European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2080

14.10.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2080

tat-13 ta’ Ottubru 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2026.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, id-data “27 ta’ Ottubru 2025” hija sostitwita b’dik tas-“27 ta’ Ottubru 2026”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HUMMELGAARD


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/638/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2080/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)