|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2264 |
10.11.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2264
tal-1 ta’ Settembru 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2024/2594 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 32/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2594 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2024 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1899/85 u (KEE) Nru 1638/87 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (“NEAFC”), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2594 jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta’ konservazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-NEAFC adottati sal-2023. |
|
(3) |
Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2024, l-NEAFC adottat rakkomandazzjonijiet għall-konservazzjoni, għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-istokkijiet tal-iskorfni pelaġiċi tat-Tramuntana tal-baxx u tal-fond fil-Baħar Irminger u fl-ilmijiet biswitu, tal-iskorfni pelaġiċi tat-Tramuntana fis-subżoni 1 u 2 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), u bidliet rigward il-proċeduri għan-notifika tal-bastimenti tas-sajd u tal-uffiċjali b’aċċess għad-data dwar is-sajd għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza. Jenħtieġ li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2594 ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 32/2012 (4) issa ma għadux validu u jenħtieġ li jitħassar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2024/2594 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni l-informazzjoni tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma rreġistrati fl-Unjoni li jkunu beħsiebhom jawtorizzaw biex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, inkluż kwalunkwe bastiment li jwettaq jew li jippjana li jwettaq riforniment jew provvista mill-ġdid lill-bastimenti tas-sajd. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena għas-sena ta’ wara jew fi kwalunkwe każ qabel l-involviment f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Sal-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-EFCA l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(3) |
l-Annessi IV u V huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 32/2012 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/2594, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2594/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/608/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1236/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 32/2012 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 13, 17.1.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/32/oj).
ANNESS
Emendi tal-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2024/2594
A.
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:|
(1) |
il-punt 3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Id-daqsijiet tal-malja tal-manka li ġejjin u l-kundizzjonijiet assoċjati japplikaw fiż-Żona Regolatorja:
|
|
(2) |
il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Miżuri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sebasti fil-Baħar Irminger u fl-ilmijiet biswitu
|
|
(3) |
il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Miżuri għas-sajd tas-sebasti f’ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES
|
B.
L-Anness V huwa emendat kif ġej:|
(1) |
il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Messaġġ ta’ notifika
|
|
(2) |
in-noti f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(1) Bastiment għandu jitqies li qed jistad għall-kapelin jekk il-kapelin li jkollu abbord ikun jaqbeż il-50 % skont il-piż tal-ammont totali ta’ kapelin u speċijiet oħrajn abbord.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2264/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)