European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2274

13.11.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2274

tat-12 ta’ Novembru 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1487 fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali ta’ aġenti protettivi u sinerġisti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1487 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tad-data għall-approvazzjoni tal-aġenti protettivi u sinerġisti, u jistabbilixxi programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali tal-aġenti protettivi u sinerġisti li diġà jinsabu fis-suq. Dan il-programm ta’ ħidma għandu l-għan li jippermetti li l-aġenti protettivi u sinerġisti kollha li diġà jinsabu fis-suq jiġu rieżaminati u approvati gradwalment f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fi żmien 5 snin mill-adozzjoni tiegħu.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2024/1487, il-Kummissjoni ppubblikat, b’mezzi elettroniċi, lista tas-sustanzi jew tal-preparazzjonijiet kollha magħrufa li jintużaw bħala aġenti protettivi jew sinerġisti fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat għat-tqegħid fis-suq f’mill-anqas Stat Membru wieħed fid-19 ta’ Ġunju 2024.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2024/1487, il-partijiet interessati ssottomettew notifiki lill-Kummissjoni ta’ aktar sustanzi jew preparazzjonijiet li potenzjalment intużaw bħala aġenti protettivi jew sinerġisti fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-19 ta’ Ġunju 2024, u f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ipprovdew kummenti lill-Kummissjoni fir-rigward tan-notifiki li waslu.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2024/1487, il-Kummissjoni aġġornat il-lista msemmija fl-Artikolu 3(1), filwaqt li qieset in-notifiki sottomessi mill-partijiet interessati u l-kummenti pprovduti mill-Istati Membri u mill-Awtorità. Il-lista aġġornata tiżgura li l-aġenti protettivi u sinerġisti kollha użati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mid-19 ta’ Ġunju 2024 jiġu identifikati u kkunsidrati għall-inklużjoni fil-programm ta’ ħidma.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/1487, il-partijiet interessati talbu l-inklużjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fil-programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali.

(6)

Il-Kummissjoni vvalutat in-notifiki sottomessi mill-partijiet interessati u l-kummenti pprovduti mill-Istati Membri u mill-Awtorità skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2024/1487 u t-talbiet għall-inklużjoni sottomessi mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni identifikat l-aġenti protettivi u sinerġisti eliġibbli għall-inklużjoni fil-programm ta’ ħidma.

(7)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2024/1487, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma billi temenda l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tispeċifika l-aġenti protettivi u sinerġisti inklużi fil-programm ta’ ħidma u taħtar għal kull wieħed minnhom Stat Membru relatur u Stat Membru korelatur.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1487 jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali tal-aġenti protettivi u sinerġisti diġà użati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa b’dan adottat.

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1487 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1487 tad-29 ta’ Mejju 2024 li jiddefinixxi r-rekwiżiti tad-data għall-approvazzjoni ta’ aġenti protettivi u sinerġisti u l-istabbiliment ta’ programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali ta’ aġenti protettivi u sinerġisti fis-suq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1487, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1487/oj).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1487 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta’ aġenti protettivi u sinerġisti inklużi fil-programm ta’ ħidma għar-rieżami gradwali kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)

Aġent protettiv

Isem komuni, isem ISO, u/jew sinonimi

Isem kimiku (nomenklatura IUPAC u CA)

Numru CAS

Numru KE

Stat Membru relatur (RMS)

Stat Membru korelatur (Co-RMS)

Cloquintocet mexyl

Cloquintocet-mexyl

ettan-2-il 2-(5-klorokinolina-8-il) ossiaċetat

99607-70-2

619-447-3

ES

PT

Cloquintocet

Cloquintocet

aċidu 2-[(5-klorokinolina-8-il)ossi]aċetiku

88349-88-6

635-476-4 u 926-839-0

ES

PT

Cyprosulfamide

Cyprosulfamide

N-[4-(ċiklopropilkarbamoil)fenil]sulfonil-2-metossibenżammid

221667-31-8

619-679-5

NL

BE

Isoxadifen-ethyl

Isoxadifen-ethyl

5,5-difenil-4H-1,2-ossażol-3-carbossilat tal-etil

163520-33-0

443-870-0

AT

SI

Mefenpyr-diethyl

Mefenpyr-diethyl

1-(2,4-diklorofenil)-5-metil-4H-pirażol-3,5-dikarbossilat tad-dietil

135590-91-9

603-923-2

AT

DE

Metcamifen

Metcamifen

2-metossi-N-{4-[(metilkarbamoil)ammino]benżensulfonil}benżammid

129531-12-0

884-589-7

IT

RO

Sinerġist

Isem komuni, isem ISO, u/jew sinonimi

Isem kimiku (nomenklatura IUPAC u CA)

Numru CAS

Numru KE

Stat Membru relatur (RMS)

Stat Membru korelatur (Co-RMS)

Piperonyl butoxide

Piperonyl butoxide

5-[2-(2-butossietossi)etossimetil]-6-propil-1,3-benżodiossol

51-03-6

200-076-7

EL

DE

Żejt tal-kolza

Żejt tal-kolza

Mhux disponibbli

8002-13-9

Mhux disponibbli

NL

FI

Aċidu edetiku (EDTA)

Aċidu edetiku (EDTA)

Aċidu 2,2’,2”,2”’-(Etan-1,2-diildinitrilo)tetraaċetiku

60-00-4

200-449-4

DK

PL

Disodium EDTA dihydrate

Disodium EDTA dihydrate

disodju diidroġenu 2,2’,2”,2”’-(etan-1,2- diildinitrilo)tetraaċetat diidrat

6381-92-6

205-358-3

DK

PL


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2274/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)