sabet li globalment, il-prezz tal-fosforu isfar żdied b’mod anormali fis-suq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fil-prezz kienet globali u għalhekk affettwat lill-produtturi Ċiniżi wkoll.

(233)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tgħaddi ż-żieda fil-kost lill-klijenti tagħha fl-2022, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu f’livelli komparabbli mal-2021, u anke fl-2023, meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 38 % (ara t-tabella 3). Billi l-prezz tal-fosforu isfar naqas b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar fl-istess perjodu, il-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fosforu isfar ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(234)

Il-kwantità ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, matul il-perjodu kkunsidrat, kif ġej:

Tabella 13

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

2021

2022

2023

PI

tunnellati

[63 –71 ]

[67 –75 ]

[58 –66 ]

[106 –119 ]

Indiċi

100

107

93

169

Sehem mis-suq (%)

[0 –1 ]

[0 –1 ]

[0 –1 ]

[0,5 –1,5 ]

Prezz medju

[1 500 –1 800 ]

[2 000 –2 300 ]

[1 600 –1 900 ]

[1 700 –2 000 ]

Indiċi

100

131

108

116

Sors:

Surveillance 3.

(235)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu jammontaw għal [0,5 % –1,5 %] ta’ konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni u anqas minn 1 % għat-tliet snin l-oħra fil-perjodu kkunsidrat (u kienu jammontaw għal [106–119-il] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni). B’tali livell baxx ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja ma attenwawx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(236)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2021

2022

2023

2024

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

[286 –318 ]

[50 –56 ]

[35 –40 ]

[65 –73 ]

Indiċi

100

18

12

23

Prezz medju (EUR/tunnellata)

[1 800 -2 100 ]

[4 800 -5 400 ]

[4 400 -5 000 ]

[3 600 -4 100 ]

Indiċi

100

260

242

198

Sors:

it-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ ICL.

(237)

Bħala medja, il-volumi tal-esportazzjonijiet kienu jammontaw għal 3 % tal-bejgħ ġenerali tal-aċidu fosforuż tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni kien ferm aktar evidenti mit-tnaqqis fil-bejgħ tal-Unjoni, anke f’termini relattivi. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu konsistentement ogħla minn dawk fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwietx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(238)

L-investigazzjoni wriet korrelazzjoni bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-importazzjonijiet u bi prezzijiet aktar baxxi eżerċitat pressjoni għolja fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u wasslet għal tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u fis-sehem mis-suq tas-suq domestiku tagħha.

(239)

Mill-2023, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet medji Ċiniżi kienu anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li diġà kien ta’ [52 %–58 %] fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, kompla jiżdied bi 8 %. It-telf tal-volum tal-bejgħ u, konsegwentement, tal-volum tal-produzzjoni wassal għal żieda fil-kostijiet fissi li ssarrfet f’żidiet konsiderevoli fil-kostijiet ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni allinjat il-prezzijiet tagħha mal-kost miżjud tal-produzzjoni, iżda dan wassal għal livell ta’ prezz li ma kienx kompetittiv mal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping li kompla jiżdied b’mod sinifikanti f’termini assoluti u relattivi bi prezzijiet li kienu anqas mill-kost u mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni ħolqot soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li wasslet għal tnaqqis fil-bejgħ, fis-sehem mis-suq u fil-profittabilità.

(240)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(241)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Madankollu, l-effett ta’ dawn il-fatturi fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni ma kienx sinifikanti.

(242)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, meqjusa b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(243)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping ikkalkolat fuq livell tal-pajjiż kollu (ara t-Taqsima 3.5 hawn fuq) ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom, ara l-premessi minn (244) sa (250) hawn taħt.

6.1.   Marġni tad-dannu

(244)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(245)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabilità qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabilità meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabilità li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(246)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet kollha f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni abbażi tal-profittabilità miksuba qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, jiġifieri fis-snin mill-2017 sal-2019. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 9,96 %.

(247)

Abbażi ta’ dan, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ EUR [2 400–2 800] għal kull tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 10 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilmentatur.

(248)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma rrapportat l-ebda kost futur bħal dan.

(249)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ EUR [2 400–2 800] għal kull tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (246)) għall-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(250)

Imbagħad il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għall-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-ilmentatur fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

 

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz (%)

L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

122,8

39,7

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(251)

Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

6.3.   Distorsjonijiet fil-materja prima

(252)

Skont l-evidenza fl-ilment, il-fosforu isfar, li jammonta għal [55 - 60 %] tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa soġġett għal taxxa ta’ 20 % fir-RPĊ.

(253)

Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegata distorsjoni u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, kif ukoll l-impatt ta’ tali distorsjoni(jiet) fuq il-produzzjoni tal-aċidu fosforuż fir-RPĊ. Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar id-dokumenti regolatorji rilevanti li jimponu restrizzjonijiet li jammontaw għal distorsjonijiet tal-materja prima koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku u l-informazzjoni li tinsab fl-ilment.

(254)

Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Bħala materja prima prinċipali hija kkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-anqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-fosforu isfar biss issodisfa dik il-kundizzjoni.

(255)

Imbagħad il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prezz Ċiniż tal-fosforu isfar kienx distort minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, dazji fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjonijiet, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”), tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni, restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar tal-merkanzija għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta.

(256)

L-ilmentatur irrefera għall-Avviż tal-Kummissjoni tat-Tariffi Doganali tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tat-Tariffi tal-Esportazzjoni fuq Ċerti Prodotti [2009] Nru 6 (96), li ddikjara li “tariffa tal-esportazzjoni ta’ 20 % se tkompli tiġi imposta fuq il-fosforu isfar”. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-miżura kienet għadha fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (97).

(257)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezz domestiku Ċiniż tal-fosforu isfar kien distort minn miżura elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, speċifikament taxxa fuq l-esportazzjoni.

(258)

Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet il-prezz Ċiniż tal-fosforu isfar mal-prezzijiet fis-suq/swieq internazzjonali rappreżentattiv(i). L-ilment irrefera għall-indiċi tal-prezzijiet disponibbli għall-pubbliku ppubblikat mill-fornitur tal-intelligence tas-suq Business AnalytIQ. Dan is-sors ipprovda prezzijiet tal-fosforu isfar fiċ-Ċina, fl-Istati Uniti, fl-Ewropa u fix-Xlokk tal-Asja għall-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ kull xahar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat il-valur mingħajr distorsjoni tal-fosforu isfar stabbilit fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Brażil. Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet f’dawk is-swieq internazzjonali kienu bejn 22 % (l-Ewropa) u 67 % (il-Brażil) ogħla milli fir-RPĊ.

(259)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-fosforu isfar affettwat mit-taxxa fuq l-esportazzjoni deskritta fil-premessa (256) irrappreżentatx mill-anqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, intuża prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fis-swieq internazzjonali msemmija fil-premessa (258). Il-Kummissjoni stabbiliet li l-fosforu isfar kien jammonta għal aktar minn 50 % tal-kost reali tal-produzzjoni tal-ilmentatur.

(260)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fosforu isfar kien soġġett għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.4.   Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(261)

F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni.

6.4.1.   Kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur

(262)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi Ċiniżi tal-aċidu fosforuż għandhom kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda eċċezzjonalment kbar, li joħolqu riskju serju ta’ esportazzjonijiet kontinwi lejn is-suq tal-Unjoni anke wara l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri. Skont l-evidenza fl-ilment, instabet li l-kapaċità installata totali fir-RPĊ kienet aktar minn erbgħin darba akbar mid-daqs tal-konsum tal-Unjoni. Madwar 23 % ta’ din il-kapaċità baqgħet ma tintużax matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk tista’ tiġi diretta mill-ġdid faċilment għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

6.4.2.   Kompetizzjoni għall-materja prima

(263)

Il-Kummissjoni analizzat il-kundizzjonijiet tas-suq għall-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. Il-fosforu isfar, il-materjal ta’ input ewlieni fil-produzzjoni tal-aċidu fosforuż, huwa soġġett fiċ-Ċina għal dazju fuq l-esportazzjoni ta’ 20 %. Din il-miżura tirrestrinġi l-provvista internazzjonali u żżomm il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi baxxi b’mod artifiċjali, u tagħti vantaġġ fil-kost lill-produtturi Ċiniżi. Il-fosforu isfar jirrappreżenta [55 - 60 %] tal-kost tal-produzzjoni tal-aċidu fosforuż. Din id-diskrepanza sinifikanti fil-kost tfixkel il-kompetizzjoni u tpoġġi lill-produtturi tal-Unjoni fi żvantaġġ strutturali.

6.4.3.   Effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni

(264)

Il-Kummissjoni analizzat l-impatt potenzjali tal-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-ktajjen tal-provvista tal-Unjoni, inklużi l-effetti fuq is-suq downstream u d-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati li kkooperaw. Utent wieħed biss issottometta tweġiba kompluta għall-kwestjonarju, u għalhekk il-Kummissjoni qagħdet primarjament fuq id-data pprovduta minn dak l-utent. L-analiżi wriet li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex impatt avvers materjali fuq il-profittabilità ta’ dak l-utent, li tibqa’ f’livell sostenibbli, li jippermettilu jkompli l-operazzjonijiet tiegħu mingħajr tfixkil sinifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni żżomm biżżejjed kapaċità mhux użata biex iżżid il-produzzjoni u b’hekk tissodisfa sehem akbar mid-domanda tal-Unjoni.

6.4.4.   Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(265)

Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.5.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(266)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, fil-livell li ġej:

 

Rata tad-dazju anti-dumping (%)

L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

122,8

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(267)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(268)

Il-produttur tal-Unjoni li ppreżenta l-ilment, li jirrappreżenta l-produzzjoni kollha tal-Unjoni disponibbli fis-suq ħieles, ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni u esprima l-interess tiegħu fl-impożizzjoni ta’ miżuri. Anki l-produttur l-ieħor tal-Unjoni, Italimatch, ikkoopera bis-sħiħ billi pprovda tweġibiet dedikati għall-kwestjonarju.

(269)

L-impożizzjoni ta’ dazji hija mistennija tirrestawra kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mid-dannu materjali mġarrab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod partikolari, il-miżuri jippermettu lill-produttur tal-Unjoni jerġa’ jikseb il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mitlufa, itejjeb il-profittabilità u jiżgura l-operat sostenibbli tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx li jkollha impatt pożittiv fuq il-vijabbiltà u fuq il-kompetittività fit-tul tal-industrija tal-Unjoni.

(270)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkomplu jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, u b’hekk ikomplu jagħfsu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u jkissru l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Dan idgħajjef l-kapaċità tagħha li tinvesti, tinnova u żżomm il-produzzjoni, u fl-aħħar mill-aħħar jhedded il-vijabbiltà tagħha.

(271)

Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(272)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-importaturi jew il-kummerċjanti tal-Unjoni. Importatur wieħed (S. Goldmann GmbH & Co. KG, il-Ġermanja) ipprovda sottomissjoni bil-miktub, li fiha esprima l-oppożizzjoni tiegħu għall-miżuri.

(273)

Goldmann iddikjara li l-miżuri kieku jagħtu lill-ilmentatur pożizzjoni monopolistika li x’aktarx iżżid il-kostijiet tiegħu stess u tipperikola wkoll il-katina tal-provvista fl-Unjoni, peress li ICL ma tistax tkopri d-domanda kollha. Fir-rigward tas-sigurtà tal-katina tal-provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-uniċi sorsi ta’ aċidu fosforuż huma l-ilmentatur u l-produtturi Ċiniżi. It-telf tal-industrija tal-Unjoni ikun jagħmel lir-RPĊ l-uniku sors ta’ aċidu fosforuż. Fir-rigward tal-pożizzjoni monopolistika tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet kummerċjali ġusti għall-partijiet kollha; l-industrija downstream xorta tista’ tfittex sorsi ta’ provvista tal-materjal mir-RPĊ, iżda bi prezzijiet ġusti mhux oġġett ta’ dumping.

(274)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza suffiċjenti li turi li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosoruż li joriġinaw mir-RPĊ ikollha effett avvers dejjiemi fuq il-profittabilità tal-importaturi jew tal-kummerċjanti.

7.3.   Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri

(275)

Utent wieħed, Giovanni Bozzetto SpA, ippreżenta ruħu matul l-investigazzjoni u pprovda tweġiba għall-kwestjonarju u sottomissjoni bil-miktub, li fiha esprima l-oppożizzjoni tiegħu għall-miżuri. L-aċidu fosforuż huwa materja prima fost diversi oħrajn għal Bozzetto fil-produzzjoni tal-formulazzjonijiet tad-deterġenti u tat-trattament tal-ilma.

(276)

Abbażi tad-data rrapportata fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-kumpanija u tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ murija fit-Tabella 3, il-Kummissjoni stabbiliet li Bozzetto kien jirrappreżenta 15 % sa 25 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

(277)

Bozzetto ddikjara li l-miżuri kieku jagħtu lill-ilmentatur pożizzjoni monopolistika li x’aktarx iżżid il-kostijiet tiegħu stess u tipperikola wkoll il-katina tal-provvista fl-Unjoni, peress li l-ilmentatur ma jistax ikopri d-domanda kollha.

(278)

Fir-rigward tal-effetti fuq is-sigurtà tal-katina tal-provvista, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping ma humiex maħsuba biex jimblukkaw l-importazzjonijiet, iżda pjuttost biex jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust għall-partijiet kollha; l-industrija downstream xorta tista’ tfittex sorsi ta’ provvista tal-materjal miċ-Ċina, u b’hekk l-industrija tal-Unjoni ma tgawdix minn pożizzjoni monopolistika. Min-naħa l-oħra, it-telf tal-industrija tal-Unjoni kieku jagħmel liċ-Ċina l-uniku sors ta’ aċidu fosforuż.

(279)

Bozzetto esprima t-tħassib tiegħu dwar il-kapaċità tal-produtturi Ċiniżi integrati vertikalment li jevitaw il-miżuri, billi jipproċessaw aktar aċidu fosforuż f’fosfonati u jesportaw il-prodott downstream fl-Unjoni b’mod li jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-fosfonati tal-Unjoni. Il-produtturi tas-sustanzi kimiċi ta’ pajjiżi terzi għall-prodotti downstream kieku jiksbu vantaġġ kompetittiv fuq il-produtturi tal-Unjoni peress li jkomplu jixtru l-aċidu fosforuż Ċiniż mingħajr dazji AD u b’hekk ibigħu l-prodott finali bi prezz aktar baxx fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-importaturi tal-aċidu fosforuż minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ assemblaġġ immirati għall-prodott li joriġina miċ-Ċina u jevitaw il-miżuri billi jesportaw il-prodott fis-suq tal-Unjoni.

(280)

Fir-rigward taċ-ċirkomvenzjoni potenzjali u taż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet fis-swieq tal-prodotti downstream, il-Kummissjoni għandha għodod biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet jekk jinqalgħu.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(281)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż li joriġinaw mir-RPĊ f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(282)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(283)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż li joriġinaw mir-RPĊ, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (266) li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping.

(284)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rata tad-dazju anti-dumping proviżorju, espressa skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, tiġi stabbilita fil-livell ta’ 122,8 %.

(285)

Din ir-rata tad-dazju hija esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat.

9.   REĠISTRAZZJONI

(286)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(287)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex.

(288)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(289)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni saret disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web tad-DĠ Kummerċ U Sigurtà Ekonomika. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(290)

Tliet kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw issottomettew kummenti sal-iskadenza. Madankollu, il-kummenti ma kinux jikkonċernaw l-akkuratezza tal-kalkoli. Għalhekk dawk il-kummenti se jiġu indirizzati kif xieraq fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(291)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(292)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż, f’forom solidi jew likwidi (milwiema), anke aċidu fosfoniku denominat, li normalment jaqgħu taħt in-numri 13598-36-2 u 10294-56-1 tal-Chemical Abstracts Service (“CAS”), bin-numri 0021895-1 u 0043878-8 tad-Dwana u tal-Istatistika (“CUS”) li normalment jikkorrispondu għalihom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2811 19 80 (il-kodiċi TARIC 2811 19 80 60), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 122,8 %.

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1334.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)   ĠU C, C/2025/1687, 19.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1687/oj.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1334 tal-10 ta’ Lulju 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ aċidu fosforuż li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/1334, 11.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1334/oj).

(4)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2781.

(5)  t25.009318, t25.009323.

(6)  In-nota għall-fajl tat-12 ta’ Ġunju 2025, t25.006313, dwar il-kjarifika tal-produzzjoni tal-aċidu fosforuż.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959 tas-17 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-eritritol li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1959, 19.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1959/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752 tat-12 ta’ April 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 13.4.2023, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/752/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 12.3.2021, p. 154, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/441/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 161 sa 162; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 89 sa 90; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 70.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 103 sa 113; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 46 sa 50; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 49.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 114 sa 122; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 51 sa 55; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 50 sa 54. Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu persunal maniġerjali ewlieni fl-intrapriżi tal-Istat (SOEs, State-Owned Enterprises), kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP, Chinese Communist Party) fl-intrapriżi, kemm f’tal-Istat kif ukoll f’dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi f’deċiżjonijiet kummerċjali. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % minn madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 123 sa 133; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessa 65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 55 sa 63.

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 134 sa 138; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 66 sa 69; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 64.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 139 sa 142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 71 sa 72; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 65.

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 143 sa 152; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 72 sa 81; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 66.

(15)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt. Inkluża l-verżjoni preċedenti tad-dokument: Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt.

(16)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 11–12.

(17)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 13–14.

(18)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 15–17.

(19)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 17–19.

(20)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 20–21.

(21)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 22–23.

(22)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 23–24.

(23)  L-ilment (il-verżjoni miftuħa), p. 24–27.

(24)  Disponibbli fuq http://www.tzycchem.com/pages/about.html (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(25)  Disponibbli fuq https://yth.cn/ywycp/jxhgjxcl.html (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(26)  Yunnan Yuntianhua Co. Ltd. Rapport annwali 2024, p. 115. Disponibbli fuq https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-3/2025-03-25/10802990.PDF (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(27)  Disponibbli fuq https://www.xingfagroup.com/index.php/product/category?id=5 (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(28)  Hubei Xingfa Chemicals Group Ltd. Rapport annwali 2024, p. 76. Disponibbli fuq https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-4/2025-04-01/10835918.PDF (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(29)  Ibid.

(30)  Disponibbli fuq https://en.hbyihua.cn/product_detail/261.html (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(31)  Hubei Yihua Chemical Industry Co. Ltd. Rapport annwali 2024, p. 113. Disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-4/2025-04-03/10844871.PDF. (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(32)  Disponibbli fuq https://www.sdlomon.com/about/aboutjj/ (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(33)  Ibid.

(34)  L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt tal-Kumpaniji taċ-Ċina. Ara wkoll ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 47 sa 50.

(35)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 3. Disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Settembru 2025).

(36)  Ibid.

(37)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 36. Disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Settembru 2025).

(38)  Disponibbli fuq http://www.cpcif.org.cn/detail/4aa3eebc-85ca-4893-aacf-85c552107b4e (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(39)  Disponibbli fuq http://www.cpcif.org.cn/detail/78f4fdd0-52c0-429d-b47b-a34ee66ff54f (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(40)  Disponibbli fuq http://www.cpcif.org.cn/detail/9d10963a-e7ba-4444-8903-6ae4248adb58 (ikkonsultat l-aħħar fis-16 ta’ Settembru 2025).

(41)  Disponibbli fuq http://www.cpfia.org/web/meeting.php?column=3 (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(42)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPFIA, l-Artikolu 3. Disponibbli fuq: http://www.cpfia.org/web/content.php?column=65&id=10483 (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(43)  Ibid.

(44)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPFIA, l-Artikolu 36. Disponibbli fuq: http://www.cpfia.org/web/content.php?column=65&id=10483 (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(45)  Ara fuq: http://www.cpfia.org/web/content.php?column=41&id=18892 (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(46)  Ara t-Taqsima III.8.3 tal-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-prospetti tal-2035. Disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(47)  Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(48)   Ibid., it-Taqsima I.3.

(49)   Ibid., it-Taqsima III.4.

(50)  It-Taqsima IV.1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(51)  Ara t-Taqsima III.2 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija Ekoloġika. Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/03/5655701/files/4c8e11241e1046ee9159ab7dcad9ed44.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(52)  Disponibbli fuq https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-17 ta’ Settembru 2025).

(53)  Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202401/content_6923991.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(54)  Disponibbli fuq https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211201/1191133.shtml (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Settembru 2025).

(55)   Ibid., it-Taqsima II.2.4.

(56)  L-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi tal-2035, il-kaxxa 3, p. 25. Disponibbli fuq https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/dffzgh/202104/P020210427315108290779.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(57)  L-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura, Taqsima III.1.3. Disponibbli fuq https://www.hubei.gov.cn/zfwj/ezf/202111/t20211119_3871028.shtml (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(58)  L-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Materjali Ġodda, Taqsima IV.2.2. Disponibbli fuq https://jxt.hubei.gov.cn/fbjd/xxgkml/jhgh/202203/t20220325_4056642.shtml (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(59)  L-14-il FYP ta’ Guizhou dwar l-Iżvilupp ta’ Raggruppamenti Strateġiċi u Emerġenti tal-Industrija, it-Taqsima V. Disponibbli fuq https://fgw.guizhou.gov.cn/ztzl/sswgh_5643328/202109/P020220524636540764870.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(60)  Disponibbli fuq https://yth.cn/xwzx/dqgz/202407/20240702_6616.html (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(61)  Yunnan Yuntianhua Co. Ltd. Rapport annwali tal-2024, p. 51. Disponibbli fuq https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-3/2025-03-25/10802990.PDF (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(62)  Hubei Xingfa Group Ltd. Rapport annwali tal-2024, p. 34. Disponibbli fuq https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-4/2025-04-01/10835918.PDF (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(63)  Hubei Yihua Chemical Industry Co. Ltd. Rapport annwali tal-2024, p. 52. Disponibbli fuq https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-4/2025-04-03/10844871.PDF (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(64)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 16.

(65)   Ibid., it-Taqsima 16.3.

(66)  It-Taqsima IV.1.3. Disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(67)  It-Taqsima VI. Disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/202401/content_6923987.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(68)  Ibid.

(69)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 153 sa 157 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 82 sa 84; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 67.

(70)  It-Taqsima VIII.16. Disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU (ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Settembru 2025).

(71)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(72)  Biex taċċerta li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-inputs ma kinux affettwati mid-distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi tad-data tal-Global Trade Alert (disponibbli fuq https://globaltradealert.org/data-center; ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Awwissu 2025), u l-Market Access Map (disponibbli fuq https://www.macmap.org/en/query/regulatory-requirement; ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Awwissu 2025).

(73)  Global Trade Alert. Indonesia: Relaxed import and export licensing requirements. Disponibbli fuq https://globaltradealert.org/intervention/85328-indonesia-relaxed-import-and-export-licensing-requirements (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Settembru 2025).

(74)  Global Trade Alert. Malaysia: Imposition of import licensing requirements on certain nicotine-based products, chemicals and smoking replacement aids. Disponibbli fuq https://globaltradealert.org/state-act/27000 (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Settembru 2025).

(75)  Eurostat – Metodoloġiji u dokumenti ta’ ħidma. NACE Rev 2 - Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea. Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/documents/3859598/5902521/KS-RA-07-015-EN.PDF (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Awwissu 2025).

(76)  Il-bażi tad-data Orbis ta’ Bureau Van Dijk Editions, kumpanija ta’ Moody’s Analytics. Disponibbli fuq https://login.bvdinfo.com/R1/Orbis (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Settembru 2025).

(77)   Global Trade Atlas. Disponibbli fuq https:/connect.ihsmarkit.com/gta/home/ (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Awwissu 2025).

(78)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(79)  Market Access Map. Customs Tariff. Disponibbli fuq https://www.macmap.org/en/query/customs-duties (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Awwissu 2025).

(80)  Il-Brażil ma kienx affettwat mill-allegata manipulazzjoni tad-data fir-rapporti Doing Business tal-2018 u tal-2020. Ara Investigation of Data Irregularities in Doing Business 2018 and Doing Business 2020. Disponibbli fuq https://thedocs.worldbank.org/en/doc/84a922cc9273b7b120d49ad3b9e9d3f9-0090012021/original/DB-Investigation-Findings-and-Report-to-the-Board-of-Executive-Directors-September-15-2021.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Awwissu 2025).

(81)  Il-Bank Dinji. Business Ready 2024. Disponibbli fuq https://www.worldbank.org/en/businessready (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Awwissu 2025).

(82)  Il-Brażil ma kienx affettwat mill-allegata manipulazzjoni tad-data fir-rapporti Doing Business tal-2018 u tal-2020. Ara Investigation of Data Irregularities in Doing Business 2018 and Doing Business 2020. Disponibbli fuq https://thedocs.worldbank.org/en/doc/84a922cc9273b7b120d49ad3b9e9d3f9-0090012021/original/DB-Investigation-Findings-and-Report-to-the-Board-of-Executive-Directors-September-15-2021.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Awwissu 2025).

(83)   Doing Business 2020. Economy profile – Brazil, p. 84 u 88. Disponibbli fuq https://archive.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/b/brazil/BRA.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Awwissu 2025).

(84)  Il-Bank Dinji. Bażi ta’ Data Globali tal-Inflazzjoni. Disponibbli fuq https://www.worldbank.org/en/research/brief/inflation-database (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Awwissu 2025).

(85)  IBGE. PIA-Empresa — Annual Survey of Industry – Enterprise. Disponibbli fuq https://www.ibge.gov.br/en/statistics/economic/industry-and-construction/16906-pia-enterprise-pia1.html?lang=en-GB&t=downloads (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Awwissu 2025).

(86)  L-aċidu fosforuż huwa, inter alia, prekursur vitali fil-manifattura tal-fertilizzanti fosfatiċi. Ara pereżempju https://www.blitchem.com/phosphorous-acid-h3po3-uses-applications-and-benefits-in-various-industries/ (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Awwissu 2025).

(87)  ILOSTAT. Country profiles – Brazil. Disponibbli fuq https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/ (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Awwissu 2025).

(88)  Ministério de Minas e Energia. Boletins Mensais de Energia. Disponibbli fuq https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins%20anos%20anteriores/2024/english (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Awwissu 2025).

(89)  Ministério de Minas e Energia. Boletins Mensais de Energia. Disponibbli fuq https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins%20anos%20anteriores/2024/english (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Awwissu 2025).

(90)  Qabbel il-prezz tal-gass naturali għall-medda tal-konsum ta’ 20 000 m3/jum f’Diċembru 2024 ippubblikat fil-Boletim Mensal de Acompanhamento da Indústria de Gás Natural – Diċembru 2024 (Histórico de Preços — Segmento Industrial, p. 13). Disponibbli fuq https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/petroleo-gas-natural-e-biocombustiveis/publicacoes-1/boletim-mensal-de-acompanhamento-da-industria-de-gas-natural/2024 (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Awwissu 2025). U l-istess prezz ippubblikat fil-Brazilian Monthly Energy Bulletin – December 2024 (p. 6). Disponibbli fuq https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins%20anos%20anteriores/2024/english (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Awwissu 2025).

(91)  Il-U.S. Department of Energy. Benchmark the Fuel Cost of Steam Generation. Disponibbli fuq https://www.energy.gov/sites/prod/files/2014/05/f16/steam15_benchmark.pdf (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Awwissu 2025).

(92)   Central de Resultados – Resultados 2024. Disponibbli fuq https://ri.vittia.com.br/pt/informacoes-financeiras/central-de-resultados (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Awwissu 2025).

(93)   Informações Financeiras Intermediárias Individuais e Consolidadas 31 de Dezembro de 2024 . Disponibbli fuq https://solucoes.nortox.com.br/hc/pt-br/articles/39105568452244-Informa%C3%A7%C3%B5es-Financeiras-Intermedi%C3%A1rias-Individuais-e-Consolidadas-31-de-Dezembro-de-2024 (ikkonsultat l-aħħar fl-14 ta’ Awwissu 2025).

(94)  Il-bażi tad-data Surveillance 3 hija ġestita mid-DĠ TAXUD u tipprovdi informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni u importazzjoni tal-UE (jekk iddikjarati għad-dħul għal ċirkolazzjoni libera), fil-livell TARIC u inklużi l-kodiċijiet TARIC addizzjonali (għal produtturi esportaturi individwali soġġetti għal ADD, pereżempju) fuq bażi ta’ kuljum. Hija għodda utli biex tiġi vverifikata l-aħħar data, peress li d-data tal-COMEXT tiġi aġġornata biss b’dewmien ta’ bejn xahrejn u tliet xhur.

(95)  t25.009782.

(96)  Il-Kummissjoni tat-Tariffi Doganali tal-Kunsill tal-Istat. Avviż dwar l-Aġġustament tat-Tariffi tal-Esportazzjoni fuq Ċerti Prodotti. Il-Kummissjoni tat-Tariffi [2009] Nru 6. Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zwgk/2009-06/22/content_1347236.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Settembru 2025).

(97)  Tħabbira tal-Kummissjoni tat-Tariffi tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Ħruġ tat- “Tariffa Doganali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni (2024)”. Tħabbira tal-Kummissjoni tat-Tariffi Nru 12 tal-2023. Disponibbli fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202312/content_6923614.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Settembru 2025).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2314/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)