|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2206 |
5.11.2025 |
DIRETTIVA (UE) 2025/2206 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2025
li temenda d-Direttiva (UE) 2025/2205 dwar ċerti skwalifiki mis-sewqan
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1), il-punt (c), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-titjib tas-sikurezza fit-toroq huwa objettiv primarju tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. Fil-Qafas ta' Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 tagħha, il-Kummissjoni impenjat ruħha mill-ġdid għall-għan ambizzjuż li sal-2050 tersaq aktar qrib imwiet żero u korrimenti serji żero fit-toroq tal-Unjoni (“Viżjoni Żero”), kif ukoll għall-mira li fuq perjodu medju tnaqqas l-imwiet u l-korrimenti serji b'50 % sal-2030. |
|
(2) |
Biex jintlaħaq l-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, il-Ministri għat-Trasport tal-Istati Membri, fid-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq tad-29 ta' Marzu 2017, appellaw biex jissaħħaħ il-qafas ġuridiku tal-Unjoni dwar is-sikurezza fit-toroq, b'enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jikkooperaw fil-kwistjoni tal-iskwalifiki mis-sewqan tas-sewwieqa mhux residenti. |
|
(3) |
Minħabba l-moviment liberu tal-persuni u l-livell li qed jiżdied ta' traffiku fit-toroq madwar id-dinja, spiss jiġu imposti skwalifiki mis-sewqan minn Stat Membru li ma jkunx dak fejn normalment ikun residenti s-sewwieq jew li jkun ħariġlu l-liċenzja tas-sewqan. |
|
(4) |
Bħalissa, Stat Membru li ma jkunx dak fejn normalment ikun residenti s-sewwieq jew li ma jkunx l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (l-“Istat Membru tal-ħruġ”) jista' jieħu miżuri, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, b'reazzjoni għal imġiba illegali fit-territorju tiegħu mid-detentur ta' liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor. Dawn il-miżuri jirriżultaw f'rifjuti tar-rikonoxximent tal-validità tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati Membri oħra u, għalhekk, f'restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan tal-persuna kkonċernata. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali miżuri jkun limitat għat-territorju tal-Istat Membru fejn tkun saret l-imġiba illegali, u l-effett tagħhom ikun limitat għar-rifjut tar-rikonoxximent tal-validità ta' dik il-liċenzja tas-sewqan f'dak it-territorju. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta' azzjoni mill-Istat Membru tal-ħruġ, dik il-liċenzja tas-sewqan tibqa' rikonoxxuta fil-bqija tal-Istati Membri. Dan ix-xenarju jżomm milli jinkiseb livell ogħla ta' sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Jenħtieġ li s-sewwieqa skwalifikati mis-sewqan fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ ma jaħarbux l-effetti ta' dik il-miżura meta jkunu jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn twettaq ir-reat (l-“Istat Membru fejn isir ir-reat”). |
|
(5) |
Biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-iskwalifiki mis-sewqan imposti minn Stat Membru li ma jkunx dak li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan, meta tali skwalifiki mis-sewqan jirriżultaw minn reati li jwasslu għal skwalifika mis-sewqan fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(6) |
Madankollu, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tirrikjedix l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar id-definizzjoni ta' reati tat-traffiku fit-toroq, in-natura legali tagħhom u l-miżuri possibbli li jirriżultaw minn tali reati. B'mod partikolari, jenħtieġ li ssir l-implimentazzjoni tal-iskwalifiki mis-sewqan fl-Istat Membru tal-ħruġ irrispettivament minn jekk l-Istat Membru fejn isir ir-reat jikkwalifikax il-miżuri nazzjonali bħala amministrattivi jew kriminali. F'konformità mal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-proċeduri interni tagħhom, fil-limiti tal-liġi nazzjonali tagħhom, biex jiksbu l-aktar implimentazzjoni ta’ malajr u effiċjenti ta' din id-Direttiva. |
|
(7) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, kif ukoll dawk dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati. Barra minn hekk, jenħtieġ li din ma taffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jeżegwixxu deċiżjonijiet maħruġa minnhom, b'mod partikolari deċiżjonijiet ta' natura kriminali. B'mod partikolari, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (3) u 2008/947/ĠAI (4), jew id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati kif previsti fid-Direttivi 2010/64/UE (5), 2012/13/UE (6), 2013/48/UE (7), (UE) 2016/343 (8), (UE) 2016/800 (9) u (UE) 2016/1919 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(8) |
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-Unjoni tilħaq l-għan li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni kollha. Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-43/12 (11), il-miżuri maħsuba biex itejbu s-sikurezza fit-toroq jiffurmaw parti mill-politika tat-trasport u jistgħu jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 91(1), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dment li jkunu “miżuri biex titjieb is-sikurezza tat-trasport” skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni. |
|
(9) |
L-iskwalifiki mis-sewqan li jirriżultaw minn reati li jwasslu għal skwalifika mis-sewqan fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jistgħu jikkonsistu fl-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni tad-dritt tas-sewqan, tal-liċenzja tas-sewqan jew tar-rikonoxximent tal-validità ta' dik il-liċenzja tas-sewqan. Għalhekk, l-implimentazzjoni ta' tali skwalifiki mis-sewqan jenħtieġ li tinkiseb fl-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' tali rtirar, restrizzjonijiet jew sospensjonijiet mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan. |
|
(10) |
Madankollu, it-twettiq ta' reat mhuwiex l-unika ċirkustanza li tista' twassal għal irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni tad-dritt għas-sewqan, ta’ liċenzja tas-sewqan jew tar-rikonoxximent tal-validità ta' liċenzja tas-sewqan. Ċirkustanzi oħra, bħan-nuqqas ta' ssodisfar tal-istandards minimi stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2025/2205 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jistgħu jwasslu wkoll għal tali irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni. Peress li d-Direttiva (UE) 2025/2205 tirregola tali standards minimi, id-definizzjonijiet relatati ma' dawk it-termini jenħtieġ li jiċċaraw li dawn ikopru l-każijiet kollha li jirriżultaw f’tali irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni, u mhux biss dawk li jirriżultaw mit-twettiq ta' reat. |
|
(11) |
Billi s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, li jfisser sewqan waqt li s-sewwieq ma jkunx kompletament f'sensih minħabba l-alkoħol, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, is-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi u s-sewqan b'veloċità eċċessiva, li jfisser meta jinqabżu l-limiti tal-veloċità fis-seħħ fl-Istat Membru fejn isir ir-reat għat-triq ikkonċernata jew għat-tip ta' vettura kkonċernat, jikkostitwixxu l-kawżi ewlenin ta' ħabtiet u fatalitajiet tat-traffiku fit-toroq fl-Unjoni, jenħtieġ li tiġi applikata l-ogħla diliġenza possibbli għall-każijiet relatati ma' tali reati, li jenħtieġ li jitqiesu bħala reati li jwasslu għal skwalifika mis-sewqan għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, minħabba n-natura serja tagħhom, jenħtieġ li anke r-reati tat-traffiku fit-toroq li jirriżultaw f'mewt jew korriment gravi ta' vittma jitqiesu bħala reati li jwasslu għal skwalifika mis-sewqan fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-impożizzjoni ta’ skwalifika mis-sewqan tirrikjedi l-identifikazzjoni preċiża tas-sewwieq li jkun wettaq reat li jwassal għal skwalifika mis-sewqan u jenħtieġ li ma tiġix deċiża abbażi ta' responsabbiltà oġġettiva, bħal li tkun sid il-vettura. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-iskwalifiki mis-sewqan jiġu nnotifikati lill-Istat Membru tal-ħruġ f'konformità ma' din id-Direttiva biss jekk ikunu ġew imposti minħabba t-twettiq ta' reat li jwassal għal skwalifika mis-sewqan kif definit minn din id-Direttiva. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-iskwalifiki mis-sewqan imposti minn Stat Membru fuq persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor isiru effettivi fit-territorju sħiħ tal-Unjoni, f'termini simili għall-iskwalifiki mis-sewqan imposti fuq persuni li jkollhom liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru li jimponi l-iskwalifika mis-sewqan. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jiddeċiedu kif l-aħjar jiksbu dak ir-riżultat f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Istat Membru fejn isir ir-reat jinnotifika mingħajr dewmien bla bżonn lill-Istat Membru tal-ħruġ dwar kwalunkwe skwalifika mis-sewqan fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva imposta għal durata ta' mill-inqas tliet xhur u li għaliha, fil-mument tan-notifika, il-perjodu ta' sospensjoni jew restrizzjoni li jifdal li jiġi servut skont dik l-iskwalifika tas-sewqan ikun ta’ aktar minn xahar, sabiex jiskattaw il-proċeduri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-iskwalifika mis-sewqan fl-Istat Membru tal-ħruġ. Jenħtieġ li din in-notifika tintbagħat f'forma elettronika permezz ta' ċertifikat standard għan-notifika ta' skwalifika mis-sewqan (iċ-“ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan”), biex jiġi żgurat skambju ta' informazzjoni mingħajr xkiel, affidabbli u effettiv bejn l-Istati Membri. |
|
(15) |
Jenħtieġ li ċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan ikun fih ġabra minima ta' data li tippermetti l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari jenħtieġ li jinkludi d-dettalji tal-awtorità tal-Istat Membru fejn isir ir-reat li imponiet l-iskwalifika mis-sewqan, ir-reat imwettaq li jwassal għal skwalifika mis-sewqan, l-iskwalifika mis-sewqan li tirriżulta u l-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna l-kodiċijiet inklużi fl-Anness I, Parti E, tad-Direttiva (UE) 2025/2205 skont att delegat taħt din id-Direttiva, sabiex dawn il-kodiċijiet ikunu disponibbli ferm qabel id-data finali tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. L-użu taċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan ser jiggarantixxi skambju ta’ informazzjoni effettiva bla ma jobbliga lill-Istati Membri jikkondividu ammont sproporzjonat jew eċċessiv ta' informazzjoni. |
|
(16) |
Iċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan jenħtieġ li jiġi tradott ukoll fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tkun lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li l-Istat Membru tal-ħruġ ikun aċċetta, biex jiġi żgurat ipproċessar malajr mid-destinatarju. |
|
(17) |
L-impożizzjoni tal-iskwalifiki mis-sewqan b'reazzjoni għal imġiba illegali tikkontribwixxi biex jiġi garantit livell għoli ta' sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa fl-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli li l-miżuri li jikkonċernaw l-irtirar, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru tal-ħruġ jiġu infurzati awtomatikament mill-Istati Membri l-oħra kollha, billi l-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan ma tkunx tista' tippreżenta dokument validu biex tivverifika d-dritt tas-sewqan tagħha. Għalhekk, malli jiġi nnotifikat bl-iskwalifika mis-sewqan imposta, u dment li ma tkunx tapplika jew tiġi invokata raġuni għal eżenzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jieħu l-miżuri xierqa biex jimplimenta l-iskwalifika mis-sewqan. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-miżura li tittieħed mill-Istat Membru tal-ħruġ tvarja skont in-natura speċifika tal-iskwalifika mis-sewqan. Billi l-irtirar, is-sospensjonijiet jew ir-restrizzjonijiet neċessarjament ikollhom konsegwenzi differenti, dawn jeħtieġu l-implimentazzjoni ta' proċeduri differenti f'konformità mal-kompetenzi tal-Istati Membri involuti. Fir-rigward tal-irtirar, il-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan jenħtieġ li tkun tista' tirkupra l-liċenzja tas-sewqan tagħha jew li tapplika għal liċenzja tas-sewqan ġdida f'konformità mad-Direttiva (UE) 2025/2205. Meta l-Istat Membru tal-ħruġ ma jipprevedix il-possibbiltà ta' rtirar, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jissospendi l-liċenzja tas-sewqan, jivvaluta l-idoneità jew il-kompetenza biex isuq tad-detentur ta' dik il-liċenzja tas-sewqan u jieħu kwalunkwe miżura meqjusa xierqa wara dik il-valutazzjoni. Fir-rigward ta’sospensjoni jew ir-restrizzjoni, jenħtieġ li jiġi żgurat li tiġi implimentata d-durata ta’ tali miżuri biss, anke meta l-iskwalifika mis-sewqan tipprevedi kundizzjonijiet komplementari, minħabba li l-għan primarju ta’ dik is-sospensjoni jew restrizzjoni huwa li temporanjament jew parzjalment twaqqaf lill-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan milli ssuq u mhux li tiddetermina kif jenħtieġ li dik il-persuna tirkupra l-liċenzja tas-sewqan tagħha. Madankollu, jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt li jiġi vvalutat jekk il-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan tippreżentax riskju għas-sikurezza fit-toroq u li jiġu adottati miżuri li jirriflettu din il-valutazzjoni. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ ikollu l-għan li, fil-limiti legali eżistenti tal-liġi nazzjonali, jiżgura li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-iskwalifiki mis-sewqan jikkorrispondu kemm jista' jkun għall-miżuri imposti mill-Istat Membru fejn isir ir-reat. |
|
(20) |
Meta Stat Membru fejn isir ir-reat jimponi skwalifika mis-sewqan fuq persuna li jkollha r-residenza normali tagħha f'dak l-Istat Membru iżda jkollha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikun intitolat jiskambja l-liċenzja tas-sewqan biex japplika dik l-iskwalifika mis-sewqan. Fejn Stat Membru fejn isir ir-reat jirtira l-liċenzja tas-sewqan ta' persuna li jkollha residenza normali tagħha fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ, jenħtieġ li l-Istat Membru tar-residenza normali jkun responsabbli għall-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan ġdida, filwaqt li jqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istat Membru tal-ħruġ fin-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE, imsemmi fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-Istat Membru fejn isir ir-reat, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu u b'effetti limitati għat-territorju tiegħu, ikun jista' jkompli japplika l-iskwalifiki mis-sewqan u kwalunkwe kundizzjoni komplementari relatata sakemm il-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan tikkonforma magħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikun jista' jimponi rekwiżiti dwar l-iskadenza ta' perjodu ta' żmien fiss, bħal perjodu li fih is-sewwieq soġġett għall-iskwalifika mis-sewqan huwa projbit milli jirkupra l-liċenzja tas-sewqan eżistenti jew milli japplika għal-liċenzja tas-sewqan ġdida (“perjodu ta' projbizzjoni”), u jenħtieġ li tali rekwiżiti ma jitqisux bħala kundizzjonijiet komplementari skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Matul dan il-perjodu ta' projbizzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istat Membru fejn isir ir-reat jiddeċiedi li ma jirrikonoxxix il-validità ta' liċenzja tas-sewqan li tkun ġiet irkuprata jew ta' liċenzja tas-sewqan ġdida li tkun inkisbet fl-Istat Membru tal-ħruġ. Madankollu, wara li jiskadi tali perjodu ta' projbizzjoni, jenħtieġ li l-validità ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru tal-ħruġ tiġi rikonoxxuta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, irrispettivament minn jekk tkunx inħarġet matul tali perjodu ta’ projbizzjoni. |
|
(22) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2025/2205 li jiddikjaraw li jenħtieġ li liċenzja tas-sewqan titqies bħala kkanċellata, irtirata, sospiża jew ristretta sa meta l-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan tkun issodisfat kwalunkwe kundizzjoni, imposta mill-Istat Membru tal-ħruġ, li dik il-persuna tkun meħtieġa tikkonforma magħha sabiex tkun tista' tirkupra l-liċenzja tas-sewqan jew tapplika għal waħda ġdida. F'każ li liċenzja tas-sewqan tinħareġ bi żball lil applikant li jkun għadu ma ssodisfax kwalunkwe kundizzjoni bħal din, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxuha, anke wara tmiem il-perjodu ta' projbizzjoni. |
|
(23) |
Meta l-Istat Membru tal-ħruġ ikun adotta miżuri biex jimplimenta l-iskwalifika mis-sewqan u sussegwentement ikun ivvaluta mill-ġdid jekk ikunx xieraq li l-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan tirkupra l-liċenzja tas-sewqan tagħha, jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tiġi rikonoxxuta fl-Unjoni kollha u għalhekk anke fl-Istat Membru fejn isir ir-reat, dment li jkun għadda l-perjodu ta' żmien fiss impost mill-Istat Membru fejn isir ir-reat bħala parti mill-iskwalifika mis-sewqan. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri mill-Istat Membru tal-ħruġ isservi biex jiġi żgurat li skwalifika mis-sewqan tiġi implimentata u jenħtieġ li din ma tkunx tirrikjedi valutazzjoni ġdida tal-fatti li jwasslu għall-iskwalifika mis-sewqan. |
|
(25) |
Sabiex jiġi garantit li l-implimentazzjoni ta' skwalifika mis-sewqan ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-drittijiet fundamentali jew l-eċċezzjonijiet previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-ħruġ, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti raġunijiet li jeżentaw lill-Istat Membru tal-ħruġ mill-obbligu li jadotta l-miżuri. Fir-rigward ta' raġunijiet għal eżenzjoni li mhumiex obbligatorji, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li tali raġunijiet għandhom jiġu vvalutati b'mod sistematiku mill-awtorità kompetenti jew għandhom jiġu vvalutati biss jekk ikun hemm raġuni sostanzjali biex wieħed jemmen li japplikaw tali raġunijiet. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan ikollha l-possibbiltà li tfittex rimedju legali fir-rigward tal-valutazzjoni u l-applikazzjoni tar-raġunijiet għal eżenzjoni mill-Istat Membru tal-ħruġ, f'konformità mal-liġi ta' dak l-Istat Membru. |
|
(26) |
Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku fit-toroq tappoġġa s-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali, tiffaċilita l-imġiba legali u tippermetti lis-sewwieqa jirrispettaw ir-regolamenti tat-traffiku nazzjonali, inkluż meta jsuqu barra mill-pajjiż. Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li d-data statika u dinamika fir-rigward tal-limiti tal-veloċità applikabbli għan-network trans-Ewropew komprensiv għat-toroq, awtostradi u sezzjonijiet oħra ta' toroq primarji, kif ukoll għall-bliet fiċ-ċentru tan-nodi urbani, taħt ċerti kundizzjonijiet, tkun disponibbli u aċċessibbli permezz ta' punti ta' aċċess nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2028. Id-Direttiva 2010/40/UE tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jagħmlu d-data dwar il-limiti tal-veloċità aċċessibbli għal partijiet oħra tan-network tat-toroq tagħhom. Fiha klawsola ta' rieżami, li abbażi tagħha l-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-progress li jkun sar fir-rigward tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data, fost l-oħrajn, u tipproponi, fejn xieraq, li sal-31 ta' Diċembru 2028 tadatta l-kopertura ġeografika ta' ċerti tipi ta' data meqjusa kruċjali. |
|
(27) |
Fl-interess tas-sikurezza fit-toroq u sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan u lill-Istat Membru fejn isir ir-reat, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jimplimenta l-iskwalifika mis-sewqan jew japplika raġuni għal eżenzjoni mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, u fi kwalunkwe każ fil-limiti ta' żmien, jekk ikun hemm, stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rigward l-impożizzjoni ta' skwalifika mis-sewqan. Jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jinforma lill-Istat Membru fejn isir ir-reat dwar kwalunkwe dewmien. |
|
(28) |
L-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva tippresupponi komunikazzjoni mill-qrib, rapida u effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti. Jenħtieġ li l-komunikazzjonijiet kollha bejn l-Istat Membru fejn isir ir-reat u l-Istat Membru tal-ħruġ għall-fini tal-implimentazzjoni ta' skwalifika mis-sewqan isiru permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE msemmi fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/126/KE u jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dak in-network ikun mgħammar bir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dak il-kompitu. Barra minn hekk, f'każijiet speċifiċi definiti sew, jenħtieġ li kemm l-Istat Membru tal-ħruġ kif ukoll l-Istat Membru fejn isir ir-reat jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni importanti fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jikkonsultaw lil xulxin kull meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż fir-rigward ta': l-adozzjoni ta' miżuri li jimplimentaw l-iskwalifiki mis-sewqan; deċiżjonijiet meħuda għal raġunijiet ta' eżenzjoni; it-tlestija tal-iskwalifiki mis-sewqan; u kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-iskwalifiki mis-sewqan imposti oriġinarjament, bħar-rieżami mill-awtoritajiet nazzjonali tal-iskwalifika mis-sewqan oriġinarjament imposta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat jew l-issodisfar tal-kundizzjonijiet komplementari mill-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan fl-Istat Membru fejn isir ir-reat. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jinforma lill-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan imposta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, sa fejn ikun possibbli, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jirċievi n-notifika tal-iskwalifika mis-sewqan imposta f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tiegħu. |
|
(30) |
Wara li jimplimenta l-iskwalifika mis-sewqan, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-ħruġ jinforma lill-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan, sal-iskadenzi stabbiliti għan-notifika ta' deċiżjonijiet simili skont il-liġi nazzjonali tiegħu, bl-adozzjoni tal-miżuri meħuda biex tiġi implimentata dik l-iskwalifika mis-sewqan, b'mod partikolari sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet fundamentali. |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji legali adegwati fir-rigward tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva, u li l-informazzjoni dwar tali rimedji tiġi pprovduta fi żmien debitu biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv. Madankollu, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li l-iskwalifika mis-sewqan imposta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat tiġi kkontestata b'azzjoni mressqa fl-Istat Membru tal-ħruġ. |
|
(32) |
Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom hija dritt fundamentali. F'konformità mal-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16(1) TFUE, l-individwi għandhom id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali relatata magħhom. L-atti rilevanti leġiżlattivi tal-Unjoni, jiġifieri r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), jenħtieġ li japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest ta' din id-Direttiva f'konformità mal-kamp ta' applikazzjoni rispettiv tagħhom. |
|
(33) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-bażi legali għall-iskambju tad-data personali għall-fini tal-implimentazzjoni tal-iskwalifiki mis-sewqan imposti minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ. Dik il-bażi legali hija konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li d-data personali li għandha tiġi skambjata mal-Istat Membru tal-ħruġ tkun limitata għal dak li jkun meħtieġ biex ikun hemm konformità mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva. |
|
(34) |
Biex ikun żgurat l-iskambju mingħajr xkiel, affidabbli u effettiv tal-informazzjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jiddeżinja punt ta' kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti ta' kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar tal-iskwalifiki mis-sewqan koperti minn din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża f'waqtha. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeżinjaw punt ta' kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar u awtorità kompetenti waħda jew aktar biex iwettqu l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddefinixxu r-regoli għall-kooperazzjoni fost dawk l-entitajiet nazzjonali, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' din id-Direttiva. |
|
(36) |
Fl-interess ta' infurzar effettiv tal-iskwalifiki mis-sewqan, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw id-dritt tas-sewqan, speċjalment meta jkun hemm dubju dwar jekk is-sewwieq ikkonċernat huwiex taħt l-effett ta' skwalifika mis-sewqan, b'mod partikolari f'każijiet fejn ma jiġux ċeduti liċenzji tas-sewqan fiżiċi. |
|
(37) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri regolarment jiġbru statistika dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u jibagħtuha lill-Kummissjoni, inizjalment erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull ħames snin wara dan. |
|
(38) |
Skemi nazzjonali ta' punti penali, li skonthom detentur ta' liċenzja tas-sewqan jitlef jew jakkumula punti b'rabta mat-twettiq ta' ċerti reati, mhumiex indirizzati minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jadottaw approċċi differenti, bħall-impożizzjoni immedjata ta' miżuri aktar stretti jew l-iffukar fuq kampanji mmirati ta' infurzar u prevenzjoni. Meta twettaq ir-rieżami tagħha ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kif ittejjeb is-sikurezza fit-toroq u tiffaċilita lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' diversi sfidi, mingħajr ma tipprijoritizza kwalunkwe approċċ speċifiku. |
|
(39) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-format u l-kontenut taċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). |
|
(40) |
Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni billi tiġi prevista n-notifika u implimentazzjoni ta’ skwalifika mis-sewqan imposta minħabba t-twettiq ta’reat li jwassal għal skwalifika mis-sewqan, li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tal-ħruġ jew l-Istat Membru tar-residenza normali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effett ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(41) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2025/2205 tiġi emendata skont dan. |
|
(42) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u ta opinjoni fl-14 ta' Ġunju 2023, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva (UE) 2025/2205
Id-Direttiva (UE) 2025/2205 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(1), jiżdied il-paragrafu li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*1) Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni u assistenza reċiproka dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/413/oj).”;" |
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 15a Dmir li skwalifiki mis-sewqan jiġu notifikati 1. L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu, wara verifika, jekk xieraq, li l-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan m'għandhiex ir-residenza normali tagħha fit-territorju tiegħu u m'għandhiex liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dak l-Istat Membru, jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Istat Membru tal-ħruġ bl-iskwalifika mis-sewqan, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafi 3 u 4. 3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha timla, tiffirma u tibgħat iċ-ċertifikat standard għan-notifika ta' skwalifika mis-sewqan (iċ-‘ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan’) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ f'konformità mal-Artikolu 22(3a). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tibgħat ukoll id-deċiżjoni li timponi l-iskwalifika mis-sewqan, u l-liċenzja tas-sewqan tal-persuna soġġetta għall-iskwalifika tas-sewqan jekk din tkun ġiet ċeduta, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ. 4. Iċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan għandu jintbagħat f'forma elettronika. Dak iċ-ċertifikat għandu jistabbilixxi b'mod strutturat mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
5. Mill-inqas sitt xhur qabel id-data tat-traspożizzjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi:
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26(2). Artikolu 15b Speċifikazzjonijiet dwar il-lingwa taċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan 1. Iċ-ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan għandu jintbagħat bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tkun lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ, jew bi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li l-Istat Membru tal-ħruġ ikun aċċetta f'konformità mal-paragrafu 2. 2. Fi kwalunkwe ħin, kwalunkwe Stat Membru jissottometti lill-Kummissjoni b'dikjarazzjoni li ser jaċċetta ċertifikati standard ta' skwalifika mis-sewqan f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ma humiex il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jimmodifika jew jirtira tali dikjarazzjoni fi kwalunkwe ħin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha, inkluż fin-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE, biex tiffaċilita n-notifika mill-Istati Membri. 3. Ma għandux ikun hemm l-obbligu fuq l-Istat Membru fejn isir ir-reat li jittraduċi d-deċiżjoni li timponi l-iskwalifika mis-sewqan. Artikolu 15c Obbligu għall-Istat Membru tal-ħruġ li jimplimenta skwalifika mis-sewqan imposta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat 1. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkollhom is-setgħa li jimplimentaw irtirar, sospensjoni jew restrizzjoni tal-liċenzja tas-sewqan abbażi ta' skwalifika mis-sewqan innotifikata lilhom f'konformità mal-Artikolu 15a. 2. Mingħajr preġudizzju għar-raġunijiet għal eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15e, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jiżgura li, f'każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jirċievu ċertifikat standard ta' skwalifika mis-sewqan f'konformità mal-Artikolu 15a, tali awtoritajiet, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15d, għandhom jirtiraw, jissospendu jew jirrestrinġu l-liċenzja tas-sewqan. Artikolu 15d Implimentazzjoni ta' skwalifika mis-sewqan innotifikata lill-Istat Membru tal-ħruġ 1. Jekk l-iskwalifika mis-sewqan tikkonsisti f'irtirar fl-Istat Membru fejn isir ir-reat, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu:
Fil-każ ta' rtirar, il-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan tista' tirkupra l-liċenzja tas-sewqan tagħha jew tapplika għal liċenzja tas-sewqan ġdida f'konformità mal-Artikoli 10, 16 u 20. 2. Jekk l-iskwalifika mis-sewqan tikkonsisti f'sospensjoni jew restrizzjoni, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu
3. Mingħajr preġudizzju għar-raġuni għal eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15e(1), il-punt (a), meta jadotta miżuri skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru tal-ħruġ għandu jkun marbut bl-informazzjoni u l-fatti pprovduti mill-Istat Membru fejn isir ir-reat u għandu jibbaża fuqhom, f'konformità mal-Artikolu 15a. 4. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jieħu l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu, jew inkella jadotta deċiżjoni li tapplika raġuni għal eżenzjoni skont l-Artikolu 15e, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, u fi kwalunkwe każ fil-limiti taż-żmien, jekk ikun hemm, stipulati fil-liġi nazzjonali rigward l-impożizzjoni ta' skwalifiki mis-sewqan. 5. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni lill-Istat Membru fejn isir ir-reat milli:
6. Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni lill-Istat Membru tal-ħruġ milli jivvaluta l-idoneità u l-kompetenza biex isuq tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan u, wara dik il-valutazzjoni, milli jieħu kwalunkwe miżura meqjusa xierqa f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, filwaqt li jqis ukoll il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-idoneità jew il-kompetenza biex isuq tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jistgħu joħolqu riskju għas-sikurezza fit-toroq. Artikolu 15e Raġunijiet għal eżenzjoni 1. L-Istat Membru tal-ħruġ ma għandux jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15d(1) u (2) meta:
2. F'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-Istat Membru tal-ħruġ jista' japplika wkoll ir-raġunijiet għal eżenzjoni li ġejjin:
3. L-Istat Membru tal-ħruġ jista' jitlob kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jeżamina jekk tapplikax raġuni għal eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2. L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien u jista' jipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew kumment addizzjonali li jqis rilevanti. L-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinkludi data personali għajr dik strettament meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u għandha tintuża għall-iskop uniku tal-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi. Artikolu 15f Informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-Istati Membri meta tiġi implimentata skwalifika mis-sewqan imposta minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ jew l-Istat Membru tar-residenza normali 1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ għandha tikkomunika mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, b'mod strutturat u bl-użu ta' forma elettronika, f'konformità mal-Artikolu 22(3a), il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 15d jew id-deċiżjoni li tapplika raġuni għal eżenzjoni skont l-Artikolu 15e, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni. 2. Jekk ikun applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-ħruġ dwar:
Artikolu 15g Informazzjoni li għandha tingħata lill-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan imposta minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-ħruġ jew l-Istat Membru tar-residenza normali, u rimedju legali disponibbli 1. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jinforma lill-persuna soġġetta għal skwalifika mis-sewqan b'notifika skont l-Artikolu 15a, sa fejn ikun possibbli mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jirċieviha, f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tiegħu. 2. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan għandha tispeċifika mill-inqas:
3. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jinforma lill-persuna soġġetta għall-iskwalifika mis-sewqan, sal-iskadenzi stabbiliti għan-notifika ta' deċiżjonijiet simili skont il-liġi nazzjonali tiegħu u f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tiegħuta’ mill-inqas:
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji legali adegwati kontra deċiżjonijiet jew miżuri meħuda skont l-Artikoli 15a sa 15g, b'mod partikolari kontra n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' raġuni għal eżenzjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar tali rimedji tingħata fi żmien xieraq biex jiżguraw li dawk ir-rimedji jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv. 5. Skwalifika mis-sewqan innotifikata skont l-Artikolu 15a tista' tiġi kkontestata biss b'azzjoni mressqa fl-Istat Membru fejn isir ir-reat. 6. L-Istat Membru fejn isir ir-reat u l-Istat Membru tal-ħruġ għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-rimedji legali mitluba kontra deċiżjonijiet jew miżuri meħuda skont l-Artikoli 15a sa 15g. Fuq talba tal-Istat Membru tal-ħruġ, l-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jagħti lill-Istat Membru tal-ħruġ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Il-komunikazzjoni kollha bejn l-Istati Membri skont l-Artikoli 15a sa 15g għandha ssir permezz tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ddeżinjati għall-finijiet tal-Artikoli 15a sa 15g. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti ta' kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar tal-iskwalifiki mis-sewqan imposti għat-twettiq ta' reati li jwasslu għal skwalifika mis-sewqan, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi skambjata fi żmien debitu.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. Sas-26 ta’ Novembru 2029, u kull ħames snin wara dan, bħala parti mill-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, abbażi tad-data miġbura għal kull sena kalendarja, dwar:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. Sas-26 ta’ Novembru 2028, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-26 ta’ Novembru 2029.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa, fi żmien suffiċjenti sabiex din tkun tista' tippreżenta l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU C 293, 18.8.2023, p. 133.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2024 u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-29 ta’ Settembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2005/214/oj).
(4) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta' sanzjonijiet alternattivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2008/947/oj).
(5) Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/64/oj).
(6) Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/13/oj).
(7) Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/48/oj).
(8) Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/343/oj).
(9) Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/800/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/1919/oj).
(11) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Mejju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill, C-43/12, ECLI:EU:C:2014:298, il-paragrafu 43.
(12) Id-Direttiva (UE) 2025/2205 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2025 dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda r-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 (ĠU L, 2025/2205, 5.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2205/oj).
(13) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/126/oj).
(14) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/dir/2010/40/oj).
(15) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(16) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89), ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(18) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/2206/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)