|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2164 |
28.10.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2164
tas-27 ta’ Ottubru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 fir-rigward tal-verżjoni tal-istandard li fuqu hu bbażat il-mudell komuni għal-listi ta’ fiduċja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-listi ta’ fiduċja previsti fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 huma essenzjali għall-bini tal-fiduċja fost l-operaturi tas-suq għax dawn jippermettu validazzjoni tal-istatus kwalifikat tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji u tas-servizzi fiduċjarji li jipprovdu. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati jridu jibdew jipprovdu servizz fiduċjarju kwalifikat biss wara li l-istatus kwalifikat ikun ġie indikat fil-listi ta’ fiduċja. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 (2) tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi relatati mal-listi ta’ fiduċja. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati jingranaw l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard ETSI TS 119 612, il-verżjoni 2.1.1. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 billi introduċa servizzi fiduċjarji kwalifikati ġodda, jiġifieri l-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod, il-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi mill-bogħod, il-ħruġ ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi, il-forniment ta’ servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat, u r-reġistrazzjoni ta’ data elettronika f’reġistru elettroniku kwalifikat. L-istandard ETSI TS 119 612 ġie aġġornat għall-verżjoni 2.4.1, u issa fih speċifikazzjonijiet li jippermettu li listi ta’ fiduċja jinkludu u jindikaw l-istatus ta’ dawk is-servizzi fiduċjarji kwalifikati ġodda. Il-verżjoni aġġornata 2.4.1 emendat ukoll l-ispeċifikazzjonijiet għall-format tal-firem jew tas-siġilli li jridu jużaw l-Istati Membri biex jiffirmaw jew jissiġillaw il-listi ta’ fiduċja nazzjonali tagħhom. |
|
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi aġġornata r-referenza tal-istandard ETSI TS 119 612 għall-verżjoni 2.4.1 aktar ġdida tiegħu. Minħabba din l-emenda, huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet addizzjonali f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. L-ewwelt, l-informazzjoni li trid issir referenza għaliha fil-listi ta’ fiduċja, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kontenut ta’ dawk il-listi, jenħtieġ li tiġi ċċarata biex il-partijiet dipendenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-informazzjoni fil-listi ta’ fiduċja. It-tieni, l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-ħolqien tal-firem jew tas-siġilli elettroniċi li jridu jiġu applikati għal-listi ta’ fiduċja jenħtieġ li jiġu adattati biex ikunu evitati ċerti vulnerabbiltajiet magħrufa u rrapportati. |
|
(5) |
Biex ikun żgurat li l-partijiet dipendenti jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għall-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness, l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tittardja. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta l-opinjoni tiegħu fit-8 ta’ Awwissu 2025 (7). |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1505 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni għandha tapplika mid-29 ta’ April 2026.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1505/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(5) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Il-Kummenti Formali tal-EDPS dwar l-abbozz fir-rigward tal-verżjoni tal-istandard li fuqu hu bbażat il-mudell komuni għal-listi ta’ fiduċja | Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1505 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu II, l-ewwel paragrafu hu sostitwit b’dan li ġej: “Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jingranaw l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fmogħtija fl-ETSI TS 119 612 v2.4.1 (minn hawn ’il quddiem imsejħa ETSI TS 119 612).”. |
|
(2) |
Fil-Kapitolu II, it-taqsima taħt it-titlu “Scheme type/community/rules (il-klawżola 5.3.9)” hi sostitwita b’dan li ġej: “ Scheme type/community/rules (il-klawżola 5.3.9) Din l-entrata għandha tkun obbligatorja u għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mill-ETSI TS 119 612, il-klawżola 5.3.9. Din l-entrata għandha tinkludi biss URIs bl-Ingliż tar-Renju Unit. Din l-entrata għandha tinkludi mqar żewġ URIs:
|
|
(3) |
Fil-Kapitolu II, wara t-taqsima taħt it-titlu “Service current status (il-klawżola 5.5.4)”, tiżdied it-taqsima li ġejja: “ The Signature element (il-klawżola B.1), General (il-klawżola B.1.0) Din il-klawżola għandha tkun obbligatorja u għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet TS 119 612, il-klawżola B.1.0, fejn il-punt 2 hu sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) ISO 3166-1:2006: “Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-sottodiviżjonijiet tagħhom, il-Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiżi”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2164/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)