|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2191 |
29.10.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2191
tas-16 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni fid-Dogger Bank u f’xi żoni tal-Kattegat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li fl-ilmijiet tagħhom jadottaw il-miżuri ta’ konservazzjoni tas-sajd li huma meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”) (2), skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Għasafar”) (3) u skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”) (4). |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għaż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali u l-ispeċijiet protetti fis-siti. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu l-passi x-xierqa biex jevitaw id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet, kif ukoll id-disturb sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ikunu ġew iddeżinjati ż-żoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri speċjali ta’ konservazzjoni fir-rigward tal-ħabitat tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tagħha. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ konservazzjoni simili għall-ispeċijiet migratorji regolari li ma humiex elenkati fl-Anness I tagħha. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, l-Istati Membri jeħtieġu jadottaw programmi ta’ miżuri biex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb, li jinkludu miżuri ta’ protezzjoni spazjali li jikkontribwixxu għal networks koerenti u rappreżentattivi ta’ żoni marini protetti, u jkopru b’mod adegwat id-diversità tal-ekosistemi kostitwenti, bħal żoni speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, bħal żoni ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, u bħal żoni marittimi protetti kif miftiehma mill-Unjoni jew mill-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu partijiet. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta Stat Membru jqis li jeħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u Stati Membri oħrajn ikollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd li se jiġi affettwat minn tali miżuri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta tali miżuri permezz ta’ atti delegati wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 (5) jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu f’ċerti żoni marittimi protetti fil-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(7) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2023, il-Ġermanja u n-Netherlands (l-Istati Membri inizjaturi), flimkien mal-Belġju, id-Danimarka, Franza u l-Iżvezja, ippreżentaw lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta dwar miżuri ta’ konservazzjoni fiż-żoni Ġermaniżi u Netherlandiżi tal-Bank Dogger, fis-siti ta’ Natura 2000 “Doggerbank” (DE1003301) u “Doggersbank” (NL2008001). |
|
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tipproponi miżuri ta’ konservazzjoni għall-protezzjoni tas-sikek tar-ramel (tip ta’ ħabitat H1110) mill-impatt ta’ rkaptu mobbli tal-kuntatt mal-qiegħ billi jiġu pprojbiti xbieki mobbli tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni f’żoni speċifiċi f’dawn is-siti ta’ Natura 2000. |
|
(9) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF, Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries) ivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunta fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-11–15 ta’ Marzu 2024 (6). |
|
(10) |
L-STECF ikkonkluda li l-miżuri ta’ konservazzjoni proposti fid-Dogger Bank jistgħu jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-ħabitats u l-ispeċijiet indirizzati fir-rakkomandazzjoni konġunta jinżammu u jiġu restawrati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, u jirrappreżentaw pass pożittiv ’il quddiem biex: (i) jiġu mminimizzati l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq ċerti ħabitats u l-komunitajiet bijoloġiċi tagħhom, u (ii) jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent marittimu kif stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(11) |
Ir-Rakkomandazzjoni konġunta testendi wkoll il-projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun kemm fiż-żoni ta’ ġestjoni tal-Ġermanja kif ukoll fin-Netherlands. L-STECF saħaq li l-inklużjoni tal-gruppi kollha tal-irkaptu fil-miżuri ta’ ġestjoni hija meħtieġa biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi tas-sajd u tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ambjent marittimu bbażata fuq is-sajd. |
|
(12) |
Ir-Rakkomandazzjoni konġunta tipproponi wkoll miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar. L-STECF innota li r-rakkomandazzjoni konġunta kienet qieset ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-STECF u kkonkluda li dawn il-miżuri ta’ kontroll u ta’ infurzar jidhru adegwati u suffiċjenti biex jiżguraw infurzar xieraq tal-miżuri proposti għaż-żoni ta’ ġestjoni. Madankollu, uħud mill-miżuri ta’ kontroll proposti diġà huma obbligu legali u għalhekk mhumiex inklużi f’dan ir-regolament delegat. |
|
(13) |
L-istatus ta’ konservazzjoni tas-sit għadu vvalutat bħala mhux favorevoli u, skont id-data ppreżentata mill-Istati Membri, l-attivitajiet tas-sajd ħolqu distorsjoni fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet lejn speċijiet iżgħar u b’ħajja qasira. |
|
(14) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta se jikkontribwixxu biex jimminimizzaw l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE tas-siti ta’ Natura 2000 tad-Dogger Bank. |
|
(15) |
L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118 jistabbilixxi deroga mill-projbizzjoni tas-sajd fiż-żoni ristretti għas-sajd ta’ Stora Middelgrund och Röde bank (SE0510186), Fladen (SE0510127), Lilla Middelgrund (SE0510126) u Morups bank (SE0510187) fiż-żona ta’ Kattegat għall-għeżula u l-pariti, dment li l-bastimenti tas-sajd jieħdu sehem fi programm nazzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni mwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali jew f’isimhom biex tiġi vvalutata il-qabda aċċessorja tad-denfil iswed u tal-għasafar tal-baħar bl-użu ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, inkluż l-użu ta’ kameras tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq abbord u data dwar il-pożizzjoni. L-Artikolu 3(3)(d) kien jirrikjedi wkoll li l-Iżvezja tirrieżamina d-data dwar il-qabdiet aċċessorji tad-denfil iswed u tal-għasafar tal-baħar kull sena għal valutazzjoni finali sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(16) |
Dik id-deroga ġiet stabbilita wara l-valutazzjoni tagħha mill-STECF fil-plenarja tiegħu tat-22–26 ta’ Marzu 2021 (7). Għalkemm l-STECF qajjem dubji dwar l-adegwatezza tad-deroga, huwa nnota l-possibbiltà li din tiġi rieżaminata wara 3 snin ta’ applikazzjoni. Dik id-deroga kienet parti minn rakkomandazzjoni konġunta usa’ ppreżentata fl-2021 li kien fiha diversi miżuri li dwarhom l-STECF kien ikkonkluda li, b’mod ġenerali, kienu jirrappreżentaw pass pożittiv ’il quddiem lejn il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats ikkonċernati. |
|
(17) |
Fil-11 ta’ Lulju 2024, l-Istati Membri tal-Baħar tat-Tramuntana, bl-Iżvezja bħala l-Istat Membru inizjatur, ippreżentaw lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni konġunta li tipproponi t-tneħħija ta’ din id-deroga peress li ma sar l-ebda sajd fl-ambitu tal-programm ta’ monitoraġġ, u minħabba li hemm data ġdida li turi l-istatus fqir tal-popolazzjoni tal-Baħar Belt. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tqis li, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (17) hawn fuq, huwa pertinenti li titneħħa d-deroga għall-għeżula u l-pariti. |
|
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(20) |
Dan ir-Regolament Delegat huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ miżuri ta’ konservazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar l-Ħabitats u tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri interessati mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/118 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, il-punt c huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Rieżami Mit-8 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jimmonitorjaw, jivvalutaw u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5, kull 3 snin għall-miżuri fiż-żoni 4(1) u 4(4) (l-Anness VI) skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, u kull 6 snin għall-miżuri fiż-żoni 1(10) sa 1(13) (l-Anness I), fiż-żona 2(28) (l-Anness II) u fiż-żoni 4(2) u 4(3) (l-Anness VI) skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-miżuri fiż-żoni 1(14) u 1(15) 6 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.” |
|
(5) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj).
(4) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 19, 25.1.2017, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/118/oj).
(6) Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, 75th plenary report (STECF-PLEN-24-01), Rihank, D.(editur) u Doerner, H.(editur), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea il-Lussemburgu, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2760/82418, JRC137730.
(7) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) – is-66 Rapport Plenarju (PLEN-21-01). EUR 28359 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021, ISBN 978-92-76-36151-0 (online), doi:10.2760/437609 (online), JRC124902.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/118, jiżdiedu l-punti li ġejjin (il-koordinati kollha mkejla skont is-sistema tal-koordinati WGS84):
“ 1(14): Żona ta’ ġestjoni li tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tas-sit tan-Natura 2000 tan-Netherlands Dogger Bank (NL2008001).
Iż-żona ġeografika magħluqa b’linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:
|
Punt |
Latitudni N (y) |
Lonġitudni E (x) |
|
A01 |
55,219539 ° |
4,032589 ° |
|
A02 |
54,399216 ° |
2,793136 ° |
|
A03 |
54,380169 ° |
2,763327 ° |
|
A04 |
54,399905 ° |
2,773361 ° |
|
A05 |
54,566153 ° |
2,866138 ° |
|
A06 |
54,600000 ° |
2,900000 ° |
|
A07 |
54,600000 ° |
3,000000 ° |
|
A08 |
54,900000 ° |
3,300000 ° |
|
A09 |
54,900000 ° |
3,450000 ° |
|
A10 |
55,200000 ° |
3,750000 ° |
|
A11 |
55,250000 ° |
3,700000 ° |
|
A12 |
55,300000 ° |
3,700000 ° |
|
A13 |
55,350000 ° |
3,750000 ° |
|
A14 |
55,350098 ° |
3,900085 ° |
1(14.az): Żona ta’ twissija ta’ 4 nm madwar iż-żona ta’ ġestjoni li tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tas-sit tan-Natura 2000 tan-Netherlands Dogger Bank (NL2008001).
Iż-żona ġeografika magħluqa b’linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:
|
Punt |
Latitudni N (y) |
Lonġitudni E (x) |
|
AAZ01 |
55,398662 ° |
3,985798 ° |
|
AAZ02 |
55,244121 ° |
4,142261 ° |
|
AAZ03 |
55,223544 ° |
4,150326 ° |
|
AAZ04 |
55,202652 ° |
4,146567 ° |
|
AAZ05 |
55,183685 ° |
4,132361 ° |
|
AAZ06 |
54,323936 ° |
2,831891 ° |
|
AAZ07 |
54,312857 ° |
2,779999 ° |
|
AAZ08 |
54,314559 ° |
2,733106 ° |
|
AAZ09 |
54,326877 ° |
2,690952 ° |
|
AAZ10 |
54,348385 ° |
2,660469 ° |
|
AAZ11 |
54,374488 ° |
2,647378 ° |
|
AAZ12 |
54,397131 ° |
2,651871 ° |
|
AAZ13 |
54,593427 ° |
2,760873 ° |
|
AAZ14 |
54,648790 ° |
2,816134 ° |
|
AAZ15 |
54,666567 ° |
2,869256 ° |
|
AAZ16 |
54,666585 ° |
2,933614 ° |
|
AAZ17 |
54,948760 ° |
3,215421 ° |
|
AAZ18 |
54,966563 ° |
3,269037 ° |
|
AAZ19 |
54,966595 ° |
3,382883 ° |
|
AAZ20 |
55,200096 ° |
3,615802 ° |
|
AAZ21 |
55,224445 ° |
3,591366 ° |
|
AAZ22 |
55,241259 ° |
3,583495 ° |
|
AAZ23 |
55,308592 ° |
3,583298 ° |
|
AAZ24 |
55,325405 ° |
3,591057 ° |
|
AAZ25 |
55,398486 ° |
3,663960 ° |
|
AAZ26 |
55,416545 ° |
3,718386 ° |
|
AAZ27 |
55,416683 ° |
3,931697 ° |
|
AAZ28 |
55,398662 ° |
3,985798 ° |
1(15): Żona ta’ ġestjoni li tinsab fil-parti tat-Tramuntana tas-siti tan-Natura 2000 tal-Ġermanja u tan-Netherlands Dogger Bank (NL2008001 u DE1003301).
Iż-żona ġeografika magħluqa:
|
(a) |
bil-linja tas-separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka mill-koordinati tal-punt B01 55,810118° N 4,019211° E sal-latitudni 55,685000° N; |
|
(b) |
linja rombu bejn l-intersezzjoni tal-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka bil-latitudni 55,685000° N għall-koordinati tal-punt B02 55,685000° N 4,000000° E fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Ġermanja; |
|
(c) |
linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin fiż-Żona Ekonomika Esklussiva Ġermaniża:
|
|
(d) |
linja rombu mill-koordinati tal-punt B07 55,450000° N 4,250000° E lejn il-Punent tul il-latitudni 55,450000° N sal-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tan-Netherlands; |
|
(e) |
linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka mil-latitudni 55,450000° N lejn it-Tramuntana sal-latitudni 55,550000° N; |
|
(f) |
linja rombu bejn l-intersezzjoni tal-linja ta’ separazzjoni tal-baħar bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka bil-latitudni 55,550000° N għall-koordinati tal-punt B08 55,550000° N 3,700000° E fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tan-Netherlands; |
|
(g) |
linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tan-Netherlands
|
|
(h) |
linja rombu bejn il-koordinati tal-punt B12 55,645090° N 3,635784° E fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tan-Netherlands għall-koordinati tal-punt B13 55,645643°N 3,637786° E fiż-Żona Ekonomika Esklussiva Ġermaniża; |
|
(i) |
linja rombu bejn il-koordinati tal-punt B13 55,645643°N 3,637786° E u l-punt B01 (14) 55,810118° N 4,019211° E fiż-Żona Ekonomika Esklussiva Ġermaniża, b’tali mod li ż-żona ta’ ġestjoni terġa’ tispiċċa fil-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka; |
|
(j) |
il-linja ta’ separazzjoni marittima bejn iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tal-Ġermanja u tad-Danimarka taqsam iż-żona ta’ ġestjoni fil-partijiet tan-Netherlands u tal-Ġermanja tagħha. |
1(15.az): Żona ta’ twissija ta’ 4 nm madwar iż-żona ta’ ġestjoni fil-parti tat-Tramuntana tas-siti tan-Natura 2000 tal-Ġermanja u tan-Netherlands Dogger Bank (NL2008001 u DE1003301).
Iż-żona ġeografika magħluqa b’linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:
|
Punt |
Latitudni N (y) |
Lonġitudni E (x) |
|
BAZ01 |
55,433416 ° |
3,476653 ° |
|
BAZ02 |
55,443556 ° |
3,433622 ° |
|
BAZ03 |
55,462242 ° |
3,400651 ° |
|
BAZ04 |
55,486706 ° |
3,382738 ° |
|
BAZ05 |
55,602823 ° |
3,382392 ° |
|
BAZ06 |
55,630758 ° |
3,407319 ° |
|
BAZ07 |
55,698214 ° |
3,564762 ° |
|
BAZ08 |
55,701245 ° |
3,572502 ° |
|
BAZ09 |
55,872807 ° |
3,970108 ° |
|
BAZ10 |
55,878430 ° |
4,025862 ° |
|
BAZ11 |
55,832928 ° |
4,299922 ° |
|
BAZ12 |
55,821027 ° |
4,330757 ° |
|
BAZ13 |
55,710591 ° |
4,481739 ° |
|
BAZ14 |
55,672619 ° |
4,488346 ° |
|
BAZ15 |
55,638451 ° |
4,458485 ° |
|
BAZ16 |
55,618418 ° |
4,401279 ° |
|
BAZ17 |
55,618418 ° |
4,266729 ° |
|
BAZ18 |
55,615659 ° |
4,269480 ° |
|
BAZ19 |
55,613795 ° |
4,289388 ° |
|
BAZ20 |
55,602241 ° |
4,325939 ° |
|
BAZ21 |
55,584202 ° |
4,352839 ° |
|
BAZ22 |
55,562052 ° |
4,367487 ° |
|
BAZ23 |
55,436703 ° |
4,367114 ° |
|
BAZ24 |
55,412262 ° |
4,349244 ° |
|
BAZ25 |
55,393541 ° |
4,316288 ° |
|
BAZ26 |
55,383415 ° |
4,273270 ° |
|
BAZ27 |
55,383415 ° |
4,054121 ° |
|
BAZ28 |
55,390787 ° |
4,016721 ° |
|
BAZ29 |
55,483416 ° |
3,810961 ° |
|
BAZ30 |
55,483416 ° |
3,768298 ° |
|
BAZ31 |
55,450665 ° |
3,735463 ° |
|
BAZ32 |
55,433416 ° |
3,679988 ° |
|
BAZ33 |
55,433416 ° |
3,476653 °.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2191/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)