European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2146

23.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2146

tat-22 ta’ Ottubru 2025

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dan id-dazju ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3) għall-importazzjonijiet ta’ ċerti parts ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina. Ġiet introdotta skema ta’ eżenzjoni għal ċerti parts ta’ roti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (4). Mill-1993, ġew ippubblikati rieżamijiet ta’ skadenza fl-2000, fl-2011 u fl-2019 (5).

(3)

Id-dazji anti-dumping li bħalissa jinsabu fis-seħħ huma dazji anti-dumping definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 (6) tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jvarjaw bejn 0 % u 48,5 % (“il-miżuri fis-seħħ”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti” jew “l-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti”.

(4)

Il-miżuri fis-seħħ ġew estiżi għall-importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le fl-2013 (7).

(5)

Il-miżuri fis-seħħ ġew estiżi ulterjorment għall-importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le fl-2015 (8).

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (9), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(7)

It-talba ġiet sottomessa għal rieżami fl-24 ta’ Mejju 2024 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (“EBMA”, European Bicycle Manufacturers Association, jew “l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tar-roti fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tkun tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u f’kontinwazzjoni u/jew fi probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(8)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fid-29 ta’ Awwissu 2024, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika tal-Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat

(9)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(10)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa u lill-awtoritajiet fiċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa, utenti, negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw.

(11)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ.

1.6.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun finali abbażi tar-rappreżentattività f’termini ta’ kwantità tal-produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni qieset ukoll il-fatt li għadd ta’ produtturi tal-Unjoni kienu qed jagħtu b’sottokuntrattar parzjali jew sħiħ il-proċess ta’ produzzjoni lil kumpaniji li joperaw taħt ftehimiet ta’ tolling (“tollers”). Il-kampjun kien jikkonsisti minn erba’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni talbet ukoll il-kooperazzjoni tat-tollers relatati u mhux relatati tagħhom billi jipprovdu data għall-indikaturi mikroekonomiċi. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun rrappreżentaw 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni.

(14)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(15)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(16)

L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u għalhekk ma ntgħażel l-ebda kampjun.

1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi fiċ-Ċina

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħżula kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(18)

Żewġ produtturi fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. L-importazzjonijiet totali ta’ dawn iż-żewġ produtturi esportaturi rrappreżentaw inqas minn 15 % tal-importazzjonijiet totali tar-roti miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-PIR. Il-Kummissjoni qieset dan il-volum żgħir ta’ importazzjonijiet bħala mhux rappreżentattiv tal-importazzjonijiet ġenerali tar-roti miċ-Ċina.

(19)

Il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi li minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, hija għandu mnejn tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta.

(20)

F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami.

1.6.4.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(21)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (11) fil-jum tal-bidu.

(22)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew riċevuti mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-kumpaniji tagħhom tat-tolling.

1.6.5.   Verifika

(23)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew ta’ rikorrenza ta’ dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni u kumpaniji tat-tolling:

Denver srl, Italy

Tekno Bike S.A.S.

Andos Bike srl

Boschero Serena D.I.

Decathlon Produzione Italia srl, Italy

Telai Olagnero srl

Madirom Prod srl, ir-Rumanija

Sports Mechanical Workshop

ZPG GmbH & Co KG, il-Ġermanja

Pending System GmbH and Co KG

Sport Equipment Bike GmbH and Co KG

ZPG s.r.o, ir-Repubblika Ċeka

AVW GmbH and Co KG

1.6.6.   Proċedura sussegwenti

(24)

Fis-27 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(25)

Ma wasal l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(26)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri roti u ċikletti oħrajn (inkluż triċikli għall-kunsinni, iżda esklużi l-uniċikli), mingħajr mutur, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712 00 70 91, 8712 00 70 92 u 8712 00 70 99) (“il-prodott taħt rieżami”).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(27)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(28)

Il-miżuri ġew estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami kkonsenjat mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarat li joriġina minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le.

2.3.   Prodott simili

(29)

Kif stabbilit fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lill-bqija tad-dinja; u

l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(30)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   TALBA GĦAL BIDLA FL-ISEM

(31)

Fl-10 ta’ Lulju 2024, Oyama Technology (Jiangsu) Co. Ltd, bil-kodiċi addizzjonali TARIC (12) B773, kumpanija soġġetta għal rata ta’ dazju anti-dumping individwali ta’ 0 %, informat lill-Kummissjoni li l-Gvern lokali ta’ Taicang iddeċieda li juża l-art li bħalissa tinsab okkupata mill-kumpanija f’Taicang, u talab bidla fl-isem.

(32)

B’konsegwenza ta’ dan, il-kumpanija kellha tirriloka għal belt oħra (Nantong), b’bidla konsegwenti fl-isem għal Oyama Technology (Nantong) Co., Ltd.

(33)

Din hija t-tieni talba għal bidla fl-isem minn Oyama, li diġà ngħatat bidla fl-isem fl-2022 minn Oyama Bicycles (Taicang) Co., Ltd għal Oyama Technology (Jiangsu) Co. Ltd li daħlet fis-seħħ bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/57 (13).

(34)

Il-kumpanija ppreżentat kopja tal-Avviż dwar l-Irtirar tad-Drittijiet tal-Użu tal-Art (14).

(35)

Fl-10 ta’ Lulju 2024, il-kumpanija, wara l-bidla f’isimha (15), talbet lill-Kummissjoni tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju anti-dumping individwali applikata għaliha taħt l-isem li kellha qabel.

(36)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni fil-fajl u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ġiet irreġistrata kif suppost fis-6 ta’ Jannar 2022 mal-awtoritajiet rilevanti (l-Uffiċċju għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tas-Suq tal-Belt ta’ Nantong) u ma rriżultat fl-ebda relazzjoni ġdida jew bidla strutturali ma’ gruppi oħrajn ta’ kumpaniji, li ma ġewx investigati mill-Kummissjoni.

(37)

Għaldaqstant, din il-bidla fl-isem ma taffettwax is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 u b’mod partikolari r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għaliha.

(38)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 biex jirrifletti l-bidla fl-isem tal-kumpanija li qabel kienet attribwita għall-kodiċi addizzjonali TARIC B773 u li l-bidla fl-isem jenħtieġ li tieħu effett mill-10 ta’ Lulju 2024.

4.   DUMPING

4.1.   Kummenti preliminari

(39)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet ta’ roti miċ-Ċina komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fl-investigazzjoni oriġinali. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina rrappreżentaw madwar 6 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 30,2 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 4,1 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Matul 30 sena ta’ storja ta’ miżuri, is-sehem mis-suq Ċiniż naqas b’mod kostanti u stabbilizza madwar 4 % sa 6 % fil-perjodu kkunsidrat.

(40)

Kif imsemmi fil-premessa (18), żewġ produtturi biss miċ-Ċina pprovdew tweġiba għall-eżerċizzju ta’ kampjunar, li s-sehem kumulattiv tiegħu tal-importazzjonijiet totali tar-roti miċ-Ċina lejn l-Unjoni ma tqiesx rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi li minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti, għandha mnejn tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward taċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(41)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

4.2.   Dumping

4.2.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina

(42)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(43)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (GTĊ), sabiex tikseb informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(44)

Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(45)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet b’mod proviżorju lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(46)

Fis-16 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni informat permezz ta’ Nota lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali (in-“Nota”). F’dik in-Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tar-roti. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat is-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(47)

Fin-Nota, il-Kummissjoni ddeskriviet li hija fittxet il-bażi ta’ data tal-Orbis (16) u sorsi oħrajn għal data finanzjarja faċilment disponibbli ta’ kumpaniji li jipproduċu r-roti fit-Turkija, li ġie indikat bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq mill-applikant. Madankollu, l-informazzjoni disponibbli ma ppermettitx li jiġu kkalkulati l-kostijiet ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ (SG&A, selling, general and administrative costs) jew il-profitti għal kwalunkwe kumpanija Torka. Għalhekk, it-Turkija ma ġietx ikkunsidrata bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali.

(48)

Il-prodott taħt rieżami huwa prodott f’diversi pajjiżi oħrajn b’introjtu medju superjuri, bħall-Brażil, il-Messiku, il-Malażja, l-Indja u t-Tajlandja. B’mod simili għal dak li ġie osservat għat-Turkija, għall-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni ma setgħet issib data finanzjarja faċilment disponibbli għall-kumpaniji li jipproduċu r-roti.

(49)

Il-Kummissjoni sabet biss data finanzjarja faċilment disponibbli għal tliet kumpaniji li jipproduċu r-roti fis-Serbja, pajjiż ieħor b’introjtu medju superjuri.

(50)

Għalhekk, is-Serbja nstabet li hija l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“kostijiet SG&A”) u l-profitti abbażi tad-data finanzjarja faċilment disponibbli u reċenti ta’ tliet produtturi tar-roti Serbi (jiġifieri Venera Bike, Cassini Wheels d.o.o. u Velio Partner d.o.o. Krusevac).

(51)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar in-Nota, bl-eċċezzjoni ta’ kumment relatat ma’ żball klerikali fil-kodiċijiet doganali (NM) għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni.

4.2.2.   Valur normali

(52)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(53)

Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkulat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “kostijiet SG&A”).

(54)

Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, kif stabbilit fil-premessa (18), l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

4.2.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(55)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk kienx hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, li jagħmlu l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi mhux xieraq f’dak il-pajjiż. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(56)

L-ewwel nett, l-evidenza li tinsab fit-talba inkludiet l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti:

Hemm kontroll u intervent sostanzjali tal-gvern fis-settur Ċiniż tar-roti li rriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq. Is-settur Ċiniż tar-roti kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ sjieda tal-Istat, minn influwenza tal-Istat u/jew minn sussidjar mill-Istat, u għadd ta’ produtturi ewlenin tar-roti għandhom rabtiet mill-qrib mal-gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali, jew direttament jew permezz ta’ assoċjazzjonijiet. B’mod partikolari, il-gvern Ċiniż jeżerċita kontroll u superviżjoni permezz tal-Assoċjazzjoni tar-Roti taċ-Ċina (“CBA”, China Bicycle Association), li hija taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Industrija Ħafifa taċ-Ċina (“CNLIC”, China National Light Industry Council), l-Eks Ministeru għall-Industrija Ħafifa. It-talba kien fiha evidenza tar-rabtiet mill-qrib mal-Bord tad-Diretturi tas-CBA mal-GTĊ, inkluż il-President kurrenti tal-Bord tad-Diretturi tas-CBA li kien il-Viċi Segretarju Ġenerali preċedenti tas-CNLIC. (17)

Barra minn hekk, ħafna produtturi Ċiniżi tar-roti, inkluż Shanghai Phoenix, Flying Pigeon u Shanghai Forever, huma Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, State-Owned Enterprises). Il-GTĊ u s-CCP jifformulaw u jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali u jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, skont it-talba, anke l-produtturi tar-roti privati huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika, u essenzjalment jeħtieġ li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mar-regoli applikabbli għall-SOEs u l-gwida tal-Partit (18).

Il-konformità mad-direzzjoni tal-Istat hija żgurata wkoll permezz ta’ konnessjonijiet personali. Kemm l-SOEs Ċiniżi kif ukoll kumpaniji privati jrid ikollhom rappreżentanti tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Communist Party of China) fuq il-Bord tad-Diretturi tagħhom. Pereżempju, il-President kurrenti ta’ Shanghai Phoenix għandu konnessjonijiet mill-qrib mas-CCP u kellu diversi karigi fil-kumitati lokali tal-Partit, kif ukoll f’kumpaniji tal-ġestjoni taż-żoni industrijali u f’kumpaniji tal-iżvilupp industrijali. Diretturi, superviżuri u maniġers superjuri oħrajn ta’ Shanghai Phoenix ukoll għandhom rabtiet mas-CCP. Konnessjonijiet simili jistgħu jinstabu fir-rigward ta’ Shanghai Forever (19).

(57)

L-ekonomija Ċiniża, inkluż is-settur tar-roti, hija sa grad sinifikanti determinata minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffokaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Dawn il-politiki jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew inkella jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-GTĊ ilu jippromwovi l-industrija Ċiniża tar-roti b’mod partikolari permezz tal-istrumenti nazzjonali, reġjonali u lokali li ġejjin:

L-14-il Pjan ta’ 5 Snin għar-Roti u għar-Roti Elettriċi. Dan il-pjan jimmaniġġa l-iżvilupp tal-industrija tar-roti permezz, fost l-oħrajn, ta’ riformi b’mod ċentralizzat u permezz ta’ enfasi fuq it-titjib tal-kwalità u t-titjib fl-effiċjenza. Il-pjan stabbilixxa wkoll miri għaż-żamma ta’ volum qawwi ta’ esportazzjoni ta’ roti u t-titjib tas-sehem mis-suq internazzjonali tal-produtturi Ċiniżi tar-roti. Il-pjan jinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-industrija permezz ta’ fużjonijiet u ristrutturar tal-intrapriżi biex jinħolqu “ġganti nazzjonali”, bħal Fushida, Phoenix XDS, Golden Wheel, Merida u Giant (20). L-implimentazzjoni tal-pjan hija kkoordinata b’mod reġjonali u tinvolvi għaxar reġjuni u provinċji. Tianjin hija nnominata bħala l-kapitali industrijali għall-produzzjoni tar-roti u tar-roti elettriċi. F’dan ir-rigward, l-14-il Pjan ta’ 5 Snin għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura f’Tianjin iqis is-settur tar-roti bħala industrija vantaġġuża li trid tiġi żviluppata b’mod vigoruż. Il-pjan ta’ Tianjin jiffoka wkoll fuq industriji relatati oħrajn, inkluż folji tal-liga tal-aluminju u azzar ta’ livell għoli għal ċerti partijiet tar-roti (21).

Bl-istess mod, l-14-il Pjan ta’ 5 Snin għall-iżvilupp ta’ industriji karatteristiċi fil-Provinċja ta’ Hebei u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-iżvilupp ta’ raggruppamenti tal-industrija b’pilastru strateġiku tal-Industrija Ħafifa Moderna u t-Tessuti fil-Provinċja ta’ Guangdong jidentifikaw l-industrija tar-roti bħala industrija ewlenija tal-prodotti tal-konsumatur u jipprevedu investimenti u appoġġ għall-kumpaniji tar-roti li jinsabu fil-provinċji. (22)

L-14-il Pjan Ġenerali ta’ 5 Snin. Dan il-pjan jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-appoġġ u s-sussidjar qawwi mill-Istat, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni teknoloġika fl-iżvilupp ekonomiku tar-RPĊ. L-industrija Ċiniża tal-partijiet tar-roti tissemma speċifikament bħala industrija mħeġġa (23).

L-Istrateġija Made in China 2025, u d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-“Dispożizzjonijiet Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” (id-“Deċiżjoni Nru 40”). Iż-żewġ pjanijiet jiddeskrivu l-kompiti strateġiċi li għandhom jiġu implimentati fir-rigward tal-appoġġ u l-investiment tal-gvern lill-industriji mħeġġa. L-industriji tar-roti, tar-roti elettriċi u tal-partijiet tar-roti ġew elenkati bħala industriji mħeġġa f’diversi katalogi adottati mill-GTĊ, bħall-Katalogu tal-Industriji Mħeġġa għall-Investiment Barrani fir-Reġjun Ċentrali u tal-Punent taċ-Ċina (il-verżjoni tal-2020), il-Katalogu tal-Industriji għall-Inkoraġġiment tal-Investiment Barrani (il-verżjoni tal-2020), u l-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (24).

L-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-2022 dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Ħafifa. L-opinjoni tistabbilixxi diversi miżuri ta’ appoġġ għall-industrija Ċiniża tar-roti, tar-roti elettriċi u tal-partijiet tar-roti (25).

(58)

It-talba rreferiet ukoll għall-Konferenza Nazzjonali Ċiniża dwar l-Innovazzjoni fit-Teknoloġija tal-Industrija Ħafifa u l-Iżvilupp tal-Industrija li saret f’Beijing fis-26 ta’ Settembru 2021 li matulha ġew diskussi t-13 u l-14-il Pjan ta’ 5 Snin għall-Industrija Ħafifa (26).

(59)

Il-kostijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni essenzjali tar-roti huma distorti fir-RPĊ minħabba interventi ta’ politika tal-gvern. Bħala tali, jista’ jiġi argumentat li l-GTĊ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-iffissar u fuq l-iżvilupp tal-prezzijiet u li l-prezzijiet Ċiniżi ma humiex xprunati mill-forzi tas-suq. It-talba argumentat li jeżistu distorsjonijiet sistemiċi fis-setturi li ġejjin: l-azzar u l-aluminju (li huma materja prima ewlenija fl-industrija tar-roti) (27), it-tajers, (28) u s-sustanzi kimiċi (29). Barra minn hekk, it-talba argumentat li l-prezzijiet tal-enerġija huma distorti minħabba li l-GTĊ jintervjeni b’mod sinifikanti u sistemiku fis-suq Ċiniż tal-enerġija (30). Bl-istess mod, il-kostijiet tal-art u tal-pagi huma soġġetti wkoll għal distorsjonijiet sinifikanti minħabba l-interventi tal-GTĊ (31).

(60)

L-aċċess għall-finanzi u l-kapital huwa mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat. Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat, li huma marbuta b’mod qawwi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali. Il-banek jimplimentaw ordnijiet pubbliċi u b’hekk iwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (inkluż regoli li jidderieġu l-finanzjament f’setturi magħżula mill-GTĊ bħala mħeġġa jew inkella importanti). Il-bonds u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu spiss ikunu distorti u l-kostijiet tat-teħid b’self jinżammu artifiċjalment baxxi biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment (32).

(61)

Fl-aħħar nett, il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment ma jaħdmux kif suppost fiċ-Ċina, u b’mod partikolari jiġġeneraw distorsjonijiet billi jżommu ħajjin ditti insolventi. Is-sistema Ċiniża tal-falliment hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku u ma tilħaqx b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri (33).

(62)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-talba kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li l-industrija Ċiniża tar-roti hija soġġetta għal interventi mill-GTĊ li wasslu għal distorsjonijiet sinifikanti fis-settur. Bħala tali, il-valur normali u l-marġni tad-dumping jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’referenza għall-Artikolu 2(6a) aktar milli għall-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku (34).

(63)

It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti dwar is-setturi tal-aluminju (35) u tal-azzar (36) fiċ-Ċina, li huma l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(64)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (37).

(65)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-setturi tal-aluminju u tal-azzar, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (38), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (39). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu wkoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (40).

(66)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (41). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-setturi tal-aluminju u tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (42), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (43).

(67)

It-tielet, fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali maġġuri fiċ-Ċina b’mod ġenerali u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari, li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni.

(68)

Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija taċ-Ċina (44), imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti wkoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(69)

Il-ħames, l-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti.

(70)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

(71)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

4.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

4.2.3.1.   Kummenti ġenerali

(72)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina fuq il-bażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (45);

Produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (46);

Disponibbiltà ta’ data rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(73)

Kif spjegat fil-premessa (46), il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota”). Fin-Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis is-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fil-każ preżenti jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

4.2.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina

(74)

Fin-Nota, il-Kummissjoni identifikat lis-Serbja bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri t-tnejn huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami. Kif spjegat fil-premessa (51) ma wasal l-ebda kumment.

4.2.3.3.   Disponibbiltà ta’ data rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(75)

Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li għas-Serbja, id-data finanzjarja fir-rigward tal-produtturi tal-prodott taħt rieżami kif ukoll id-data dwar l-importazzjonijiet ta’ materja prima rilevanti, dwar l-enerġija u dwar il-manodopera huma disponibbli faċilment.

(76)

Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet fuq Orbis Bureau van Dijk għad-disponibbiltà ta’ data finanzjarja tal-kumpaniji produtturi fis-Serbja (47). Id-data faċilment disponibbli u reċenti nstabet biss għal tliet produtturi fis-Serbja – Venera Bike, Cassini Wheels d.o.o. u Velo Partner d.o.o. Krusevac – fost il-pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp miċ-Ċina. L-aktar rapporti finanzjarji reċenti ta’ dawn il-kumpaniji koprew is-sena finanzjarja 2023. Barra minn hekk, is-Serbja kellha data disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, dwar l-elettriku u dwar il-kostijiet lavorattivi.

(77)

Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz tan-Nota li beħsiebha tuża lis-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data mill-kumpaniji Venera Bike, Cassini Wheels d.o.o. u Velo Partner d.o.o. Krusevac, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(78)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tas-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv u Venera Bike, Cassini Wheels d.o.o. and Velo Partner d.o.o. Krusevac, bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(79)

Ma wasal l-ebda kumment.

4.2.3.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(80)

Wara li ġie stabbilit li s-Serbja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

4.2.3.5.   Konklużjoni

(81)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, is-Serbja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

4.2.4.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(82)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-applikant u li tirrifletti l-proċess tal-manifattura użat fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA, Global Trade Atlas) (48) u MacMap (49) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Eurostat biex tistabbilixxi l-kost lavorattiv, tal-elettriku u tal-gass mingħajr distorsjoni.

(83)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni faċilment disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. Il-Kummissjoni rċeviet kumment mill-EBMA dwar żball klerikali fuq il-kodiċijiet NM assoċjati ma’ tliet fatturi ta’ produzzjoni. Il-Kummissjoni emendat il-lista fit-Tabella 1 kif xieraq.

(84)

Il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni ppreżentata fin-Nota kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant u miż-żewġ produtturi esportaturi li ppreżentaw ruħhom fil-bidu (ara l-premessa (18)), permezz tal-formola indikata fit-Taqsima 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu. Minħabba kooperazzjoni mhux rappreżentattiva u l-fatt li l-ebda kumpanija ma wieġbet għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika u li tivverifika l-konsum ta’ għadd ta’ materjali. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-lista ta’ materjal ipprovduta mill-applikant, li indikat ukoll il-konsum għal kull fattur ta’ produzzjoni.

(85)

Meta mqabbla mal-lista ta’ materjali ppreżentata fin-Nota, il-lista riveduta rrapportata fit-Tabella 1 tinkludi “buttuni” iżda teskludi “rota”, “katnazzi” u “kartun tal-imballaġġ”.

(86)

Barra minn hekk, minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-manifattura, dawn l-oġġetti ġew raggruppati taħt materjal konsumabbli. Dan il-materjal konsumabbli inkluda wkoll il-“partijiet l-oħra” li kienu inklużi fin-Nota. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

4.2.5.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

4.2.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(87)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti analizzata mill-Kummissjoni, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tar-roti

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-komodità fiċ-Ċina

Sors ta’ informazzjoni

Valur mingħajr distorsjoni (f’CNY)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Oqfsa

87149110

GTA (50) / MacMap (51)

3 028,65

Biċċa

Frieket

87149130

GTA/MacMap

598,27

Biċċa

Rimmijiet

87149210

GTA/MacMap

53,16

Biċċa

Mgħażel

87149290

GTA/MacMap

67,82

Kg

Brejkijiet

87149420, 87149490

GTA/MacMap

216,71

Kg

Sedil

871495

GTA/MacMap

79,30

Kg

Pedali

87149610

GTA/MacMap

168,66

Pari

Gerijiet tal-krank

87149630

GTA/MacMap

104,73

Kg

Gerijiet derailleur

87149950

GTA/MacMap

158,88

Kg

Buttuni

871493

GTA/MacMap

120,81

Kg

Tajers

401150

GTA/MacMap

36,08

Biċċa

Tubi

401320

GTA/MacMap

10,28

Biċċa

Ktajjen bir-rombli

73151110

GTA/MacMap

163,86

Kg

Dwal li jaħdmu bil-batterija

851210

GTA/MacMap

342,78

Kg

Materjal konsumabbli

Ikkalkolat

Ikkalkolat

1 231,42

Biċċa

Prodotti sekondarji, skart

Tubi magħmulin minn liga

760820

GTA/MacMap

-0,52

Kg

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

Eurostat

1,42

KwH

Gass

Mhux applikabbli

Eurostat

0,44

KwH

Manodopera

Kost lavorattiv

Mhux applikabbli

Eurostat

82,57

FTE/siegħa

4.2.5.2.   Materja prima

(88)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-bażi ta’ data tal-GTA li magħha żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Minħabba n-natura tar-rieżami kurrenti u l-livell ta’ dumping li nstab, il-kostijiet tat-trasport ma żdidux mal-prezz. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni taċ-Ċina u tal-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52).

(89)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (55) ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(90)

Għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni rrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet totali tal-materja prima fil-manifattura fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal rieżami. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjal konsumabbli kif spjegat fil-premessa (86).

(91)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu wkoll l-kostijiet tat-trasport domestiku. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fil-premessa (107), kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tad-daqs eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, għalhekk, marġni tad-dumping ogħla.

4.2.5.3.   Manodopera

(92)

L-Eurostat jippubblika informazzjoni dettaljata dwar is-Serbja u l-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fis-Serbja. Il-Kummissjoni użat l-aktar data reċenti disponibbli li kienet għas-sena 2020 għall-kost lavorattiv medju fis-settur tal-“industrija, tal-kostruzzjoni u tas-servizzi (minbarra l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, is-sigurtà soċjali obbligatorja)” fis-Serbja, stabbilita f’ekwivalenti għall-full-time, fis-siegħa (53). Il-Kummissjoni aġġornat din id-data sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, bl-użu tal-indiċi trimestrali tal-kost lavorattiv (54) ippubblikat mill-Eurostat.

4.2.5.4.   Elettriku

(93)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fis-Serbja huwa ppubblikat mill-Eurostat (55). Il-Kummissjoni użat id-data għall-prezzijiet tal-elettriku għal konsumaturi mhux domestiċi (li tinkludi l-utenti industrijali) (56) fis-Serbja, li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.2.5.5.   Gass naturali

(94)

Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji (utenti industrijali) fis-Serbja huwa pubblikat mill-Eurostat (57). Il-Kummissjoni użat id-data għall-prezzijiet tal-gass naturali għal konsumaturi mhux domestiċi fis-Serbja (58), li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

4.2.5.6.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A, profitti

(95)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(96)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet tal-manifattura u lavorattivi totali. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura u tal-kostijiet lavorattivi biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura.

4.2.6.   Kalkolu tal-valur normali

(97)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(98)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tar-roti. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fis-Serbja, kif deskritt fit-Taqsima 4.2.3.

(99)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (95) sa (96). Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. Il-kostijiet tal-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Bike, VVelo Partner Doo Krusevac and Casini Wheels Doo għas-sena 2023 kif irrapportati fil-kontijiet awditjati tal-kumpaniji (59) (ara l-premessa (50)). L-SG&A u l-profitt ġew ikkalkolati bħala l-medja ponderata tat-tliet kumpaniji.

(100)

Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin mal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, li b’kollox irrappreżentaw 0,02 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura;

L-SG&A u kostijiet oħra, li rrappreżentaw 12,7 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold), u

Il-profitti, li rrappreżentaw 8,5 % tal-COGS, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(101)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

4.2.7.   Prezz tal-esportazzjoni

(102)

F’dan il-każ, il-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi miċ-Ċina ma kinitx biżżejjed, u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal -kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance, freight) bl-użu tad-data tal-Eurostat ikkoreġuta fuq livell ta’ kif toħroġ mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas b’ammont għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-merkanzija interna fil-pajjiż esportatur (60).

(103)

Normalment, jenħtieġ li l-assigurazzjoni titnaqqas ukoll mill-prezz tal-esportazzjoni CIF. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fil-premessa (107), kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss fi tnaqqis tal-kostijiet tal-esportazzjoni u konsegwentement f’marġni tad-dumping ogħla.

4.2.8.   Tqabbil

(104)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni kkalkolat abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. Minħabba li m’hemmx biżżejjed kooperazzjoni diskussa fil-premessa (41), it-tqabbil ma sarx għal kull tip ta’ prodott.

(105)

Sabiex tiżgura paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ ex-works. Għaldaqstant, saru aġġustamenti għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-merkanzija interna fil-pajjiż esportatur (61).

4.2.9.   Marġni tad-dumping

(106)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mal-prezz medju tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(107)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 488 %. Għalhekk, ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

5.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(108)

Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

5.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina

(109)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, minħabba li m’hemmx biżżejjed kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, is-sejbiet kellhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(110)

L-applikant ipprovda evidenza li l-kapaċità tal-produzzjoni regolari Ċiniża tar-roti fl-2023 hija stmata għal madwar 150 miljun biċċa (62), li hija ferm ogħla mill-kapaċità tal-produzzjoni stmata fl-investigazzjoni preċedenti ta’ rieżami ta’ skadenza (117-il miljun biċċa) (63). L-applikant ikkalkula wkoll li l-bejgħ domestiku fiċ-Ċina huwa ta’ 11-il miljun biċċa fis-sena u li l-esportazzjoni Ċiniża hija ta’ madwar 38 miljun biċċa fis-sena (64). Għalhekk, il-kapaċità ta’ riżerva li tirriżulta hija ogħla minn 100 miljun biċċa fis-sena.

(111)

Il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina (150 miljun biċċa fis-sena) hija aktar minn 15-il darba akbar mill-konsum tal-Unjoni (8,7 miljun biċċa fil-PIR) u aktar minn 20 darba akbar mill-produzzjoni tal-Unjoni matul dak l-istess perjodu (7 miljun biċċa fil-PIR). Bl-istess mod, il-kapaċità ta’ riżerva (ftit aktar minn 100 miljun biċċa fis-sena) hija aktar minn 10 darbiet akbar mill-konsum tal-Unjoni fil-PIR.

(112)

Barra minn hekk, kif diġà ġie stabbilit fir-rieżami preċedenti ta’ skadenza (65), u kkonfermat matul l-investigazzjoni, il-produzzjoni tar-roti hija essenzjalment operazzjoni ta’ assemblaġġ li tista’ tiżdied faċilment billi jiżdied l-għadd ta’ persunal. F’dan ir-rigward, il-produtturi Ċiniżi jistgħu jibnu malajr kapaċità ġdida billi jirreklutaw persunal ġdid u l-produzzjoni tar-roti mbagħad tiżdied malajr.

(113)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li la d-domanda domestika Ċiniża u lanqas id-domanda dinjija ma tkun tista’ tassorbi l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina.

(114)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Ċiniżi għandhom biżżejjed kapaċità ta’ riżerva biex ifornu s-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(115)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jitħassru, il-Kummissjoni qieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-prezzijiet. Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ daqs u prezzijiet.

(116)

F’termini ta’ daqs, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tar-roti fis-suq tal-Unjoni, id-domanda tal-Unjoni għar-roti baqgħet sostanzjali u rrappreżentat madwar 6,5 % tas-suq dinji ta’ madwar 139 miljun biċċa fis-sena (66).

(117)

Barra minn hekk, swieq importanti bħar-Renju Unit, l-Arġentina jew il-Messiku imponew miżuri fuq l-importazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina (67). Għalhekk, is-suq tal-Unjoni huwa saħansitra aktar attraenti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(118)

F’termini ta’ prezzijiet, matul il-PIR, abbażi tad-data tal-esportazzjoni tal-GTA, il-prezz tal-bejgħ tar-roti Ċiniżi lill-UE (EUR 89,06 għal kull biċċa, espress fi prezz frank abbord (FOB, free-on-board price), kien ogħla mill-bqija tad-dinja (EUR 51,87 għal kull biċċa, espress f’FOB).

(119)

Għalhekk, is-suq tal-Unjoni, f’termini ta’ prezzijiet, jibqa’ attraenti għall-produtturi Ċiniżi.

5.3.   Konklużjoni

(120)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u minħabba l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, aħna nikkonkludu li t-tħassir tal-miżuri x’aktarx li jwassal għall-kontinwazzjoni tad-dumping, bl-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjali.

6.   DANNU

6.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(121)

Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 400 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti, xi wħud minnhom kienu qed jissottokuntrattaw parti mill-proċess tal-produzzjoni jew il-proċess kollu tal-produzzjoni lil kumpaniji terzi li joperaw skont ftehimiet ta’ sottokuntratti (magħrufa bħala “tollers”). Il-produtturi u t-tollers jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(122)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ġiet stabbilita għal madwar 7 miljun biċċa. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għal rieżami u t-tweġiba għall-kwestjonarju mibgħuta lill-EBMA, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(123)

Kif indikat fil-premessa (13), erba’ produtturi tal-Unjoni u l-kumpaniji tagħhom tat-tolling ġew inklużi fil-kampjun, u dan jirrappreżenta aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

6.2.   Konsum tal-Unjoni

(124)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tad-data ppreżentata mill-EBMA.

(125)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (biċċiet)

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Konsum totali tal-Unjoni

15 117 145

13 045 448

10 290 947

8 770 986

Indiċi

100

86

68

58

Sors:

EBMA

(126)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’aktar minn 40 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-konsum huwa prinċipalment dovut għad-domanda li qed timxi lejn roti elettriċi iżda wkoll għal tnaqqis wara t-tnaqqis fid-domanda wara tmiem il-perjodu tal-pandemija.

6.3.   Importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

6.3.1.   Kwantità u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(127)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-kwantità tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 2.

(128)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Kwantità tal-importazzjoni (biċċiet) u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kwantità tal-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina (biċċiet)

1 012 596

857 598

531 610

569 442

Indiċi

100

85

52

56

Sehem mis-suq

6,7 %

6,6 %

5,2 %

6,5 %

Indiċi

100

98

77

97

Kwantità ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina bid-dazju mħallas (biċċiet)

572 260

348 640

233 520

293 624

Indiċi

100

61

41

51

Sehem mis-suq

3,8 %

2,7 %

2,3 %

3,4 %

Indiċi

100

71

60

88

Kwantità ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina minn kumpaniji b’dazju ta’ 0 % jew esklużi mid-dazju anti-dumping

359 651

412 856

251 460

255 648

Indiċi

100

115

70

71

Sehem mis-suq

2,4 %

3,2 %

2,5 %

2,9 %

Indiċi

100

133

103

122

Sors:

l-Eurostat, il-bażi ta’ data 14(6) ()

(129)

Il-kwantità tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqset hekk kif il-konsum fis-suq tal-Unjoni naqas ukoll. Madankollu, is-sehem tas-suq Ċiniż baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Tnejn mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huma soġġetti għal dazju ta’ 0 %, u t-tielet produttur esportatur Ċiniż ġie eskluż mid-dazju anti-dumping fis-seħħ. L-esportazzjonijiet li saru minn dawn it-tliet produtturi ammontaw għal inqas minn nofs l-importazzjonijiet kollha tal-prodott li qiegħed jiġi rieżaminat matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-investigazzjoni tar-rieżami, dawn l-importazzjonijiet ammontaw għal 46,5 % tal-kwantità tal-importazzjoni f’biċċiet fl-Unjoni, jiġifieri 3,0 % tas-sehem tas-suq.

6.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u twaqqigħ tal-prezz

(130)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-Eurostat peress li l-kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi ma kinitx biżżejjed f’dan il-każ. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil ta’ dawn il-prezzijiet tal-Eurostat mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(131)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/biċċa)

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Prezzi tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina

108

168

157

164

Indiċi

100

156

146

152

Prezz tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet bid-dazju mħallas miċ-Ċina

42

62

55

43

Indiċi

100

148

130

102

Prezzijiet tal-importazzjoni ta’ kumpaniji b’dazju ta’ 0 % jew esklużi mid-dazju anti-dumping

240

294

291

299

Indiċi

100

123

121

125

Sors:

l-Eurostat, il-bażi ta’ data 14(6)

(132)

Id-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat ma tippermetti l-ebda analiżi dettaljata tat-tipi ta’ roti li qed jiġu importati miċ-Ċina, u għalhekk it-taħlita tal-prodott bejn ir-roti għall-adulti, roti għal tfal iżgħar, mountain bikes u oħrajn, tintilef fid-data. Iż-żieda fil-prezz tista’ tirrifletti l-bidliet fit-taħlita tal-prodotti kif ukoll l-inflazzjoni globali.

(133)

Madankollu, wieħed jista’ jara li l-prezz tal-importazzjoni mill-kumpaniji li huma soġġetti għal dazju ta’ 0 % jew li ġew esklużi mid-dazju anti-dumping kien ogħla b’mod sinifikanti minn dawk l-importazzjonijiet minn kumpaniji soġġetti għad-dazju. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li anke għal dawn l-importazzjonijiet, it-taħlita tal-prodott ma hijiex magħrufa.

(134)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami billi qabblet il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mill-Eurostat, stabbilit fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), inkluż id-dazju anti-dumping.

(135)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fl-istess livell ta’ kummerċ. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Dan wera marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 50 % mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni, bid-dazju anti-dumping imħallas.

(136)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-importazzjonijiet magħmula minn kumpaniji b’dazju ta’ 0 % jew li huma esklużi mid-dazju anti-dumping għadhom iwaqqgħu sostanzjalment il-prezz tal-produtturi tal-Unjoni b’36 %. Dan juri li l-importazzjonijiet Ċiniżi kollha waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u li l-industrija tal-Unjoni teħtieġ protezzjoni.

6.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra miċ-Ċina

(137)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Kambodja, mill-Bangladesh u mit-Tajwan.

(138)

Il-kwantità tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Il-Kambodja

Kwantità (Biċċiet)

1 020 571

1 202 115

816 017

454 628

 

Indiċi

100

118

80

45

 

Sehem mis-suq

7 %

9 %

8 %

5 %

 

Prezz medju (EUR/biċċa)

274

337

356

398

 

Indiċi

100

123

130

145

Il-Bangladesh

Kwantità (Biċċiet)

594 738

666 854

451 026

338 373

 

Indiċi

100

112

76

57

 

Sehem mis-suq

4 %

5 %

4 %

4 %

 

Prezz medju (EUR/biċċa)

148

211

185

176

 

Indiċi

100

143

125

119

It-Tajwan

Kwantità (Biċċiet)

536 138

462 676

372 502

271 584

 

Indiċi

100

86

69

51

 

Sehem mis-suq

4 %

4 %

4 %

3 %

 

Prezz medju (EUR/biċċa)

506

666

901

1 051

 

Indiċi

100

132

178

208

Pajjiżi terzi oħrajn (minbarra ċ-Ċina, il-Kambodja, il-Bangladesh, it-Tajwan)

Kwantità (Biċċiet)

2 580 066

2 027 667

1 291 454

1 004 981

 

Indiċi

100

79

50

39

 

Sehem mis-suq

17 %

16 %

13 %

11 %

 

Prezz medju (EUR/biċċa)

117

176

185

209

 

Indiċi

100

151

158

179

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

Kwantità (Biċċiet)

4 731 513

4 359 312

2 930 999

2 069 566

 

Indiċi

100

91

60

46

 

Sehem mis-suq

31 %

33 %

28 %

24 %

 

Prezz medju (EUR/biċċa)

199

278

323

356

 

Indiċi

100

140

163

179

Sors:

Eurostat, EBMA

(139)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn kollha naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-livell tal-prezzijiet varja ħafna bejn il-pajjiżi differenti. L-iżvilupp tal-prezz matul is-snin x’aktarx ikun relatat mat-taħlita tal-prodotti importati, billi l-prezz huwa għal kull biċċa irrispettivament mit-tip ta’ rota. Filwaqt li l-importazzjonijiet Tajwaniżi u tal-Kambodja dehru li bidlu għal roti ta’ livell ogħla, il-prezz tal-importazzjoni mill-Bangladesh u minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ relattivament baxx u f’konformità akbar mal-prezzijiet Ċiniżi.

(140)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra t-Tajwan, huma aktar baxxi mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fil-każijiet kollha, il-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi għadhom ogħla minn dawk miċ-Ċina.

6.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

6.5.1.   Kummenti ġenerali

(141)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(142)

Il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(143)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data mill-EBMA, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni.

(144)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data makroekonomika u mikroekonomika nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(145)

L-indikaturi makroekonomiċi huma l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(146)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma l-prezzijiet unitarji medji, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

6.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

6.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(147)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Produzzjoni f’biċċiet

11 362 000

10 093 000

7 221 000

6 994 497

Indiċi

100

89

64

62

Kapaċità ta’ produzzjoni

13 204 619

15 455 843

15 179 327

12 512 930

Indiċi

100

117

115

95

Użu tal-kapaċità (%)

86

65

48

56

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

(148)

Il-produzzjoni tal-Unjoni f’biċċiet naqset drastikament matul il-perjodu. Fil-PIR, il-produzzjoni kienet kważi 40 % inqas milli fl-2021. Dan it-tnaqqis segwa x-xejra fil-konsum, li kienet dovuta għal bidla lejn roti elettriċi u segwa t-tnaqqis fid-domanda wara tmiem il-perjodu tal-pandemija, kif stabbilit fil-premessa (125).

(149)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Meta mqabbla mas-sena bażi 2021, kien hemm żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-2022 u fl-2023, segwita minn tnaqqis fil-PIR.

(150)

L-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 30 punti perċentwali matul il-perjodu. Peress li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli, it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità jista’ jiġi spjegat mix-xejra ’l isfel fil-kwantitajiet tal-produzzjoni fl-Unjoni.

6.5.2.2.   Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(151)

Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Kwantità tal-bejgħ (biċċiet) u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Bejgħ fis-suq tal-Unjoni (biċċiet)

9 373 036

7 828 538

6 828 338

6 131 978

Indiċi

100

84

73

65

Sehem mis-suq

62 %

60 %

66 %

70 %

Indiċi

100

97

107

113

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

(152)

L-industrija tal-Unjoni rat tnaqqis ta’ 35 % fil-bejgħ fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, iżda minħabba tnaqqis saħansitra akbar fil-konsum matul l-istess perjodu, is-sehem tas-suq tagħhom żdied bi 13%, u dan irriżulta f’sehem mis-suq ta’ 70 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

6.5.2.3.   Tkabbir

(153)

Minħabba t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u fil-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet biss tkabbir f’termini ta’ sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

6.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(154)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Għadd ta’ impjegati

9 858

10 485

9 945

8 469

Indiċi

100

106

101

86

Produttività (unitajiet/impjegat)

1 153

963

726

826

Indiċi

100

84

63

72

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

(155)

L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm livell stabbli ta’ impjiegi matul il-perjodu kkunsidrat u wriet ukoll tnaqqis fil-produttività. Madankollu, it-taħlita tal-prodott tista’ tagħmel differenza kbira fil-produttività, peress li ħafna aktar roti għat-tfal jistgħu jsiru f’ġurnata waħda minn mountain bikes ta’ livell għoli.

6.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(156)

Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami għall-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu sinifikanti. L-effett tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(157)

Għalhekk, il-prezzijiet mhux ġusti kontinwi mill-esportaturi miċ-Ċina għamluha impossibbli wkoll li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki ta’ dumping tal-passat.

6.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

6.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(158)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/biċċa)

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni

307

368

554

537

Indiċi

100

120

180

175

Kost unitarju tal-produzzjoni

153

193

274

268

Indiċi

100

127

179

176

Sors:

tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(159)

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għandhom firxa kbira ta’ prodotti, li tinbidel minn staġun għal ieħor, u għalhekk il-paraguni bejn is-snin f’termini ta’ prezzijiet kienu diffiċli. Madankollu, id-data wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ fis-sena baqgħu ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni fl-istess sena. Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-kost unitarju tal-produzzjoni pprovdut huwa għall-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, inkluż it-tollers, filwaqt li l-prezz tal-bejgħ ta’ unità ngħata biss għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li għandhom bejgħ dirett mhux relatat.

6.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(160)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

22 160

19 120

21 309

20 551

Indiċi

100

86

96

93

Sors:

tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(161)

Il-kostijiet lavorattivi baqgħu stabbli u saħansitra naqsu bi ftit għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat.

6.5.3.3.   Stokkijiet

(162)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Ħażniet

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Ħażniet tal-għeluq (biċċiet)

113 888

165 442

213 805

137 905

Indiċi

100

145

188

121

Stokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni

4 %

6 %

11 %

8 %

Indiċi

100

169

309

211

Sors:

tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(163)

Il-ħażniet ta’ roti lesti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma tqisx bħala indikatur affidabbli, peress li xi operaturi li jipproduċu skont ftehim ta’ tolling ma jżommux il-ħażniet huma stess. Għalhekk, l-indikatur jirrifletti dawk il-kumpaniji li jbigħu taħt isimhom stess biss. Madankollu, il-livell tal-ħażniet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat, u dan juri żieda fil-livelli tal-istokkijiet.

6.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(164)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% ta’ fatturat ta’ bejgħ)

4 %

3 %

3 %

2 %

Indiċi

100

95

80

53

Fluss tal-flus (EUR)

-18 446 738

-19 355 298

1 643 383

19 482 385

Indiċi

- 100

- 105

9

106

Investimenti (EUR)

7 355 498

7 729 029

3 043 340

2 317 929

Indiċi

100

105

41

32

Redditu fuq l-investimenti

45 %

43 %

38 %

26 %

Indiċi

100

96

84

57

Sors:

tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(165)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(166)

Madankollu, l-indikatur irrifletta biss tnejn mill-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li kellhom bejgħ lil partijiet mhux relatati. Dawk il-produtturi inklużi fil-kampjun li jipproduċu skont ftehim ta’ tolling ma kellhom l-ebda bejgħ lil partijiet mhux relatati, u l-ewwel bejgħ mhux relatat ikun il-bejgħ bl-imnut ta’ kull rota lill-klijent finali.

(167)

Il-profittabbiltà naqset bin-nofs matul il-perjodu kkunsidrat, minn 4 % għal 2 %. Dan wera li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tagħmel profitt b’saħħtu matul il-perjodu kkunsidrat, aggravat mit-tnaqqis fil-konsum u fil-bejgħ matul dan il-perjodu.

(168)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat minn punt baxx ħafna fl-2021.

(169)

Għalkemm inizjalment il-produtturi inklużi fil-kampjun setgħu jagħmlu investimenti, inkluż faċilitajiet ta’ produzzjoni ġodda fjamanti għall-assemblaġġ tat-tipi kollha ta’ roti, il-livell ta’ investimenti wera tnaqqis drastiku wara l-2022.

(170)

Ir-redditu fuq l-investimenti juri l-profitt li ġie ġġenerat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun bħala proporzjon tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti tagħhom. Ir-redditu baqa’ pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat iżda segwa x-xejra negattiva fil-profittabbiltà u fil-kwantitajiet tal-bejgħ.

6.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(171)

Għalkemm l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’44 % f’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum tas-suq, is-sehem mis-suq tagħha baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u kien sinifikanti b’6,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha naqsu b’mod aktar sinifikanti, u dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tagħhom ta’ 7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(172)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(173)

Dan wassal biex il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu juru xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat.

(174)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien attribwibbli għal tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni bi 42 %. B’mod ġenerali, il-produzzjoni naqset bi 38 %, filwaqt li l-bejgħ naqas b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(175)

Peress li t-tnaqqis fil-konsum kien akbar mit-telf fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid is-sehem mis-suq tagħha bi 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat għal 70 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

(176)

Madankollu, l-indikaturi wrew ukoll li l-profitt baqa’ baxx, bejn 2 % u 4 %, peress li ż-żidiet fil-prezzijiet kienu mqabbla ma’ żidiet fil-kostijiet. Ir-redditu fuq l-investiment naqas ukoll b’mod drammatiku bħalma naqset ukoll il-produttività. Barra minn hekk, l-impjiegi segwew ix-xejra negattiva b’telf ta’ 14 %.

(177)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami.

7.   KAWŻALITÀ

(178)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(179)

F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi jinkludu t-tnaqqis fid-domanda matul il-perjodu kkunsidrat u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn.

7.1.   Effetti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(180)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(181)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq l-importazzjonijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina baqgħu stabbli għal madwar 3 %, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ u l-konsum tal-Unjoni jonqos b’rata sinifikanti ta’ 42 %.

(182)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tar-roti oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdiedu mill-2021 sal-2022 bi 48 % qabel ma niżlu għal-livell tagħhom tal-2021 matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’75 %. Madankollu, dan għandu jiġi stabbilit kontra ż-żieda fil-kost ta’ 76 % tal-industrija tal-Unjoni. Dan wera li l-importazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jibqgħu saħansitra aktar kompetittivi minn qabel.

(183)

Il-prezzijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping baqgħu baxxi ħafna u setgħu jwaqqgħu bil-kbir il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. It-twaqqigħ tal-prezz kien preżenti kemm għall-importazzjonijiet Ċiniżi li fuqhom tħallas dazju tad-dumping kif ukoll għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dazju ta’ 0 % jew li ġew esklużi mill-miżuri, u b’hekk jikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

7.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

(184)

L-analiżi tad-dannu wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u dawk soġġetti għall-ebda dazju jew dazju ta’ 0% fl-Unjoni żammew is-sehem mis-suq tagħhom minkejja l-miżuri anti-dumping eżistenti u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bi twaqqigħ qawwi tal-livelli tal-prezzijiet. Dan ikkoinċida fiż-żmien mad-deterjorament tal-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal tnaqqis fil-profittabbiltà u tnaqqis fir-redditu fuq l-investimenti.

(185)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

7.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(186)

Il-kwantità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha kienet sinifikanti iżda wriet tnaqqis sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat b’7 punti perċentwali, kif muri fil-premessa (137).

(187)

Dawn l-importazzjonijiet saru parzjalment bi prezzijiet li huma inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward ta’ prezzijiet mill-Bangladesh li segwew il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(188)

Għalhekk, anke jekk dawn l-importazzjonijiet li jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat setgħu kkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, dawn ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu u l-esportazzjonijiet Ċiniżi.

7.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(189)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Rieżami

Kwantità tal-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati (biċċiet)

18 772

19 222

19 409

16 228

Indiċi

100

103

104

87

Prezz medju (EUR/biċċa)

613

692

969

1 130

Indiċi

100

113

158

184

Sors:

tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(190)

Filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli sal-2023, jidher tnaqqis sinifikanti ta’ 17-il punt perċentwali mill-2023 għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Bħall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, il-prezz medju tal-bejgħ għall-esportazzjoni żdied f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(191)

Madankollu, il-kwantitajiet mibjugħin għall-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun huma limitati u jirrappreżentaw madwar 2 % tal-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni u għalhekk ma setgħux kellhom effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.3.   Domanda tal-Unjoni għar-roti

(192)

Id-domanda tal-Unjoni għar-roti, murija fil-premessa (125), tat xejra ċara u qawwija ’l isfel. Din ix-xejra ’l isfel kienet ikkawżata minn interess akbar fir-roti elettriċi minn naħa, u tnaqqis fid-domanda wara tmiem il-perjodu tal-pandemija. Madankollu, is-suq tal-Unjoni baqa’ wieħed mill-akbar swieq madwar id-dinja.

(193)

Il-Kummissjoni qieset li t-tnaqqis fid-domanda kkontribwixxa għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, minkejja li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikseb xi sehem mis-suq f’dan is-suq li qed jonqos. Għalhekk, it-tnaqqis fid-domanda ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(194)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, fatturi oħra, b’mod partikolari t-tnaqqis fil-konsum u fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, seta’ kellhom ukoll effett fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta ulterjorment jekk id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina x’aktarx ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

8.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

(195)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (194) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni eżaminat il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.

8.1.   Livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mingħajr miżuri anti-dumping

(196)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni fl-Unjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Kif stabbilit fil-premessa (135), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-prezzijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’50 %, bid-dazji anti-dumping imħallsa.

(197)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz jiżdied għal 65 %.

(198)

Il-prezzijiet x’aktarx ikunu saħansitra aktar baxxi meta wieħed iqis li l-kompetizzjoni tiżdied bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li bħalissa huma soġġetti għal dazju anti-dumping u dawk li bħalissa ma jħallsu l-ebda dazju.

(199)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni x’aktarx jaqgħu mingħajr miżuri anti-dumping fis-seħħ, u b’hekk jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

8.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(200)

Kif stabbilit fil-premessi (115) sa (119) hawn fuq, is-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, u dan jissuġġerixxi li fin-nuqqas ta’ dazji, l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jiżdiedu, u dan jikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni.

8.3.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva

(201)

Kif stabbilit fil-premessi (109) sa (114) hawn fuq, l-evidenza fil-fajl uriet li ċ-Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jfornu lis-suq tal-Unjoni u li jallokaw kapaċità biex jużawha biex iżidu l-provvista tagħhom lejn l-Unjoni, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li jikkawżaw dannu.

8.4.   Ċirkomvenzjoni

(202)

Sa mill-impożizzjoni tal-miżuri fl-1993, il-Kummissjoni wettqet investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni fuq il-kunsinna ta’ roti lejn l-Unjoni, u estendiet il-miżuri kif ġej:

partijiet tar-roti importati miċ-Ċina

roti kkonsenjati mill-Indoneżja, mill-Malażja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija

roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini (68).

(203)

Tali ċirkomvenzjoni rikorrenti minn pajjiżi terzi differenti wriet b’mod ċar l-interess tal-kumpaniji Ċiniżi li jfornu s-suq tal-Unjoni.

8.5.   Konklużjoni

(204)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi, u d-dannu materjali x’aktarx li jkompli.

9.   INTERESS TAL-UNJONI

(205)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti, u tal-konsumaturi.

(206)

Il-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1993, u f’kull rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni sabet li l-estensjoni tal-miżuri ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni.

9.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(207)

L-EBMA rrappreżentat aktar minn nofs l-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni fraġili. Jekk il-miżuri jiskadu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni malajr tiddeterjora u mill-ġdid tirriżulta f’telf fuq terminu qasir u fl-eliminazzjoni gradwali tal-industrija kollha fit-tul.

(208)

Parti sinifikanti mill-produzzjoni tal-Unjoni hija sottokuntrattata lil tollers, li għamlu investimenti sinifikanti fil-prodott taħt rieżami matul il-perjodu kkunsidrat. Meta jitqies li t-tollers jiddependu ħafna fuq il-livell ta’ attività tas-sħab kummerċjali tagħhom, jekk il-miżuri jitħassru, is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom tiddeterjora malajr ukoll.

(209)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet fl-interess tal-industrija tal-Unjoni peress li tippermettilhom jistabbilizzaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq u jissalvagwardjaw l-impjiegi tagħhom.

9.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(210)

Il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni u kkuntattjat lill-importaturi magħrufa kollha. Bħal fl-aħħar investigazzjoni ta’ rieżami, l-ebda minnhom ma ppreżenta ruħu jew ma kkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni.

(211)

L-iskop tal-miżuri anti-dumping ma huwiex li jiġu evitati l-importazzjonijiet, iżda li jiġi restawrat il-kummerċ ġust u li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u dannużi.

(212)

L-investigazzjoni sabet li l-importazzjonijiet li jirrappreżentaw aktar minn 14 % tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ġew minn pajjiżi li ma kinux soġġetti għal miżuri anti-dumping.

(213)

L-istatistika mill-Eurostat u d-data ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku juru wkoll li l-importazzjonijiet qed jidħlu fl-Unjoni permezz ta’ kumpaniji b’eżenzjonijiet mill-estensjoni tal-miżuri, filwaqt li jagħtu aċċess lill-importaturi għall-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kif ġej:

Tabella 14

Importazzjonijiet minn kumpaniji b’eżenzjonijiet

Pajjiż

Sehem mis-suq

Importazzjonijiet minn kumpaniji b’eżenzjoni

L-Indoneżja

1 %

97 %

Is-Sri Lanka

1 %

99 %

It-Tuneżija

1 %

86 %

Il-Kambodja

8 %

100 %

Il-Filippini

< 1 %

98 %

(214)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-importaturi xorta jistgħu jakkwistaw roti minn firxa wiesgħa ta’ pajjiżi.

9.3.   Interess tal-utenti

(215)

Il-Kummissjoni talbet lill-utenti kollha tal-prodott taħt rieżami biex jippreżentaw ruħhom u jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-ebda utent jew assoċjazzjoni tal-konsumaturi ma introduċiet ruħha jew ma kkooperat fl-investigazzjoni.

(216)

Fl-investigazzjoni kurrenti ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-utenti b’xi mod negattiv.

(217)

Abbażi ta’ dan, huwa kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx bla bżonn.

9.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(218)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina.

10.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(219)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-kontinwazzjoni tal-ħsara u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ir-roti miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(220)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali u l-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni.

(221)

L-applikazzjoni tad-dazji jew eżenzjonijiet anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(6) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fiċ-Ċina”.

(222)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping u l-eżenzjonijiet għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(6) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju jew tal-eżenzjoni tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(223)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’ teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(224)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fiċ-Ċina”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(225)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (69). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(226)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment.

(227)

Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet.

(228)

Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(229)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70) meta jkollu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(230)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Bil-preżenti, qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti u ta’ ċikletti oħrajn (inkluż triċikli għall-ġarr tal-prodotti, iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712 00 70 91, 8712 00 70 92 u 8712 00 70 99), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd

19,2 %

B772

Oyama Technology (Nantong) Co. Ltd

0 %

B773

Ideal (Dongguan) Bike Co., Ltd

0 %

B774

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minbarra Giant (China) Co. Ltd. - kodiċi addizzjonali TARIC C329

48,5 %

B999

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, b’dan huwa estiż ukoll għall-importazzjonijiet tal-istess roti u ta’ ċikletti oħrajn konsenjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712 00 30 10 u 8712 00 70 91) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indoneżja

P.T. Insera Sena

B765

 

PT Wijaya Indonesia Makmur Bicycle Industries (Wim Cycle)

B766

 

P.T. Terang Dunia Internusa (United Bike)

B767

Is-Sri Lanka

Asiabike Industrial Limited

B768

 

BSH Ventures (Private) Limited

B769

 

Samson Bikes (Pvt) Ltd

B770

It-Tuneżija

Euro Cycles SA

B771

 

Look Design System SA

C206

4.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, b’dan huwa estiż ukoll għall-importazzjonijiet tal-istess roti u ċikletti oħrajn konsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712 00 30 20 u 8712 00 70 92) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kambodja

A and J (Cambodia) Co., Ltd

C035

 

Smart Tech (Cambodia) Co., Ltd

C036

 

Speedtech Industrial Co. Ltd

C037

 

Bestway Industrial Co. Ltd

C037

Il-Filippini

Procycle Industrial Inc

C038

5.   L-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, qiegħda b’dan tinżamm fis-seħħ.

Id-dazju anti-dumping definittiv imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 għandu jkun id-dazju anti-dumping għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost bl-Artikolu 1(2).

6.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u l-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara l-investigazzjonijiet antiċirkomvenzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(kwantità) ta’ (roti) mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperta minn din il-fattura ġiet manifatturata minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

7.   L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 1990 u t-30 ta’ Settembru 1991 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u

(c)

jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

8.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379, kif emendat bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/57, huwa emendat kif ġej:

“Oyama Technology (Jiangsu) Co.,Ltd

B773”

hija sostitwita bi:

“Oyama Technology (Nantong) Co., Ltd

B773”

2.   Il-kodiċi addizzjonali TARIC B773 li qabel kien attribwit lil Oyama Technology (Jiangsu) Co. Ltd għandu japplika għal Oyama Technology (Nantong) Co., Ltd mill-10 ta’ Lulju 2024.

3.   Kwalunkwe dazju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati minn Oyama Technology (Nantong) Co., Ltd li jaqbeż id-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 fir-rigward ta’ Oyama Technology (Jiangsu) Co. Ltd għandu jitħallas lura jew jitnaqqas mill-10 ta’ Lulju 2024 f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2474/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/71/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 ta' l-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta' l-importazzjoni ta' uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (ĠU L 17, 21.1.1997, p.17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/88/oj).

(5)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=1532.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1379 tat-28 ta' Awwissu 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 225, 29.8.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1379/oj).

(7)   ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1.

(8)   ĠU L 122, 19.5.2015, p. 4.

(9)   ĠU C, C/2023/1260, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1260/oj.

(10)   ĠU C, C/2024/6091, 29.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5292/oj.

(11)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2746.

(12)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/57 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka, mit-Tuneżija, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 10, 17.1.2022, p.15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/57/oj).

(14)  L-Uffiċċju tar-Riżorsi Naturali u tal-Ippjanar ta’ Taicang, Avviż dwar l-Irtirar tad-Drittijiet tal-Użu tal-Art TZGS [2022] Nru 152, il-25 ta’ Novembru 2022.

(15)  Avviż ta’ Approvazzjoni għal Bidla fl-Informazzjoni Reġistrata ta’ Kumpaniji b’Investiment Barrani mill-Uffiċċju tas-Superviżjoni tas-Suq ta’ Nantong, Kumpanija b’Investiment Barrani - Reġistrazzjoni tal-Bidla [2022] Nru 01060001 tas-6 ta’ Jannar 2022.

(16)   https://login.bvdinfo.com/R1/Orbis.

(17)  Ara l-paġni 14 sa 15 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(18)  Ara l-paġna 15 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(19)  Ara l-paġni 15 sa 16 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(20)  Ara l-paġni 16 sa 17 u l-Anness 28 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(21)  Ara l-paġni 19 sa 20 u l-Anness 31 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(22)  Ara l-paġna 20 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(23)  Il-paġna 16 u l-Anness 21 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(24)  Ara l-paġni 17 sa 18 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(25)  Ara l-paġna 19 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(26)  Ara l-paġna 18 u l-Anness 29 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(27)  Ara l-paġna 20 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(28)  Ara l-paġna 21 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(29)  Ara l-paġna 21 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(30)  Ara l-paġni 21 sa 22 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(31)  Ara l-paġna 22 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(32)  Ara l-paġni 23 sa 24 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(33)  Ara l-paġna 24 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(34)  Ara l-paġna 24 tat-talba (verżjoni miftuħa).

(35)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 2024, 15.10.2024, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2661/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 18, 19.1.2023, p. 66–92, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/112/oj.

(36)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj.

(37)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessa (70) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tal-18 ta’ Jannar 2023, il-premessa (70). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (66); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (58); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (208).

(38)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessi (45) sa (52) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023, il-premessa (45). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (60); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (45); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (38); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (64); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (192).

(39)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tat-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessi (53) sa (55) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023, il-premessi (46) sa (50). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi (66) sa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (58); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (40); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (66); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi (193) sa (194).

(40)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessi (56) sa (63) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tat-18 ta’ Jannar 2023, il-premessi (51) sa (63). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi (61) sa (65); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (59); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (43); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi (195) sa (201).

(41)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessa (64) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tal-18 ta’ Jannar 2023, il-premessa (64). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (62); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (52); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (74); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (202).

(42)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessa (65) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tal-18 ta’ Jannar 2023, il-premessa (65). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (72); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (45); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (33); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (75); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (203).

(43)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2661 tal-14 ta’ Ottubru 2024, il-premessa (66) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/112 tal-18 ta’ Jannar 2023, il-premessa (66). Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (73); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (64); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (54); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (76); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (204).

(44)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.

(45)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(46)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(47)   https://login.bvdinfo.com/R0/Orbis.

(48)   https://connect.ihsmarkit.com/

(49)  Market Access Map, International Trade Centre, www.macmap.org (MacMap).

(50)   http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.

(51)  Market Access Map, International Trade Centre, www.macmap.org (MacMap).

(52)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).

(53)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/page/lc_ncostot_r2__custom_15374782.

(54)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/teilm140__custom_15596385/default/table?lang=en.

(55)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/nrg_pc_205__custom_15374727/default/table.

(56)  Konsum minn 500 MWh sa 1 999 MWh - livell IC

https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/page/nrg_pc_205__custom_15374727.

(57)   https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/nrg_pc_203__custom_15374756/default/table.

(58)  Il-konsum minn 10 000 GJ għal 99 999 GJ - faxxa I3.

(59)  Sors: Orbis - https://login.bvdinfo.com/R1/Orbis.

(60)  Sors: Talba għal rieżami. Anness 14.

(61)  Sors: Talba għal rieżami. Anness 14.

(62)  Sors: Talba għal rieżami, it-Taqsima 5.2, l-Anness 8.

(63)  Il-premessa (44) tar-Regolament (UE) 2019/1379.

(64)  Sors: Talba għal rieżami, it-Taqsima 5.2, l-Annessi 8 u 9.

(65)  Il-premessa (189) tar-Regolament (UE) 2019/1379.

(66)   https://www.statista.com/study/147067/bicycles-market-data-and-analysis/

(67)  Ir-Renju Unit kompla l-miżuri oriġinali tal-UE bi 48,5 %. L-Arġentina għandha miżuri fis-seħħ li ilhom sa mill-1995, u l-Messiku għandu miżuri dwar ir-roti tat-tfal miċ-Ċina sa mill-2015. Ara t-talba għal rieżami tal-Anness 11, estratta mill-bażi ta’ data tad-WTO.

(*1)  Kun af li din id-data mill-bażi tad-data 14 (6) li tippermetti l-qasma bejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għal dazji u dawk li mhumiex ma taqbilx eżattament mad-data mill-Eurostat.

(68)  Storja sħiħa tal-każijiet tinsab fuq is-sit web tad-DĠ TRADE https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=1532.

(69)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(70)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni), (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2146/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)