|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2259 |
11.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2259
tal-4 ta’ Novembru 2025
dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Cârnați din topor din Vâlcea” (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-applikazzjoni tar-Rumanija għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Cârnați din topor din Vâlcea” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-indikazzjoni ġeografika “Cârnați din topor din Vâlcea” tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan, l-indikazzjoni ġeografika “Cârnați din topor din Vâlcea” (IĠP) tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) ĠU C, C/2025/4218, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4218/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2259/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)