European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2162

28.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2162

tas-27 ta’ Ottubru 2025

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jwettqu l-valutazzjoni tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità u l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 20(1) u 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu jridu jawditjawhom il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Ir-rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità riżultanti jkunu jikkonfermaw jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) humiex issodisfati. Għaldaqstant jeħtieġ jiġi stabbilit qafas armonizzat u sod għall-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għall-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità li dawn jimplimentaw, għall-valutazzjonijiet tal-konformità li dawn jagħmlu f’konformità ma’ dawk l-iskemi, u għar-rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità riżultanti.

(2)

L-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jivvalutaw lill-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità u l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti b’mod indipendenti billi jużaw ċertifikazzjoni komposta, jew inkella b’sottokuntrattar lil entitajiet akkreditati kif xieraq.

(3)

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati biex jivvalutaw lill-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu fir-rigward tal-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi jenħtieġ li jitħallew joħorġu r-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità meħtieġ mill-Artikolu 45f(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(4)

Biex jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-proċess tal-akkreditazzjoni, iċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ lil korp tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li jkun fih biżżejjed informazzjoni biex il-partijiet terzi jkunu jistgħu jivverifikaw li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat ikollu l-awtorizzazzjoni biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(5)

Biex jinżammu l-integrità u l-eżattezza taċ-ċertifikati tal-akkreditazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni jenħtieġ li jiżguraw li dawn iċ-ċertifikati jkunu jirriflettu informazzjoni aġġornata.

(6)

Biex tkun żgurata l-integrità tal-proċess tal-akkreditazzjoni, iċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ lil korp tal-valutazzjoni tal-konformità jista’ jkun soġġett għal sospensjoni jew irtirar fi kwalunkwe ħin għal kull servizz fiduċjarju kwalifikat li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jkun ġie akkreditat biex jivvaluta. Is-sospensjoni jew l-irtirar jistgħu jsiru wara sanzjonar mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni jew volontarjament mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità nnifsu.

(7)

Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni ta’ dan il-qafas tal-akkreditazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ibbażat fuq standards stabbiliti, li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti.

(8)

Biex tissaħħaħ it-trasparenza, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jagħmlu ċ-ċertifikati tal-konformità li joħorġu disponibbli għall-pubbliku. Iċ-ċertifikati tal-konformità jkunu jikkonfermaw id-deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni pożittivi meħuda mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. Iżda l-istatus kwalifikat lill-fornitur tas-servizz fiduċjarju u s-servizzi fiduċjarji li jipprovdi, jagħtihulu biss u jirtirahulu biss il-korp superviżorju.

(9)

Biex tiġi vvalutata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jużaw skema tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li japplikaw standards bħala parametri referenzjarji għall-valutazzjoni tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, filwaqt li jqisu l-verżjonijiet u l-adattamenti għal dawn l-istandards stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi għas-servizz abbażi tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Dawn l-istandards jenħtieġ li jkunu jirriflettu prattiki stabbiliti u jkunu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti.

(10)

L-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri li jridu jużaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità fil-valutazzjonijiet tagħhom tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu. Skemi bħal dawn jevalwawhom il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni, fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-kontenut ta’ dawn l-iskemi hu soġġett għal bidliet maż-żmien. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ verżjonijiet suċċessivi ta’ skemi tal-valutazzjoni tal-konformità, il-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jistabbilixxu proċess speċifiku għall-immaniġġar tal-evoluzzjonijiet ta’ skema li għaliha huma akkreditati.

(11)

Biex jiġu ssorveljati l-iżvilupp u ż-żamma tal-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità, kull skema tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li tiġi assenjata sid tal-iskema. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, il-korpi governattivi jew awtorità, assoċjazzjoni kummerċjali, grupp ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, jew xi korp xieraq jew grupp xieraq ta’ korpi jistgħu jkunu sid ta’ skema u dawn jistgħu jkunu differenti mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità li jħaddem l-iskema.

(12)

Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-forniment tas-servizzi tagħhom, l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li tibqa’ valida għal verżjonijiet preċedenti tal-istandards imsemmija fl-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità. F’dawk il-każijiet, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jirreferu għal dawk il-verżjonijiet preċedenti tal-istandards b’mod espliċitu, inklużi s-sena u n-numru tal-verżjoni.

(13)

Biex tissaħħaħ il-flessibbiltà, il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni jenħtieġ li jitħallew joffru akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, li tippermetti lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, f’ċirkostanzi speċifiċi, jinkludu attivitajiet addizzjonali fl-ambitu tal-akkreditazzjoni tagħhom mingħajr il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni. Meta jfasslu l-akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni se jikkunsidraw l-akkreditazzjoni b’ambiti flessibbli kif stabbilit mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni, maħtura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Meta l-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni jippermettu lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jużaw din l-akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, jenħtieġ li jindikaw dan fiċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza. Biex tissaħħaħ il-flessibbiltà anke meta l-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni ma jkunux joffru akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, jenħtieġ li qabel ma jerġgħu jevalwaw lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat iqisu bir-reqqa l-impatt tal-bidliet fuq l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità li għaliha dak il-korp ikun ġie akkreditat.

(14)

Biex tkun żgurata l-affidabbiltà tal-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità, is-sidien jenħtieġ li jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma jkunux jippermettu li jinħarġu deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni pożittivi, jew ċertifikat tal-konformità, meta l-valutazzjoni tal-konformità twassal għall-identifikazzjoni ta’ xi nonkonformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jew mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizz fiduċjarju kwalifikat li jipprovdu. Fil-fatt, filwaqt li r-rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jinkludu nonkonformitajiet u pjanijiet potenzjali ta’ rimedju, jenħtieġ li meta jiġu identifikati xi nonkonformitajiet ma jinħareġ l-ebda ċertifikat tal-konformità jew deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni pożittiva.

(15)

Biex jiżguraw it-trasparenza fil-prattiki tagħhom, is-sidien tal-iskemi jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju tal-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom. Is-sommarju jenħtieġ li jkun fih deskrizzjoni tas-sett tar-regoli u tal-proċeduri segwiti għall-valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

(16)

Biex jiġu appoġġati l-kwalità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tal-attivitajiet tal-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jidentifika, meta xieraq, l-opportunitajiet għal titjib li jistgħu jirfinaw il-mod kif il-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli.

(17)

Biex tiġi appoġġata t-trasparenza u tiġi ffaċilitata l-verifika mill-korpi superviżorji li fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jkun fih ċerta informazzjoni minima. B’mod partikolari, biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-entrati tas-servizz li jridu jiġu elenkati fil-lista affidabbli nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, meta applikabbli, fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-ġerarkija funzjonali tal-infrastruttura ewlenija pubblika, għal kull tip ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat.

(18)

Biex tiġi appoġġata t-trasparenza u jiġu ffaċilitati l-verifika u l-monitoraġġ tal-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni jenħtieġ li, meta applikabbli, jipprovdu storja tal-ambitu tal-akkreditazzjoni, inkluż id-data tal-bidu u, meta applikabbli, id-data tat-tmiem tal-akkreditazzjoni għal kull servizz fiduċjarju kwalifikat.

(19)

Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu diġà ġew akkreditati, u biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li bħalissa huma akkreditati skont l-istandard ETSI EN 319 403 verżjoni 2.2.2, jew xi verżjoni aktar bikrija tiegħu, ma jkollhomx għalfejn jiksbu akkreditazzjoni mill-ġdid skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 sas-17 ta’ Mejju 2027. Wara din id-data, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jiġu evalwati mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(20)

Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment teknoloġiji, prattiki, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda. F’konformità mal-Premessa 75 tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina u taġġorna dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jekk ikun meħtieġ, biex iżżommu konformi mal-iżviluppi dinjin, ma’ teknoloġiji, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda u biex timxi mal-aqwa prattiki fis-suq intern.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament.

(22)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ta l-opinjoni tiegħu fit-8 ta’ Awwissu 2025 (8).

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sid ta’ skema” tfisser entità jew grupp ta’ entitajiet li huma responsabbli għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ skema tal-valutazzjoni tal-konformità;

(2)

“deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni” tfisser deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni li ssir wara valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità meta dak il-korp jikkonferma b’mod pożittiv jew negattiv il-konformità ta’ fornitur speċifiku tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(3)

“ċertifikat tal-konformità” tfisser dokument bih korp tal-valutazzjoni tal-konformità jattesta deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni li tikkonferma b’mod pożittiv li fornitur speċifiku tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(4)

“skema tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser sett ta’ regoli u proċeduri li jridu jużaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità biex jivvalutaw il-konformità tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(5)

“rapport tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser dokument li jipprovdi informazzjoni dettaljata u, meta applikabbli, supplimentari għal dik li jkun hemm f’deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni u f’ċertifikat tal-konformità assoċjat, dwar il-metodu użat biex, f’konformità ma’ skema tal-valutazzjoni tal-konformità, issir valutazzjoni tal-konformità tal-konformità ta’ fornitur speċifiku tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u tal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità;

(6)

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, punt 10 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(7)

“akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli” tfisser akkreditazzjoni meta l-attivitajiet speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għalihom tintalab jew tingħata akkreditazzjoni jiġu espressi biex jippermettu lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jagħmlu bidliet fil-metodoloġija u f’parametri oħra li huma fil-kompetenza tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kif ikkonfermat mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni;

(8)

“korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali” tfisser korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 2

Akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Għall-finijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni f’konformità ma’ skema speċifika tal-valutazzjoni tal-konformità, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati f’konformità mal-istandard EN ISO/IEC 17065:2012 issupplimentat bl-istandard ETSI EN 319 403-1 v2.3.1.

2.   L-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1 għandu jagħmilha korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni f’konformità mal-istandard EN ISO/IEC 17011:2017.

Artikolu 3

Ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tal-akkreditazzjoni li joħorġu lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jkun fihom imqar l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kodiċi uniku tal-identità taċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni;

(b)

id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni;

(c)

isem u l-pajjiż tal-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li joħroġ iċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni, kif iddikjarati fir-rekords uffiċjali nazzjonali;

(d)

isem u, meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat, kif iddikjarati fir-rekords uffiċjali nazzjonali;

(e)

l-ambitu tal-akkreditazzjoni, fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mis-servizzi fiduċjarji kwalifikati li ġejjin:

—

il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi;

—

il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi;

—

il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ sit web;

—

is-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati;

—

is-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati,

—

is-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati;

—

is-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati;

—

il-ħolqien ta’ kronogrammi elettroniċi kwalifikati;

—

il-forniment tas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati kwalifikati;

—

is-servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi mill-bogħod;

—

is-servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien tas-siġilli elettroniċi mill-bogħod;

—

il-forniment tas-servizzi elettroniċi ta’ arkivjar kwalifikati;

—

il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi kwalifikati;

—

ir-reġistrazzjoni ta’ data elettronika f’reġistru elettroniku kwalifikat.

(f)

l-identifikazzjoni, inkluż meta rilevanti l-verżjoni speċifika, tal-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità li għaliha jkun ġie akkreditat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(g)

l-indikazzjoni tal-użu tal-akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, meta rilevanti;

(h)

l-identifikazzjoni, meta rilevanti, tad-dokument li jiddeskrivi l-proċess tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli.

2.   Il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandhom jiżguraw li d-data tal-bidu u, meta applikabbli, id-data tat-tmiem tal-akkreditazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e), inkluż id-dati speċifiċi għal kull servizz fiduċjarju kwalifikat kif applikabbli, ikunu parti mid-dettalji tal-akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1b) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

3.   Il-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandhom jiżguraw li kull bidla rilevanti li ssir fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi riflessa b’mod ċar fiċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni.

4.   Iċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni għandu jiddeskrivi b’mod ċar l-ambitu tal-akkreditazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, f’konformità mal-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

Rikunsiderazzjoni ta’ akkreditazzjoni eżistenti

1.   Is-sid ta’ skema għandu jimplimenta proċeduri biex jimmonitorja kull bidla fl-istandards imsemmija fl-Artikolu 2(1) jew fl-Artikolu 6(3), jew fi skema tal-valutazzjoni tal-konformità proprjetà tiegħu u li abbażi tagħha jkun ġie akkreditat korp tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 2.

2.   Is-sid ta’ skema għandu jinnotifika fil-ħin lill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni bil-bidliet identifikati bħala eżitu tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Meta l-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni ma jkunx applika akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli għal korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati, il-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandu jiddetermina jekk il-bidliet, identifikati bħala eżitu tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, aktarx jaffettwaw materjalment il-kapaċità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati li jwettqu valutazzjonijiet tal-konformità skont skemi li għalihom ikunu ġew akkreditati.

4.   Meta l-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni jiddetermina, skont il-paragrafu 3, li l-bidliet ikunu jaffettwaw il-kapaċità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jwettqu valutazzjonijiet tal-konformità, dan għandu jitlob lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità biex jieħu miżuri xierqa f’perjodu preskritt raġonevoli.

5.   Jekk il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma jkunx jista’ jew ma jkunx lest li jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 fil-perjodu preskritt, il-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandu jirtira jew jissospendi l-akkreditazzjoni minnufih.

6.   Meta l-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni jiddetermina, skont il-paragrafu 3, li l-bidliet ma jkunux jaffettwaw il-kapaċità tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jwettqu valutazzjonijiet tal-konformità, dan jista’, meta xieraq, jestendi l-validità u l-ambitu tal-akkreditazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità vvalutat.

7.   Meta xieraq, il-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni għandu jaġġorna ċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni fil-ħin biex dan ikun jirrifletti r-riżultat tar-rikunsiderazzjoni tal-akkreditazzjoni skont dan l-Artikolu.

8.   Meta korp tal-valutazzjoni tal-konformità jirċievi talba skont il-paragrafu 4, dan għandu jinforma fil-ħin lil kull fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jkun diġà vvaluta skont l-iskema rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità dwar kull impatt li r-rikunsiderazzjoni tal-akkreditazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jista’ jkollha fuq dawk il-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, inkluż fir-rigward ta’ deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni futuri li jagħmel il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità skont dik l-iskema.

Artikolu 5

Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jagħmlu disponibbli ċ-ċertifikati tal-konformità li joħorġu, f’repożitorju pubbliku miżmum minn dak il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għal dak il-għan.

2.   Kwalunkwe sottokuntrattar mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità biex isiru attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jqis kif xieraq in-natura tal-attività li trid issir. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jiżgura li s-sottokuntrattur ikunu konformi mal-istandards stipulati fl-Anness I għall-attività speċifika li qed tiġi sottokuntrattata.

3.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw, mal-ħruġ ta’ deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni, li l-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li miegħu tkun relatata d-deċiżjoni, ikun jista’ jippreżenta r-rapporti sħaħ tal-valutazzjoni tal-konformità li jikkorrispondu għal dik id-deċiżjoni lill-korpi superviżorji.

Artikolu 6

Skemi tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Kull skema tal-valutazzjoni tal-konformità għandha tidentifika sid l-iskema.

2.   Skema tal-valutazzjoni tal-konformità għandha tkun konformi mat-tip 6 tal-iskema tal-istandard EN ISO/IEC 17067:2013 u mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

3.   Is-sidien tal-iskema għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom imqar jinkludu l-istandards, kif applikabbli, stabbiliti fl-Anness II billi jindikaw is-sena u n-numru tal-verżjoni ta’ dawn l-istandards.

4.   Is-sidien tal-iskema għandhom jiżguraw li meta tkun applikabbli akkreditazzjoni b’ambitu flessibbli, dan jiġi indikat fl-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità.

5.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ikunu jistabbilixxu proċessi u proċeduri, imqar fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

il-wasla u l-immaniġġjar tal-ilmenti lil sid l-iskema dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)

in-notifiki mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità lill-korp superviżorju deżinjat f’konformità mal-Artikolu 46b(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-konformità u kull bidla fihom;

(c)

meta applikabbli, is-sottokuntrattar tat-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

it-twettiq tal-attivitajiet tas-sorveljanza annwali abbażi tar-rekwiżiti applikabbli tal-klawżola 7.9 tal-istandard ISO/IEC 17065:2012;

(e)

l-immaniġġjar u n-notifika mill-fornitur tas-servizz fiduċjarju kwalifikat lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità u lill-korp superviżorju kompetenti dwar kull bidla li tħalli impatt fuq l-operat tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati jew tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu;

(f)

il-verifika tal-evidenza li turi li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità:

—

ikollu biżżejjed għarfien u kompetenza esperta fl-applikazzjoni tal-istandards speċifiċi relatati mas-servizz fiduċjarju kwalifikat ipprovdut mill-fornitur tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, kif imsemmi fil-paragrafu 3;

—

ikollu esperjenza professjonali fil-valutazzjoni tal-konformità fi mqar tliet valutazzjonijiet ta’ fornituri tas-servizzi fiduċjarji jew fi tliet valutazzjonijiet ta’ sistemi tal-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni; u

—

jista’ jiżgura d-disponibbiltà ta’ tim ta’ mqar żewġ persuni kwalifikati u bil-kompetenza esperta meħtieġa biex iwettqu valutazzjoni tal-konformità bħal dik.

6.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ikunu jirrikjedu li l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati jkollhom fis-seħħ proċessi, proċeduri u struzzjonijiet operatorji biex jinnotifikaw lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità mqar xahar qabel ma l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati jimplimentaw xi bidla sinifikanti fil-forniment tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati ċċertifikati skont dik l-iskema, u mqar tliet xhur qabel ma jkollhom l-intenzjoni li jwaqqfu l-forniment tas-servizzi jew partijiet minnhom.

7.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma jkunux jippermettu l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni pożittivi, jew ta’ ċertifikat tal-konformità, meta l-valutazzjoni tal-konformità twassal biex tiġi identifikata nonkonformità tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati vvalutati u tas-servizz fiduċjarju kwalifikat li jipprovdu mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u tal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

8.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom jistabbilixxu l-proċedura għall-attestazzjoni ta’ ċertifikat tal-konformità. Dawn għandhom jirrikjedu, b’mod partikolari, li l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati jinformaw minnufih lill-korp superviżorju kompetenti dwar kull bidla fiċ-ċertifikat tal-konformità. Għandhom jirrikjedu wkoll li l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati ma jipprovdux is-servizzi fiduċjarji kwalifikati kkonċernati jew ma jirreklamawx xi referenza għalihom sakemm il-korp superviżorju kompetenti jikkonferma mill-ġdid l-istatus kwalifikat. Din il-proċedura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 7.11 tal-istandard ISO/IEC 17065:2012.

9.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ikunu jistabbilixxu l-proċess tal-valutazzjoni tal-konformità li jrid jitwettaq fuq numru suffiċjenti ta’ persuni u jiem, u għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi u żmien suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jitqiesu l-ambitu u l-kumplessità tal-valutazzjoni.

10.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jagħmlu sommarju tal-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità disponibbli biex jitniżżel mill-pubbliku. Is-sommarju għandu jkun fih deskrizzjoni tas-sett tar-regoli u tal-proċeduri mħaddma għall-valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u tal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

11.   Is-sidien tal-iskemi għandhom jiżguraw li l-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom jirrikjedu li ssir imqar valutazzjoni tal-konformità ta’ sorveljanza waħda kull sena għal kull servizz fiduċjarju kwalifikat evalwat.

Artikolu 7

Rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità

1.   Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

2.   Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jitqies bħala parti mid-dokumentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni speċifikata fil-klawżola 7.7 tal-istandard ETSI EN 319 403-1.

Artikolu 8

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni

1.   Kull parti interessata tista’ titlob, mingħajr ħlas, informazzjoni kurrenti u passata dwar l-ambitu, id-data tal-bidu u, meta applikabbli, id-data tat-tmiem tal-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, għal kull tip ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità hu jew ikun ġie akkreditat biex jivvaluta. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli mill-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni.

2.   L-informazzjoni kurrenti u passata, kif imsemmija fil-paragrafu 1, jenħtieġ li ssir disponibbli mqar għal perjodu ta’ 6 snin wara l-akkreditazzjoni tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 9

Dispożizzjoni ta’ anterjorità

L-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li, qabel is-17 ta’ Novembru 2025, ikunu ġew akkreditati b’referenza għall-verżjoni 2.2.2 tal-istandard ETSI EN 319 403, jew verżjoni preċedenti, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) sas-17 ta’ Mejju 2027.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(6)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(8)   Kummenti formali tal-EDPS dwar l-abbozz rigward l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jwettqu l-valutazzjonijiet tal-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdu | il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.


ANNESS I

Standards ta’ referenza għas-sottokuntrattar tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità

(1)

EN ISO/IEC 17025:2017 għall-attivitajiet tal-ittestjar;

(2)

EN ISO/IEC 17021-1:2015 għall-attivitajiet tal-awditjar tas-sistemi tal-ġestjoni;

(3)

EN ISO/IEC 17020:2012 għall-attivitajiet tal-ispezzjoni;

(4)

EN ISO/IEC 17065:2012 għall-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità.


ANNESS II

Standards ta’ referenza għall-iskemi tal-valutazzjoni tal-konformità

L-istandards imsemmija fl-Artikolu 6(3) huma ETSI TS 119 612 v2.4.1 u dawn li ġejjin:

Servizzi Fiduċjarji Kwalifikati

Standards rilevanti

Il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi

—

ETSI EN 319 411 -2

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 412 -1

—

ETSI EN 319 412 -2

—

ETSI EN 319 412 -5

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi

—

ETSI EN 319 411 -2

—

ETSI TS 119 495

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 412 -1

—

ETSI EN 319 412 -2

—

ETSI EN 319 412 -3

—

ETSI EN 319 412 -5

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Il-ħruġ ta’ ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni tas-siti web

—

ETSI EN 319 411 -2

—

ETSI TS 119 411 -5

—

ETSI TS 119 495

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 412 -1

—

ETSI EN 319 412 -4

—

ETSI EN 319 412 -5

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Is-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati

—

ETSI TS 119 441

—

ETSI TS 119 442

—

ETSI EN 319 102 -1

—

ETSI TS 119 102 -2

—

ETSI TS 119 172 -4

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 401

Is-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati

—

ETSI TS 119 441

—

ETSI TS 119 442

—

ETSI EN 319 102 -1

—

ETSI TS 119 102 -2

—

ETSI TS 119 172 -4

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 310 401

Is-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati

—

ETSI TS 119 511

—

ETSI TS 119 172 -4

—

ETSI TS 119 512

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 310 401

Is-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati

—

ETSI TS 119 511

—

ETSI TS 119 172 -4

—

ETSI TS 119 512

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 401

Il-ħolqien ta’ timbri tal-ħin elettroniċi kwalifikati

—

ETSI EN 319 421

—

ETSI EN 319 422

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI EN 319 401

Il-forniment ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja reġistrati

—

ETSI EN 319 521

—

ETSI EN 319 522

—

ETSI EN 319 531

—

ETSI EN 319 532

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Is-servizz kwalifikat għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tal-firem elettroniċi mill-bogħod

—

ETSI TS 119 431 -1

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Is-servizz kwalifikat għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tas-siġilli elettroniċi mill-bogħod

—

ETSI TS 119 431 -1

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Il-forniment ta’ servizzi kwalifikati tal-arkivjar elettroniku

—

ISO 14641

—

ISO 14721

—

CEN/TS 18170

—

ETSI TS 301 549

—

ETSI EN 319 401

—

ETSI EN 119 511

Il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi

—

ETSI TS 119 471

—

ETSI EN 301 549

—

ETSI TS 119 461

—

ETSI EN 319 401

Ir-reġistrazzjoni tad-data elettronika f’reġistru elettroniku kwalifikat

—

ETSI EN 319 401

—

ETSI EN 301 549

—

CEN/TS 18170

—

ISO 23257

—

ISO/TS 23635

—

ETSI EN 319 122 -1

—

ETSI EN 319 132 -1

—

ETSI EN 319 182 -1


ANNESS III

Speċifikazzjonijiet għar-rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) għandu:

(1)

jinhemeż ma’ deċiżjoni ċara taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-klawżola 7.6 tal-istandard ETSI EN 319403-1 v2.3.1 (“ETSI EN 319403-1”), li tikkonferma jekk il-fornitur ivvalutat tas-servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati vvalutati li jipprovdi jew li jimmira li jipprovdi, jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(2)

jispeċifika isem il-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji u, meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, kif iddikjarat fir-rekords uffiċjali, l-indirizz postali uffiċjali tiegħu, u l-indirizz elettroniku tiegħu u, meta applikabbli, l-istess informazzjoni għas-sussidjarji kollha, l-entitajiet legali affiljati, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu qed joperaw komponenti ta’ servizzi fiduċjarji fl-ambitu tal-forniment tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji;

(3)

jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-ambitu tal-valutazzjoni tal-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji, inkluż is-servizzi fiduċjarji kwalifikati speċifiċi koperti mill-valutazzjoni;

(4)

ikun fih biżżejjed evidenza li turi li l-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(5)

jispeċifika l-isem tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità u, meta applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu, kif iddikjarat fir-rekords uffiċjali, l-indirizz postali rreġistrat tiegħu, u l-indirizz elettroniku tiegħu;

(6)

jispeċifika dan li ġej:

(a)

isem u l-pajjiż tal-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jkun akkredita lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)

isem il-persuni fiżiċi involuti mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità u r-rwol rispettiv tagħhom f’dik il-valutazzjoni;

(c)

il-link għas-sit web uffiċjali tal-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jkun fiha ċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)

meta applikabbli, is-simbolu tal-akkreditazzjoni diġitali;

(e)

l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità li għaliha jkun ġie akkreditat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 2(1);

(f)

l-investigazzjonijet tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa tul il-valutazzjoni tal-konformità, ir-raġuni għall-għażla tagħhom, u l-metodoloġija użata, inkluż il-metodoloġija tal-kampjunar u l-proċeduri tat-test;

(g)

l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditata u d-dokumenti rilevanti jew link għal-lok fejn ikunu disponibbli dik l-iskema tal-valutazzjoni tal-konformità u d-dokumenti rilevanti;

(7)

ikun fih imqar firma elettronika kwalifikata waħda meta r-rapport jingħata b’format elettroniku, jew firma bl-idejn meta jingħata stampat; u din tkun tidentifika isem u t-titlu tal-persuna/i responsabbli li jkunu awtorizzati biex jadottaw id-deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni f’isem il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(8)

jikkonċerna fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji wieħed;

(9)

jidentifika, f’konformità mal-klawżola 5.5.3 tal-istandard ETSI TS 119612 v.2.4.1, l-identitajiet diġitali tas-servizz għal kull tip ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat li għalih jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

meta s-servizz fiduċjarju kwalifikat ma jkunx ibbażat fuq it-teknoloġija tal-infrastruttura tal-kjavi pubblika, identifikatur espress bħala URI li jidentifika b’mod uniku s-servizz fiduċjarju kwalifikat;

(b)

meta s-servizz fiduċjarju kwalifikat ikun ibbażat fuq teknoloġija tal-infrastruttura tal-kjavi pubblika, imqar dan li ġej:

—

l-Identifikatur tal-Kjavi tas-Suġġett kif definit fl-IETF RFC 5280;

—

ir-rappreżentazzjoni Base64 PEM taċ-ċertifikat diġitali X.509v3 assoċjat;

—

meta applikabbli, indikazzjoni dwar jekk settijiet jew subsettijiet speċifiċi ta’ ċertifikati ta’ entità finali maħruġa minn jew taħt l-identità diġitali tas-servizz humiex esklużi jew inklużi speċifikament fid-deċiżjoni taċ-ċertifikazzjoni, u abbażi liema kriterji jistgħu jiġu identifikati;

—

indikazzjoni dwar jekk l-identità diġitali tas-servizz hix relatata ma’ entità finali jew awtorità taċ-ċertifikazzjoni, li tiċċara jekk hix ċertifikat tal-ħruġ, intermedju jew għerq;

—

deskrizzjoni dwar kif tintuża l-identità diġitali tas-servizz fil-kuntest tas-servizz fiduċjarju kwalifikat korrispondenti;

(10)

jipprovdi, meta applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tal-ġerarkija funzjonali tal-infrastruttura tal-kjavi pubblika, għal kull tip ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat u għall-identitajiet diġitali tas-servizzi kollha identifikati f’konformità mal-punt 11, inkluż imqar:

(a)

l-illustrazzjoni tal-ġerarkija tal-infrastruttura tal-kjavi pubblika li tidentifika lill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni għerq, lill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni intermedji, lill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ, u l-perkorsi taċ-ċertifikazzjoni bejniethom;

(b)

l-identifikazzjoni ta’ kull awtorità taċ-ċertifikazzjoni murija fil-punt (a) permezz tal-Identifikatur tal-Kjavi tas-Suġġett kif definit fl-IETF RFC 5280;

(c)

għal kull waħda mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ identifikati f’konformità mal-punt (b), il-lista tas-settijiet ta’ politika differenti taċ-ċertifikati li kull awtorità taċ-ċertifikazzjoni qed toħroġ, flimkien ma’ kull sett:

—

kriterji li jidentifikaw b’mod mhux ambigwu ċ-ċertifikati tas-sett, bħala lista ta’ identifikaturi ta’ politika taċ-ċertifikati biex jaqblu mal-kontenut tal-estensjoni ta’ politika taċ-ċertifikati kif definit fl-IETF RFC 5280 jew bħala kriterji oħra kif stabbilit fl-atti implimentattivi adottati skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

—

indikazzjoni ta’ jekk iċ-ċertifikati tas-sett humiex kwalifikati jew mhux kwalifikati;

—

indikazzjoni ta’ jekk iċ-ċertifikati tas-sett humiex għall-firem elettroniċi jew għas-siġilli elettroniċi, jew għall-awtentikazzjoni ta’ sit web jew għall-ebda wieħed minn dawk l-għanijiet u, fil-każ tal-aħħar, għal liema skop ieħor hu maħsub l-użu tagħhom;

—

indikazzjoni ta’ jekk il-kjavi privata li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika ċċertifikata fiċ-ċertifikati tas-settijiet hix qiegħda f’apparat kwalifikat għall-ħolqien tas-siġilli jew tal-firem lokali jew mill-bogħod;

(11)

jinkludi, f’konformità mal-punt 2

(a)

lista eżawrjenti tal-partijiet terzi, inkluż tas-sottokuntratturi, li jipprovdu komponenti ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jew komponenti ta’ servizzi billi jindikaw isimhom, kif identifikat fil-punt 2, flimkien mal-lokazzjoni tas-siti fejn jitħaddmu s-servizzi tal-komponenti korrispondenti;

(b)

indikazzjoni dwar jekk dawk il-partijiet terzi u s-siti kinux soġġetti għall-valutazzjoni tal-konformità u sa liema punt;

(12)

jiddeskrivi, meta xieraq, il-kontenut tal-entrata li trid tiddaħħal, jew li trid tiġi aġġornata, fil-lista ta’ fiduċja nazzjonali rilevanti, f’konformità mar-riżultat tal-valutazzjoni;

(13)

jinkludi lista eżawrjenti tad-dokumenti interni tal-fornituri kwalifikati u pubbliċi tas-servizzi fiduċjarji, li jkunu identifikati kif xieraq, inkluż bil-verżjonijiet, li kienu parti mill-ambitu tal-valutazzjoni tal-konformità, inkluż imqar id-dokumentazzjoni li ġejja kif imsemmi fil-punt 8, li għaliha għandha tingħata kopja flimkien mar-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità jew inkella ssir disponibbli mod ieħor għall-korp superviżorju kompetenti meta jitlobha:

(a)

id-dikjarazzjoni tal-prattiki użati mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji biex jipprovdi s-servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(b)

is-sett tar-regoli li jindika l-applikabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati għal komunità partikolari jew għal klassi tal-applikazzjoni partikolari b’rekwiżiti tas-sigurtà komuni (“politiki tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati”);

(c)

it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-ftehimiet tal-abbonati;

(d)

il-pjan tat-terminazzjoni tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(e)

id-dokumentazzjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskji u maħsuba biex turi li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 24(2), il-punti (fa) u (fb) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(f)

il-pjan tan-notifika ta’ ksur tas-sigurtà li jkun maħsub biex juri li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 24(2), il-punti (fa) u (fb) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(g)

il-lista tad-dokumenti interni kollha li jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tal-prattiki ddikjarati u użati mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji biex jipprovdi s-servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(h)

il-memorandum u l-artikoli ta’ inkorporazzjoni jew l-istatuti tal-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli, flimkien mal-elementi li ġejjin:

—

dikjarazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali mhux relatati mal-forniment tas-servizzi fiduċjarji;

—

organigramma;

—

informazzjoni dwar l-istruttura ta’ sjieda;

—

meta applikabbli u disponibbli, ir-rapport tal-kontijiet mill-awditur tal-kontijiet għas-sentejn kontabilistiċi preċedenti, jew mid-data tal-inkorporazzjoni tagħha sad-data tal-iffirmar tar-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità, skont liema perjodu jkun iqsar;

(i)

evidenza li l-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli, iżomm riżorsi finanzjarji suffiċjenti u, meta applikabbli, ikollu assigurazzjoni tar-responsabbiltà xierqa fir-rigward tal-forniment tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati;

(j)

il-lista tal-istandards li l-operazzjonijiet jitqiesu konformi magħhom;

(k)

il-lista tal-istandards li skonthom jiġu awditjati, evalwati, iċċertifikati jew ivvalutati l-operazzjonijiet bħala konformi, flimkien ma’ dettalji dwar l-iskema sottostanti tal-awditjar, tal-evalwazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni jew tal-valutazzjoni, kif applikabbli;

(l)

il-lista tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tal-firem elettroniċi jew tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ s-siġilli elettroniċi, u l-informazzjoni relatata maċ-ċertifikazzjoni tagħhom meta l-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji jipprovdi jew iqiegħed dawk l-apparati għad-dispożizzjoni tal-utenti tiegħu;

(m)

il-lista tal-apparati użati mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji bħala sistema jew prodott affidabbli, inkluż moduli tas-sigurtà fiżiċi jew apparati kriptografiċi siguri, għall-protezzjoni tal-kjavi tiegħu stess, u informazzjoni relatata maċ-ċertifikazzjoni tagħhom, meta l-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji juża apparat bħal dak biex jiżgura l-proċessi li jappoġġaw is-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi;

(14)

ikun fih valutazzjoni tar-rekwiżiti ssodisfati li japplikaw għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u, meta applikabbli, kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni u delegati li japplikaw għal dak is-servizz fiduċjarju kwalifikat kif adottat f’konformità ma’:

—

l-Artikolu 24(1c) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-verifika tal-identità u l-attributi tal-persuni li għalihom għandu jinħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat jew l-attestazzjoni elettronika kwalifikata;

—

l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji li jipprovdu servizzi fiduċjarji kwalifikati;

—

l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi;

—

l-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi;

—

l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti web;

—

l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati;

—

l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz tal-validazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati,

—

l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għall-firem elettroniċi kwalifikati;

—

l-Artikolu 34(2) u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz tal-preservazzjoni kwalifikat għas-siġilli elettroniċi kwalifikati;

—

l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-ħolqien tat-timbri tal-ħin elettroniċi kwalifikati;

—

l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-forniment tas-servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja reġistrati;

—

l-Artikolu 29a(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz kwalifikat għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tal-firem elettroniċi mill-bogħod;

—

l-Artikolu 29a(2) u l-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tas-servizz kwalifikat għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tas-siġilli elettroniċi mill-bogħod;

—

l-Artikolu 45j(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-forniment tas-servizzi kwalifikati ta’ arkivjar elettroniku;

—

l-Artikolu 45d(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi;

—

l-Artikolu 45 l(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tad-data elettronika f’reġistru elettroniku kwalifikat;

(15)

ikun fih valutazzjoni tal-issodisfar tar-rekwiżiti ssodisfati li japplikaw għall-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u skont l-atti ta’ implimentazzjoni li japplikaw għal dak is-servizz fiduċjarju kwalifikat kif adottati f’konformità mal-Artikolu 21(5) ta’ dik id-Direttiva;

(16)

ikun fih dikjarazzjoni li tiddikjara, meta applikabbli, li m’hemmx nonkonformitajiet, irrispettivament mil-livell ta’ kritikalità tagħhom; meta fir-rapport tiġi identifikata xi nonkonformità, ir-rapport għandu jipprovdi pjan ta’ azzjonijiet korrettivi u l-iskeda taż-żmien tagħhom, ipprovduti mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji u miftiehma mill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, flimkien mad-deskrizzjoni tal-kompiti ta’ evalwazzjoni ppjanati li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jwettaq biex jevalwa li dawk in-nonkonformitajiet ikunu ġew ikkoreġuti;

(17)

ikun fih, meta xieraq u meħtieġ, indikazzjoni tal-opportunitajiet għal titjib li jikkonċernaw l-issodisfar tar-rekwiżiti rilevanti mill-fornitur kwalifikat tas-servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi;

(18)

jidentifika, għal kull stadju tal-valutazzjoni tal-konformità, inkluż l-awditjar tad-dokumentazzjoni, il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-ispezzjonijiet fuq il-post, il-perjodu li għalih tkun saret il-valutazzjoni u ż-żmien li jkun ħa l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità f’jiem tax-xogħol ta’ persuna biex iwettaq il-valutazzjoni;

(19)

fir-rapport tar-rekwiżiti speċifiċi korrispondenti jidentifika l-kontrolli dettaljati tal-valutazzjoni tal-konformità u l-objettivi tal-kontroll li jkunu saru tul il-valutazzjoni, jew jinkludi referenza għar-rapporti tal-valutazzjoni disponibbli separatament li fihom tkun inkluża dik l-informazzjoni, diment li tali rapporti tal-valutazzjoni separati jkunu:

(a)

inħarġu minn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(b)

ġew approvati mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li joħorġu r-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità;

(20)

jinkludu l-ambitu, id-deskrizzjoni, u r-riżultati ta’ sett sinifikanti ta’ testijiet jew kampjuni tal-produzzjoni u l-valutazzjoni tagħhom għat-tipi ta’ outputs rilevanti u applikabbli kollha mis-servizzi fiduċjarji kwalifikati vvalutati;

(21)

jindika l-iskadenzi li ġejjin:

(a)

l-iskadenza sa meta trid issir il-valutazzjoni tal-konformità tas-sorveljanza li jmiss;

(b)

l-iskadenza sa meta trid issir il-valutazzjoni tal-konformità li jmiss f’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(22)

ikun fih dikjarazzjoni espliċita li tiddikjara li d-dokumenti taċ-ċertifikazzjoni, inkluż ir-rapport tal-valutazzjoni tal-konformità, huma maħsuba wkoll għall-użu mill-korp superviżorju nazzjonali kompetenti.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2162/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)