|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2310 |
19.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2310
tas-17 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/781 billi tħassar l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza
(notifikata bid-dokument C(2025)7595)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 (2) isiru legalment vinkolanti għall-manifatturi li ma kinux destinatarji ta’ dik id-Deċiżjoni peress li daħlu biss fis-suq tal-Unjoni wara l-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 billi rreġistraw vetturi li jaqgħu fis-sottogruppi ta’ vetturi msemmija fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jitħassru mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/781 u jiġu adottati mill-ġdid permezz ta’ att ta’ applikazzjoni ġenerali. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/781 tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/781
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/781 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5 jitħassar; |
|
(2) |
l-Anness II jitħassar. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:
|
(1) |
|
|
(2) |
|
|
(3) |
|
|
(4) |
|
|
(5) |
|
|
(6) |
|
|
(7) |
|
|
(8) |
|
|
(9) |
|
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 tas-10 ta’ Mejju 2021 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni u emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2019 (ĠU L 167, 12.5.2021, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/781/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2310/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)