European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2087

17.10.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2087

tal-14 ta’ Ottubru 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2025) 6989)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt gravi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tfixkel il-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definiti bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti oħra madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 (4) tistipula ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi l-istabbiliment, fl-Italja, ta’ żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żoni tat-tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5). Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra, kif ukoll iż-żoni ta’ tilqim, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Annessi I u III tagħha, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati stabbiliti f’dawk l-Annessi.

(5)

Minn meta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1764 (6) u 2025/1938 (7), l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tmien tifqigħat kkonfermati addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-istabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-provinċji ta’ Nuoro u ta’ Sassari, fir-reġjun ta’ Sardenja, li ġew irrapportati bejn l-24 ta’ Settembru 2025 u l-10 ta’ Ottubru 2025. B’reazzjoni għal dawn it-tifqigħat, l-Italja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll żoni ristretti oħra, fil-provinċji ta’ Nuoro u ta’ Sassari, fir-reġjun ta’ Sardenja, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(6)

Bħala segwitu tal-aġġornament taż-żona ristretta fir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes fi Franza, jenħtieġ li ż-żoni ta’ sorveljanza korrispondenti stabbiliti fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta tal-Italja, li għandhom il-fruntiera ma’ Franza, jiġu aġġornati wkoll kif xieraq.

(7)

Għalhekk, filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat reċenti f’Sardenja, jenħtieġ li ż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jiġu aġġornati b’din id-Deċiżjoni, u li tiġi stabbilita d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza u f’żoni ristretti oħra.

(8)

Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza, u żoni ristretti oħra fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif emendata b’din id-Deċiżjoni, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza, u ta’ żoni ristretti oħra, kif ukoll għad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza tal-insetti vetturi. Meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (8).

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fl-Italja, lejn Stati Membri oħra, jew lejn pajjiżi terzi u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 (ĠU L, 2025/1582, 1.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1582/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1764 tal-25 ta’ Awwissu 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L 2025/1764, 27.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1764/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1938 tat-22 ta’ Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L 2025/1938, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1938/oj).

(8)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.


ANNESS

“ANNESS I

Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Reġjun ta’ Sardenja

IT-LSD-2025-00001

IT-LSD-2025-00003

IT-LSD-2025-00004

IT-LSD-2025-00005

IT-LSD-2025-00006

IT-LSD-2025-00007

IT-LSD-2025-00008

IT-LSD-2025-00009

IT-LSD-2025-00010

IT-LSD-2025-00011

IT-LSD-2025-00012

IT-LSD-2025-00013

IT-LSD-2025-00014

IT-LSD-2025-00015

IT-LSD-2025-00016

IT-LSD-2025-00017

IT-LSD-2025-00018

IT-LSD-2025-00019

IT-LSD-2025-00020

IT-LSD-2025-00021

IT-LSD-2025-00022

IT-LSD-2025-00023

IT-LSD-2025-00024

IT-LSD-2025-00025

IT-LSD-2025-00026

IT-LSD-2025-00027

IT-LSD-2025-00028

IT-LSD-2025-00029

IT-LSD-2025-00030

IT-LSD-2025-00031

IT-LSD-2025-00032

IT-LSD-2025-00033

IT-LSD-2025-00034

IT-LSD-2025-00035

IT-LSD-2025-00036

IT-LSD-2025-00037

IT-LSD-2025-00038

IT-LSD-2025-00039

IT-LSD-2025-00040

IT-LSD-2025-00041

IT-LSD-2025-00042

IT-LSD-2025-00043

IT-LSD-2025-00044

IT-LSD-2025-00045

IT-LSD-2025-00046

IT-LSD-2025-00047

IT-LSD-2025-00048

IT-LSD-2025-00049

IT-LSD-2025-00050

IT-LSD-2025-00051

IT-LSD-2025-00052

IT-LSD -2025-00053

IT-LSD-2025-00054

IT-LSD -2025-00055

IT-LSD -2025-00056

IT-LSD -2025-00057

IT-LSD -2025-00058

IT-LSD -2025-00059

IT-LSD -2025-00060

IT-LSD -2025-00061

IT-LSD -2025-00062

IT-LSD -2025-00063

IT-LSD -2025-00064

IT-LSD -2025-00065

IT-LSD -2025-00066

IT-LSD -2025-00067

IT-LSD -2025-00068

IT-LSD -2025-00069

IT-LSD -2025-00070

IT-LSD -2025-00071

IT-LSD -2025-00072

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, 9.102816 Long.(2025/9), Lat. 40.209698, Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967 Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451 Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228, Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), Lat. 40.34618, Long. 9.110074 (2025/28), Lat. 40.304711, Long. 9.068162 (2025/29), Lat. 40.25499, Long. 9.12552 (2025/30), Lat. 40.24738, Long. 9.12763 (2025/31), Lat. 40.28341, Long. 9.22293 (2025/32), Lat. 40.25851, Long. 9.20678 (2025/33), Lat. 40.306593, Long. 9.071998 (2025/34), Lat. 40.33359, Long. 9.16725 (2025/35), Lat. 40.3092, Long. 9.2079 (2025/36), Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.25888, Long. 9.2727 (2025/38), Lat. 40.26065, Long. 9.27494 (2025/39), Lat. 40.397264, Long. 9.172869 (2025/40), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.28273, Long. 9.26401 (2025/43), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.32509, Long. 9.133142 (2025/45), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.23263, Long. 9.15369 (2025/47), Lat. 40.27775, Long. 9.03683 (2025/48), Lat. 40.400795, Long. 9.171361 (2025/49), Lat. 40.38841, Long. 9.00316 (2025/50), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.315906, Long. 9.213706 (2025/52), Lat. 40.1822, Long. 8.5336 (2025/53), Lat.40.174537, Long 9.115053 (2025/54), Lat. 40.41825, Long. 9.14141 (2025/55), Lat. 40.206077, Long. 9.135627 (2025/56), Lat. 40.3627, Long. 9.13178 (2025/57), Lat. 40.388023, Long. 9.08036 (2025/58), Lat. 40.414723, Long. 9.128721 (2025/59), Lat. 40.56471, Long. 9.30423 (2025/60), Lat. 40.529482, Long. 9.309159 (2025/61), Lat. 40.528846, Long. 9.316482 (2025/62), Lat. 40.25731, Long. 9.31228 (2025/63), Lat. 40.24868, Long. 9.1688 (2025/64), Lat. 40.58388, Long. 9.3029, (2025/65), Lat. 40.392806, Long. 9.196006 (2025/66), Lat. 40.3283, Long. 9.5911(2025/67), Lat. 40.547176, Long. 9.337898 (2025/68), Lat. 40.34821, Long. 9.59222 (2025/69), Lat. 40.23846, Long. 9.28072 (2025/70), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72)

1.12.2025

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.209698 Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967, Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451, Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228, Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), Lat. 40.34618, Long. 9.110074 (2025/28), Lat. 40.304711, Long. 9.068162 (2025/29), Lat. 40.25499, Long. 9.12552 (2025/30), Lat. 40.24738, Long. 9.12763 (2025/31), Lat. 40.28341, Long. 9.22293 (2025/32), Lat. 40.25851, Long. 9.20678 (2025/33), Lat. 40.306593, Long. 9.071998 (2025/34), Lat. 40.33359, Long. 9.16725 (2025/35), Lat. 40.3092, Long. 9.2079 (2025/36), Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.25888, Long. 9.2727 (2025/38), Lat. 40.26065, Long. 9.27494 (2025/39), Lat. 40.397264, Long. 9.172869 (2025/40), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.28273, Long. 9.26401 (2025/43), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.32509, Long. 9.133142 (2025/45), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.23263, Long. 9.15369 (2025/47), Lat. 40.27775, Long. 9.03683 (2025/48), Lat. 40.400795, Long. 9.171361 (2025/49), Lat. 40.38841, Long. 9.00316 (2025/50), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.315906, Long. 9.213706 (2025/52), Lat. 40.1822, Long. 8.5336 (2025/53), Lat.40.174537, Long 9.115053 (2025/54), Lat. 40.41825, Long. 9.14141 (2025/55), Lat. 40.206077 Long. 9.135627 (2025/56), Lat.40.3627, Long. 9.13178 (2025/57), Lat. 40.388023, Long. 9.08036 (2025/58), Lat. 40.414723, Long. 9.128721 (2025/59), Lat. 40.56471, Long. 9.30423 (2025/60), Lat. 40.529482, Long. 9.309159 (2025/61), Lat. 40.528846, Long. 9.316482 (2025/62), Lat. 40.25731, Long. 9.31228 (2025/63), Lat. 40.24868, Long. 9.1688 (2025/64), Lat. 40.58388, Long. 9.3029, (2025/65), Lat. 40.392806, Long. 9.196006 (2025/66), Lat. 40.3283, Long. 9.5911(2025/67), Lat. 40.547176, Long. 9.337898 (2025/68), ), Lat. 40.34821, Long. 9.59222 (2025/69), Lat. 40.23846, Long. 9.28072 (2025/70), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72)

2.12.2025- 18.12.2025

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.209698, Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967, Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451, Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228, Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), Lat. 40.34618, Long. 9.110074 (2025/28), Lat. 40.304711, Long. 9.068162 (2025/29), Lat. 40.25499, Long. 9.12552 (2025/30), Lat. 40.24738, Long. 9.12763 (2025/31), Lat. 40.28341, Long. 9.22293 (2025/32), Lat. 40.25851, Long. 9.20678 (2025/33), Lat. 40.306593, Long. 9.071998 (2025/34), Lat. 40.33359, Long. 9.16725 (2025/35), Lat. 40.3092, Long. 9.2079 (2025/36), Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.25888, Long. 9.2727 (2025/38), Lat. 40.26065, Long. 9.27494 (2025/39), Lat. 40.397264, Long. 9.172869 (2025/40), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.28273, Long. 9.26401 (2025/43), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.32509, Long. 9.133142 (2025/45), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.23263, Long. 9.15369 (2025/47), Lat. 40.27775, Long. 9.03683 (2025/48), Lat. 40.400795, Long. 9.171361 (2025/49), Lat. 40.38841, Long. 9.00316 (2025/50), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.315906, Long. 9.213706 (2025/52), Lat. 40.1822, Long. 8.5336 (2025/53), Lat.40.174537, Long 9.115053 (2025/54), Lat. 40.41825, Long. 9.14141 (2025/55), Lat. 40.206077, Long. 9.135627 (2025/56), Lat.40.3627, Long. 9.13178 (2025/57), Lat.40.388023, Long. 9.08036 (2025/58), Lat. 40.414723, Long. 9.128721 (2025/59), Lat. 40.56471, Long. 9.30423 (2025/60), Lat. 40.529482, Long. 9.309159 (2025/61), Lat. 40.528846, Long. 9.316482 (2025/62), Lat. 40.25731, Long. 9.31228 (2025/63), Lat. 40.24868, Long. 9.1688 (2025/64), Lat. 40.58388, Long. 9.3029, (2025/65), Lat. 40.392806, Long. 9.196006 (2025/66), Lat. 40.3283, Long. 9.5911(2025/67), Lat. 40.547176, Long. 9.337898 (2025/68), ), Lat. 40.34821, Long. 9.59222 (2025/69), Lat. 40.23846, Long. 9.28072 (2025/70), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72) excluding the areas included in the protection zone.

18.12.2025

Parti B: Żona ristretta oħra

Żona amministrattiva

Żoni stabbiliti bħala żona ristretta oħra, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjun ta’ Sardenja

It-territorju sħiħ tar-reġjun ta’ Sardenja, għajr iż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew żona ta’ sorveljanza.

18.12.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2087/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)