European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2116

6.11.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 182/2025

tal-11 ta’ Lulju 2025

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2025/2116]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2951 tad-29 ta’ Novembru 2024 dwar il-kwantità ta’ kwoti li għandhom jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-EU ETS għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali għall-2027 (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21alx (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2441) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21aly.

32024 D 2951: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2951 tad-29 ta’ Novembru 2024 dwar il-kwantità ta’ kwoti li għandhom jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-EU ETS għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali għall-2027 (ĠU L, 2024/2951, 3.12.2024).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2024/2951 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L, 2024/2951, 3.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2951/oj.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2116/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)