|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2127 |
28.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2127
tas-16 ta’ Mejju 2025
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24030 (2016/C) (eks N 512/2007 eks 2015/NN) implimentata mill-Ġermanja għal Abalon Hardwood Hessen GmbH
(notifikata bid-dokument C(2025) 3022)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet (1) imsemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-6 ta’ Settembru 2007, l-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw miżuri, f’konformità mal-Artikolu 88(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (issa l-Artikolu 108(3) tat-TFUE), mogħtija fl-2006 mil-Land ta’ Hessen favur Abalon Hardwood Hessen GmbH (“Abalon DE”) biex isostnu l-istabbiliment ta’ impjant tal-isserrar tal-injam iebes (għajnuna mill-Istat N 512/2007). Fis-6 ta’ Awwissu 2007, Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG (“Pollmeier”) kienet ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni dwar l-għajnuna mogħtija lil Abalon DE. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2008) 6017 final (2) (“id-Deċiżjoni tal-2008”) li tikkonstata li l-miżuri, fosthom żewġ garanziji, innotifikati mill-Ġermanja jew ma jikkostitwixxux għajnuna (żewġ garanziji mogħtija mil-Land ta’ Hessen, “iż-żewġ garanziji”) jew jikkostitwixxu għajnuna eżistenti (miżuri oħra tal-pakkett ta’ appoġġ). |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Frar 2009, Pollmeier ippreżentat rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-2008 quddiem il-Qorti Ġenerali, irreġistrat bin-numru tal-kawża T-89/09. |
|
(4) |
Permezz ta’ sentenza tas-17 ta’ Marzu 2015 (3) (“is-sentenza tal-2015”), il-Qorti Ġenerali qieset li n-nuqqas tal-Kummissjoni li teżamina l-legalità tal-użu tar-rata ta’ 0,5 % tal-ammont iggarantit sabiex tiddetermina l-element ta’ għajnuna taż-żewġ garanziji fid-dawl tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (4) (“l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000”) kien indikazzjoni tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji dwar jekk il-garanziji kkontestati setgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna de minimis. Skont il-Qorti Ġenerali, l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet kellha twassal lill-Kummissjoni sabiex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Għal dik ir-raġuni, hija annullat id-Deċiżjoni tal-2008 sa fejn dik id-Deċiżjoni kkonkludiet li ż-żewġ garanziji ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (issa l-Artikolu 107(1) tat-TFUE). Il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-elementi l-oħra ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Fis-26 ta’ Mejju 2015, kemm Pollmeier kif ukoll il-Land ta’ Hessen appellaw kontra s-sentenza tal-2015, u kkontestaw rispettivament l-elementi kkonfermati tad-Deċiżjoni tal-2008 u n-natura tal-għajnuna taż-żewġ garanziji. Il-Kummissjoni ma appellatx. |
|
(6) |
Billi ż-żewġ garanziji kienu ddaħħlu fis-seħħ qabel awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni rreġistrathom bħala għajnuna mhux notifikata (SA.24030 (2015/NN)). |
|
(7) |
Il-Ġermanja ssottomettiet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Mejju u fis-27 ta’ Lulju 2015, inkluża opinjoni esperta mill-Professur Csoklich dwar il-kwalifika bħala SME tal-benefiċjarju (“ir-rapport ta’ Csoklich”). |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Frar 2016 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li kienet bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, biex tiddetermina l-kompatibbiltà taż-żewġ garanziji mas-suq intern. |
|
(9) |
Fid-19 ta’ Frar 2016, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni tissospendi l-investigazzjoni formali tagħha sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet dwar l-appelli. Fl-24 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni qablet li testendi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti sal-jum wara d-deċiżjonijiet dwar l-appelli. |
|
(10) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet iż-żewġ appelli b’digriet tal-14 ta’ Lulju 2016 (5) u b’sentenza tat-12 ta’ Ottubru 2016 (6). |
|
(11) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2016 u fil-11 ta’ Novembru 2016, il-Ġermanja ssottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni. |
|
(12) |
Fis-6 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) u stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn Pollmeier fis-6 ta’ Frar 2017 u bagħtithom lill-Ġermanja għall-kummenti. Il-Ġermanja ppreżentat il-kummenti tagħha fis-27 ta’ Marzu 2017. |
|
(14) |
Fit-8 ta’ Mejju 2017, fl-14 ta’ Ġunju 2017, fil-5 ta’ Diċembru 2017 u fis-26 ta’ Frar 2018, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-Ġermanja tipprovdi informazzjoni addizzjonali, li l-Ġermanja ssottomettiet fl-24 ta’ Mejju 2017, fil-21 ta’ Ġunju 2017, fit-12 ta’ Diċembru 2017 u fis-26 ta’ Marzu 2018. |
|
(15) |
Fit-22 ta’ Novembru 2018, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mar-rappreżentanti ta’ Pollmeier. |
|
(16) |
Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-Ġermanja, li ġiet sottomessa fid-9 ta’ Marzu 2020. Fit-8 ta’ Diċembru 2022, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu informazzjoni addizzjonali mill-Ġermanja fir-rigward tal-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fiż-żewġ garanziji, li ġiet sottomessa fit-8 ta’ Frar 2023. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAŻ-ŻEWĠ GARANZIJI
2.1. L-objettiv taż-żewġ garanziji
|
(17) |
Billi appoġġaw l-investiment ta’ Abalon DE f’impjant tal-isserrar tal-injam iebes fl-2006, il-Land ta’ Hessen u l-Ġermanja kellhom l-għan li jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp reġjonali taż-żona ta’ Schwalm-Eder-Kreis. Din iż-żona NUTS III kienet eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali applikabbli għall-Ġermanja 2004-2006 (8). Il-limitu massimu applikabbli tal-intensità tal-għajnuna għall-investiment fiż-żona kien ta’ 18 % għal intrapriżi kbar, u, f’konformità mal-punt 4.9 tal-Linji Gwida tal-1998 dwar l-Għajnuna Reġjonali (RAG, Regional Aid Guidelines) (9) (“ir-RAG tal-1998”), 28 % għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs, small and medium-sized enterprises”). |
2.2. Iż-żewġ garanziji
|
(18) |
Fit-28 ta’ Diċembru 2006, bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna akbar (10), Investitionsbank Hessen (entità tal-liġi pubblika (Anstalt des öffentlichen Rechts) kellha sehem ta’ 50 % mil-Land ta’ Hessen u 50 % minn Landesbank Hessen-Thüringen, entità oħra tal-liġi pubblika), li taġixxi f’isem u għan-nom (im Namen und im Auftrag) tal-Ministeru tal-Finanzi ta’ Hessen (Hessisches Ministerium der Finanzen), tat żewġ garanziji biex tkopri żewġ selfiet maħruġa minn konsorzju magħmul minn tliet banek, Kreissparkasse Schwalm-Eder (“KSK”), Landesbank Hessen-Thüringen (“Helaba”) u Raiffeisenzentralbank Österreich AG (“RZB”), favur Abalon DE:
Fiż-żewġ każijiet, Abalon DE ħallset primjum ta’ garanzija annwali ta’ 1 % fuq l-ammonti garantiti pendenti. Abalon DE ħallset interessi fuq is-self sottostanti (marġni ta’ riskju ta’ kreditu ta’ 225 punt bażi, flimkien mar-rata tal-imgħax Euribor ta’ 6 xhur). |
|
(19) |
Matul il-proċess ta’ rieżami tal-applikazzjoni għal self, il-banek tas-self ikklassifikaw is-saħħa tal-kreditu ta’ Abalon DE. KSK, Helaba u RZB assenjaw lil Abalon DE kategorija ta’ klassifikazzjoni li tikkorrispondi għal rata ta’ inadempjenza annwali ta’ 2 %, 1,32 % u 0,832 % rispettivament. |
|
(20) |
Permezz tal-istruttura tal-konsorzju, RZB ipprovda 50 %, u ż-żewġ banek l-oħra pprovdew 25 % kull wieħed ta’ kull wieħed miż-żewġ selfiet. |
2.3. Bażi legali u l-awtorità li tagħti l-għajnuna
|
(21) |
Il-bażi legali nazzjonali għaż-żewġ garanziji hija l-ittra tat-28 ta’ Diċembru 2006 mibgħuta minn Investitionsbank Hessen lil Abalon DE u l-Linji Gwida tal-2006 tal-Land ta’ Hessen dwar l-għoti ta’ garanziji għas-settur industrijali (Richtlinien für die Übernahme von Bürgschaften und Garantien durch das Land Hessen für die gewerbliche Wirtschaft) (il-“Linji Gwida ta’ Hessen tal-2006”) (14). Fil-fehma tal-Ġermanja, dawk il-garanziji ddaħħlu fis-seħħ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (15) (“ir-Regolament de minimis tal-2001”). |
|
(22) |
L-awtorità li tagħti l-għajnuna kienet il-Ministeru tal-Finanzi ta’ Hessen. |
2.4. Il-benefiċjarju
|
(23) |
Il-benefiċjarju tal-għajnuna Abalon DE hija kumpanija stabbilita fil-5 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata f’Amtsgericht Marburg (qorti lokali ta’ Marburg), li għandha s-sede tagħha fi Schwalmstadt (Hessen, il-Ġermanja). Hija timmanifattura, tbigħ u tiddistribwixxi prodotti tal-injam tal-fagu madwar id-dinja. |
|
(24) |
Meta nħarġu ż-żewġ garanziji fit-28 ta’ Diċembru 2006, Abalon Hardwood Consulting GmbH (“Abalon Consulting”), kienet proprjetà ta’ Manfred Reinkemeier. Abalon Consulting kellha 51 % tal-ishma ta’ Abalon DE. Gafluna Handels- und Beteiligungsgesellschaft mbH (“Gafluna”) kellha 49 % tal-ishma ta’ Abalon DE u d-drittijiet tal-vot korrispondenti. Gafluna kellha wkoll 80 % ta’ Abalon Hardwood GmbH fl-Awstrija (“Abalon AT”). Gafluna hija sussidjarja sħiħa ta’ Valluga Handels- und Beteiligungsgesellschaft mbH (“Valluga”). Valluga hija sussidjarja sħiħa ta’ Raetia Privatstiftung (“Raetia”), fondazzjoni maħluqa minn RZB fil-11 ta’ Ġunju 2001. |
|
(25) |
RZB għandu sussidjarja sħiħa ta’ Kathrein Privatbank AG (“Kathreinbank”), li skont id-dikjarazzjoni tiegħu stess, jispeċjalizza fl-offerta ta’ servizzi għall-istabbiliment u t-tmexxija ta’ fondazzjonijiet privati (16). Fl-2006, Ernst Burger u Kurt Engleitner kienu membri tal-bord superviżorju ta’ Kathreinbank (Aufsichtsrat) u tal-bord ta’ tmexxija bi tliet persuni ta’ Raetia (Stiftungsvorstand) (it-tielet membru kien Karl Pistotnik). Fl-2006, Heinrich Weninger mexxa l-unità tal-fondazzjoni ta’ Kathreinbank (Stiftungsoffice) li tagħti pariri lill-klijenti dwar kif jistabbilixxu fondazzjonijiet u kwistjonijiet oħra relatati mal-fondazzjoni. Huwa kien fl-istess ħin wieħed mid-diretturi maniġerjali (Geschäftsführer) ta’ Valluga u Gafluna. Manfred Reinkemeier kien id-direttur maniġerjali kemm ta’ Abalon DE kif ukoll ta’ Abalon AT. |
|
(26) |
L-istruttura msemmija hawn fuq hija ppreżentata hawn taħt:
|
2.5. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(27) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet valutazzjoni preliminari taż-żewġ garanziji u qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern. |
2.5.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(28) |
Il-Kummissjoni stabbiliet b’mod preliminari li ż-żewġ garanziji kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat sakemm ma kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna de minimis. Madankollu, hija qieset b’mod preliminari li ż-żewġ garanziji ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (17) (“ir-Regolament de minimis tal-2013”). Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk, f’konformità mar-regoli tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament de minimis tal-2013, il-garanziji setgħux jaqgħu taħt ir-Regolament de minimis tal-2001, bl-applikazzjoni tal-metodu fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż, tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 (18), li l-Qorti Ġenerali fil-punti 167, 175 u 186 tas-sentenza tal-2015 kienet sabet li jifforma parti mill-qafas legali rilevanti li skontu l-Kummissjoni kellha tivvaluta l-garanziji inkwistjoni. Abbażi ta’ rata massima ta’ inadempjenza (l-agħar xenarju possibbli tat-tliet banek) ta’ 2 % u tariffa ta’ garanzija annwali ta’ 1 %, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-elementi ta’ għajnuna inkwistjoni qabżu kemm it-tnejn flimkien, kif ukoll għal kull waħda mill-garanziji individwali, il-limitu ta’ EUR 100 000 stabbilit fir-Regolament de minimis tal-2001. Il-Kummissjoni għalhekk esprimiet dubji li r-Regolamenti de minimis tal-2013 u tal-2001 kienu applikabbli u għalhekk kienet tal-fehma preliminari li ż-żewġ garanziji, waħedhom, u flimkien, kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
2.5.2. Legalità
|
(29) |
Sabiex tiddetermina l-legalità tal-għajnuna fil-forma taż-żewġ garanziji, il-Kummissjoni evalwat jekk kull waħda minn dawn il-garanziji taqax taħt regolament li jeżenta l-għajnuna mill-obbligi ta’ notifika. |
|
(30) |
Fir-rigward tal-garanzija għal self ta’ kapital operatorju, il-Kummissjoni nnotat li l-għan tagħha huwa li tipprovdi għajnuna operatorja lil Abalon DE. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li tali għajnuna operatorja la kienet konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (19) (“il-GBER, General Block Exemption Regulation tal-2014”) dwar l-għajnuna reġjonali, u lanqas mal-Artikolu 22 tal-GBER tal-2014 dwar l-għajnuna tal-bidu. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll b’mod preliminari li tali għajnuna operatorja ma kinitx konformi mal-eżenzjonijiet ta’ kategorija tal-passat (li, skont l-Artikolu 58 tal-GBER tal-2014, tista’ tkun applikabbli għal għajnuna individwali li daħlet fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-GBER tal-2014 jekk il-kundizzjonijiet tal-GBER tal-2014 ma jiġux issodisfati). |
|
(32) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-għajnuna fil-forma ta’ garanzija għal self ta’ kapital operatorju kinitx għajnuna kompatibbli eżentata mill-obbligi ta’ notifika. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-garanzija garanzija għal self ta’ investiment, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li fil-prinċipju tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli b’mod retroattiv u eżentata min-notifika fl-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tal-GBER tal-2014 u tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 14 tal-GBER tal-2014 (għajnuna għall-investiment reġjonali) jekk Abalon DE kinitx tikkostitwixxi bħala SME. |
|
(34) |
Madankollu, peress li l-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja dwar l-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE ma kinitx kompluta, hija ma setgħetx tikkonkludi dwar l-istatus ta’ SME. Għalhekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-garanzija individwali għal self ta’ investiment kinitx għajnuna kompatibbli eżentata mill-obbligi ta’ notifika skont il-GBER tal-2014 jew skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 (20) (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-SMEs”), li kien applikabbli fiż-żmien tal-għoti taż-żewġ garanziji. |
|
(35) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li ż-żewġ garanziji kienu eżentati skont il-GBER tal-2014, jew kwalunkwe regolament ta’ eżenzjoni ieħor fis-seħħ fid-data meta nħarġu ż-żewġ garanziji. |
2.5.3. Kompatibbiltà
|
(36) |
Peress li ż-żewġ garanziji ma kinux eżentati min-notifika u kienu jikkostitwixxu għajnuna reġjonali prima facie, il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat il-kompatibbiltà tagħhom skont ir-RAG applikabbli tal-1998. |
|
(37) |
Fir-rigward tal-garanzija għal self ta’ investiment, il-Kummissjoni sabet li, f’konformità mal-mappa tal-għajnuna reġjonali applikabbli għall-Ġermanja, l-għajnuna għall-investiment biex jiġi stabbilit stabbiliment ġdid fiż-żona ta’ Schwalm-Eder-Kreis ma setgħetx taqbeż intensità tal-għajnuna ta’ 18 % għal intrapriżi kbar u 28 % għall-SMEs. Peress li fl-2006 Abalon DE kienet diġà rċeviet għotja diretta ta’ EUR 4,5 miljun għal investiment ta’ EUR 26 miljun (21), sal-limitu massimu ta’ 18 % għal intrapriżi kbar, il-garanzija (jew mill-inqas parti minnha) għas-self ta’ investiment setgħet tkun kompatibbli biss jekk Abalon DE setgħet tikkwalifika bħala SME u għalhekk tibbenefika mill-intensità ogħla tal-għajnuna. Fl-2006, il-Ġermanja ma applikatx l-intensità ogħla tal-għajnuna għal Abalon DE. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja dwar l-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE ppermettiet li jiġi eskluż mingħajr dubju li Abalon DE kienet tikkostitwixxi intrapriża kbira fiż-żmien meta nħarġu l-garanziji. Il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar jekk Abalon DE kinitx tikkostitwixxi bħala SME jew le, u għalhekk qajmet dubji dwar jekk l-għajnuna fil-forma tal-garanzija għal self ta’ investiment kinitx kompatibbli mas-suq intern. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-garanzija għal self ta’ kapital operatorju peress li r-RAG tal-1998 ma ppermettewx li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna operatorja f’żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, li huwa l-każ taż-żona ta’ Schwalm-Eder-Kreis. |
3. KUMMENTI RIĊEVUTI MATUL L-INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(39) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Ġermanja u Pollmeier. |
3.1. L-ewwel kummenti mill-Ġermanja
|
(40) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2016, il-Ġermanja pprovdiet opinjoni esperta dwar l-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE, stabbilita minn Hollstein & Partner mbB Steuerberatungsgesellschaft datata t-28 ta’ Settembru 2016 (“ir-rapport ta’ Hollstein”). Ir-rapport ta’ Hollstein jikkonkludi li Abalon DE kienet tikkostitwixxi SME matul is-snin 2006-2015, peress li, matul dak il-perjodu, ma nqabeż l-ebda wieħed mit-tliet limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (22) (“ir-Rakkomandazzjoni SME”, l-Anness I huwa msemmi bħala “ASME”) biex titqies bħala SME, jiġifieri li timpjega inqas minn 250 persuna, ikollha l-fatturat annwali massimu ta’ EUR 50 miljun u t-total massimu tal-karta bilanċjali ta’ EUR 43 miljun. Ir-rapport ta’ Hollstein isib li tali konklużjoni tibqa’ valida jekk Abalon DE titqies waħedha jew bħala parti minn grupp akbar ta’ entitajiet li, minbarra Abalon DE, ikunu jinkludu Abalon Consulting (inklużi l-intrapriżi assoċjati u sieħba tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) u (3) tal-ASME), Valluga, Gafluna, Abalon AT u Raetia. Pereżempju, fl-2006 (fiż-żmien tal-għoti), dak il-grupp akbar kellu 46 impjegat, fatturat annwali ta’ EUR 8,976 miljun u karta bilanċjali ta’ EUR 10,569 miljun). |
|
(41) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja hija tal-fehma li, meta nħarġu ż-żewġ garanziji, Abalon DE kienet tikkostitwixxi intrapriża żgħira ġdida skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni dwar l-SMEs. Il-Ġermanja tqis li Abalon DE kien ikollha tittratta l-iżvantaġġi tipiċi ta’ intrapriżi ġodda (bħal problemi ta’ aċċess għall-finanzi) li kieku ż-żewġ garanziji inkwistjoni ma ngħatawx u li, fin-nuqqas ta’ appoġġ permezz tal-garanziji inkwistjoni, Abalon DE ma kinitx tiġi stabbilita. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tissuġġerixxi li ż-żewġ garanziji ma għandhom l-ebda effett negattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri peress li s-suq għall-akkwist tal-materja prima kien pjuttost lokali. |
3.2. Kummenti minn Pollmeier
3.2.1. Għajnuna li taqbeż il-limitu tar-Regolament de minimis tal-2001
|
(42) |
Pollmeier tappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li ż-żewġ garanziji ma jikkwalifikawx bħala għajnuna de minimis skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament de minimis tal-2001. |
|
(43) |
Pollmeier issostni li, sabiex jiġi kkalkolat l-element ta’ għajnuna inkorporat fiż-żewġ garanziji, għandu jiġi applikat il-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000. Skont dan il-metodu, “l-għotja ta’ flus ekwivalenti għal garanzija fuq self f’sena partikolari tista’ tkun [...] kalkolata bl-istess mod tal-ekwivalenti ta’ għotja ta’ self b’imgħax baxx, bis-sussidju ta’ imgħax jirrappreżenta d-differenza bejn ir-rata tas-suq u r-rata miksuba grazzi għall-garanzija tal-Istat wara li kwalunkwe ħlasijiet barranija li jkunu tħallsu jiġu mnaqqsa [...]”. Fil-fehma ta’ Pollmeier, Abalon DE bbenefikat minn klassifikazzjoni tal-kreditu favorevoli biss minħabba r-rabta tagħha ma’ Raetia u RZB. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ inadempjenza ta’ Abalon DE kellu jkun ogħla mir-riskju ta’ inadempjenza ta’ 2 % attribwit minn KSK, sa fejn il-punt 3.3 tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 (23) jistabbilixxi safe harbour-premium ta’ 3,8 % għall-SMEs ġodda. |
3.2.2. L-ebda eżenzjoni skont il-GBER tal-2014 u lanqas skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-SMEs
|
(44) |
Pollmeier tappoġġa r-raġunament tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-garanzija għal self ta’ kapital operatorju la tista’ tiġi eżentata bħala kategorija skont il-GBER tal-2014, u lanqas skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-SMEs. |
|
(45) |
Fil-fehma ta’ Pollmeier, il-garanzija għal self ta’ investiment la hija eżentata skont il-GBER tal-2014 u lanqas skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-SMEs. Abalon DE ma kkwalifikatx bħala SME fl-2006 peress li Abalon DE kienet parti minn grupp ta’ intrapriżi assoċjati u sieħba skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) u (3) tal-ASME. |
3.2.3. Abalon DE bħala parti minn grupp ta’ intrapriżi assoċjati inkluż RZB
|
(46) |
Fir-rigward tal-istatus ta’ SME, Pollmeier issostni li, fiż-żmien tal-għoti taż-żewġ garanziji, Abalon DE kienet parti minn grupp ta’ intrapriżi assoċjati inkluż RZB, u li, fil-livell ta’ grupp, il-limiti rilevanti ta’ SME nqabżu. |
3.2.3.1.
|
(47) |
L-ewwel nett, Pollmeier issostni li fiż-żmien meta nħarġu ż-żewġ garanziji, Abalon DE u Raetia kienu assoċjati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. Raetia kellha 100 % ta’ Valluga, li kellha 100 % ta’ Gafluna, li eżerċitat influwenza dominanti (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tal-ASME) fuq Abalon DE, għalkemm kellha biss 49 % tal-ishma ta’ Abalon DE. Fuq dan l-aħħar punt, Pollmeier issostni li d-dritt li tiġi eżerċitata influwenza dominanti huwa biżżejjed, b’tali mod li l-eżerċizzju effettiv ta’ tali influwenza ma huwiex meħtieġ. |
|
(48) |
Pollmeier tenfasizza li skont l-Artikolu 5(2) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE (Gesellschaftsvertrag) tal-5 ta’ Diċembru 2006, iż-żewġ azzjonisti (Abalon Consulting u Gafluna) għandhom id-dritt li jaħtru direttur maniġerjali (Entsendungsrecht). |
|
(49) |
Pollmeier issostni wkoll li skont l-Artikolu 7 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE, ċerti deċiżjonijiet kummerċjali importanti minn Abalon DE jeħtieġ li jiġu approvati mill-bord ta’ tmexxija assoċjat tagħha (Beirat) (li l-membri tiegħu jinħatru fuq termini ugwali minn Manfred Reinkemeier u Gafluna). |
3.2.3.2.
|
(50) |
It-tieni, Pollmeier issostni li, fl-2006, Abalon DE kienet ukoll assoċjata ma’ RZB fis-sens tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. Fil-fehma ta’ Pollmeier, peress li Raetia ġiet stabbilita minn RZB, u minħabba r-relazzjoni mill-qrib fil-persunal (personelle Verflechtungen) bejn RZB u Raetia u s-sussidjarji tagħha, Raetia, Valluga u Gafluna kienu strument ta’ RZB biex jinvesti f’kumpaniji oħra, b’mod partikolari fil-mutwatarji tiegħu stess. |
|
(51) |
L-att kostituttiv ta’ Raetia (Stiftungsurkunde) tal-11 ta’ Ġunju 2001 juri li RZB investa total ta’ EUR 300 000 bħala kapital inizjali f’Raetia. |
|
(52) |
Pollmeier tirreferi għal rabtiet diretti u indiretti bejn RZB u Raetia permezz ta’ persuni fiżiċi fiż-żmien meta ngħataw iż-żewġ garanziji. B’mod partikolari, il-membri tal-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia (Ernst Burger, Kurt Engleitner u Karl Pistotnik) kellhom pożizzjonijiet f’intrapriżi li kienu jappartjenu għal RZB, b’mod partikolari Kathreinbank. Barra minn hekk, id-diretturi maniġerjali ta’ Valluga u Gafluna (Heinrich Weninger u Siegfried Wriesnig) kellhom pożizzjonijiet f’intrapriżi li kienu proprjetà ta’ RZB fl-2006. |
|
(53) |
Pollmeier tqis li l-provi jikkonfermaw li, abbażi tal-Artikolu 3(3), l-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-ASME, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari fis-sentenza HaTeFo (24), l-intrapriżi differenti kkonċernati, minn Abalon DE sa RZB, kienu intrapriżi assoċjati. Dan ikun ikkonfermat mill-fatt li Gafluna, Valluga u Kathreinbank għandhom il-post tan-negozju tagħhom fl-istess indirizz fi Vjenna, l-Awstrija. |
3.2.3.3.
|
(54) |
Pollmeier issostni li, b’riżultat ta’ dan, Abalon DE ma tistax titqies bħala SME minħabba li l-limiti jinqabżu jekk RZB jittieħed inkunsiderazzjoni. |
|
(55) |
Fl-aħħar nett, Pollmeier tenfasizza li l-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE ma jistax jiġi stabbilit billi wieħed jibbaża fuq kriterji oħra għajr dawk stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni SME. Deroga minn dawk il-kriterji tkun possibbli biss jekk Abalon DE tkun sofriet minn żvantaġġi li huma tipiċi ta’ SME, iżda l-preżenza ta’ tali żvantaġġi tista’ tiġi eskluża minħabba r-rabtiet tagħha ma’ RZB (25). |
3.2.4. Nuqqas ta’ kompatibbiltà mas-suq intern
|
(56) |
Pollmeier tesprimi l-fehma li l-garanzija għal self ta’ kapital operatorju tikkostitwixxi għajnuna operatorja li ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli skont ir-RAG tal-1998. Barra minn hekk, Abalon DE ma hijiex eliġibbli għal għajnuna tal-bidu lil intrapriża żgħira peress li ma tikkwalifikax bħala SME. Għalhekk, il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli bħala għajnuna tal-bidu. |
|
(57) |
Skont Pollmeier, il-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna għall-investiment ta’ 18 % (applikabbli għal intrapriżi kbar) japplika għal Abalon DE u Abalon DE ma tistax tibbenefika mill-bonus tal-SMEs peress li ma tikkostitwix SME. Dan ifisser li l-garanzija għal self ta’ investiment ma tistax titqies bħala kompatibbli minħabba li l-limitu massimu diġà nqabeż mill-għajnuna mogħtija fl-2006. Barra minn hekk, Pollmeier tallega li ż-żewġ garanziji ma kinux kundizzjonali fuq iż-żamma tal-investiment għal perjodu minimu ta’ 5 snin, kif meħtieġ fil-punt 4.10 tar-RAG tal-1998. |
3.3. L-osservazzjonijiet tal-Ġermanja dwar il-kummenti ta’ Pollmeier
3.3.1. Metodu b’rata fissa ta’ 0,5 % għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna taż-żewġ garanziji
|
(58) |
Skont il-Ġermanja, il-punt 3.2 tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma jippreskrivix l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu partikolari, peress li jirreferi għal tliet metodi ta’ kalkolu u jsemmi biss l-ewwel metodu bħala dak li huwa applikabbli “fil-prinċipju”. Barra minn hekk, l-ebda ġurisprudenza stabbilita ma tindika għażla ta’ kalkolu preferuta. |
|
(59) |
Il-Ġermanja ssostni li l-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 għandu jiġi applikat, jiġifieri l-element ta’ għajnuna għandu jiġi “kalkolat[…] b’xi metodu ieħor li jista’ jkun oġġettivament ġustifikat u ġeneralment aċċettat”. Il-Ġermanja tqis li, fl-isfond ta’ disponibbiltà insuffiċjenti tad-data u fid-dawl tal-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-aspettattiva legali u tan-nondiskriminazzjoni, il-metodu b’rata fissa ta’ 0,5 % (użat fid-Deċiżjoni tal-2008 biex jiġi stabbilit l-ammont tal-għajnuna) jirrappreżenta tali metodu oġġettivament ġustifikat u ġeneralment aċċettat. |
|
(60) |
Il-Ġermanja ssostni li, fis-sentenza tagħha tal-2015, il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni kienet naqset fid-Deċiżjoni tagħha tal-2008 milli tivvaluta għaliex rata fissa ta’ 0,5 % kienet konformi mal-punt 3.2 tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000, iżda ma kinitx iddeċidiet dwar il-legalità ta’ tali approċċ. Għalhekk, u abbażi tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha, il-Kummissjoni tkun tista’ tapplika l-approċċ ta’ 0,5 % f’dan il-każ. |
|
(61) |
Il-Ġermanja għalhekk issostni li, fl-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ, il-vantaġġ totali miż-żewġ garanziji jammonta għal EUR 93 250, u għalhekk jinsab taħt il-limitu de minimis ta’ EUR 100 000 stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament de minimis tal-2001. Għalhekk, kemm il-garanzija għal self ta’ investiment kif ukoll il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ma jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat. |
3.3.2. Eżenzjoni ta’ kategorija skont il-GBER tal-2014
|
(62) |
Il-Ġermanja qajmet argument sussidjarju rigward il-garanzija għal self ta’ investiment f’każ li l-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma jiġix applikat. Skont il-Ġermanja, jekk jiġi applikat is-safe harbour-premium ta’ 3,8 % stabbilit fil-punt 3.3 tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 għal garanziji lil SMEs ġodda mingħajr każijiet ta’ kreditu, l-element ta’ għajnuna inkorporat fis-self ta’ investiment jammonta għal EUR 2,3 miljun. Dan l-ammont jibqa’ fil-limiti tal-Artikolu 14 tal-GBER tal-2014 u għalhekk ikun kompatibbli u eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika. |
3.3.3. Il-kriterji tal-SMEs issodisfati irrispettivament mir-rabta bejn l-intrapriżi involuti (ħlief RZB)
|
(63) |
Skont il-Ġermanja, kif muri fir-rapport ta’ Hollstein (il-premessa 40), Abalon DE tikkwalifika bħala SME, jiġifieri ma taqbiżx il-limiti tal-Artikolu 2(1) tal-ASME, anke jekk Abalon Consulting, Abalon AT, Gafluna, Valluga u Raetia jiġu inklużi fil-kalkolu. Il-fatt li, fiż-żmien tal-ħruġ taż-żewġ garanziji, Siegfried Wriesnig kien ilu direttur maniġerjali ta’ Gafluna mill-2001, direttur maniġerjali ta’ Valluga mill-2001 u membru tal-bord maniġerjali assoċjat ta’ Abalon DE (Beirat) mill-2004, għalhekk ikun irrilevanti meta jiġi evalwat jekk Abalon DE kinitx SME. |
|
(64) |
Il-Ġermanja ssostni wkoll li, fid-Deċiżjoni tal-2008, il-Kummissjoni sabet li Gafluna, Abalon DE, Valluga u Raetia kienu biss intrapriżi sieħba skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-ASME. Skont il-Ġermanja, dik l-allegata sejba saret legalment vinkolanti bis-saħħa tas-sentenza tal-2015 (26). Madankollu, il-Ġermanja taċċetta li – għal raġunijiet ta’ sempliċità – wieħed jista’ jassumi wkoll li dawk l-intrapriżi kienu intrapriżi assoċjati, u mhux biss intrapriżi sieħba. |
3.3.4. Abalon DE kienet tikkostitwixxi SME għaliex ma kinitx assoċjata ma’ RZB
|
(65) |
Il-Ġermanja taċċetta li Abalon DE ma kinitx tikkwalifika bħala SME kieku kienet assoċjata ma’ RZB, direttament jew indirettament. Il-Ġermanja tabilħaqq tiddikjara li RZB kellu madwar 55 000 ħaddiem fl-2006 u t-total tal-karta tal-bilanċ annwali tiegħu fi tmiem l-2006 kien ta’ madwar EUR 115-il biljun. Madankollu, il-Ġermanja tqis li ma jeżistu l-ebda rabtiet bħal dawn. |
|
(66) |
Fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn RZB/Raetia u Abalon DE jew l-azzjonisti tagħha permezz ta’ persuni individwali, il-Ġermanja tirrimarka li dan l-argument huwa mqajjem minn Pollmeier kważi 10 snin wara li ressqet ilment u tqis li għalhekk l-argument għandu jiġi miċħud minħabba li dawk l-elementi ġew ippreżentati tard wisq. |
3.3.4.1.
|
(67) |
Skont il-Ġermanja, il-fatt li RZB huwa l-fundatur ta’ Raetia ma jwassalx għall-konklużjoni li RZB u Abalon DE - huma intrapriżi assoċjati - fis-sens tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu tal-ASME. Fil-fehma tal-Ġermanja, mir-rapport ta’ Csoklich (il-premessa 7) jirriżulta li RZB, il-fundatur ta’ Raetia, ma għandu l-ebda dritt li jinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ Raetia u lanqas tal-intrapriżi assoċjati tiegħu. |
|
(68) |
Skont dan ir-rapport, karatteristika tal-“fondazzjoni privata” Awstrijaka hi li din hija kompletament separata u legalment indipendenti mill-fundatur. Il-fundatur huwa intitolat biss għal dawn id-drittijiet espressament riżervati fl-att kostituttiv. L-att kostituttiv ta’ Raetia juri li RZB prattikament ma għandu l-ebda influwenza fuq il-ġestjoni tal-fondazzjoni (Trennungsprinzip). Il-Ġermanja tenfasizza b’mod partikolari li l-att kostituttiv ma jipprovdix lil RZB id-dritt li japprova d-deċiżjoni ta’ Raetia (Zustimmungsvorbehalte), u lanqas ma jagħti lil RZB is-setgħa li joħroġ struzzjonijiet (Weisungsrechte) lil Raetia. Minn dan jirriżulta li l-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia jopera b’mod ħieles għalkollox mill-fundatur. Ma hemm l-ebda influwenza indiretta, pereżempju permezz ta’ dritt li jitneħħa l-bord ta’ tmexxija tal-fondazzjoni. L-indipendenza tal-bord ta’ tmexxija tal-fondazzjoni mill-fundatur hija espressament stabbilita fl-att kostituttiv. Il-Ġermanja tinnota li RZB lanqas biss eżerċita l-possibbiltà legali li jirriserva għalih innifsu dritt ta’ kanċellazzjoni (Widrufsrecht, jiġifieri l-possibbiltà li jirrevoka l-fondazzjoni). Peress li d-dritt ta’ RZB għal emenda (tal-att ta’ fondazzjoni) previst fl-att kostituttiv jista’ jiġi invokat biss b’mod eċċezzjonali, il-fundatur ma jistax jopponi deċiżjonijiet li jmorru kontra l-interessi tiegħu. Kwalunkwe bidla li tipprovdi influwenza diretta jew indiretta ta’ RZB fuq Raetia hija espressament eskluża. |
3.3.4.2.
|
(69) |
Il-Ġermanja tiddikjara wkoll li la Abalon DE, la Raetia, u lanqas kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha ma hija assoċjata ma’ RZB skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME (27) permezz ta’ “rabtiet permezz ta’ persuna/i fiżika/fiżiċi li jaġixxu b’mod konġunt”. Il-Ġermanja tirrikonoxxi li, skont il-ġurisprudenza, l-intrapriżi li formalment ma għandhomx waħda jew l-oħra mir-relazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu tal-ASME hawn fuq, iżda li, “madankollu jikkostitwixxu, minħabba r-rwol assunt minn persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien, entità ekonomika waħda, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi marbuta fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, peress li huma jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom jew parti mill-attivitajiet tagħhom fl-istess suq jew fi swieq adjaċenti” (28). |
|
(70) |
Madankollu, il-Ġermanja tqis li l-kriterji stabbiliti fis-sentenza HaTeFo dwar il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda ma humiex issodisfati minħabba li RZB ma huwiex attiv fl-istess suq (jew f’suq adjaċenti) bħal Abalon DE, Abalon Consulting, Abalon AT, Gafluna, Valluga u Raetia. Il-fatt li RZB ta self u garanziji lil kumpaniji attivi fis-suq tal-injam ma jfissirx li RZB nnifsu hu attiv f’dak is-suq. Għaldaqstant, din il-kundizzjoni tal-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME ma hijiex issodisfata. |
|
(71) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li ma hemm l-ebda “entità ekonomika unika” minħabba li ma hemm l-ebda relazzjoni bejn il-persunal ta’ RZB u l-persunal ta’ Abalon DE/Gafluna/Raetia li tippermettilhom jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-intrapriżi kkonċernati. Għall-istess raġunijiet, l-istess konklużjoni tintlaħaq anke fuq il-bażi tad-definizzjoni ta’ kontroll stabbilita fil-paragrafu 16 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (29) (“l-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat”). |
|
(72) |
Fil-fehma tal-Ġermanja, iċ-ċirkostanza li xi wħud mill-entitajiet involuti għandhom il-post tan-negozju tagħhom fl-istess indirizz ma tagħtix prova tal-eżistenza ta’ relazzjonijiet bejn tali entitajiet jew kwalunkwe possibbiltà li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet kummerċjali. |
3.3.5. Żvantaġġi tipiċi ta’ SME
|
(73) |
Il-Ġermanja ssostni li l-prova tal-eżistenza ta’ żvantaġġi tipiċi ta’ SME mhux dejjem tkun meħtieġa għal kwalifika bħala SME f’każijiet fejn jiġu ssodisfati l-kriterji formali tal-ASME. Għalhekk, f’dan il-każ ma hemmx bżonn li jiġi ppruvat li Abalon DE ffaċċjat żvantaġġi tipiċi ta’ SME. Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja ssostni li Abalon DE kienet qed tbati mill-iżvantaġġi tipiċi li jaffettwaw lill-SMEs, u ssostni li, mingħajr iż-żewġ garanziji mogħtija, l-aċċess għall-finanzjament ma kienx ikun sigur, li huwa tipiku tal-SMEs. Fil-fehma tal-Ġermanja, mingħajr iż-żewġ garanziji, Abalon DE ma kinitx tiġi inkorporata. Barra minn hekk, l-ilmentatur innifsu enfasizza s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta’ Abalon DE fl-2006. |
3.4. Sottomissjonijiet ulterjuri tal-Ġermanja
3.4.1. Klassifikazzjonijiet assenjati lil Abalon DE mit-tliet banek tas-self
|
(74) |
Il-Ġermanja bagħtet ukoll il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu assenjati lil Abalon DE mit-tliet banek tas-self (ara l-premessa 19 hawn fuq) u pprovdiet spjegazzjonijiet dwar dawn il-klassifikazzjonijiet. F’ittra lill-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2017, Raffeisenbank International (“RBI”, is-suċċessur legali ta’ RZB mill-2010) jindika li l-evalwazzjoni tiegħu (riskju ta’ kreditu ta’ Abalon DE) f’dak iż-żmien kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq il-prospetti ta’ tkabbir tas-suq tal-injam, l-aċċess eċċellenti għall-materja prima f’Hessen, ir-rotot qosra tat-trasport, l-għotjiet ta’ investiment u l-garanziji li għandhom jiġu pprovduti mil-Land ta’ Hessen. |
|
(75) |
Fil-fehma tal-Ġermanja, il-fatt li Abalon DE ġiet ikklassifikata fuq bażi awtonoma huwa indikazzjoni oħra kontra kwalunkwe rabta ma’ RZB. |
3.4.2. Relazzjonijiet personali bejn RZB u Raetia
|
(76) |
Fir-rigward tal-kwistjoni tar-relazzjonijiet personali bejn RZB u Raetia, il-Ġermanja tiddikjara li l-uniċi membri tal-bord ta’ tmexxija bi tliet persuni ta’ Raetia bejn l-2001 u tmiem l-2015 kienu Karl Pistotnik, Ernst Burger u Kurt Engleitner, u li l-ebda wieħed minnhom ma kien qatt impjegat jew membru ta’ korp eżekuttiv ta’ RZB. |
|
(77) |
Il-Ġermanja tiddikjara wkoll li (i) sas-6 ta’ Diċembru 2017, Abalon DE (inkluż id-direttur maniġerjali tagħha Manfred Reinkemeier) ma kellha l-ebda kuntatt ma’ xi wieħed mill-membri tal-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia, (ii) meta ngħatat il-garanzija, id-direttur maniġerjali ta’ Abalon DE ma kienx jaf li Raetia kienet teżisti, (iii) Manfred Reinkemeier sar jaf b’Raetia biss permezz tal-proċedimenti mibdija minn Pollmeier, u (iv) l-istruttura tas-sjieda ta’ Gafluna ma kienet ta’ ebda interess għal Abalon DE u ma kellha l-ebda effett fuqha. |
|
(78) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika li RZB qatt ma ta struzzjonijiet lid-direttur maniġerjali ta’ Abalon DE, li RZB ma għandu l-ebda għarfien espert dwar is-suq tal-injam iebes, u li ma teżisti l-ebda rabta legali ta’ kwalunkwe tip bejn Abalon DE u RZB li tippermetti lil RZB kwalunkwe azzjoni lil hinn mill-funzjoni tiegħu bħala l-bank ewlieni ta’ Abalon DE (Hausbank). |
|
(79) |
Il-Ġermanja bagħtet ukoll informazzjoni miksuba minn RBI li telenka l-membri tal-maniġment ta’ RZB fl-2006 biex turi li ma kien hemm l-ebda trikkib mat-tliet membri tal-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia. |
3.4.3. Dikjarazzjonijiet minn Gafluna u Raetia
|
(80) |
Gafluna ppreżentat dikjarazzjonijiet f’isimha stess (im eigenen Namen) u b’ordni (im Auftrag) ta’ Raetia. |
|
(81) |
Gafluna tiddikjara li, skont l-att kostituttiv ta’ Raetia, il-benefiċjarji ta’ Raetia huma dawk l-intrapriżi li fihom Raetia direttament jew indirettament iżżomm jew takkwista ishma. |
|
(82) |
Skont Gafluna u Raetia, l-uniċi servizzi li RZB Group ipprovda lil Raetia, Valluga jew Gafluna kienu jikkonsistu f’appoġġ legali għall-istabbiliment ta’ Raetia, Gafluna u Valluga u servizzi ta’ ġestjoni tal-kontijiet (Kontoführung) għal Raetia. Barra minn hekk, Valluga kellha u Gafluna għad għandha (mill-istabbiliment tagħha) kont ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament (Zahlungsverkehrskonto) f’Kathreinbank (sussidjarja sħiħa ta’ RZB). |
|
(83) |
Skont id-dikjarazzjonijiet ta’ Gafluna u ta’ Raetia, Raetia ma pprovdiet l-ebda servizz lill-intrapriżi ta’ RZB Group. Raetia qatt ma kkomunikat mal-intrapriżi ta’ RZB Group dwar l-istrateġija jew l-orjentazzjoni tagħha u qatt ma kienet taħt kontroll fattwali minn intrapriżi terzi. |
3.4.4. Dikjarazzjonijiet minn RBI
|
(84) |
RBI, bħala s-suċċessur legali ta’ RZB, informa li RZB waqqaf lil Raetia fl-2001 bħala l-uniku fundatur, u pprovda EUR 300 000 mill-assi tiegħu stess. RZB għażel u ħatar l-ewwel bord ta’ tmexxija ta’ Raetia (Ernst Burger, Kurt Engleitner u Karl Pistotnik). Wieħed mill-għanijiet ġenerali tal-fondazzjoni (Stiftungszweck) huwa li tippromwovi l-ekonomija Awstrijaka, b’mod partikolari billi żżomm u tappoġġa l-kompetittività tal-kumpaniji Awstrijaċi permezz tal-akkwist ta’ ishma ta’ kumpaniji f’diffikultajiet finanzjarji jew il-provvista ta’ kapital ta’ riskju. (30) B’mod aktar preċiż, RBI kkonferma li Raetia nħolqot biex tiffaċilita r-ristrutturar tal-klijenti ta’ RZB li kienu f’diffikultà permezz ta’ parteċipazzjoni azzjonarja indiretta minn Raetia f’dawn l-intrapriżi. Abbażi ta’ dan l-approċċ, ma kienx hemm bżonn li RZB jixtri hu stess ishma tal-klijenti tiegħu f’diffikultà. |
|
(85) |
Matul il-proċess tal-inkorporazzjoni, RZB ipprovda servizzi lil Raetia, bħal assistenza legali u fiskali, l-abbozzar tal-att tal-fondazzjoni, u r-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kumpaniji. Skont l-għarfien ta’ RBI, l-ebda intrapriża oħra minn RZB Group (inkluż Kathreinbank) ma kienet involuta fil-proċess tal-inkorporazzjoni ta’ Raetia. Ingħatat aktar assistenza legali għall-ħolqien ta’ Valluga u Gafluna. |
|
(86) |
RBI jikkonferma li, fiż-żmien li ngħataw iż-żewġ garanziji, il-persuni li ġejjin kellhom il-pożizzjonijiet li ġejjin fi ħdan RZB u s-sussidjarji tiegħu:
|
|
(87) |
RBI pprovda listi ta’ self li RZB/RBI kien ta lil Abalon AT (ammonti totali ta’ mill-inqas EUR 21 miljun mill-2003) u lil Abalon DE (mill-inqas iż-żewġ selfiet imsemmija fil-premessa 18, u tal-kollateral kollu riċevut f’dan il-kuntest. |
|
(88) |
RBI indika wkoll li fl-2003 u fl-2007 Gafluna kienet ħarġet ishma mingħajr vot (Substanzgenussrechte) fl-ammont ta’ EUR 4,99 miljun sabiex tiġbor il-kapital. Il-Ġermanja tiċċara li dawn l-ishma mingħajr vot kienu nxtraw kompletament f’sistema f’żewġ stadji mis-sussidjarja sħiħa indiretta ta’ RZB, Abies Handels- und Beteiligungsgesellschaft mbH (“Abies”). (31) Dan ix-xiri kien ġie ffinanzjat permezz ta’ għotja indiretta mill-azzjonisti (indirekter Gesellschafterzuschuss) mogħtija minn RZB lis-sussidjarja tiegħu Abies. RBI jispjega li l-ishma mingħajr vot maħruġa minn Gafluna jintitolaw lix-xerrejja tagħhom biex jiksbu informazzjoni u jipparteċipaw fil-profitti, iżda ma jagħtu l-ebda dritt parteċipattiv/ta’ influwenza. Għalhekk, RBI huwa tal-fehma li x-xiri ta’ dawn l-ishma ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu tal-ASME. |
|
(89) |
RBI jafferma li ma kellu l-ebda għarfien ta’ xi komunikazzjoni bejn l-entitajiet ta’ RZB Group u Raetia dwar l-istrateġija ġenerali ta’ Raetia (ara wkoll id-dikjarazzjonijiet fil-premessa 83). RBI jenfasizza li Raetia kienet kompletament indipendenti fid-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha. Dan jafferma wkoll li RZB/RBI – jew is-sussidjarji tiegħu – ma eżerċitawx kontroll fattwali fuq Raetia. Tali kontroll kien ikun illegali skont id-dritt tal-fondazzjoni Awstrijak li kien jirrikjedi li l-bord ta’ tmexxija tal-fondazzjoni jxejjen kull tentattiv li tiġi eżerċitata influwenza min-naħa tal-fundatur (RZB) fuq l-attivitajiet tal-fondazzjoni. |
3.4.5. Dikjarazzjoni minn Abalon DE
|
(90) |
Il-Ġermanja pprovdiet ukoll dikjarazzjoni minn Abalon DE, li tenfasizza li RZB ma influwenza l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha. Barra minn hekk, Abalon DE ssemmi li sofriet żvantaġġi tipiċi ta’ SME, minħabba s-suq kompetittiv, u b’mod partikolari tentattivi ta’ teħid ta’ kontroll minn Pollmeier. |
3.4.6. Dikjarazzjonijiet dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna
|
(91) |
Fis-sottomissjonijiet ulterjuri tagħha tat-8 ta’ Frar 2023, il-Ġermanja ttenni li, il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fiż-żewġ garanziji inkwistjoni bl-użu tal-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 (ara l-premessa 43 hawn fuq) ma kienx possibbli. Dan ikun jeħtieġ li tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax tas-suq ta’ self ekwivalenti lil Abalon DE mingħajr il-garanziji tal-Istat, filwaqt li, skont il-Ġermanja, KSK ma setax jagħmel dikjarazzjoni dwar din il-kwistjoni f’dan l-istadju minħabba li replika tal-parametri kollha rilevanti għad-deċiżjoni ma kinitx possibbli minħabba li kien għadda ħafna żmien, 17-il sena din is-sena mill-għoti taż-żewġ garanziji. F’dan l-isfond, il-Ġermanja tiddikjara li ma setgħetx tipprovdi informazzjoni, minkejja l-isforzi u r-riċerka kollha li saru. Il-Ġermanja żżid li, peress li għadhom iqisu li kellu jintuża l-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000, ma kienx meħtieġ kalkolu skont il-metodu msemmi fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż. |
|
(92) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tagħmel dikjarazzjoni simili fir-rigward tal-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fiż-żewġ garanziji inkwistjoni bl-użu tal-metodu msemmi fil-punt 4.2, l-ewwel paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 (“id-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz effettivament imħallas”). Il-Ġermanja tispjega wkoll li, bħala konsegwenza, ma setgħetx tikkummenta dwar il-kalkoli li saru mill-Kummissjoni (u abbażi tal-metodu msemmi fil-punt 4.2, l-ewwel paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008) minħabba d-distakk kbir ta’ żmien bejn l-għoti tal-garanziji u t-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni. |
|
(93) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tqis li l-probabbiltà ta’ inadempjenza kkalkulata minn RZB (0,832 %, il-premessa 19 kellha tiġi kkunsidrata peress li ma kien hemm l-ebda rabta bejn RZB u Abalon DE. Il-Ġermanja ssostni wkoll li, anke li kieku kien hemm rabta bħal din, din kellha titqies fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Abalon DE u kienet tirriżulta fi probabbiltà aktar baxxa ta’ inadempjenza (peress li Abalon DE tibbenefika mis-saħħa finanzjarja ogħla ta’ grupp inkluż RZB). |
|
(94) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettew informazzjoni preċiża dwar ir-rata effettiva tal-imgħax (inklużi t-tariffi kollha, speċjalment it-tariffi tal-ipproċessar u tas-sindakazzjoni) li l-banek talbu lil Abalon DE għas-self ta’ investiment. |
4. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(95) |
F’deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni normalment tivvaluta l-ewwel l-eżistenza tal-għajnuna, imbagħad il-legalità tagħha u fl-aħħar nett il-kompatibbiltà tagħha. Madankollu, peress li l-kwistjoni dwar jekk Abalon DE tikkwalifikax bħala SME hija rilevanti għal dawn il-passi kollha ta’ valutazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk Abalon DE kinitx tikkostitwixxi SME fiż-żmien tal-għoti taż-żewġ garanziji fl-2006. |
4.1. Status ta’ SME
|
(96) |
Fin-notifika tagħha tas-6 ta’ Settembru 2007, il-Ġermanja ma invokatx b’mod espliċitu status ta’ SME għal Abalon DE. Il-Ġermanja invokat status ta’ SME biss fis-sottomissjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2016 (il-premessa 40, wara li l-Qorti Ġenerali kienet annullat id-Deċiżjoni tal-2008. |
4.1.1. Il-kriterji tal-SMEs stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni SME
|
(97) |
Il-kriterji biex jiġi stabbilit jekk intrapriża tikkostitwix SME huma stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni SME, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret b’mod partikolari li “r-Rakkomandazzjoni SME tiġi interpretata billi jittieħed kont tar-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni tagħha” (32) u ddeċidiet li “kif jirriżulta mill-premessi 9 u 12 kif ukoll mill-Artikolu 1(1) ta’ din ir-rakkomandazzjoni, din tal-aħħar hija intiża li tadotta definizzjoni tal-SMEs użata fil-politiki tal-Unjoni applikati fi ħdan l-Unjoni u ż-ŻEE li tieħu inkunsiderazzjoni r-realtà ekonomika ta’ dawn l-impriżi sabiex teskludi minn din il-klassifikazzjoni l-gruppi ta’ impriżi li s-setgħa ekonomika tagħhom teċċedi dik ta’ SME u b’hekk tirriżerva għall-impriżi li jkollhom realment bżonn il-vantaġġi li jirriżultaw għall-SMEs minn diversi leġiżlazzjonijiet jew miżuri favur tagħhom” (33). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li “[…]l-vantaġġi mogħtija lil SME jikkostitwixxu, ħafna drabi, eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali, bħal pereżempju fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, b’tali mod li d-definizzjoni ta’ SME għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni stretta” (34). |
|
(98) |
Skont l-Artikolu 2(1) tal-ASME, “il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun”. |
|
(99) |
L-Artikolu 3 tal-ASME jipprevedi t-tipi ta’ intrapriżi kkunsidrati meta jiġu kkalkolati n-numri tal-persunal u l-ammonti finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 2(1) tal-ASME. |
|
(100) |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-ASME, intrapriża tikkwalifika bħala intrapriża awtonoma (sabiex jitqiesu biss l-ammonti finanzjarji u l-għadd tal-persunal tagħha stess biex jiġu vvalutati l-limiti tal-Artikolu 2 tal-ASME) jekk ma tkunx ikklassifikata bħala intrapriża sieħba skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-ASME jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. |
|
(101) |
Skont l-Artikolu 3(2) tal-ASME, intrapriżi sieħba huma “l-intrapriżi kollha mhux ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-[Artikolu 3(3) tal-ASME] u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) tkun id-detentriċi, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-[Artikolu 3(3) tal-ASME], ta’ 25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream)”. |
|
(102) |
L-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu tal-ASME jidentifika bħala intrapriżi assoċjati “intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
|
|
(103) |
L-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME jżid li “intrapriżi li għandhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu involuti fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.” Fis-sentenza HaTeFo, dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din id-dispożizzjoni “għand[ha] [t]iġi interpretat[a] fis-sens li impriżi jistgħu jitqiesu bħala “marbuta” fis-sens ta’ dan l-artikolu, meta mill-analiżi tar-relazzjonijiet kemm legali kif ukoll ekonomiċi fformati bejniethom, ikun jirriżulta li huma jikkostitwixxu, permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien, entità ekonomika waħda, anke jekk dawn ma jkollhomx formalment waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) ta’ dan l-Anness. Huma meqjusa li jaġixxu flimkien fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(3) ta’ dan l-Anness, il-persuni fiżiċi li jikkoordinaw flimkien bil-għan li jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ intrapriżi kkonċernati li teskludi li dawn l-intrapriżi jistgħu jitqiesu bħala ekonomikament indipendenti minn xulxin. It-twettiq ta’ din il-kundizzjoni jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-kawża u ma hijiex neċessarjament suġġetta għall-eżistenza ta’ relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawk il-persuni, u lanqas għall-konstatazzjoni tal-intenzjoni tagħhom li jevitaw id-definizzjoni ta’ SME fis-sens ta’ din ir-rakkomandazzjoni.” (35) |
|
(104) |
Fl-aħħar nett, biex jiġi stabbilit jekk, għall-intrapriżi mhux awtonomi, inqabżux il-limiti rilevanti tal-għadd tal-persunal, tal-fatturat jew tal-karta bilanċjali, l-Artikoli 6(2) u (3) tal-ASME jipprevedu li d-data rilevanti għall-intrapriżi sħab (aggregazzjoni proporzjonali) u għall-intrapriżi assoċjati (aggregazzjoni sħiħa) tiżdied ma’ dik tal-intrapriżi taħt skrutinju. |
4.1.2. Valutazzjoni
|
(105) |
Il-Kummissjoni taċċetta li, kif muri mir-rapport ta’ Hollstein (il-premessa 40, fid-data tal-għoti taż-żewġ garanziji, Abalon DE, fiha nnifisha jew flimkien ma’ Raetia, Abalon Consulting, Valluga, Gafluna u Abalon AT, baqgħet taħt il-limiti tal-għadd tal-persunal, tal-fatturat u tal-karta bilanċjali rilevanti tal-ASME u għalhekk tikkwalifika bħala SME. |
|
(106) |
Min-naħa l-oħra, Abalon DE ma tistax tikkwalifika bħala SME jekk RZB jitqies bħala intrapriża assoċjata jew sieħba skont it-tifsira tal-ASME. Tabilħaqq, RZB innifsu ma ssodisfax il-kriterji tal-SMEs peress li l-għadd tal-persunal tiegħu (55 000 fl-2006) u l-karta tal-bilanċ annwali (EUR 115-il biljun fl-2006) (il-premessa 65) qabżu l-limiti rispettivi ta’ 250 impjegat u/jew EUR 43 miljun tal-karta tal-bilanċ annwali (36). |
|
(107) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk Abalon DE tistax titqies bħala SME, huwa għalhekk essenzjali li tiġi vvalutata r-relazzjoni bejn Abalon DE u RZB. Għal dak il-għan, fid-dawl tal-istruttura ppreżentata hawn fuq (il-premessa 26, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta suċċessivament ir-relazzjoni bejn Abalon DE u Gafluna (it-Taqsima 4.1.2.1), ir-relazzjoni bejn Gafluna, Abalon AT, Valluga u Raetia (it-Taqsima 4.1.2.2) u, fl-aħħar nett, ir-relazzjoni bejn dawk l-erba’ kumpaniji u RZB (it-Taqsima 4.1.2.3). |
|
(108) |
Il-Kummissjoni tinnota b’mod preliminari li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-Ġermanja (il-premessa 66), l-argumenti ta’ Pollmeier dwar l-eżistenza ta’ tali rabtiet ma jistgħux jiġu miċħuda sempliċement minħabba li tqajmu matul il-fażi ta’ investigazzjoni formali, u mhux fl-ilment inizjali. Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (37) (“ir-Regolament Proċedurali”), “kull parti interessata tista’ tissottometti kummenti [...] wara li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. [...]”. Il-Kummissjoni tqis li dak id-dritt jeżisti irrispettivament minn jekk parti tkunx issottomettiet ilment jew informazzjoni dwar is-suq qabel, u li dak id-dritt u l-ambitu u l-kontenut tal-kummenti li parti tista’ tissottometti fl-investigazzjoni formali ma jkunux ristretti minn pożizzjonijiet meħuda fi kwalunkwe lment jew informazzjoni dwar is-suq preċedenti. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni, għall-valutazzjoni tal-miżura tal-għajnuna, trid tivvaluta jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jistax jitqies bħala SME u għal dak il-għan trid tqis l-elementi kollha li huma rilevanti għal tali valutazzjoni. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-Ġermanja (il-premessa 64), id-Deċiżjoni tal-2008 ma tistax titqies bħala legalment vinkolanti peress li kienet tikkonkludi li Gafluna, Abalon DE, Valluga u Raetia kienu biss intrapriżi sieħba. L-ewwel nett, dik id-Deċiżjoni ġiet annullata mill-Qorti fis-sentenza tal-2015. It-tieni, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2008, il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk Abalon DE kinitx tikkwalifika bħala SME fiż-żmien tal-għoti taż-żewġ garanziji, iżda vvalutat biss jekk id-diffikultà finanzjarja ta’ Abalon AT setgħetx twassal għall-konklużjoni li Abalon DE kellha titqies bħala intrapriża f’diffikultà, li l-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx fid-dawl tan-nuqqas ta’ rabta finanzjarja (38). Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-2008 ma tista’ tippreġudika l-ebda valutazzjoni tal-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE. |
4.1.2.1.
|
(110) |
Il-Kummissjoni teżamina jekk Gafluna tikkwalifikax bħala “intrapriża assoċjata” ta’ Abalon DE skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni tinnota li Gafluna kellha 49 % tal-ishma ta’ Abalon DE fl-2006 (51 % kienu miżmuma minn Abalon Consulting li hija proprjetà sħiħa ta’ Manfred Reinkemeier). Din il-parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja tirriżulta f’minoranza ta’ drittijiet tal-vot fl-assemblea tal-azzjonisti skont l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE. Għalhekk, ir-relazzjoni bejn Abalon DE u Gafluna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-ASME. |
|
(112) |
F’konformità mal-Artikolu 5(2) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE, iż-żewġ azzjonisti (Gafluna u Abalon Consulting) għandhom id-dritt li jaħtru direttur maniġerjali wieħed kull wieħed u li jneħħu lil dik il-persuna minn dik il-funzjoni. Peress li Gafluna tista’ taħtar jew tneħħi biss wieħed minn żewġ diretturi maniġerjali, hija ma għandhiex id-dritt imsemmi fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-ASME, li taħtar jew tneħħi maġġoranza tad-diretturi maniġerjali. Diretturi maniġerjali addizzjonali jistgħu jinħatru biss mill-assemblea ġenerali, li fiha Gafluna ma għandha l-ebda maġġoranza tad-drittijiet tal-vot (ara hawn fuq, il-premessa 111). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-relazzjoni bejn Abalon DE u Gafluna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-ASME. |
|
(113) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tivvaluta dritt possibbli li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont ftehim illi jkun intlaħaq ma’ dik l-intrapriża jew skont klawżola fil-memorandum jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tal-ASME. Sabiex tistabbilixxi jekk tiġix eżerċitata influwenza dominanti, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti fil-kuntest tar-Rakkomandazzjoni SME. Fis-sentenza HaTeFo, il-Qorti ddeċidiet li “[…]l-kundizzjoni li l-persuni fiżiċi jaġixxu flimkien tkun issodisfatta meta dawn il-persuni jikkoordinaw bejniethom bil-għan li jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ impriżi kkonċernati, li teskludi li dawn l-impriżi jistgħu jitqiesu li huma ekonomikament indipendenti waħda mill-oħra.” (39). |
|
(114) |
Huwa utli wkoll li ssir referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti fil-kuntest tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (40), li tirreferi wkoll għal eżerċizzju ta’ “influwenza deċiżiva” u hija marbuta mal-kunċett ta’ “entità ekonomika unika” (41) użat mill-Qorti fl-interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni SME (42). F’dan il-kuntest, il-Qorti ddeċidiet, filwaqt li rreferiet għall-Avviż Ġuriżdizzjonali tal-Kummissjoni (43), li influwenza deċiżiva timplika “[…]s-setgħa li jiġu mblukkati azzjonijiet li jiddeterminaw l-imġiba kummerċjali strateġika ta’ impriża. Għalhekk, il-kontroll konġunt jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim minħabba s-setgħa ta’ żewġ impriżi jew aktar li jirrifjutaw deċiżjonijiet strateġiċi proposti. Għalhekk, dawn l-azzjonisti għandhom jilħqu ftehim komuni fid-determinazzjoni tal-politika kummerċjali tal-impriża konġunta [...] [u li] huma meħtieġa jikkooperaw” (44) . |
|
(115) |
F’dan il-każ, kif imsemmi fil-premessa 112, iż-żewġ azzjonisti ta’ Abalon DE għandhom id-dritt li jaħtru jew ineħħu direttur maniġerjali wieħed. Għalkemm Gafluna ma għamlitx użu minn dan id-dritt, Gafluna setgħet timblokka d-deċiżjonijiet maniġerjali ta’ Abalon DE, li kieku ħatret it-tieni direttur maniġerjali, minbarra Manfred Reinkemeier, li nħatar minn Abalon Consulting. F’dak il-każ, iż-żewġ diretturi maniġerjali jirrappreżentaw kollettivament lil Abalon DE u jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, sakemm maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi tal-ishma/voti ma tkunx fdat lil wieħed minnhom biss b’dik is-setgħa (45). Madankollu, tali maġġoranza ta’ żewġ terzi ma tistax tintlaħaq kontra Gafluna, li għandha 49 % tal-ishma. Bl-istess mod, l-assemblea tal-azzjonisti tista’ taħtar jew tneħħi diretturi maniġerjali addizzjonali biss b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. B’konsegwenza ta’ dan, Gafluna setgħet imblukkat id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u għalhekk, minħabba l-ugwaljanza tad-drittijiet bejn Gafluna u Abalon Consulting, jenħtieġ li jiġi konkluż li Gafluna tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq Abalon DE. Il-fatt li Gafluna ma għamlitx użu minn dan id-dritt ma jikkontestax din il-konklużjoni peress li l-influwenza dominanti ma għandhiex għalfejn tiġi eżerċitata, iżda huwa biss id-dritt li tiġi eżerċitata influwenza dominanti mogħti mill-istatut ta’ assoċjazzjoni li huwa importanti skont l-ASME. |
|
(116) |
Barra minn hekk, l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE jipprevedi l-hekk imsejjaħ “Beirat” (bord ta’ tmexxija assoċjat) ta’ żewġ sa erba’ membri, li għandu jinħatar minn Gafluna u Abalon Consulting f’partijiet ugwali, jekk ikun jikkonsisti minn żewġ jew erba’ membri (46). F’każ li l-Beirat ikun magħmul minn tliet membri, Gafluna u Abalon Consulting kull wieħed jaħtru membru wieħed b’mod indipendenti; it-tielet membru jinħatar b’kunsens reċiproku bejn iż-żewġ azzjonisti. Dan il-Beirat għandu jimmonitorja u jagħti pariri lill-maniġment; l-approvazzjoni unanima tiegħu hija meħtieġa għal ċerti tranżazzjonijiet jew deċiżjonijiet kummerċjali (il-Beirat jiddeċiedi liema tranżazzjonijiet jew deċiżjonijiet jeħtieġu l-approvazzjoni tiegħu stess, sabiex ikun jista’ pereżempju jiddeċiedi li t-tranżazzjonijiet strateġiċi kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tiegħu) (47). Skont il-Ġermanja, mill-inkorporazzjoni ta’ Abalon DE sal-2014, il-Beirat tal-kumpanija kellu żewġ membri, wieħed maħtur minn Gafluna u wieħed maħtur minn Abalon Consulting. Dan juri wkoll li Gafluna eżerċitat influwenza dominanti fuq Abalon DE. |
|
(117) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, fl-2006 Gafluna setgħet teżerċita influwenza dominanti fuq Abalon DE; dan jirriżulta mill-kontroll konġunt ta’ Gafluna fuq Abalon DE, permezz tal-ħatra ta’ maniġment superjuri u drittijiet ta’ veto fuq deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-politika kummerċjali ta’ Abalon DE. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Gafluna u Abalon DE huma intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) tal-ASME. |
|
(118) |
Din il-konklużjoni hija msaħħa minn valutazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME li tiffoka fuq ir-relazzjonijiet permezz ta’ persuna fiżika. F’dan ir-rigward, il-punt 37 tas-sentenza HaTeFo jfakkar ir-rilevanza tar-rabtiet personali permezz tal-ġestjoni simultanja tal-intrapriżi. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien tal-għoti tal-garanziji fl-2006, kien hemm trikkib fil-ġestjoni ta’ Abalon DE u Abalon AT (li 80 % tagħha kienet ta’ Gafluna) peress li ż-żewġ kumpaniji kellhom lil Manfred Reinkemeier bħala direttur maniġerjali. Jekk ikun iddeċieda kontra r-rieda ta’ Gafluna fi kwistjonijiet ta’ Abalon DE (li 49 % biss tal-ishma tagħha huma ta’ Gafluna), Manfred Reinkemeier ikollu jibża’ minn żvantaġġi fil-pożizzjoni tiegħu bħala direttur maniġerjali ta’ Abalon AT (li Gafluna għandha 80 % tal-ishma tagħha). Fil-prattika, dawn il-kumpaniji, it-tnejn li huma kkontrollati minn Gafluna u t-tnejn li huma attivi fl-istess suq tal-injam iebes, jistgħu għalhekk jitqiesu bħala assoċjati, permezz ta’ Manfred Reinkemeier. Fid-dawl tar-rabta kapitali ta’ 80 % bejn Gafluna u Abalon AT, Abalon DE u Gafluna għandhom jitqiesu wkoll bħala assoċjati. |
|
(120) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Abalon DE u Gafluna huma intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. |
4.1.2.2.
|
(121) |
Fl-2006 (fiż-żmien tal-għoti), Raetia kellha 100 % ta’ Valluga. Min-naħa tagħha, Valluga kellha 100 % ta’ Gafluna, li hija stess kellha 80 % ta’ Abalon AT. Fid-dawl ta’ dawk il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti, l-erba’ entitajiet kollha jikkwalifikaw bħala “intrapriżi assoċjati” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-ASME. |
4.1.2.3.
4.1.2.3.1. Rabta diretta bejn RZB u Raetia
|
(122) |
Raetia hija fondazzjoni (Privatstiftung) stabbilita skont il-liġi Awstrijaka, jiġifieri l-Att Federali dwar il-Fondazzjonijiet Privati (48). RZB stabbilixxa lil Raetia b’kapital inizjali ta’ fondazzjoni ta’ EUR 300 000. Ir-relazzjoni bejn RZB bħala l-fundatur u Raetia bħala l-fondazzjoni hija rregolata mill-Att Federali dwar il-Fondazzjoni Privata u mill-att tal-fondazzjoni rilevanti (49). Skont l-Artikolu 3(a) ta’ dak l-att, wieħed mill-għanijiet ta’ Raetia huwa “l-promozzjoni tal-ekonomija tal-Awstrija, b’mod partikolari billi tinżamm u tiġi appoġġata l-kompetittività tal-kumpaniji Awstrijaċi permezz tal-akkwist ta’ ishma ta’ kumpaniji f’diffikultajiet finanzjarji jew il-provvista ta’ kapital ta’ riskju” (il-premessa 84). |
|
(123) |
Il-Kummissjoni tinnota li, skont ir-rapport ta’ Csoklich, skont il-liġi Awstrijaka, il-fondazzjonijiet huma kkunsidrati bħala personalitajiet legali fil-prinċipju indipendenti mill-fundatur tagħhom u li l-fundatur ġeneralment ma għandu l-ebda dritt fil-konfront tal-fondazzjoni, il-korpi tagħha, u lanqas l-assi tal-fondazzjoni (l-hekk imsejjaħ prinċipju ta’ separazzjoni (Trennungsprinzip), ara l-premessi 67 u 68. Madankollu, il-Kummissjoni tivvaluta r-rabtiet bejn il-fondazzjoni u l-fundatur tagħha mal-ASME u l-ġurisprudenza relatata tal-Qrati tal-Unjoni, mhux mal-liġi Awstrijaka. |
|
(124) |
F’konformità mal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-ASME, l-assenjazzjoni tad-drittijiet ta’ ħatra tindika li żewġ intrapriżi huma assoċjati. L-att kostituttiv ta’ Raetia joħloq bord governattiv tal-fondazzjoni, magħmul minn tliet membri (50). Il-fondazzjoni hija legalment irrappreżentata b’mod konġunt (gemeinsame Vertretung) minn żewġ membri ta’ dan il-bord, filwaqt li t-tliet membri tal-bord biss b’mod konġunt huma intitolati li jimmaniġġjaw in-negozju tal-fondazzjoni (gemeinschaftliche Geschäftsführung) (51). Skont l-att kostituttiv (52), RZB bħala fundatur ħatar l-ewwel bord ta’ tmexxija (Walger, Kurt Engleitner u Karl Pistotnik) għal perjodu ta’ żmien mhux limitat. Il-membri sussegwenti jistgħu jinħatru b’deċiżjoni unanima tal-bord ta’ tmexxija tal-fondazzjoni stess (53). Sa mill-inqas l-2006, il-kompożizzjoni tal-bord ta’ tmexxija tal-fondazzjoni baqgħet l-istess. |
|
(125) |
Għalhekk, meta ż-żewġ garanziji nħarġu fl-2006, il-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia kien magħmul esklużivament minn persuni maħtura minn RZB. Peress li RZB kien intitolat jaħtar u ħatar il-membri inizjali kollha tal-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia responsabbli għall-ġestjoni tan-negozju tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li RZB u Raetia huma intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-ASME. |
4.1.2.3.2. Rabtiet indiretti bejn RZB u xi wħud mill-entitajiet assoċjati ma’ Raetia permezz ta’ Kathreinbank (sussidjarju ta’ RZB)
|
(126) |
Il-konklużjoni li RZB u Raetia huma intrapriżi assoċjati abbażi tar-rabtiet diretti tagħhom hija msaħħa mir-rabtiet indiretti bejn RZB u xi wħud mill-entitajiet assoċjati ma’ Raetia permezz ta’ Kathreinbank. |
|
(127) |
Kathreinbank huwa sussidjarju sħiħ ta’ RZB u għalhekk huwa assoċjat ma’ RZB skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-ASME. Għalkemm ma kien hemm l-ebda rabta azzjonarja jew dritt tal-vot bejn Kathreinbank u l-entitajiet assoċjati ma’ Raetia fl-2006, hemm rabtiet personali bejniethom li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-kwalifika bħala SME (il-premessa 103). |
|
(128) |
B’mod partikolari, RBI, is-suċċessur legali ta’ RZB, ikkonferma li kien hemm ċertu trikkib ta’ persunal fil-korpi maniġerjali u superviżorji ta’ Raetia u Kathreinbank meta nħarġu ż-żewġ garanziji fl-2006. Dak iż-żmien, il-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia kien magħmul minn Ernst Burger, Kurt Engleitner u Karl Pistotnik. Dak iż-żmien, Ernst Burger u Kurt Engleitner kienu wkoll membri tal-bord superviżorju ta’ Kathreinbank. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssottomettiet kummenti minn RZB li jirrikonoxxu li l-attività bħala avukat tat-tielet membru tal-bord ta’ tmexxija ta’ Raetia, Karl Pistotnik, setgħet irriżultat f’rabtiet ma’ RZB. |
|
(129) |
Barra minn hekk, fiż-żmien meta nħarġu ż-żewġ garanziji, wieħed miż-żewġ diretturi maniġerjali ta’ Valluga u Gafluna, Heinrich Weninger, mexxa l-“unità tal-fondazzjoni” ta’ Kathreinbank. Fl-aħħar nett, Gafluna, Valluga u Kathreinbank kellhom il-post tan-negozju tagħhom fl-istess indirizz meta nħarġu l-garanziji. |
|
(130) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, li hija bbażata fuq valutazzjoni globali taċ-ċirkustanzi fattwali kollha msemmija iktar ’il fuq, it-trikkib tal-ġestjoni bejn Kathreinbank, minn naħa, u Raetia, Valluga u Gafluna, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi rabtiet permezz ta’ persuni fiżiċi fis-sens tal-Artikolu 3(3) tal-ASME. |
|
(131) |
F’konformità mal-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME, l-intrapriżi li għandhom rabtiet permezz ta’ persuni fiżiċi jitqiesu bħala “intrapriżi assoċjati” jekk jieħdu sehem fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq adjaċenti. “Suq adjaċenti” huwa meqjus bħala s-suq għal prodott jew servizz li jinsab direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li Raetia u Kathreinbank (permezz tal-unità tal-fondazzjoni tagħha) huma attivi f’suq adjaċenti (Raetia hija fondazzjoni u Kathreinbank jipprovdi servizzi lill-fondazzjonijiet (il-premessa 25, li tikkostitwixxi suq upstream) u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala intrapriżi assoċjati. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi indikat li l-kumpaniji azzjonarji konnessi, li jikkontrollaw (huma assoċjati ma’) sussidjarja li hija attiva fl-istess suq rilevanti jew fi swieq adjaċenti bħala l-benefiċjarju, fil-prinċipju huma stess għandhom jitqiesu bħala involuti fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom f’dak is-suq. Dan għaliex il-kunċett ta’ rabtiet neċessarjament jinvolvi n-nuqqas ta’ awtonomija sħiħa tas-sussidjarja mill-kumpanija azzjonarja assoċjata, għalhekk is-sehem innifsu huwa involut fid-determinazzjoni, jew tal-inqas fl-approvazzjoni, tal-istrateġija u aspetti oħra tal-politika kummerċjali tas-sussidjarja direttament preżenti fis-suq. Din hija konsegwenza tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda (54), li hija l-loġika predominanti wara l-Artikolu 3(3), ir-raba’ subparagrafu tal-ASME. Barra minn hekk, fi grupp ġeneralment ikun hemm distribuzzjoni tal-kompiti bejn l-entitajiet. Entità waħda tista’ tipproduċi l-oġġetti biss, oħra tista’ tbiegħhom, filwaqt li t-tielet taġixxi bħala l-entità azzjonarja maniġerjali. Dawn kollha għandhom rabta funzjonali mas-suq rilevanti. Għalhekk, dawn l-entitajiet kollha jinqabdu bil-frażi “jekk jieħdu sehem fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq adjaċenti”. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-grupp ta’ intrapriżi assoċjati (RZB, Raetia, Valluga, Gafluna, Abalon AT u Abalon DE) kien involut fl-attività tiegħu jew f’parti mill-attività tiegħu fl-istess suq rilevanti jew fi swieq adjaċenti meta nħarġu l-garanziji. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, fiż-żmien meta ngħataw iż-żewġ garanziji, Raetia, Valluga u Gafluna kienu assoċjati ma’ Kathreinbank u għalhekk ma’ RZB. |
4.1.2.4.
|
(133) |
Meta jiġi vvalutat l-istatus ta’ SME ta’ intrapriża, 100 % tad-data ta’ kwalunkwe intrapriża assoċjata tiżdied mad-data tagħha stess (55). Peress li Abalon DE kienet assoċjata ma’ Gafluna (it-taqsima 4.1.2.1), li kienet assoċjata ma’ Abalon AT, Valluga u Raetia (it-taqsima 4.1.2.2) filwaqt li dawn tal-aħħar kienu assoċjati ma’ RZB (il-premessa 121, RZB għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi vvalutat l-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE. |
|
(134) |
Minħabba li RZB ma kienx SME meta nħarġu ż-żewġ garanziji, l-intrapriżi assoċjati tiegħu, b’mod partikolari Abalon DE, lanqas ma kienu SMEs f’dak il-mument. |
4.1.2.5.
|
(135) |
Minbarra r-rabtiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha tal-istatus ta’ SME ta’ Abalon DE fl-2006, eżaminat jekk sofrietx minn żvantaġġi tipiċi ta’ SME. Il-miżuri maħsuba għall-SMEs jenħtieġ li ġenwinament ikunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi li għalihom id-daqs jirrappreżenta żvantaġġ u mhux għall-intrapriżi li jappartjenu għal grupp kbir li għandhom aċċess għal fondi u assistenza mhux disponibbli għal kompetituri ta’ daqs ugwali (il-premessa 97). Minn dan isegwi wkoll li, sabiex jiġi żgurat li SMEs ġenwinament indipendenti biss jibbenefikaw mill-vantaġġi relatati mal-istatus tagħhom, jenħtieġ li jkun hemm mod kif jiġu eliminati l-arranġamenti legali li fihom l-SMEs jiffurmaw grupp ekonomiku ħafna aktar b’saħħtu minn tali SME. Jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li d-definizzjoni ta’ SME ma tiġix evitata abbażi ta’ raġunijiet formali (56). Jekk intrapriża fir-realtà ma ssofrix minn żvantaġġi tipiċi ta’ SME, il-Kummissjoni hija intitolata li tirrifjuta għajnuna miżjuda (57). Minkejja l-allegat fatt li Raetia kienet indipendenti minn RZB (il-premessa 123), Abalon DE ma kinitx SME indipendenti. Minħabba r-rabtiet sostanzjali msemmija hawn fuq mal-Grupp Raetia u ma’ RZB, istituzzjoni finanzjarja ta’ sinifikat fis-suq, il-Kummissjoni tqis li Abalon DE fir-realtà ma sofrietx minn żvantaġġi li jkunu tipiċi ta’ SME, bħal problemi ta’ aċċess għall-finanzi. |
|
(136) |
Dan jidher mill-fatt li RZB ipprovda 50 % tal-faċilità ta’ self ta’ investiment u ta’ overdraft ta’ Abalon DE (ara l-premessa 20)). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Gafluna, il-kumpanija omm ta’ Abalon DE, irċeviet indirettament kapital ta’ kważi ekwità mingħand RZB. Tabilħaqq, matul l-investigazzjoni, RBI, is-suċċessur legali ta’ RZB, indika (il-premessa 88) li, fl-2003 u fl-2007, sabiex tiġbor il-kapital, Gafluna ħarġet EUR 4,99 miljun f’ishma mingħajr vot li nxtraw kompletament minn Abies, sussidjarja indiretta sħiħa ta’ RZB. Abies irċeviet għotja indiretta mill-azzjonisti (indirekter Gesellschafterzuschuss) ta’ RZB biex tiffinanzja dan l-akkwist. Dan l-investiment sostanzjali ta’ kapital kważi ekwità ta’ EUR 4,99 miljun f’Gafluna juri li Gafluna u l-entitajiet assoċjati magħha ma ltaqgħux mal-iżvantaġġi tipiċi tal-SMEs fir-rigward tal-aċċess għall-kapital. |
4.1.3. Konklużjoni dwar l-istatus ta’ SME
|
(137) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li Abalon DE ma tistax titqies bħala SME meta nħarġu ż-żewġ garanziji fl-2006. |
4.2. Eżistenza tal-għajnuna
|
(138) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4.2.1. Finanzjament b’riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(139) |
Iż-żewġ garanziji nħarġu minn Investitionsbank Hessen f’isem il-Ministeru tal-Finanzi ta’ Hessen. Għalhekk huma direttament imputabbli lill-Istat. |
|
(140) |
Huma jiddependu fuq il-baġit tal-Istat u għalhekk jinvolvu riżorsi tal-Istat (il-premessa 18). |
4.2.2. Intrapriża
|
(141) |
Abalon DE tikkwalifika bħala intrapriża peress li hija involuta f’attività ekonomika. Hija tipproċessa l-prodotti tal-forestrija u tbigħ il-prodotti pproċessati fis-swieq tal-prodotti rilevanti bi ħlas (il-premessa 23). |
4.2.3. Vantaġġ
|
(142) |
Vantaġġ huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku, li intrapriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat. Mutwatarju li jissottoskrivi għal self iggarantit mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru normalment jikseb vantaġġ peress li l-ispiża finanzjarja li jġarrab hija inqas minn dik li jġarrab kieku kellu jikseb dan l-istess finanzjament u din l-istess garanzija bil-prezzijiet tas-suq (58). |
|
(143) |
Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-element ta’ għajnuna mill-Istat se jitqies bħala d-differenza bejn il-prezz xieraq tas-suq tal-garanzija pprovduta u l-prezz attwali mħallas għal dik il-miżura (59). |
4.2.3.1.
|
(144) |
L-għajnuna fil-forma ta’ garanziji mill-Istat tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, u mhux fil-mument li fih tiġi invokata l-garanzija jew fil-mument li fih isiru l-pagamenti skont it-termini tal-garanzija (60). Għalhekk, il-mument rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżuri huwa l-mument li fih ingħataw il-garanziji f’Diċembru 2006 (il-premessa 18)). |
|
(145) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk iż-żewġ garanziji inkwistjoni jipprovdux vantaġġ lil Abalon DE, il-Kummissjoni jeħtieġ li tiddependi fuq il-metodi u l-prinċipji li jippermettu li jiġi kkalkolat bl-aktar mod preċiż possibbli l-valur reali tas-suq tal-garanziji. Bħalissa huma stabbiliti fl-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008. Minkejja li l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 kien applikabbli fid-data tal-għoti, dan ġie sostitwit mill-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 li jistabbilixxi politika aktar irfinuta għall-kalkolu tal-element ta’ għajnuna tal-garanziji sabiex jirrifletti b’mod aktar adegwat ir-realtà tas-suq. Peress li l-kunċett ta’ għajnuna huwa kunċett oġġettiv li għandu jiġi vvalutat bl-aktar mod preċiż possibbli, il-Kummissjoni għalhekk tuża l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 għall-valutazzjoni tagħha ta’ jekk iż-żewġ garanziji inkwistjoni jipprovdux vantaġġ lil Abalon DE. |
|
(146) |
Skont il-punt 3.2(d) tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008, “sabiex jiġi determinat il-prezz tas-suq li jikkorrispondi, jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti. Dan jinkludi: l-ammont u t-tul ta’ żmien tat-tranżazzjoni; is-sigurtà mogħtija minn min jissellef u esperjenza oħra li taffettwa l-evalwazzjoni tar-rata ta’ rkupru; il-probabbiltà li min jissellef jonqos mill-obbligi tiegħu minħabba l-pożizzjoni finanzjarja, is-settur tal-attività u l-prospetti tiegħu; kif ukoll kundizzjonijiet ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li din l-analiżi b’mod partikolari tippermetti li min jissellef jiġi kklassifikat permezz ta’ klassifika tar-riskju. Din il-klassifika tista’ tiġi pprovduta minn aġenzija ta’ klassifika rikonoxxuta internazzjonalment jew, fejn disponibbli, bil-klassifika interna użata mill-bank li jipprovdi s-self sottostanti. [...] Sabiex jiġi evalwat jekk il-premium huwiex f’konformità mal-prezzijiet tas-suq l-Istat Membru jista’ jqabbel il-prezzijiet imħallsa minn impriżi klassifikati fl-istess livell fis-suq.” |
|
(147) |
Il-punt 4.2, l-ewwel paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 jipprovdi tliet metodoloġiji differenti biex jiġi identifikat l-element ta’ għajnuna f’garanziji individwali bħal dawk inkwistjoni. L-ewwel metodu, li jqis li l-għotja ta’ flus ekwivalenti jenħtieġ li tiġi kkalkolata bħala “d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas” (“l-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008”) għandu jiġi applikat fil-prinċipju. |
|
(148) |
Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni talbet mingħand il-Ġermanja informazzjoni relatata mal-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fil-garanziji inkwistjoni bl-użu tal-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 iżda l-awtoritajiet Ġermaniżi qiesu li din l-informazzjoni kienet impossibbli li tiġi pprovduta (il-premessi 16, 91 u 92. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li hija f’pożizzjoni li tapplika l-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 minħabba li s-suq jipprovdi garanziji għat-tip ta’ tranżazzjoni kkonċernata. |
|
(149) |
Sabiex tidentifika l-prezz tas-suq u tikkalkula l-ammont tal-għajnuna, il-Kummissjoni tqabbel il-prezz li fil-fatt tħallas mal-prezz imħallas fi tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli, jew minn Abalon DE nnifisha jew minn kumpaniji komparabbli. Peress li ma hemm l-ebda data disponibbli fir-rigward ta’ Abalon DE, il-Kummissjoni tanalizza hawn taħt (i) liema kumpaniji huma komparabbli ma’ Abalon DE (it-taqsima 4.2.3.2.), (ii) il-prezz tas-suq tal-garanziji inkwistjoni (it-taqsima 4.2.3.3) u (iii) l-ammont ta’ għajnuna li jirriżulta (it-taqsima 4.2.3.4). |
4.2.3.2.
|
(150) |
L-element ewlieni biex jiġi ddeterminat liema kumpaniji huma komparabbli ma’ Abalon DE huwa l-probabbiltajiet rispettivi tagħhom ta’ inadempjenza. Meta l-banek joħorġu self lil kumpanija, huma jattribwixxu rata ta’ inadempjenza (probabbiltà ta’ inadempjenza) lill-mutwatarju, li tirrifletti l-valutazzjoni tar-riskju individwali tagħhom. Il-banek iwettqu valutazzjoni komprensiva tar-riskju filwaqt li jqisu, f’konformità mas-sistema ta’ klassifikazzjoni interna tagħhom, kriterji speċifiċi dwar il-vijabbiltà ekonomika tal-kumpanija u valutazzjoni tas-suq tal-prodotti u s-settur tal-attività. |
|
(151) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu vvalutati r-rati ta’ inadempjenza ta’ Abalon DE u l-kredibbiltà tagħhom. |
|
(152) |
Tliet banek ħarġu s-self sottostanti u attribwixxew rati ta’ inadempjenza differenti (probabbiltà ta’ inadempjenza) lil Abalon DE, jiġifieri KSK (rata ta’ inadempjenza ta’ 2 %), Helaba (rata ta’ inadempjenza ta’ 1,32 %) u RZB (rata ta’ inadempjenza ta’ 0,832 %) (ara l-premessa 19). |
|
(153) |
B’mod ġenerali, peress li r-rati huma bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji individwali, jidher xieraq li jitqiesu r-rati differenti mogħtija lil kumpanija u jittieħed medja tagħhom sabiex ir-realtà tas-suq tiġi koperta b’mod adegwat. Madankollu, jekk klassifikazzjoni ma tkunx kredibbli, ma tkunx komparabbli, jew ma tkunx oġġettiva, jenħtieġ li din ma titqiesx għall-kalkolu tal-medja. |
|
(154) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjonijiet differenti pprovduti mit-tliet banek huma kollha applikabbli għal Abalon DE direttament (ġew ikkalkulati mill-banek abbażi ta’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija pprovduta minn Abalon DE u t-tliet banek kienu involuti fis-self sottostanti pprovdut lil Abalon DE). Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjoni ta’ RZB ma hijiex oġġettiva u kredibbli biżżejjed biex tiġi invokata minħabba r-rabtiet bejn RZB u l-intrapriża kklassifikata Abalon DE. |
|
(155) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha biss fuq il-medja tar-rati ta’ inadempjenza identifikati minn KSK u Helaba, jiġifieri 1,66 % (medja ta’ 2 % u 1,32 %) (61). Fuq il-bażi ta’ din ir-rata medja ta’ inadempjenza, il-kwalità tal-kreditu (klassifikazzjoni) ta’ Abalon DE fl-2006 hija fil-medda “Ba2”/“Ba3” fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni ta’ Moody’s (62), li tikkorrispondi għall-medda “BB”/“BB-” fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni ta’ S&P (63). |
4.2.3.3.
|
(156) |
Il-primjums ta’ garanzija imposti fuq kumpaniji bi klassifikazzjoni simili għal dik ta’ Abalon ma humiex disponibbli. |
|
(157) |
Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-prezz tas-suq billi tiddependi fuq swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu nnegozjati (CDS, credit default swaps). Il-Kummissjoni tqis li s-CDS huma indikaturi xierqa u rilevanti, peress li jipprovdu prezz tas-suq tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ kumpanija (64). |
|
(158) |
Fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ Abalon DE, l-Indiċi tad-Derivattivi tal-Kreditu ta’ iTraxx Europe Crossover (“l-indiċi ta’ iTraxx crossover”) huwa parametru referenzjarju xieraq tas-suq: l-indiċi ta’ iTraxx crossover huwa tabilħaqq magħmul minn massimu ta’ 75 kumpanija Ewropea bi klassifikazzjoni medja ta’ “BB” madwar id-data rilevanti (65) u livell ta’ kollateral li jikkorrispondi għal dak ta’ Abalon DE (66). Il-firxa tal-kreditu tas-suq (prokura tal-primjum tal-garanzija tas-suq) (67) tal-Indiċi ta’ iTraxx Crossover fid-29 ta’ Diċembru 2006 hija ta’ 2,19 % għas-self ta’ kapital operatorju (tul ta’ żmien medju ponderat tal-garanzija qrib il-5 snin) u 2,66 % għas-self ta’ investiment (tul ta’ żmien medju ponderat tal-garanzija bejn 5 snin u 10 snin bħala konsegwenza tal-amortizzar lineari). |
4.2.3.4.
|
(159) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkalkula l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fil-garanziji, bl-użu tal-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008. Hija tqis il-kundizzjonijiet li ġejjin, li jirriżultaw mid-dokumenti tal-garanzija u tas-self:
|
|
(160) |
Kif innotat fil-premessa 158, il-primjum tal-garanzija tas-suq kien ikun ta’ 2,19 % għas-self ta’ kapital operatorju u ta’ 2,66 % għas-self ta’ investiment. Dan għandu jitqabbel mal-primjum annwali ta’ 1 % fuq l-ammonti garantiti pendenti (ara l-premessa 159(c)(i)) li fil-fatt tħallas minn Abalon DE. |
|
(161) |
Abbażi ta’ dak it-tqabbil u bl-użu tar-rata ta’ skont applikabbli (ara l-premessa 159(c)(ii)), l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fil-garanzija ta’ kreditu ta’ investiment huwa ta’ EUR 1 380 705 u l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna li tinsab fil-garanzija ta’ kreditu ta’ kapital operatorju huwa ta’ EUR 129 134, u b’hekk ammont ta’ għajnuna globali ta’ EUR 1 509 839. |
4.2.3.5.
4.2.3.5.1. L-użu tal-approċċ ta’ safe-harbour skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008
|
(162) |
Pollmeier ikkummentat li Abalon DE kienet intrapriża li għadha kemm twaqqfet mingħajr każ ta’ kreditu li għaliha kien japplika l-approċċ ta’ safe-harbour (3,8 %) skont il-punt 3.3 tal-Avviż ta’ Garanzija tal-2008 (il-premessa 43. Skont dak l-approċċ, jekk il-mutwatarju jkun SME, il-Kummissjoni tista’ taċċetta evalwazzjoni sempliċi dwar jekk garanzija ta’ self tinvolvix għajnuna jew le. |
|
(163) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Abalon DE ma hijiex SME u għalhekk dan il-metodu ma huwiex applikabbli. |
4.2.3.5.2. L-użu ta’ kwalunkwe metodu ieħor ġustifikabbli b’mod oġġettiv u aċċettat b’mod ġenerali, jiġifieri t-tielet metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000
|
(164) |
Il-punt 3.2, l-ewwel paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 jipprevedi li l-għotja ta’ flus ekwivalenti ta’ garanzija għal self f’sena partikolari tista’ tkun:
|
|
(165) |
Skont il-punt 3.2, it-tieni paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000, għall-garanziji individwali, l-ewwel metodu jenħtieġ li fil-prinċipju jkun il-forma standard ta’ kalkolu filwaqt li għall-iskemi ta’ garanzija jenħtieġ li jintuża t-tieni metodu. |
|
(166) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Ġermanja ssuġġeriet li approċċ b’rata fissa ta’ 0,5 % kien għadu applikabbli (ara l-premessi 58 sa 60), peress li seta’ jiġi ġġustifikat skont it-tielet metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000. |
|
(167) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma jistax jiġi applikat f’dan il-każ peress li l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 jikkostitwixxi gwida aktar xierqa u preċiża biex jiġi ddeterminat il-vantaġġ (il-premessa 145). |
|
(168) |
Fi kwalunkwe każ, filwaqt li jitqies il-punt 3.2, it-tieni paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000, il-Kummissjoni tinnota li t-tielet metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 għandu l-karattru ta’ dispożizzjoni omnikomprensiva (Auffangtatbestand) li tapplika biss jekk il-metodi l-oħra ta’ kalkolu ma jkunux ġustifikati, fattibbli u xierqa fil-każ speċifiku inkwistjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, għall-garanziji ad hoc inkwistjoni f’dan il-każ, il-punt 3.2, it-tieni paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 jirrikjedi li jintuża l-ewwel metodu skont dak l-Avviż. Dan l-ewwel metodu, li jibbaża ruħu direttament fuq paragun mal-figuri tas-suq, jista’ jirrifletti b’mod iktar adegwat ir-realtà tas-suq mis-sempliċi approċċ b’rata fissa skont it-tielet metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000. Jenħtieġ li jiġi nnotat f’dan ir-rigward li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha tal-2015 (70), innotat ukoll li l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tal-prattika tal-użu tar-rata ta’ 0,5 % kienet ta’ “natura provviżorja” u li “eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni kienet prevista” wara b’mod partikolari “definizzjoni iktar speċifika tal-intensità tal-għajnuna abbażi ta’ studju addizzjonali”, li tikkonferma li dan l-aħħar metodu kien, diġà f’dak iż-żmien, meqjus bħala li ma jirriflettix biżżejjed ir-realtà tas-suq. Għalhekk, għal dik ir-raġuni addizzjonali, jenħtieġ li t-tielet metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma jiġix applikat f’dan il-każ. |
4.2.3.5.3. L-użu tal-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000
|
(169) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (71), il-Kummissjoni qieset il-possibbiltà li tapplika l-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000. Dan, pereżempju, kien ikun jeħtieġ data biex tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax tas-suq. Fil-premessa 32 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi applikat dak il-metodu. Madankollu, il-Ġermanja ma ssottomettietx din l-informazzjoni, la fil-fażi ta’ eżami preliminari (72), u lanqas fil-fażi ta’ investigazzjoni formali (73) sussegwenti wara l-istedina espliċita fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Ġermanja informazzjoni relatata mal-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanziji inkwistjoni bl-użu tal-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 iżda l-awtoritajiet Ġermaniżi qiesu (essenzjalment) li l-kalkolu ta’ dak l-ammont kien impossibbli (il-premessi 16, 91 u 92). |
|
(170) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, jenħtieġ li jintuża l-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 (il-premessa 147). Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar ir-rati tal-imgħax ta’ referenza tas-suq, il-Kummissjoni tinnota li applikazzjoni diretta tal-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma hijiex possibbli. Mod indirett ikun li jiġu stabbiliti indikaturi tas-suq tar-rati tal-imgħax tas-self, bl-użu tal-Komunikazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza. Madankollu, approċċ bħal dan ikun ħafna inqas preċiż u inqas sinifikanti minħabba l-applikazzjoni tal-kategoriji wiesgħa ta’ riskju ta’ kreditu tal-Komunikazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza. Għalhekk, l-ewwel metodu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008 huwa ekonomikament aktar sinifikanti peress li jistgħu jintużaw indikaturi diretti tas-suq. |
4.2.4. Selettività
|
(171) |
Iż-żewġ garanziji ad hoc huma pprovduti esklużivament lil Abalon DE u għalhekk huma selettivi. Dan il-fatt ma ġiex ikkontestat mill-Ġermanja. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ għajnuna individwali, l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku hija, bħala prinċipju, suffiċjenti sabiex tiġi preżunta n-natura selettiva ta’ miżura (74). Dan huwa minnu irrispettivament minn jekk ikunx hemm operaturi fis-swieq rilevanti li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli. |
4.2.5. Tfixkil tal-kompetizzjoni
|
(172) |
Il-garanziji jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ Abalon DE meta mqabbla mal-kompetituri tagħha li ma jibbenefikawx minn dawk il-garanziji. Abalon DE hija attiva f’suq fejn hemm kompetizzjoni (kif muri b’mod partikolari mill-ilment imressaq minn Pollmeier). Għalhekk, il-garanziji jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni. |
4.2.6. L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(173) |
Il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-Ġermanja (ara l-premessa 41) li ż-żewġ garanziji huma ta’ natura purament lokali. Anki jekk, kif tissuġġerixxi l-Ġermanja, il-materja prima tinkiseb prinċipalment minn sorsi lokali, Abalon DE tuża l-materja prima biex timmanifattura prodotti tal-injam tal-fagu li tbigħ u tiddistribwixxi madwar id-dinja (ara l-premessa 23)). Għalhekk, il-prodotti tal-forestrija pproċessati mmanifatturati minn Abalon DE (u dawk mill-kompetitur tagħha Pollmeier) huma soġġetti għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, u għalhekk l-appoġġ għal Abalon DE x’aktarx li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(174) |
Peress li l-għajnuna de minimis titqies li ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri (75), il-Kummissjoni vverifikat jekk, u sa liema punt, il-garanziji jistgħu jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet de minimis rilevanti. |
|
(175) |
Kif il-Kummissjoni diġà sabet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara l-premessa 28), il-garanziji taħt skrutinju ma jikkwalifikawx bħala għajnuna de minimis skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament de minimis tal-2013, peress li r-rekwiżiti ta’ trasparenza tiegħu ma humiex issodisfati (ara l-premessi 25 et sequitur tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
|
(176) |
Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mar-regoli tranżizzjonali applikabbli, jekk il-garanziji kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna de minimis skont ir-Regolament de minimis tal-2001, li kien japplika fl-2006, u li fl-Artikolu 2(2) tiegħu jistabbilixxi limitu de minimis ta’ EUR 100 000 (76). L-ammonti ta’ għajnuna għaż-żewġ garanziji (ara l-premessa 161) jaqbżu, kemm individwalment kif ukoll flimkien, dan il-limitu, u għalhekk ma jikkwalifikawx bħala għajnuna de minimis. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li ż-żewġ garanziji x’aktarx jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4.2.7. Il-konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna
|
(178) |
Fid-dawl tal-elementi ppreżentati fit-Taqsima 4.2, il-Kummissjoni tikkonkludi li kemm il-garanzija għal self ta’ investiment kif ukoll il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
4.3. Il-legalità taż-żewġ garanziji
|
(179) |
Iż-żewġ garanziji ma jikkostitwux l-għajnuna eżistenti kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (b) tar-Regolament Proċedurali (77). Dawn ġew innotifikati mill-Ġermanja (78) iżda ġew implimentati mingħajr l-approvazzjoni a priori tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta jekk iż-żewġ garanziji għandhomx jiġu ttrattati bħala “għajnuna illegali” implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE (79), jew jekk kinux eżentati – possibbilment b’mod retroattiv – mir-rekwiżit ta’ notifika taħt kwalunkwe eżenzjoni ta’ kategorija rilevanti (u għalhekk kompatibbli wkoll). |
4.3.1. L-ebda eżenzjoni retroattiva (u kompatibbiltà) skont il-GBER tal-2014
|
(180) |
Skont l-Artikolu 58(1) tiegħu, il-GBER tal-2014 għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha tagħha skont dak ir-regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9 (pubblikazzjonijiet u informazzjoni). Peress li l-GBER tal-2014 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2014, iż-żewġ garanziji jistgħu fil-prinċipju jiġu eżentati minn din l-applikazzjoni retroattiva tal-GBER tal-2014. |
|
(181) |
Madankollu, kif diġà ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ir-rekwiżit ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 5(1) tal-GBER tal-2014 jillimita l-applikazzjoni tiegħu “biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”)”. L-Artikolu 5(2), il-punt (c) tal-GBER tal-2014 jipprevedi li l-għajnuna inkluża f’garanziji għandha titqies trasparenti meta jew l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkolat abbażi ta’ safe harbour premiums stabbiliti f’avviż tal-Kummissjoni jew, meta, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-Kummissjoni tkun aċċettat metodoloġija biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija. |
|
(182) |
L-ewwel metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanziji nnotifikati mill-Ġermanja ġiet aċċettata mill-Kummissjoni fl-2007 fid-Deċiżjoni C(2007) 4287 final (80), jiġifieri wara li nħarġu ż-żewġ garanziji fit-28 ta’ Diċembru 2006. L-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom ma ġiex ikkalkulat abbażi ta’safe harbour premiums peress li dawn jeżistu biss għall-SMEs skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008, filwaqt li l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 ma jipprevedix approċċ ta’ safe harbour. |
|
(183) |
Għalhekk, la l-garanzija għal self ta’ investiment u lanqas il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ma jissodisfaw il-kriterju ta’ trasparenza. Barra minn hekk, il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju li tikkwalifika bħala għajnuna operatorja reġjonali tista’ tiġi eżentata biss fiċ-ċirkostanzi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 15 tal-GBER tal-2014 (81). Dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi ma humiex preżenti fil-każ inkwistjoni. |
|
(184) |
L-eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ trasparenza ġenerali għal start-ups, li hija stabbilita fl-Artikolu 5(2), il-punt (g) tal-GBER tal-2014, tapplika biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 22 tal-GBER tal-2014. L-Artikolu 22(3), il-punt (b) jippermetti li l-istart-ups jingħataw garanziji bi primjums li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq iżda l-Artikolu 22(2) jistabbilixxi li l-intrapriżi eliġibbli huma “intrapriżi mhux elenkati”, filwaqt li Abalon DE ma tikkwalifikax bħala intrapriża żgħira mhux elenkata (ara t-taqsima 4.1). B’konsegwenza ta’ dan, l-ebda waħda miż-żewġ garanziji ma tista’ titqies bħala eżentata b’applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 22 tal-GBER tal-2014. |
|
(185) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda waħda miż-żewġ garanziji ma tista’ tiġi eżentata b’mod retroattiv mir-rekwiżit ta’ notifika skont il-GBER tal-2014. |
|
(186) |
Skont l-Artikolu 58(2) tal-GBER tal-2014, kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika bis-saħħa tal-GBER tal-2014 jew regolamenti oħra adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (82) li kienu fis-seħħ qabel għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti. |
4.3.2. L-ebda eżenzjoni retroattiva (u kompatibbiltà) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (83)
|
(187) |
Skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 (“il-GBER tal-2008”), li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008), il-GBER tal-2008 japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tagħha (ħlief dawk fl-Artikolu 9 tal-GBER tal-2008 dwar il-pubblikazzjonijiet u l-informazzjoni). |
|
(188) |
Madankollu, skont l-Artikolu 5(1) tal-GBER tal-2008, għajnuna trasparenti biss tista’ tiġi eżentata. “Għajnuna trasparenti” tfisser għajnuna li fir-rigward tagħha huwa possibbli li tiġi kkalkolata b’mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tar-riskju (ara l-Artikolu 2, il-punt 6 tal-GBER tal-2008). B’mod simili għall-GBER tal-2014, anke l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) tal-GBER tal-2008 jipprevedi rekwiżiti ta’ trasparenza, li huma ssodisfati “fejn il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti gross tal-għotja tkun ġiet aċċettata wara notifika ta’ din il-metodoloġija [...] fejn il-benifiċjarju jkun impriża ta’ daqs żgħir u medju u l-ekwivalenti gross tal-għotja tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tas-safe-harbour premiums [...]” Kif imsemmi fil-premessa 182, l-ewwel metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta’ għotja gross taż-żewġ garanziji nnotifikati mill-Ġermanja ġiet aċċettata biss wara li nħarġu l-garanziji fit-28 ta’ Diċembru 2006. L-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom ma ġiex ikkalkolat abbażi ta’ safe harbour premiums, u Abalon DE lanqas ma hija intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (ara t-taqsima 4.1). |
|
(189) |
Għalhekk, la l-garanzija għal self ta’ investiment u lanqas il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ma jissodisfaw il-kriterju ta’ trasparenza. Barra minn hekk, il-garanzija tal-kapital operatorju li tikkwalifika bħala għajnuna operatorja reġjonali ma tistax tiġi eżentata skont il-GBER tal-2008. |
|
(190) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda waħda mill-garanziji ma hija eżentata b’mod retroattiv skont il-GBER tal-2008. |
4.3.3. L-ebda eżenzjoni retroattiva (u kompatibbiltà) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 (84)
|
(191) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1628/2006 (“il-BER dwar l-Għajnuna Reġjonali”), ma huwiex applikabbli ratione temporis għal miżuri ad hoc li daħlu fis-seħħ qabel ma daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2006. L-Artikolu 9 tal-BER dwar l-Għajnuna Reġjonali dwar “dħul fis-seħħ u validità” jirreferi biss għal skemi li daħlu fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u għajnuna mogħtija taħt dawk l-iskemi, mhux għal għajnuna ad hoc u mhux għal għajnuna mogħtija (lanqas skemi li daħlu fis-seħħ) wara l-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(192) |
Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 3(3) tal-BER dwar l-Għajnuna Reġjonali jistabbilixxi li l-għajnuna ad hoc għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u eżentata min-notifika sakemm b’mod partikolari tissodisfa direttament il-kundizzjonijiet kollha ta’ dak ir-Regolament. F’dak ir-rigward, l-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-BER dwar l-Għajnuna Reġjonali jistabbilixxi li l-għajnuna għal investiment inizjali għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika dment li l-għajnuna tingħata f’reġjuni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, kif iddeterminat fil-mappa tal-għajnuna reġjonali approvata għall-Istat Membru kkonċernat għall-perjodu mill-2007 sal-2013, li ma huwiex il-każ ta’ Schwalm-Eder-Kreis fil-mappa tal-għajnuna reġjonali applikabbli (85). |
|
(193) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-BER dwar l-għajnuna Reġjonali japplika biss għall-għajnuna għall-investiment reġjonali u ma joħloqx bażi għal eżenzjoni għall-għajnuna operatorja reġjonali, eż. il-garanzija tal-kapital operatorju f’dan il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda waħda mill-garanziji ma hija eżentata b’mod retroattiv skont il-BER dwar l-għajnuna reġjonali. |
4.3.4. L-ebda eżenzjoni retroattiva (u kompatibbiltà) skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija għall-SMEs
|
(194) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda mill-garanziji ma tista’ tiġi eżentata bħala kategorija skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija tal-SMEs, peress li dak ir-Regolament japplika biss għall-SMEs (ara l-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament). Kif instab fil-premessa 137, Abalon DE ma kinitx tikkostitwixxi bħala SME fl-2006. |
|
(195) |
Peress li ż-żewġ garanziji ma kinux eżentati, lanqas b’mod retroattiv, mir-rekwiżit ta’ notifika taħt kwalunkwe eżenzjoni ta’ kategorija, iż-żewġ garanziji jridu jiġu ttrattati bħala għajnuna illegali. |
4.4. Kompatibbiltà
|
(196) |
Peress li l-ebda waħda mill-garanziji ma hija eżentata b’mod retroattiv min-notifika, u għalhekk hija kompatibbli, skont kwalunkwe regolament ta’ eżenzjoni, f’konformità mal-Artikolu 58(2) tal-GBER tal-2014 (ara l-premessa 186), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tagħhom fl-applikazzjoni ta’ qafas, linja gwida, komunikazzjoni jew avviż rilevanti, u fl-applikazzjoni diretta tat-Trattat. Il-Ġermanja sostniet li ż-żewġ garanziji kienu għajnuna reġjonali mmirata lejn l-iżvilupp reġjonali (il-premessa 62). B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli mal-Artikolu 107(3) tat-TFUE biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. L-għan għandu jkun jew li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni a jew li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ żoni c. Iż-żewġ garanziji favur Abalon DE għandhom l-għan li jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun żvantaġġat ta’ Schwalm-Eder-Kreis kif ukoll il-koeżjoni territorjali (ara l-premessa 17). |
|
(197) |
Schwalm-Eder-Kreis fiż-żmien tal-għoti taż-żewġ garanziji kien żona c eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ġermanja 2004-2006. Iż-żewġ garanziji jistgħu għalhekk jiġu vvalutati skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali applikabbli. Mill-paragrafu 188 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (86), jirriżulta li l-għajnuna reġjonali mogħtija illegalment qabel l-1 ta’ Lulju 2014 se tiġi vvalutata f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (87) (“ir-RAG tal-2007”). F’konformità mal-paragrafu 105 tar-RAG tal-2007 “L-għajnuna reġjonali mogħtija [...] qabel l-2007 se tiġi vvalutata skont il-linji gwida tal-1998 dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali”. Peress li ż-żewġ garanziji nħarġu fl-2006, il-linji gwida rilevanti għall-valutazzjoni tagħhom huma għalhekk ir-RAG tal-1998, moqrija flimkien mal-mappa tal-għajnuna reġjonali (li dak iż-żmien kienet applikabbli) għall-Ġermanja 2004-2006 (88). |
4.4.1. Garanzija għal self ta’ investiment
|
(198) |
Skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ġermanja 2004-2006, ir-reġjun ikkonċernat (Schwalm-Eder-Kreis) huwa eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont (issa) l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, b’intensità massima tal-għajnuna ta’ 18 % tal-ispejjeż eliġibbli għal intrapriżi kbar. |
|
(199) |
F’konformità mal-punt 4.5 tar-RAG tal-1998, il-limitu massimu tal-għajnuna japplika għan-nefqa eliġibbli li tinkludi l-art, il-bini u l-impjant/makkinarju (tagħmir). F’dan il-każ, l-investiment totali kien jammonta għal EUR 26 miljun għall-magni moderni tal-isserrar, għall-bini u għax-xiri tal-art. Minn dan l-ammont, EUR 21 miljun ġew investiti f’makkinarju u tagħmir fl-impjant tat-tqattigħ tal-injam, EUR 4 miljun f’xogħlijiet ta’ bini u EUR 1 miljun fix-xiri tas-sit. Bl-applikazzjoni ta’ intensità ta’ għajnuna ta’ 18 %, dan iwassal għal ammont massimu permissibbli ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali ta’ EUR 4,68 miljun. |
|
(200) |
Diġà ġiet mogħtija għajnuna ta’ EUR 4,5 miljun, fir-rigward tal-ispejjeż tal-bini u tat-tagħmir ta’ EUR 25 miljun, abbażi tal-Programm ta’ Azzjoni Konġunta “titjib tal-istrutturi ekonomiċi reġjonali” (“Gemeinschaftsaufgabe“Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur”, l-iskema N 642/2002 (ara l-premessa 12 tad-Deċiżjoni tal-2008). Din l-għajnuna tqieset bħala għajnuna eżistenti wara n-notifika tagħha fid-Deċiżjoni tal-2008 (89), u din il-parti tad-Deċiżjoni tal-2008 ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-2015 (ara l-premessa 4), u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna eżistenti. Peress li l-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna skont ir-RAG tal-1998 u l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ġermanja 2004-2006 ma ntużax bis-sħiħ mill-għajnuna għall-investiment reġjonali eżistenti, permezz ta’ din id-Deċiżjoni, għajnuna għall-investiment addizzjonali sa EUR 180 000 tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli jekk jiġu ssodisfati l-kriterji applikabbli kollha tar-RAG tal-1998. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-kriterji tar-RAG tal-1998 (li ma jeskludux garanziji bħala forma eliġibbli ta’ għajnuna) humiex issodisfati. Il-Kummissjoni tikkonkludi li, kif diġà ġie stabbilit għall-partijiet l-oħra tal-pakkett ta’ għajnuna reġjonali (90), il-kriterji standard kollha ta’ kompatibbiltà meħtieġa mir-RAG tal-1998 għal għajnuna li mhijiex soġġetta għal notifika individwali skont il-Qafas Multisettorjali għall-2002 (91) – li ma huwiex applikabbli peress li l-limitu rilevanti ma jinqabiżx – huma ssodisfati. |
|
(202) |
B’mod partikolari, il-punt 2, il-paragrafu 3 tar-RAG tal-1998 iqis li għajnuna ad hoc individwali fil-prinċipju ma hijiex koperta mir-RAG tal-1998 (92), peress li tali għajnuna ġeneralment taqa’ fl-ambitu ta’ politika industrijali speċifika jew settorjali u ħafna drabi ma tkunx fl-ispirtu ta’ politika dwar għajnuna reġjonali bħala tali. Madankollu, il-punt 2, il-paragrafu 4 taf-RAG tal-1998 jipprevedi li dan jista’ jintwera mod ieħor. Il-Kummissjoni tqis li hawnhekk dan huwa l-każ. L-ewwel nett, il-garanzija għal self ta’ investiment, flimkien mal-partijiet l-oħra tal-pakkett ta’ għajnuna, kienet maħsuba biex trawwem l-impjiegi f’żona megħjuna (ħolqien ta’ 118-il impjieg), li juri l-kontribut tal-għajnuna lejn l-iżvilupp reġjonali. It-tieni, l-għajnuna ad hoc ingħatat ukoll fil-qafas tal-Linji Gwida ta’ Hessen tal-2006 (il-premessa 21) li ma humiex ristretti għal numru limitat ta’ setturi jew intrapriżi. |
|
(203) |
L-għajnuna tikkonċerna proġett ta’ investiment inizjali (il-punti 4.1 u 4.4 tar-RAG tal-1998), u la tikkonċerna settur eskluż mill-benefiċċju tal-għajnuna għall-investiment reġjonali (ara l-punt 2, l-ewwel paragrafu tar-RAG tal-1998), u lanqas intrapriża f’diffikultà. Il-kontribuzzjoni proprja meħtieġa tal-benefiċjarju taqbeż il-25 % tal-ispejjeż totali tal-investiment (93) (il-punt 4.2, l-ewwel paragrafu tar-RAG tal-1998) u l-proġett ta’ investiment se jinżamm għal minimu ta’ 5 snin fir-reġjun ikkonċernat (il-punt 4.10 tar-RAG tal-1998). Ix-xogħlijiet fuq l-investiment bdew wara li saret l-applikazzjoni għall-garanziji, u għalhekk għandhom effett ta’ inċentiv (il-punt 4.2, it-tielet paragrafu tar-RAG tal-1998). Ir-regoli tal-kumulazzjoni (il-punt 4.18 tar-RAG tal-1998) huma rrispettati peress li, flimkien mal-għotja approvata qabel ta’ EUR 4,5 miljun (ara l-premessa 18), l-ammont ta’ għajnuna addizzjonali ta’ EUR 180 000 ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ kumulazzjoni applikabbli ta’ EUR 4,68 miljun. |
|
(204) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ammont addizzjonali ta’ għajnuna ta’ EUR 180 000 (valur attwali fl-2006), jiġifieri parti mill-ammont totali ta’ għajnuna ta’ EUR 1 380 705 (valur attwali fl-2006, ara l-premessa 161) inkorporat fil-garanzija għal self ta’ investiment, huwa kompatibbli skont ir-RAG tal-1998. |
|
(205) |
Il-Ġermanja ma invokatx li l-garanzija għal self ta’ investiment jenħtieġ li tiġi vvalutata b’applikazzjoni diretta tat-Trattat u ma ppreżentat l-ebda argument li jista’ jiġġustifika approċċ bħal dan. Il-Kummissjoni ma tistax tidentifika fil-każ partikolari kwalunkwe raġuni eċċezzjonali u ġustifikata sew li tippermettilha tiddevja mir-RAG tal-1998. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna inkorporata fil-garanzija għal self ta’ investiment hija parzjalment konformi mar-RAG tal-1998 (EUR 180 000 mill-ammont totali ta’ għajnuna msemmi fil-premessa 161). Għall-bqija (EUR 1 200 705) din tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli. |
4.4.2. Garanzija għal self ta’ kapital operatorju
|
(206) |
Il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju tikkostitwixxi għajnuna operatorja reġjonali (il-premessa 183). Skont ir-RAG tal-1998, tali għajnuna operatorja tista’ tiġi approvata biss f’żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont (issa) l-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-TFUE, jiġifieri, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fir-reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni (ara t-test tad-densità tal-popolazzjoni fil-punt 3.10.4 tar-RAG tal-1998). Ir-reġjun ta’ Schwalm-Eder-Kreis ma jaqa’ taħt l-ebda waħda minn dawn il-kategoriji. Għalhekk, il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ma hijiex konformi mar-RAG tal-1998. |
|
(207) |
Il-Ġermanja ma invokatx li l-garanzija għal self ta’ kapital operatorju jenħtieġ li tiġi vvalutata b’applikazzjoni diretta tat-Trattat u ma ppreżentat l-ebda argument li jista’ jiġġustifika approċċ bħal dan. Il-Kummissjoni ma tistax tidentifika fil-każ partikolari kwalunkwe raġuni eċċezzjonali u ġustifikata sew li tippermettilha tiddevja mir-RAG tal-1998. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja inkorporata fil-garanzija għal self ta’ kapital operatorju ta’ EUR 129 134 (ara l-premessa 161) hija inkompatibbli mas-suq intern. |
5. IRKUPRU
|
(208) |
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti li tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jibdel jew jabolixxi l-għajnuna meta tikkonstata li hija inkompatibbli mas-suq intern (94). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (95). |
|
(209) |
F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, u b’hekk jirrinunzja l-vantaġġ li huwa kien gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, kif ukoll titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien hemm qabel tħallset l-għajnuna (96). |
|
(210) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali jiddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju [...]”. |
|
(211) |
B’hekk, minħabba li ż-żewġ garanziji implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE jikkostitwixxu għajnuna illegali, u parzjalment inkompatibbli, l-għajnuna inkompatibbli jeħtieġ li tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. L-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkollu l-imgħax sal-irkupru effettiv. L-imgħaxijiet ikunu kkalkulati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni (97). |
6. KONKLUŻJONI
|
(212) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Ġermanja implimentat b’mod illegali ż-żewġ garanziji bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat implimentata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE):
|
(a) |
garanzija għal self ta’ investiment favur Abalon Hardwood Hessen GmbH, b’ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 1 380 705 (valur attwali fl-2006); |
|
(b) |
garanzija għal self ta’ kapital operatorju favur Abalon Hardwood Hessen GmbH, b’ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 129 134 (valur attwali fl-2006). |
2. Il-garanzija għal self ta’ investiment favur Abalon Hardwood Hessen GmbH hija kompatibbli mas-suq intern sa ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 180 000, u inkompatibbli mas-suq intern għall-ammont li jifdal ta’ EUR 1 200 705. Il-garanzija għal self ta’ kapital operatorju favur Abalon Hardwood Hessen GmbH, b’ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 129 134, hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.
2. Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Il-Ġermanja għandha tikkanċella kwalunkwe pagament pendenti u obbligi oħra skont il-garanziji msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-ammonti tal-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien 4 xhur wara d-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1. |
2. Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex timplimenta d-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna mhux kompatibbli imsemmija fl-Artikolu 1 ikun twettaq. Fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, il-Ġermanja għandha immedjatament tissottometti informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tibgħat ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Teresa RIBERA
Viċi President Eżekuttiv
(2) ĠU C 12, 17.1.2009, p. 1. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web li ġej tal-Kummissjoni: https://competition-cases.ec.europa.eu/cases/SA.24030.
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015, Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni, T-89/09, ECLI:EU:T:2015:153.
(4) ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14.
(5) L-Ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2016, Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni, C-246/15/P, ECLI:EU:C:2016:568.
(6) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ottubru 2016, Land Hessen vs Pollmeier Massivholz, C-242/15 P, ECLI:EU:C:2016:765.
(7) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003)904fin tat-2 ta’ April 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat N 641/2002 — Mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ġermanja 2004-2006 (ĠU C 186, 6.8.2003, p. 18). Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web li ġej tal-Kummissjoni: https://competition-cases.ec.europa.eu/cases/SA.14304.
(9) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali (ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9).
(10) Dan il-pakkett ta’ għajnuna ġie nnotifikat taħt l-Għajnuna mill-Istat Nru 512/2007. Dan kien jikkonsisti f’għotja ta’ investiment reġjonali ta’ EUR 4,5 miljun (ibbażata fuq l-iskema ta’ għajnuna N 642/2002 – L-Iskema ta’ Ħidma Konġunta “Titjib tal-istruttura ekonomika reġjonali” – “Gemeinschaftsaufgabe Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur”) u ż-żewġ garanziji inkwistjoni hawnhekk.
(11) Il-kopertura tal-garanzija mnaqqsa fi tnaqqis ta’ kull 6 xhur mill-2010: Fl-2010, it-tnaqqis kien ta’ EUR 350 000, fl-2011 u fl-2012 ta’ EUR 875 000, fl-2013 ta’ EUR 1,05 miljun, mill-2014 ta’ EUR 1,225 miljun.
(12) Pagament lura tas-self: pagamenti ta’ kull 6 xhur, l-ewwel pagament fl-2010 ta’ EUR 500 000; fl-2011 u fl-2012 ta’ EUR 1,25 miljun; fl-2013 ta’ EUR 1,5 miljun; fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ta’ EUR 1,75 miljun; l-aħħar pagament ta’ EUR 1,75 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2016.
(13) Fil-31 ta’ Diċembru 2009 seħħ tnaqqis ta’ EUR 500 000; fil-31 ta’ Diċembru 2010 seħħ tnaqqis ta’ EUR 1 miljun; fil-31 ta’ Diċembru 2011 seħħ tnaqqis ta’ EUR 1,5 miljun, u fil-31 ta’ Diċembru 2012 seħħ tnaqqis ta’ EUR 2 miljun.
(14) Il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Hessen (Staatsanzeiger für das Land Hessen) Nru 30, 24.7.2006, p. 1587.
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/69/oj).
(16) Skont is-sit web tiegħu, Kathreinbank huwa partikolarment speċjalizzat fil-ħtiġijiet tal-imprendituri, tal-familji tal-imprendituri u tal-fondazzjonijiet privati. Il-firxa ta’ servizzi tagħhom tkopri s-servizzi kollha li huma importanti għal dawn il-klijenti. Dan jinkludi pariri dwar l-istabbiliment u t-tmexxija ta’ fondazzjoni (“ Die Kathrein Privatbank hat sich in besonderem Maße auf die Bedürfnisse von Unternehmern, Unternehmerfamilien und Privatstiftungen spezialisiert. Unser Leistungsspektrum umfasst alle für diese Klientel wichtigen Dienstleistungen: Dazu zählen die Beratung bei Gründung und Führung einer Stiftung, …”), ara s-sit web ta’ Kathreinbank aċċessat fl-4 ta’ Settembru 2019, https://www.kathrein.at/en/?+Die-Privatbank+&id=2500,,1001311.
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1,ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1407/oj).
(18) “L-għotja ta’ flus ekwivalenti għal garanzija fuq self f’sena partikolari tista’ tkun: [...] meħuda bħala d-differenza bejn (a) is-somma garantita li għadha ma tħallsitx, moltiplikata bil-fattur ta’ riskju (il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ ħlas) u (b) kwalunkwe ħlas barrani li jkun sar, i.e. (somma garantita × riskju) – ħlas barrani [...]”.
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/70/oj).
(21) Għall-akkwist ta’ magni moderni tal-isserrar, ta’ binjiet u tax-xiri ta’ art, ara l-premessa 10 tad-Deċiżjoni tal-2008.
(22) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).
(23) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(24) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114.
(25) Pollmeier f’dak ir-rigward tirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2004, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-91/01, ECLI:EU:C:2004:244, il-punt 54.
(26) Is-sentenza tal-2015, il-punti 122, 124, 128, 138f.
(27) “L-impriżi li għandhom relazzjoni waħda minn dawn jew iktar permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala impriżi marbuta jekk jieħdu sehem fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq adjaċenti.”
(28) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 34.
(29) ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1.
(30) Ara l-Artikolu 3(a) tal-att kostituttiv ta’ Raetia.
(31) Gafluna ħarġet is-Substanzgenussrechte lil Albona Handels- und Beteiligungsgesellschaft mbH, li ħarġithom lil Abies.
(32) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 30; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2021, Ertico – ITS Europe vs Il-Kummissjoni, C-572/19 P, ECLI:EU:C:2021:188, il-punt 87.
(33) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2021, Ertico – ITS Europe vs il-Kummissjoni, C-572/19 P, ECLI:UE:C:2021:188, il-punt 88.
(34) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 32; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2020, NMI Technologietransfer, C-516/19, ECLI:EU:C:2020:754, il-punt 65; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2021, Ertico – ITS Europe vs il-Kummissjoni, C-572/19 P, ECLI:UE:C:2021:188, il-punt 89.
(35) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 39.
(36) Anki jekk RZB għandu jitqies bħala intrapriża sieħba, aggregazzjoni proporzjonali ta’ 49 % tad-data ta’ RZB ma’ dik ta’ Abalon DE xorta teskludi l-kwalifika bħala SME ta’ Abalon DE. Dan ir-raġunament japplika wkoll jekk Gafluna u l-intrapriżi relatati tagħha (Abalon AT, Valluga, Raetia) kienu biss intrapriżi sieħba ta’ Abalon DE (kif issostni l-Ġermanja iżda kif tikkontesta l-Kummissjoni).
(37) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1589/oj).
(38) Il-premessa 38 tad-Deċiżjoni tal-2008.
(39) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 35.
(40) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/139/oj). L-Artikolu 3(2), il-punt (b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jipprevedi li: “kontroll għandu jkun permezz ta’ drittijiet, kuntratti, jew permezz ta’ kull mezz ieħor li [...] jikkonferixxu l-possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq l-impriża, b’mod partikolari permezz ta’: [...] drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, l-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta’ impriża.”
(41) Ara wkoll ir-referenzi għal “entità ekonomika waħda” fil-paragrafi 10 u 135 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).
(42) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punti 34, 38 u 39.
(43) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).
(44) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Frar 2006, Cementbouw vs Il-Kummissjoni, T-282/02, ECLI:EU:T:2006:64, il-punti 42 u 67. Ara wkoll il-punt 52.
(45) L-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE.
(46) L-Artikolu 7(1) sa (3) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE.
(47) F’konformità mal-Artikolu 7(7) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ Abalon DE, il-bord maniġerjali assoċjat jistabbilixxi l-katalgu ta’ tranżazzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni mill-bord maniġerjali assoċjat: “Il-bord maniġerjali assoċjat jissorvelja u jagħti pariri lill-maniġment. Huwa jagħti lilu nnifsu regoli ta’ proċedura li fihom [...] jistabbilixxi regoli għas-superviżjoni tal-maniġment. Dan jinkludi [...] l-ħolqien ta’ katalogu ta’ tranżazzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni, li l-maniġment jista’ jwettaq biss wara approvazzjoni minn qabel mill-bord maniġerjali assoċjat.” (“ Der Beirat überwacht und berät die Geschäftsführung. Er gibt sich eine Geschäftsordnung, in der er … Regularien zur Überwachung der Geschäftsführung festlegt. Hierzu gehört … die Erstellung eines Kataloges von zustimmungspflichtigen Geschäften, die die Geschäftsführung nur nach vorheriger Zustimmung durch den Beirat durchführen darf. ”).
(48) L-Att Federali dwar il-fondazzjonijiet privati (“l-Att dwar il-Fondazzjonijiet Privati”) (Bundesgesetz über Privatstiftungen (Privatstiftungsgesetz – PSG).
(49) L-Artikoli 33 u 34 tal-Att dwar il-Fondazzjonijiet Privati.
(50) Ara l-Artikolu 7(a) tal-att kostituttiv ta’ Raetia.
(51) Ara l-Artikolu 8 tal-att kostituttiv ta’ Raetia.
(52) Ara l-Artikolu 7(d) tal-att kostituttiv ta’ Raetia.
(53) Ara l-Artikolu 7(d) tal-att kostituttiv ta’ Raetia.
(54) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, HaTeFo vs Finanzamt Haldensleben, C-110/13, ECLI:EU:C:2014:114, il-punt 34.
(55) L-Artikolu 6(2) u (3) tal-ASME, ara l-premessa 104.
(56) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2014, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-91/01, ECLI:EU:C:2004:244, il-punt 50.
(57) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2014, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-91/01, ECLI:EU:C:2004:244, il-punt 54.
(58) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni, C-559/12 P, ECLI:EU:C:2014:217, il-punt 96; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni, T-732/16, ECLI:EU:T:2020:98, il-punt 121.
(59) Ara l-punt 4.1, l-ewwel paragrafu tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008.
(60) Il-punt 2.1 tal-Avviż dwar il-Garanziji tal-2008.
(61) Iż-żamma tal-medja tat-tliet rati ta’ inadempjenza (inkluż iż-0,832 % ipprovduti minn RZB) ma tbiddilx l-eżitu. Il-medja tkun ta’ 1,38 %, li hija inkluża fl-istess medda “Ba2”/“Ba3” fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni ta’ Moody’s.
(62) Ara l-ewwel kolonna (probabbiltajiet ta’ inadempjenza ta’ sena) tal-Wirja 26 tal-Kumment Speċjali ta’ Moody’s “Rati Korporattivi ta’ Inadempjenza u ta’ Rkupru, 1920-2006”, Frar 2007 (Ba2: 0,856; Ba3: 1,929) (https://www.moodys.com/sites/products/DefaultResearch/2006400000429618.pdf).
(63) https://www.researchgate.net/figure/Moodys-and-S-P-alphanumeric-ratings-conversion-into-numeric-values_tbl1_23722339.
(64) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1, il-paragrafu 111. Is-CDS huma strumenti finanzjarji li jiżguraw lill-mutwanti (jew lil kwalunkwe parti terza li tkun xtrat il-protezzjoni) kontra r-riskju ta’ inadempjenza ta’ entità referenzjata (hawnhekk il-mutwatarju), bħal garanziji fuq is-self. Il-prezz imħallas għall-protezzjoni tar-riskju jissejjaħ “primjum ta’ garanzija” fil-każ ta’ garanzija ta’ self u “firxa tal-kreditu tas-suq” fil-każ ta’ CDS innegozjati. Iż-żewġ prezzijiet huma prinċipalment iddeterminati mir-riskju ta’ inadempjenza tal-entità referenzjata (mutwatarju) u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala indikaturi tal-prezzijiet għall-istess tip ta’ riskji, jiġifieri r-riskju ta’ inadempjenza.
(65) Ara ċ-Ċart 20 tal-Bullettin Trimestrali tal-2007 tal-Bank of England (Volum 47 Nru. 3, https://www.bankofengland.co.uk/-/media/boe/files/quarterly-bulletin/2007/quarterly-bulletin-2007-q3.pdf).
(66) It-titoli mogħtija minn Abalon DE (kollateral ipprovdut, rikors għal makkinarju u proprjetà immobbli) huma standard f’termini ta’ ammonti massimi rekuperabbli. Dan huwa konsistenti mal-użu tal-indiċi ta’ iTraxx crossover li jassumi rata ta’ rkupru ta’ 40 % (jiġifieri telf fil-każ ta’ inadempjenza ta’ 60 %), li huwa konformi mal-osservazzjonijiet tas-suq għal self li għandu kollateral standard.
(67) Ara n-nota 64 f’qiegħ il-paġna.
(68) Ara r-Rati ta’ referenza/skont u r-rati ta’ rkupru għall-25 Stat Membru tal-UE mill-1.5.2004 sal-31.12.2006: 4.36 għall-Ġermanja mill-1.12.2006 sal-31.12.2006, https://competition-policy.ec.europa.eu/document/download/ff0d1fd3-2fda-42c1-9980-42501a62c026_en?filename=reference_rates_eu25_en.pdf.
(69) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(70) Is-sentenza tal-2015, il-punt 174.
(71) Il-premessa 32 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(72) Fis-sottomissjoni tagħha tat-28 ta’ Mejju 2015, bħala alternattiva għall-metodu ta’ rata fissa ssuġġerit tagħha ta’ 0,5 %, il-Ġermanja tirreferi b’mod espliċitu għat-tieni metodu ta’ kalkolu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000 u mhux għall-ewwel metodu ta’ kalkolu skont dak l-Avviż.
(73) Fis-sottomissjoni tagħha tas-27 ta’ Marzu 2017, il-Ġermanja tiffoka l-argumentazzjoni tagħha fuq il-metodu ta’ rata fissa ssuġġerit ta’ 0,5 %, li fil-fehma tal-Ġermanja jista’ jiġi applikat ukoll skont it-tielet metodu ta’ kalkolu skont l-Avviż dwar il-Garanziji tal-2000. Il-Ġermanja ma tipprovdix aktar informazzjoni dwar applikazzjoni possibbli tal-ewwel metodu ta’ kalkolu skont dak l-Avviż.
(74) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, EU:C:2015:362, il-punt 60.
(75) Ara l-premessa 3 tar-Regolament de minimis tal-2013, ara wkoll il-premessa 5 tar-Regolament de minimis tal-2001.
(76) L-Artikolu 2(2) tar-Regolament de minimis tal-2001 jgħid: “L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil xi impriża waħda m’għandhiex taqbeż EUR 100 000 fuq xi perjodu ta’ tliet snin. Il-limitu għandu jgħodd irrispettivament mill-forma tal-għajnuna jew l-oġġettiv rikjest.”
(77) Għall-kuntrarju tal-għotja ta’ investiment reġjonali (li kienet parti mill-pakkett ta’ għajnuna akbar, ara l-premessa 18, iż-żewġ garanziji ma ngħatawx taħt skema ta’ għajnuna approvata u għalhekk eżistenti, ara l-premessi 44 et sequitur tad-Deċiżjoni tal-2008.
(78) Ma kinux jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE u ma jitqisux bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali.
(79) Ara l-Artikolu 1(f) tar-Regolament Proċedurali.
(80) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4287 final tal-25.9.2007 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.21945 N 197/2007 — il-Ġermanja — Metodu għall-Kalkolu tal-Element tal-Għajnuna fil-Garanziji, (ĠU C 248, 23.10.2007, p. 3).
Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web li ġej tal-Kummissjoni: https://competition-cases.ec.europa.eu/cases/SA.21945.
(81) Skont l-Artikolu 15 tal-GBER tal-2014, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, fiż-żoni skarsament popolati u fiż-żoni skarsament popolati ħafna jistgħu jkunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE taħt ċerti kundizzjonijiet. Iż-żewġ garanziji inkwistjoni ma humiex skemi u ma jikkonċernawx ir-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni skarsament popolati u ż-żoni skarsament popolati ħafna.
(82) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/994/oj).
(83) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/800/oj).
(84) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna għall-investiment nazzjonali bi skop reġjonali (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1628/oj).
(85) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4958 final tat-8 ta’ Novembru 2006 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 459/2006 – il-Ġermanja – Mappa tal-għajnuna reġjonali 2007-2013 (ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6).
(86) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(87) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013, (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
(88) Ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna.
(89) Ara l-premessi 44 et sequitur tad-Deċiżjoni tal-2008.
(90) Il-garanzija għal self ta’ investiment li hija parti minn pakkett ta’ għajnuna reġjonali (ara l-premessa 18 u n-nota f’qiegħ il-paġna 10), hija “fl-ispirtu ta’ politika dwar għajnuna reġjonali bħala tali” (skont it-tifsira tal-punt 2, it-tielet paragrafu, tar-RAG tal-1998), sabiex il-garanzija għal self ta’ investiment tkun tista’ tiġi vvalutata skont ir-RAG tal-1998.
(91) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (notifikata bid-dokument Nru C(2002) 315) (ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8).
(92) “Għajnuna fi ħlas waħdieni ad hoc magħmul lill-ditta waħda, jew għajnuna mogħtija lill-settur wieħed ta’ attività, jista’ jkollha effett ikbar fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti, u l-effetti ta’ din l-għajnuna fuq l-iżvilupp reġjonali x’aktarx ikunu limitati wisq. Din l-għajnuna ġeneralment tingħata fl-ambitu ta’ politika industrijali speċifika jew settorali u f’ħafna drabi ma tkunx fl-ispirtu ta’ politika dwar għajnuna reġjonali bħala tali [...]”.
(93) B’mod partikolari, ir-regola tal-kontribuzzjoni proprja ta’ 25 % hija rispettata minħabba l-kontribuzzjoni tal-ekwità ta’ EUR 3,5 miljun u l-parti tas-self ta’ investiment ta’ EUR 19,5 miljun li ma hijiex koperta mill-garanzija ta’ 70 % (30 % ta’ EUR 19,5 miljun = EUR 5,85 miljun).
(94) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.
(95) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 66.
(96) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(97) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/794/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2127/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)