|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2230 |
4.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2230
tad-29 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 fir-rigward tat-tipi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali inklużi fil-formola tal-applikazzjoni għal azzjoni doganali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 (2) jistabbilixxi fl-Anness I tiegħu l-formola standard li għandha tintuża għal talba lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti suspettati li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali (“il-formola tal-applikazzjoni”), kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013. |
|
(2) |
Fil-kaxxa 5 tal-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jindika t-tip ta’ dritt(ijiet) ta’ proprjetà intellettwali li għalih(om) tirreferi l-applikazzjoni. Peress li xi tipi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ġew aġġornati permezz ta’ atti legali elenkati hawn taħt, huwa meħtieġ li dawn it-tipi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jiġu aġġornati fil-formola tal-applikazzjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2024/2822 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) aġġorna t-termini “disinn Komunitarju reġistrat” u “disinn Komunitarju mhux reġistrat” għat-termini “disinn irreġistrat tal-UE” u “disinn tal-UE mhux irreġistrat” rispettivament. Għalhekk, jenħtieġ li l-kaxxa 5 tal-formola tal-applikazzjoni tiġi aġġornata skont dan. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-terminu “għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel” ġie aġġornat għal “għall-prodotti agrikoli”. Għalhekk, jenħtieġ li dak it-terminu jiġi aġġornat taħt l-intestatura “Indikazzjoni Ġeografika/Denominazzjoni ta’ Oriġini” fil-kaxxa 5 tal-formola tal-applikazzjoni. |
|
(5) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jeħtieġ li titħassar id-denominazzjoni “għal xarbiet aromatizzati bbażat fuq prodotti tal-inbid” mill-formola tal-applikazzjoni peress li dawk il-prodotti issa jaqgħu taħt il-kategorija “għall-prodotti agrikoli”. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jintroduċi sistema ġdida għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali fl-Unjoni. Peress li dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti suspettati li jiksru dawk id-drittijiet. Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali jenħtieġ li jiġu inklużi fit-tipi ta’ drittijiet li għalihom tirreferi l-applikazzjoni fil-kaxxa 5 tal-formola tal-applikazzjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 1352/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
Fl-Anness III, il-Part I, il-kaxxa 6, is-sentenza 3 tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Fil-każ li l-Irlanda ta’ Fuq (XI) hija indikata, l-applikazzjoni għandha tkun applikazzjoni tal-Unjoni u tista’ tingħata biss għall-protezzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li ġejjin li huma protetti fl-Irlanda ta’ Fuq bis-saħħa tal-Protokoll IE/NI (*1):
(*1) Il-Qafas ta’ Windsor huwa l-mod il-ġdid li bih il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq jissemma f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 (ĠU UE L, 2023/2411, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2411/oj).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/608/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1352/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/2822 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 (ĠU L, 2024/2822, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2822/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2117/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2023/2411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti artiġjanali u industrijali u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/1753 (ĠU L, 2023/2411, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2411/oj).
ANNESS
“ANNESS I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2230/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)