|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2279 |
14.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2279
tat-13 ta’ Novembru 2025
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 14, 18 u 20 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
|
(1) |
Il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18. Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġie għalhekk ikkunsidrat bħala approvat sal-31 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Jannar 2022, rispettivament, skont dak ir-Regolament soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Barra minn hekk, il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina ġie approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 (3) sat-30 ta’ Ġunju 2025, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Frar 2020, ġew ippreżentati applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14, 18 u 20 (“l-applikazzjonijiet”). |
|
(4) |
Fil-25 ta’ Mejju 2020 (għall-applikazzjonijiet għat-tipi ta’ prodott 14 u 18), u fis-16 ta’ Ġunju 2020 (għall-applikazzjoni għat-tip ta’ prodott 20), l-awtorità kompetenti li tevalwa tal-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjonijiet kollha. Skont l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li tevalwa għandha twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni fi żmien 365 jum mill-validazzjoni tagħha. |
|
(5) |
L-awtorità kompetenti li tevalwa tista’, skont kif ikun xieraq, teżiġi li l-applikant jipprovdi biżżejjed data biex titwettaq l-evalwazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li ma jistax jaqbeż il-180 jum b’kollox, sakemm ma tkunx iġġustifikata sospensjoni itwal minħabba n-natura tad-data rikjesta jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
|
(6) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għandha tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva u tippreżentaha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1284 (4) pposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 sal-31 ta’ Lulju 2024, sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/732 (5) reġgħet ipposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 sal-31 ta’ Jannar 2026, minħabba dewmien biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/461 (6) pposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 għall-31 ta’ Jannar 2026, sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex tiġi eżaminata l-applikazzjoni kkonċernata. |
|
(10) |
Fit-8 ta’ April 2025, l-awtorità kompetenti li tevalwa infurmat lill-Kummissjoni li qed tistenna li tippreżenta r-rapporti ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14, 18 u 20 lill-Aġenzija fit-tielet trimestru tal-2025. |
|
(11) |
Konsegwentement, minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, l-approvazzjonijiet x’aktarx jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jixraq li d-data tal-iskadenza tal-approvazzjonijiet tiġi posposta ulterjorment għal perjodu ta’ żmien biżżejjed biex ikun jista’ jiġi finalizzat l-eżami tal-applikazzjonijiet. Wara li tqiesu l-limiti ta’ żmien għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni mill-Aġenzija tal-opinjonijiet tagħha u ż-żmien meħtieġ biex il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk iġġeddidx l-approvazzjonijiet tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14, 18 u 20, jenħtieġ li d-data tal-iskadenza tiġi posposta għall-31 ta’ Lulju 2027 għat-tipi ta’ prodott ikkonċernati kollha. |
|
(12) |
Wara li tiġi posposta ulterjorment id-data tal-iskadenza tal-approvazzjonijiet, il-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina jibqa’ approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, u għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE hija posposta għall-31 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 2
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2013 hija posposta għall-31 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1034/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1284 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 (ĠU L 279, 3.8.2021, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1284/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/732 tat-28 ta’ Frar 2024 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 14 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/732, 1.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/732/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/461 tal-10 ta’ Marzu 2025 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fosfur tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 20 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/461, 11.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/461/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2279/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)