|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2226 |
31.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2226
tad-29 ta’ Ottubru 2025
li jemenda għat-351 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt (a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2025, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda entrata waħda fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.
ANNESS
Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:
“Abu Mohammed Al-Jawlani (kitba oriġinali: أبو محمد الجولاني) (Psewdonimu ta’ kwalità għolja (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi; Psewdonimu ta’ kwalità baxxa (a) شيخ الفاتح ، الفاتح, (b) Shaykh al-Fatih, (c) Al Fatih, (d) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1975 u l-1979; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz: (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Tagħrif ieħor: Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Deskrizzjoni: Karnaġġon skur. Tul: 1.70 m. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 24.7.2013.”
hija sostitwita b’dan li ġej:
“Ahmad Hussain Al-Sharaa (kitba oriġinali: احمد حسین الشرع) (psewdonimu ta’ kwalità tajba: (a) Abu Mohamed al-Jawlani (kitba oriġinali: أبو محمد الجولاني), (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani (preċedentement elenkat bħala), (h) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi (imwieled fl-1980 fir-Repubblika Għarbija Sirjana, Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Indirizz: Mosul, Souq al-Nabi Yunis); psewdonimu inqas affidabbli: (a) شيخ الفاتح، الفاتح, (trażlitterazzjonijiet: (a) Shaykh al-Fatih, (b) Al Fatih; (traduzzjoni: Il-Konkwistatur) (Nom de guerre), (b) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) 29.10.1982; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz: (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Attiv fis-Sirja minn Jannar 2025. Numru tal-passaport: D00000256 (passaport Sirjan maħruġ fl-1.2.2025. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm: (a) Fatma Ali Majour, (b) Wedad; (b) Isem il-missier: Hussein. (c) Minn Jannar 2012, huwa l-Mexxej tal-Front Al-Nusrah għall-Poplu tal-Levant, grupp ibbażat fis-Sirja; (d) Assoċjat ma’ Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri; (e) Imfittex mill-forzi tas-sigurtà Iraqqini; (f) Deskrizzjoni: Karnaġġon skur. Tul: 1.70 m. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 24.7.2013.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2226/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)