|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2277 |
13.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2277
tat-12 ta’ Novembru 2025
li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti ta’ kuntratti għall-attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju, bl-eċċezzjoni tal-elettriku ġġenerat fl-impjanti tal-enerġija nukleari Doel 4 u Tihange 3
(notifikata bid-dokument C(2025)7575)
(It-testi bil-lingwa Olandiża u Franċiża biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(3) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Lulju 2024, ir-Renju tal-Belġju talab lill-Kummissjoni tistabbilixxi, skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (“it-talba”), li dik id-Direttiva ma tapplikax għall-attivitajiet ta’ Luminus, Norther u Ørsted (“l-applikanti”) fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju. It-talba ma koprietx il-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku mill-impjanti tal-enerġija nukleari Doel 4 u Tihange 3. |
|
(2) |
Bi tweġiba għal dik it-talba, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 (2) (“id-Deċiżjoni”) fis-6 ta’ Marzu 2025. |
|
(3) |
Kif osservat fil-premessa 13 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset, għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk l-attivitajiet rilevanti humiex suġġetti għal kompetizzjoni diretta fis-swieq ikkonċernati, is-sehem mis-suq tal-impriżi ewlenin attivi fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju, kif ukoll l-eżistenza u l-firxa tal-appoġġ għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku rinnovabbli fil-Belġju permezz tal-iskemi pubbliċi. |
|
(4) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ċċarat li ma analizzatx l-iskema ta’ sussidju għall-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Doel 4 u Tihange 3 kif estiżi lil hinn mill-2025 (il-premessa 22 u n-nota 12 f’qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni). Fir-rigward tal-bqija tal-iskemi ta’ sussidju, fil-premessa 35 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jirċievu primjums fissi u definiti legalment jiffurmaw suq separat. Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni abbażi tad-deċiżjonijiet ikkwotati fil-premessa 20 tad-Deċiżjoni. Madankollu, il-premessi 28 u 40 tad-Deċiżjoni minflok jirreferu għall-premessa 18. Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 tiġi kkoreġuta kif xieraq fir-rigward ta’ dak l-iżball. |
|
(5) |
Fil-parti tal-analiżi tas-suq tad-Deċiżjoni, it-Taqsima 3.2.3.2 tanalizza fatturi bħall-ishma mis-suq u l-livelli ta’ konċentrazzjoni; it-Taqsima 3.2.3.3 tanalizza l-pressjoni kompetittiva eżerċitata mill-importazzjonijiet tal-elettriku u t-Taqsima 3.2.3.4 tiddeskrivi l-impriżi li huma attivi fis-suq globali tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju, inklużi l-entitajiet kontraenti. B’mod partikolari, il-premessi 57 sa 64 tad-Deċiżjoni jesponu l-analiżi tal-Kummissjoni dwar jekk l-awtoritajiet kontraenti jistax ikollhom influwenza dominanti fuq Engie. |
|
(6) |
Engie ma kinitx inkluża fit-talba. Ir-Renju tal-Belġju ddikjara li Engie ma toperax fuq il-pjattaformi Ewropej tal-akkwist pubbliku minħabba li, fil-fehma tiegħu, ma hijiex suġġetta għad-Direttiva 2014/25/UE (il-premessa 57 tad-Deċiżjoni). Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li Engie jenħtieġ li titqies bħala entità kontraenti skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/25/UE (il-premessa 64 tad-Deċiżjoni). |
|
(7) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, Engie ppreżentat informazzjoni ġdida dwar l-azzjonisti tagħha u d-drittijiet tal-vot tagħhom lill-Kummissjoni. Minn din l-informazzjoni jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa indikat fil-premessa 60 tad-Deċiżjoni, l-awtoritajiet kontraenti Franċiżi — azzjonisti ta’ Engie — ma kellhomx mill-inqas 50 % tal-voti tabilħaqq mitfugħa mill-azzjonisti fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti ta’ Engie tul il-5 snin kollha matul il-perjodu bejn l-2020 u l-2024. Tabilħaqq, fl-2022 u fl-2023, dawn l-awtoritajiet kontraenti kellhom ftit inqas minn nofs il-voti effettivament mitfugħa u l-perċentwali miżmuma mill-Istat Franċiż u mill-Caisse des Dépôts et Consignations kienu, bħala medja, ta’ 49,92 % fl-2022 u ta’ 48,55 % fl-2023, rispettivament. Il-fatt li l-awtoritajiet kontraenti Franċiżi ma kellhomx il-maġġoranza tal-voti mitfugħa fl-assemblej ġenerali kollha tul il-5 snin kollha matul il-perjodu 2020–2024 (iżda fl-2020, fl-2021 u fl-2024 biss) jixħet dubju fuq il-konklużjoni li huma eżerċitaw influwenza dominanti fuq Engie. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-fatt li l-possibbiltà għall-Istat Franċiż li jibdel sehem ordinarju ta’ Engie f’sehem tad-deheb jagħti biss lill-Istat Franċiż il-jedd li jopponi l-bejgħ tal-assi strateġiċi lil parti terza. Bħala segwitu, l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 61 tad-Deċiżjoni li dan is-sehem tad-deheb jagħti lill-Istat Franċiż il-jedd li d-dħul ta’ azzjonisti ġodda fil-kapital tal-kumpannija lil hinn minn livell limitu jrid ikun suġġett għall-approvazzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija, hija żbaljata. |
|
(9) |
Abbażi tal-informazzjoni l-ġdida pprovduta minn Engie, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza oħra rigward l-influwenza dominanti possibbli eżerċitata fid-dritt jew tabilħaqq mill-awtoritajiet kontraenti fuq Engie, il-Kummissjoni ma għadx għandha biżżejjed elementi, f’dan l-istadju, biex tikkonkludi li l-awtoritajiet kontraenti jista’ jkollhom influwenza dominanti fuq Engie u li, għalhekk, Engie jenħtieġ li titqies bħala entità kontraenti skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/25/UE. Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 tiġi kkoreġuta kif xieraq. |
|
(10) |
Il-fatt li l-Kummissjoni ma għadhiex tista’ tikkonkludi li Engie hija entità kontraenti għandu impatt fuq l-analiżi tal-kondizzjonijiet tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni fis-suq globali tal-ġenerazzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju. L-entitajiet kontraenti, inkluża Luminus, f’dan is-suq kellhom ishma mis-suq totali ta’ bejn 20 u 30 % bħala kapaċità u ta’ 15 u 20 % bħala ġenerazzjoni tul il-perjodu bejn l-2019 u l-2023 (il-premessa 56 tad-Deċiżjoni). Dak is-sehem mis-suq huwa mistenni li jibqa’ stabbli fis-snin li ġejjin. Luminus, waħedha, kellha 14,1 % tas-suq fl-2023 (il-premessa 42 tad-Deċiżjoni). Dan huwa ferm inqas mil-limiti meqjusa fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fil-prattika tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni bħala indikazzjoni potenzjali tal-eżistenza ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Fir-rigward tal-bqija tal-entitajiet kontraenti, Norther topera biss park eoliku wieħed bħalissa u Ørsted għadha mhijiex preżenti fis-suq Belġjan tal-ġenerazzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku. It-tnejn li huma, flimkien ma’ Luminus, iħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni minn produtturi oħra (b’mod partikolari Engie, RWE, Eneco u Total Energy) li ma jitqisux bħala entitajiet kontraenti u li flimkien ammontaw għal aktar minn 62 % tas-suq tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, fir-rigward tal-elettriku prodott, fil-Belġju fl-2023 (il-premessa 42 tad-Deċiżjoni). |
|
(11) |
Għaldaqstant, fid-dawl tal-elementi l-ġodda li jikkonċernaw Engie mressqa lill-Kummissjoni, li kienu jeżistu mal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tistax tibqa’ tqis li l-attivitajiet ta’ Luminus fis-suq tal-ġenerazzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju mhumiex esposti direttament għall-kompetizzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 tiġi kkoreġuta kif xieraq fir-rigward tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kondizzjonijiet tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni fis-suq globali tal-ġenerazzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha f’dak ir-rigward. |
|
(12) |
Meta jitqies li l-elementi l-ġodda li jikkonċernaw lil Engie kienu jeżistu mal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477, u jitqies ukoll l-effett li l-korrezzjonijiet meħtieġa għandhom fuq l-impriżi kkonċernati, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mis-6 ta’ Marzu 2025, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/477 hija kkoreġuta kif ġej:
|
(1) |
il-premessa 28 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-premessa 40 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-premessi minn 57 sa 70 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(22) Il-paragrafu 164 tat-talba." (23) Luminus tgawdi wkoll minn drittijiet ta’ prelevament fuq xi impjanti tal-enerġija nukleari Franċiżi. Fi Franza, l-azzjonist kontrollanti ta’ Luminus (EDF) jopera flotta ta’ 56 reattur nukleari. Il-produzzjoni Franċiża tal-elettriku nukleari tista’ tiġi importata fil-Belġju permezz tal-interkonnessjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi." (24) Ara t-Tabella 8 tal-Anness II tat-talba." (25) Ibid." (26) Ibid.”;" |
|
(4) |
il-premessi minn 71 sa 76 huma sostitwiti b’dan li ġej: “4. KONKLUŻJONI
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) ( ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj)." (28) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016, Österreichische Post AG vs Il-Kummissjoni, T-463/14, ECLI:EU:T:2016:243, il-punt 28. Ara wkoll id-Direttiva 2014/25/UE, il-premessa 44.”;" |
|
(5) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1, id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għall-għoti ta’ kuntratti maħsuba biex jippermettu l-ġenerazzjoni u l-attivitajiet bl-ingrossa tal-elettriku li jridu jitwettqu fil-Belġju, ħlief għall-ġenerazzjoni u l-attivitajiet bl-ingrossa tal-elettriku minn Doel 4 u Tihande 3, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Għandha tapplika mis-6 ta’ Marzu 2025.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/477 tas-6 ta’ Marzu 2025 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti ta’ kuntratti għall-attivitajiet relatati mal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju, bl-eċċezzjoni tal-elettriku ġġenerat fl-impjanti tal-enerġija nukleari Doel 4 u Tihange 3 (ĠU L, 2025/477, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/477/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2277/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)