|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2158 |
27.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2158
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2025 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2023 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2022/2090 (2), (UE) 2023/194 (3) u (UE) 2023/195 (4). |
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2024 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2023/2638 (5), (UE) 2024/257 (6) u (UE) 2024/259 (7). |
|
(3) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2025 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/2903 (8), (UE) 2025/202 (9) u (UE) 2025/219 (10). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni trid topera tnaqqis minn kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(5) |
L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis għandu jiġi applikat fis-sena jew fis-snin ta’ wara billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi stabbiliti f’dawn l-Artikoli. |
|
(6) |
Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd tagħhom għas-sena 2024. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi applikat tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2025 u, fejn rilevanti, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada b’mod eċċessiv. |
|
(7) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2407 (11) u (UE) 2025/66 (12) stabbilew tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għal ċerti Stati Membri u għal ċerti speċijiet għall-2024. Madankollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2024, u għalhekk ma setax jiġi applikat bis-sħiħ f’dik is-sena. F’konformità mal-punt 2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2022/C 369/03 dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (13) (“il-Linji Gwida”) u biex jiġi żgurat li f’każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont sħiħ għall-istokkijiet rispettivi, jenħtieġ li jitqiesu l-kwantitajiet li jifdal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis għall-2025 u, fejn xieraq, mill-kwoti sussegwenti. |
|
(8) |
Il-Linji Gwida jiddikjaraw li, fejn applikabbli, l-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis f’każ ta’ sajd eċċessiv ta’ waħda mill-kwoti għall-istokkijiet ġestiti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandha tiġi adattata għall-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis ta’ dawn l-istokkijiet stabbilita fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati. Ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT li tistabbilixxi programm ta’ restawr għall-marlin blu (14) tipprevedi li kwalunkwe qbiż tal-limiti annwali tal-ħatt l-art stabbiliti għas-sena 2023 għandu jitnaqqas mil-limiti tal-ħatt l-art matul l-2025. Għaldaqstant, kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/66, it-tnaqqis minħabba s-sajd eċċessiv fl-2023 minn Spanja, għall-istokk tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku (BUM/ATLANT), ġestit mill-ICCAT, jenħtieġ li jiġi applikat fl-2025. |
|
(9) |
Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT għall-konservazzjoni tal-pixxispad tal-Atlantiku tat-Tramuntana (15) tipprevedi li kwalunkwe qbiż tal-kwota annwali aġġustata fis-sena 2024 għandu jitnaqqas mill-kwota/mil-limitu tal-qbid rispettivi għall-2026. Abbażi ta’ dan, it-tnaqqis — inkluż dak li jirriżulta minn fatturi ta’ multiplikazzjoni applikabbli — minħabba s-sajd eċċessiv mill-Portugall fl-2024 għall-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N) jenħtieġ li jiġi applikat fl-2026. |
|
(10) |
Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni 22-04 tal-ICCAT għall-konservazzjoni tal-pixxispad tal-Atlantiku tan-Nofsinhar (16) tistabbilixxi li kwalunkwe qbiż tal-kwota/tal-limitu tal-qbid annwali fl-2024 għandu jitnaqqas mill-kwota/mil-limitu tal-qbid rispettivi fl-2026. Konsegwentement, it-tnaqqis dovut minħabba s-sajd eċċessiv fl-2024, minn Franza, għall-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5°N (SWO/AS05N) jenħtieġ li jiġi applikat fl-2026. |
|
(11) |
Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni 23-10 tal-ICCAT dwar il-miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-ħuta kaħla tal-Atlantiku tat-Tramuntana (17) tipprevedi li kwalunkwe ammont li jaqbeż il-limiti tal-qbid annwali stabbiliti għall-2024 għandu jitnaqqas mil-limiti tal-qbid rispettivi fl-2026. It-tnaqqis minħabba s-sajd eċċessiv fl-2024 mill-Portugall għall-istokk tal-ħuta kaħla fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5°N (BSH/AN05N) jenħtieġ li jiġi applikat biss fl-2026. |
|
(12) |
Fl-2023, il-Ġermanja qabżet il-kwota tagħha għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 (OTH/1N2AB.) b’1,320 tunnellata. Barra minn hekk, baqa’ tnaqqis ta’ 19,997 tunnellata wara s-sajd eċċessiv, mill-Ġermanja, tal-kwota tagħha għall-OTH/1N2AB. fl-2022, f’konformità mal-punt 2 tal-Linji Gwida. Permezz tal-posta elettronika datata l-1 ta’ Lulju 2024, il-Ġermanja talbet li t-tnaqqis dovut, jiġifieri l-21,317 tunnellata, jitqassam fuq 3 snin. Meta jitqies li, f’konformità mal-punt 3(b) tal-Linji Gwida, ħlas lura aktar bil-mod ikun eċċezzjonalment possibbli meta l-istokk ikkonċernat jinqabad f’sajd imħallat u telf sinifikanti tal-kwota jipprevjeni l-isfruttament tal-ispeċijiet assoċjati f’dik il-qabda tas-sajd imħallat, din it-talba ġiet aċċettata. L-ewwel tnaqqis ta’ 7,106 tunnellati ġie applikat fuq il-kwota Ġermaniża għal OTH/1N2AB. fl-2024. It-tnaqqis annwali li fadal applikabbli għall-kwota Ġermaniża għal OTH/1N2AB. jammonta għal 7,106 tunnellati fl-2025 u għal 7,105 tunnellati fl-2026, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe adattament ulterjuri tal-kwota. |
|
(13) |
Xorta jistgħu jsiru aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti ta’ tnaqqis, ta’ erruri, ommissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
|
(14) |
Billi l-kwoti jingħataw f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv li jinvolvi kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqiesx, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2025 fir-Regolamenti (UE) 2024/2903, (UE) 2025/202 u (UE) 2025/219 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2090 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ibħra oħrajn (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2090/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/194/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/195/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2638 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2023/2638, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2638/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2903 tat-18 ta’ Novembru 2024 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2025 u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2024/2903, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2903/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 (ĠU L, 2025/202, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/202/oj).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2025/219, 4.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2407 tat-13 ta’ Settembru 2024 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L, 2024/2407, 16.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2407/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/66 tat-13 ta’ Jannar 2025 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 (ĠU L, 2025/66, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/66/oj).
(13) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (2022/C 369/03) (ĠU C 369, 27.9.2022, p. 3).
(14) Ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT biex jiġu stabbiliti programmi ta’ restawr għall-marlin blu u għall-marlin abjad/il-pastardella imperjali. https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2019-05-e.pdf.
(15) Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni supplimentari 21-02 li testendi u temenda r-Rakkomandazzjoni 17-02 għall-konservazzjoni tal-pixxispad tal-Atlantiku tat-Tramuntana. https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2022-03-e.pdf.
(16) Ir-Rakkomandazzjoni 22-04 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni supplimentari 21-03 li testendi u temenda r-Rakkomandazzjoni 17-03 għall-konservazzjoni tal-pixxispad tal-Atlantiku tan-Nofsinhar https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2022-04-e.pdf.
(17) Ir-Rakkomandazzjoni 23-10 tal-ICCAT biex tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 19-07 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-ħuta kaħla tal-Atlantiku tat-Tramuntana li tinqabad flimkien mas-sajd tal-ICCAT. https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2023-10-e.pdf.
ANNESS
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2025 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA B’MOD EĊĊESSIV
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwota inizjali għall-2024 (f’tunnellati) |
Ħatt l-art permess għall-2024 (Kwantità adattata totali f’tunnellati) (1) |
Qabdiet totali li saru fl-2024 (kwantità f’tunnellati) |
Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (f’perċentwal) |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (kwantità f’tunnellati) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (kwantità f’tunnellati) |
Tnaqqis applikabbli fl-2025 (kwantità f’tunnellati) |
|
|
DE |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
125,000 |
116,894 |
114,875 |
Mhux applikabbli |
– 2,019 (6) |
/ |
/ |
14,211 (7) |
7,106 |
|
DE |
SPR |
2AC4-C |
Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati |
L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a |
696,000 |
2 435,941 |
2 647,571 |
108,69 |
211,630 |
/ |
/ |
/ |
211,630 |
|
DK |
BOR |
678- |
Minfaħ |
6, 7 u 8 |
6 711,000 |
7 327,837 |
7 681,530 |
104,83 |
353,693 |
/ |
/ |
/ |
353,693 |
|
DK |
HER |
5B6ANB |
Aringa |
6b u 6aN; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b |
/ |
2,758 |
33,940 |
1 230,60 |
31,182 |
1,00 |
/ |
/ |
31,182 |
|
ES |
ARA |
GF1-7 |
Gamblu aħmar |
GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 |
787,000 |
850,631 |
888,436 |
104,44 |
37,805 |
/ |
C (8) |
/ |
37,805 |
|
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
1,00 |
/ |
5,338 |
5,338 |
|
ES |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
2 533,000 |
2 811,120 |
2 815,541 |
100,16 |
4,421 |
/ |
A (8) |
/ |
4,421 |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
19,900 |
38,151 |
191,71 |
18,251 |
1,00 |
/ |
/ |
18,251 |
|
ES |
HAD |
1N2AB. |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
29,900 |
38,225 |
127,84 |
8,325 |
1,00 |
A |
/ |
12,488 |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
18,899 |
Mhux applikabbli |
18,899 |
1,00 |
A |
/ |
28,349 |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
5,000 |
10,611 |
212,22 |
5,611 |
1,00 |
A |
/ |
8,417 |
|
ES |
RJU |
8-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 8 |
10,000 |
9,968 |
10,637 |
106,71 |
Mhux applikabbli |
/ |
/ |
2,106 |
2,106 |
|
ES |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 |
15,000 |
19,644 |
20,761 |
105,69 |
1,117 |
/ |
A (8) |
/ |
1,117 |
|
ES |
SOL |
7HJK. |
Lingwata komuni |
7h, 7j u 7k |
2,500 |
1,745 |
3,728 |
213,64 |
1,983 |
1,00 |
C |
/ |
2,975 |
|
ES |
SOL |
8AB. |
Lingwata komuni |
8a u 8b |
5,000 |
5,000 |
13,916 |
278,32 |
8,916 |
1,00 |
C |
19,482 |
32,856 |
|
ES |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 |
1 724,000 |
1 769,000 |
1 814,923 |
102,60 |
45,923 |
/ |
/ |
/ |
45,923 |
|
FR |
BLI |
24- |
Linarda |
L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 2; L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4 |
8,000 |
13,900 |
26,989 |
194,17 |
13,089 |
1,00 |
/ |
/ |
13,089 |
|
FR |
NOP |
2A3A4. |
Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati |
3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żona 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a |
/ |
1,537 |
4,799 |
312,23 |
3,262 |
1,00 |
/ |
/ |
3,362 |
|
FR |
SWO |
AS05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5°N |
/ |
/ |
4,200 |
Mhux applikabbli |
4,200 |
1,00 |
/ |
/ |
Mhux applikabbli (9) |
|
IE |
HER |
5B6ANB |
Aringa |
6b u 6aN; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żona 5b |
189,000 |
335,531 |
612,077 |
182,42 |
276,546 |
2,00 |
/ |
/ |
553,092 |
|
IE |
HER |
7G-K. |
Aringa |
7a fin-Nofsinhar ta’ 52°30'N; 7g, 7h, 7j u 7k |
750,000 |
867,500 |
946,445 |
109,10 |
78,945 |
/ |
/ |
/ |
78,945 |
|
MT |
ARS |
GF12-16 |
Gamblu aħmar kbir |
GSAs 12, 13, 14, 15 u 16 |
36,000 |
36,000 |
38,313 |
106,43 |
2,313 |
/ |
/ |
/ |
2,313 |
|
PL |
MAC |
2A34-N |
Kavall |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3a, 3b, 3c u 3d; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; l-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit taż-żona 4; l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a |
/ |
/ |
17,330 |
Mhux applikabbli |
17,330 |
1,00 |
A |
/ |
25,995 |
|
PT |
ANF |
8C3411 |
Petriċi |
8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
739,000 |
1 075,126 |
1 168,611 |
108,70 |
93,485 |
/ |
C (8) |
/ |
93,485 |
|
PT |
BSH |
AN05N |
Ħuta kaħla |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5°N |
4 024,820 |
4 024,820 |
4 059,070 |
100,85 |
34,250 (9) |
/ |
/ |
/ |
Mhux applikabbli (9) |
|
PT |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
38,900 |
41,067 |
105,57 |
2,167 |
/ |
/ |
/ |
2,167 |
|
PT |
JAX |
08C. |
Sawrell |
8c |
186,000 |
97,000 |
128,495 |
132,47 |
31,495 |
1,00 |
/ |
1,605 |
33,100 |
|
PT |
LEZ |
8C3411 |
Megrims |
8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
107,000 |
117,000 |
120,237 |
102,77 |
3,237 |
/ |
C (8) |
/ |
3,237 |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
1 143,970 |
1 388,068 |
1 417,624 |
102,13 |
29,556 (9) |
/ |
A (8) |
/ |
Mhux applikabbli (9) |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2023 għall-2024 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha tas-sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” tindika li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba s-sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2022, fl-2023 u fl-2024. L-ittra ‘C’ turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li jifdal mis-sena/snin ta’ qabel.
(6) Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 mhuwiex applikabbli għal dan l-istokk, din il-kwantità mhux użata ma tistax tintuża biex jitbaxxa t-tnaqqis previst fl-2025.
(7) Li jrid jinfirex matul is-snin 2025 (7,106 tunnellati) u 2026 (7,105 tunnellati) wara t-talba tal-Ġermanja li t-tnaqqis ta’ 21,317 tunnellata previst fl-2024 jinfirex b’mod ugwali fuq perjodu ta’ 3 snin (2024, 2025 u 2026).
(8) Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni mhuwiex applikabbli għaliex is-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 %.
(9) Li jrid jitnaqqas fl-2026 f’konformità mar-Rakkomandazzjoni rilevanti tal-ICCAT.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2158/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)