|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2211 |
28.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2211
tas-27 ta’ Ottubru 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2026. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, id-data “31 ta’ Ottubru 2025” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Ottubru 2026”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/573/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2211/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)