European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2136

20.10.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2136

tas-17 ta’ Ottubru 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tapplika sal-24 ta’ Ottubru 2025. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi li jinsabu fiha jiġu estiżi sal-24 ta’ Ottubru 2026.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287, id-data “24 ta’ Ottubru 2025” hija sostitwita b’dik tal-“24 ta’ Ottubru 2026”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. HEUNICKE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2287 tat-23 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer (ĠU L, 2023/2287, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2287/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2136/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)