European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2064

15.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2064

tal-14 ta’ Ottubru 2025

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (“WAG TSI”)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (“WAG TSI”).

(2)

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3) tistabbilixxi objettivi speċifiċi għall-abbozzar, għall-adozzjoni u għar-rieżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà.

(3)

Skont l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2017/1474, id-WAG TSI għandu jiżgura l-konsistenza u jevita kwalunkwe koinċidenza mar-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (4) (“RID”) f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-vetturi.

(4)

Biex jintlaħaq dak l-objettiv, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji identifikat rekwiżiti tekniċi li jeħtieġ jiġu trasferiti mill-RID lejn il-WAG TSI, u bdiet analiżi tar-riskju biex jiġu identifikati rekwiżiti ġodda li jridu jiġu indirizzati.

(5)

Biex jiġu armonizzati r-responsabbiltajiet u l-kompetenzi għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi, tissaħħaħ it-trasparenza, tittejjeb il-kwalità tal-valutazzjoni u jiġu ssimplifikati l-proċessi amministrattivi, dawk ir-rekwiżiti tal-vetturi tal-RID jenħtieġ li jiġu trasferiti mill-RID lejn il-WAG TSI. Il-valutazzjonijiet tal-vettura qabel l-awtorizzazzjoni jenħtieġ li jwettaqhom korp notifikat.

(6)

Wara diversi inċidenti minħabba nuqqas ta’ ankraġġ xieraq tas-semitrejlers mal-vagun but li jkun qed iġorrhom, inbdew diversi azzjonijiet biex jinħolqu soluzzjonijiet li jiżguraw tagħbija sikura, ġarr sikur u operazzjoni ġenerali sikura fil-każ tas-semitrejlers li jinġarru fuq vaguni but. Fil-WAG TSI jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti tekniċi li ġew żviluppati dan l-aħħar, fosthom il-kostitwent ġdid tal-interoperabbiltà msejjaħ “apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers fuq vaguni żgħar”, il-valuri u l-proċeduri għal assessjar tal-forza tal-illokkjar, l-indikaturi li juru l-istatus tal-illokkjar, kif ukoll l-immarkar rispettiv fuq il-vagun.

(7)

Biex tkun żgurata operazzjoni sikura waqt irjieħ trażversali qawwija, jeħtieġ jiġi verifikat ukoll ir-rekwiżit żviluppat dan l-aħħar b’rabta mal-forza vertikali tal-illokkjar ’il fuq għall-vaguni eżistenti u diġà awtorizzati. Din il-miżura ġiet identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) bħala dik bl-inqas impatt għax f’każ ta’ nuqqas ta’ verifika tal-forza tal-illokkjar għall-vaguni eżistenti, l-impatt li jirriżulta jkun il-ħtieġa li l-apparat jinbidel biex jiġu ankrati s-semitrejlers u, jekk dan ma jkunx possibbli, il-ħtieġa li tintuża vettura oħra għat-trasport tal-merkanzija minflok is-semitrejlers. Il-konformità jenħtieġ li tiġi mmarkata fuq il-vettura u tkun viżibbli faċilment għall-partijiet rispettivi li jwettqu l-monitoraġġ jew is-superviżjoni tal-applikazzjoni retroattiva.

(8)

Billi t-teknoloġiji żviluppati speċifikament għall-vetturi ferrovjarji tal-merkanzija, bħall-akkoppjatur awtomatiku diġitali, jipprovdu karatteristiċi mekkaniċi differenti kif ukoll funzjonijiet diġitali, relatati mal-monitoraġġ tal-merkanzija iżda anki mal-protezzjoni tal-ferroviji u mal-kontroll tal-ferroviji, hu essenzjali li jiġu osservati r-rekwiżiti kollha relatati mal-kompatibbiltà mal-apparat maġenb il-binarji għad-detezzjoni tal-ferroviji. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-arranġamenti għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti futuri possibbli, bħall-introduzzjoni ta’ akkoppjatur awtomatiku diġitali, biex il-merkanzija perikoluża u daqstant ieħor il-merkanzija mhux perikoluża tinġarr b’livell tas-sikurezza ekwivalenti jew ogħla.

(9)

Barra minn hekk, il-każ speċifiku Żvediż b’rabta mad-detetturi tal-kaxxa tal-fus sħuna ċkienlu l-ambitu, ħalli jissaħħu r-rekwiżiti komuni fil-livell tal-UE u b’hekk ikun ta’ ġid għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vettura.

(10)

Skont id-Deċiżjoni Delegata (UE) 2017/1474, it-TSIs jenħtieġ li jindikaw jekk il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew notifikati abbażi ta’ verżjoni preċedenti tat-TSI, jeħtiġux jiġu notifikati mill-ġdid, u jekk jenħtieġx li tiġi applikata proċedura simplifikata tan-notifika. L-emendi introdotti b’dan ir-Regolament ma jeħtiġux xi kompetenzi ġodda speċifiċi għall-valutazzjoni tal-konformità u għalhekk m’hemm bżonn l-ebda notifika mill-ġdid tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 321/2013.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 hu emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-emendi tat-TSI introdotti b’dan ir-Regolament ma jeħtiġux in-notifika mill-ġdid tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li ġew notifikati abbażi ta’ din it-TSI.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/321/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_del/2017/1474/oj).

(4)  Konvenzjoni tad-9 ta’ Mejju 1980 li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999, l-Appendiċi C.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 2.2, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

“RID”: Ir-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija (“RID, Regulation concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Rail”) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/68/oj).”;"

(2)

fil-punt 3, it-Tabella 1 “Parametri bażiċi u l-korrispondenza tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali”, hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli 4.2.2.4.1 sa 4.2.2.4.4 li ġejjin:

“4.2.2.4.1

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – qawwa

1.1.1

1.1.3

 

 

 

 

4.2.2.4.2

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – forza tal-illokkjar

1.1.1

1.1.3

 

 

 

 

4.2.2.4.3

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – indikazzjoni

1.1.1

1.1.3

 

 

 

 

4.2.2.4.4

Immarkar fuq l-unità

1.1.1

1.1.3”

 

 

 

 

(b)

tiżdied ir-ringiela 4.2.7 li ġejja:

“4.2.7

Rekwiżiti speċifiċi għall-vaguni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapitolu 7.1 tal-RID

1.1.1

1.1.3

1.1/4”

 

 

 

 

(c)

ir-ringiela 4.2.6.1.2.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.2.6.1.2,1

Sikurezza kontra n-nirien

Ostakli u tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

1.1.4

 

1.3.2

1.4.2”

 

(3)

jiddaħħal il-punt 4.2.2.4. li ġej:

“4.2.2.4.

Ankraġġ tas-semitrejlers

Dan il-punt japplika għall-unitajiet mgħammra b’apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers.

Il-konformità tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers mar-rekwiżiti tal-punti 4.2.2.4.1, 4.2.2.4.2 u 4.2.2.4.3 għandha tiġi vvalutata bħala kostitwenti interoperabbli skont il-punt 5.3.6 f’konformità mal-punt 6.1.2.7.

Jekk l-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers ma jkunx mibni bħala komponent indipendenti, il-konformità tal-apparat tal-ankraġġ tas-semitrejlers mar-rekwiżiti tal-punti 4.2.2.4.1, 4.2.2.4.2 u 4.2.2.4.3 tista’ tiġi vvalutata fil-valutazzjoni tas-subsistema, billi jiġi applikat il-punt 6.1.2.7 kif xieraq.

Il-konformità tal-immarkar mar-rekwiżit tal-punt 4.2.2.4.4 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-preskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2.4 tad-Dokument Tekniku tal-Aġenzija tal-ERA msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [D].

4.2.2.4.1.

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – qawwa

L-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom iżommu s-semitrejlers f’pożizzjoni sikura billi jkunu jifilħu l-forzi lonġitudinali, laterali u vertikali direzzjonati ’l isfel f’konformità mal-istat operattiv skont id-disinn.

4.2.2.4.2.

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – forza tal-illokkjar

L-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom iżommu s-semitrejlers f’pożizzjoni sikura billi jkunu jifilħu għall-forzi vertikali direzzjonati ’l fuq f’konformità mal-istat operattiv skont id-disinn.

4.2.2.4.3.

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – indikazzjonijiet

L-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom jindikaw b’mod affidabbli jekk il-kingpin tas-semitrejler ikunx pożizzjonat sew u jekk is-semitrejler hux illokkjat sew.

Il-pożizzjoni korretta tal-kingpin tas-semitrejler u l-illokkjar tas-semitrejler għandhom jiġu identifikati b’mod indipendenti.

L-indikazzjoni għandha tkun viżibbli għall-persunal tat-tagħbija u tal-kontroll fi kwalunkwe sitwazzjoni waqt it-tagħbija tal-unità.

4.2.2.4.4.

Immarkar fuq l-unità

L-unità għandu jkollha mmarkar relatat mal-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers fuq iż-żewġ naħat ta’ kull apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers, li jkun juri:

l-informazzjoni kollha rilevanti għall-użu sikur tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers mill-persunal tat-tagħbija u tal-kontroll;

il-konformità mal-punt 4.2.2.4.2.”;

(4)

fil-punt 4.2.3.5.3.4, il-ħames paragrafu, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Jekk dan ma jkunx fiżikament fattibbli, id-DDAF għandha tindika l-istatus tagħha minn imqar naħa waħda, u n-naħa l-oħra tal-vagun għandha tiġi mmarkata f’konformità mal-punt 7.1.2(g).”;

(5)

il-punt 4.2.6.1.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.2.6.1.2.1.

Ostakli u tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

4.2.6.1.2.1.1.

Rekwiżiti applikabbli għall-ostakli u t-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

Biex jiġu limitati l-effetti tan-nirien, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

għandu jiġi installat ilqugħ kontra n-nirien bejn is-sorsi potenzjali tan-nirien identifikati (komponenti b’riskju għoli) u t-tagħbija trasportata fl-unitajiet kollha,

it-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fid-dokument tekniku msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [E].

L-ilqugħ kontra n-nirien u t-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar għandu jkollhom integrità ta’ mqar 15-il minuta. Id-dimostrazzjoni tal-konformità għall-ostakli u t-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar hija deskritta fil-punt 6.2.2.8.1.

4.2.6.1.2.1.2.

Rekwiżiti speċifiċi għat-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

L-unitajiet li ġejjin attrezzati bi brejkijiet fuq wiċċ ir-rota għandhom jiġu attrezzati b’tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar:

unitajiet bl-art magħmula minn materjali mhux elenkati fil-punt 6.2.2.8.2.3,

unitajiet ċatti mingħajr pavimentar,

unitajiet ċatti bi spazji fl-art biex jitpoġġew ir-roti.”;

(6)

jiddaħħal il-punt 4.2.7 li ġej:

“4.2.7.

Rekwiżiti speċifiċi għall-vaguni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapitolu 7.1 tal-RID

Il-vaguni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapitolu 7.1 tal-RID għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi I.”;

(7)

fil-punt 4.8, l-ewwel paragrafu, jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

Il-konformità mar-rekwiżit tat-Tagħmir tal-Vagun WE kif stabbilit fil-punt 7.1.2.2 tal-RID

Il-konformità mal-punti 7.1.2.1.1 sa 7.1.2.1.6 tal-RID”;

(8)

jiddaħħal il-punt 5.3.6 li ġej:

“5.3.6.

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers

L-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom jiġu ddisinjati u vvalutati għal żona tal-użu definita minn:

semitrejlers li l-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers ikun kompatibbli magħhom;

l-unità li fuqha l-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers jista’ jiġi mmuntat b’mod sikur.

L-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4.2.2.4.1, 4.2.2.4.2 u 4.2.2.4.3. Il-konformità tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers ma’ dawk ir-rekwiżiti għandha tiġi vvalutata fil-livell tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà f’konformità mal-punt 6.1.2.7.”;

(9)

fil-punt 6.1.2, it-Tabella 9 “Moduli li jridu jiġu applikati għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“4.2.2.4.1, 4.2.2.4.2 u 4.2.2.4.3

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – qawwa, forza tal-illokkjar u indikazzjonijiet

X (*2)**

X

X

X (*2)**

X

 

(10)

jiddaħħal il-punt 6.1.2.7. li ġej:

“6.1.2.7

Apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers

Il-konformità tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers mar-rekwiżiti tal-punti 4.2.2.4.1, 4.2.2.4.2 u 5.3.6 ta’ dan l-Anness għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-proċeduri fit-Taqsimiet 2.1 u 2.2 tad-Dokument Tekniku tal-ERA msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [D].

Il-konformità tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers mar-rekwiżiti tal-punti 4.2.2.4.3 u 5.3.6 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-preskrizzjonijiet fit-Taqsima 2.3 tad-Dokument Tekniku tal-ERA msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [D].”;

(11)

il-punt 6.2.2.8.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.2.8.1

Ostakli u tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

L-ostakli u t-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [19]. Folji tal-azzar ħoxnin imqar 2 mm u folji tal-aluminju ħoxnin imqar 5 mm jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tal-integrità mingħajr ittestjar.”

(12)

il-punt 6.2.2.8.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.2.8.2

Materjali

6.2.2.8.2.1

Test

L-ittestjar tal-karatteristiċi tal-fjammabbiltà u tat-tifrix tal-fjamma għandu jsir f’konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [20], li għalih il-limitu għandu jkun CFE ≥ 18 kW/m2.

Għall-partijiet tal-lastku tal-bogies, l-ittestjar għandu jsir f’konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [23], li għalihom il-limitu għandu jkun MARHE ≤ 90 kW/m2 skont il-kundizzjonijiet tat-test stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [22].

6.2.2.8.2.2

Komponenti eżentati mill-ittestjar

Is-settijiet tar-roti, miksija jew mhux miksija, jitqiesu konformi mal-proprjetajiet meħtieġa tal-fjammabbiltà u tat-tifrix tal-fjamma mingħajr ittestjar.

6.2.2.8.2.3

Materjali eżentati mill-ittestjar

Il-materjali li ġejjin jitqiesu konformi mal-proprjetajiet meħtieġa tal-fjammabbiltà u tat-tifrix tal-fjamma mingħajr ittestjar:

metalli u ligi b’kisjiet inorganiċi (bħal, iżda mhux limitati għal: kisi galvanizzat, kisi anodiku, films tal-kromat, kisi tal-konverżjoni tal-fosfat),

metalli u ligi b’kisi organiku bi ħxuna nominali ta’ mqar 0,3 mm (bħal, iżda mhux limitati għal żebgħa, kisi tal-plastik, kisi asfaltiku),

metalli u ligi b’kisi inorganiku u organiku kkombinat bi ħxuna nominali tas-saff organiku inqas minn 0,3 mm,

prodotti tal-ħġieġ, tal-ġebel, taċ-ċeramika u tal-ġebel naturali,

materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kategorija C-s3, d2 jew ogħla f’konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [21].”;

(13)

fil-punt 7.1.2(d1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-konformità tal-unità għandha tintwera abbażi tad-dokument tekniku msemmi fl-Artikolu 13 tas-CCS TSI u jivverifikaha l-korp notifikat bħala parti mill-verifika tal-KE.”;

(14)

fil-punt 7.1.2(g) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Il-konformità tal-unità mar-rekwiżiti tat-Tagħmir tal-Vagun (WE) kif stabbiliti fl-Appendiċi I għandha tiġi mmarkata fuq iż-żewġ naħat tal-unità kif jidher fl-Illustrazzjoni 3, anke jekk l-unità ma tkunx maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija perikoluża:

Illustrazzjoni 3

Immarkar tal-unità bit-tagħmir tal-vagun

Image 1

F’dan l-eżempju, il-vagun jiġi attrezzat bit-tagħmir tal-vagun 1, 3, 2, 4 u 6.

L-ittri għandhom ikunu bl-istess tip ta’ tipa bħall-immarkar GE. L-għoli tal-ittri għandu jkun imqar 100 mm. Il-wisa’ ta’ barra tal-kwadru għandu jkun imqar 275 mm, għoli 140 mm, u oħxon 7 mm.

L-immarkar għandu jkun fuq in-naħa tal-lemin taż-żona bin-Numru Ewropew tal-Vettura u l-immarkar TEN”;

(15)

il-punt 7.1.2(h) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-kontenut, “Illustrazzjoni 1” hija sostitwita bl-espressjoni “Illustrazzjoni 4”;

(b)

fit-titlu tal-illustrazzjoni, “Illustrazzjoni 1” hija sostitwita bl-espressjoni “Illustrazzjoni 4”;

(16)

jiddaħħal il-punt 7.2.2.5. li ġej:

“7.2.2.5

Regoli għall-unitajiet operattivi li jiġu attrezzati b’apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers.

L-unitajiet operattivi li jiġu attrezzati b’apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4.2 tul perjodu tranżizzjonali kif stabbilit fit-Tabella A.2 tal-Appendiċi A.

Il-konformità tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4.2 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-proċedura fit-Taqsima 2.2 tad-Dokument Tekniku tal-ERA msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [D].

Il-konformità għandha tiġi vvalutata:

(a)

mid-detenturi fir-rigward tal-flotot tal-vetturi tagħhom, darba għal kull kombinament ta’ tip tal-unità u tip tal-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers. Id-detentur jista’ jiddelega l-valutazzjoni lill-manifattur tal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers, jew lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni assenjata għall-vetturi tiegħu, jew

(b)

mill-manifatturi fir-rigward tal-vetturi magħmulin minnhom, darba għal kull kombinament ta’ tip tal-unità u tip tal-apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers. Imbagħad, l-evidenza tal-konformità tista’ tingħata lil kwalunkwe detentur.

Kull unità individwali li tikkorrispondi għall-kombinament ivvalutat b’mod pożittiv għandu jkollha entrata fid-dokumentazzjoni teknika tagħha li tirreferi għat-testijiet li jkunu saru u tikkonferma li din tkun konformi mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4.2. Il-konformità mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4.2 għandha tiġi inkluża wkoll fl-immarkar fuq l-unità, f’konformità mal-punt 4.2.2.4.4.

Ma għandhiex tkun meħtieġa valutazzjoni minn korp notifikat.

L-unitajiet operattivi u attrezzati b’apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fil-punti 4.2.2.4.4 tul perjodu tranżizzjonali kif stabbilit fit-Tabella A.2.

Il-konformità tal-immarkar ta’ kull unità individwali għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-preskrizzjonijiet fit-Taqsima 2.4 tad-Dokument Tekniku tal-ERA msemmi fl-Appendiċi D.2, l-Indiċi [D]. Il-konformità għandha tiġi vvalutata mid-detentur. Id-detentur jista’ jiddelega l-valutazzjoni lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni assenjata għall-unitajiet tiegħu.

Kull unità individwali vvalutata b’mod pożittiv għandu jkollha entrata fid-dokumentazzjoni teknika tagħha li tikkonferma li l-konformità tagħha mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4.4.

Ma għandhiex tkun meħtieġa valutazzjoni minn korp notifikat.”;

(17)

fil-punt 7.3.2.2 li jirreferi għall-każ speċifiku tal-Iżvezja, it-Tabella 12 hija sostitwita b’dan:

Tabella 12

Żoni fil-mira u projbittivi għal unitajiet maħsuba biex jitħaddmu fl-Iżvezja

YTA [mm]

WTA [mm]

LTA [mm]

YPZ [mm]

WPZ [mm]

LPZ [mm]

905 ± 20

≥ 40

sħaħ

905

≥ 100

≥ 500”

(18)

l-Appendiċi A huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi A

Bidliet fir-rekwiżiti u fir-reġimi ta’ tranżizzjoni

F’konformità mal-punt 7.2.3.1.2, it-Tabella A.1 u t-Tabella A.2 jirreferu għall-bidliet, meta mqabbla mat-TSI kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/387, li jeħtieġu valutazzjoni.

Bidliet b’reġim ta’ tranżizzjoni ġeneriku ta’ 7 snin

Il-bidliet b’reġim ta’ tranżizzjoni ġeneriku jaffettwaw il-proġetti fil-fażi tad-disinn. Dawk il-bidliet huma rilevanti biex tiġi determinata l-applikabbiltà tar-rekwiżiti tal-qafas taċ-ċertifikazzjoni ta’ proġett, abbażi tal-qafas tal-valutazzjoni inizjali tiegħu. Il-proġetti fil-fażi tal-produzzjoni u l-unitajiet operattivi mhumiex affettwati minn dawk il-bidliet.

Tabella A.1

Reġim ta’ tranżizzjoni ta’ 7 snin

Punt(i) tat-TSI

Punt(i) tat-TSI fit-TSI preċedenti

Spjegazzjoni tal-bidla fit-TSI

Data tal-applikazzjoni

4.2.2.3

It-tieni paragrafu

Rekwiżit ġdid

Inklużjoni ta’ rekwiżit dwar l-apparati għall-ankraġġ

fit-28 ta’ Settembru 2030.

4.2.3.5.3

Funzjoni ta’ detezzjoni u ta’ prevenzjoni tal-ħruġ ’il barra mil-linji

L-ebda punt

L-inklużjoni ta’ rekwiżiti għall-funzjoni ta’ detezzjoni u ta’ prevenzjoni tal-ħruġ ’il barra mil-linji

fit-28 ta’ Settembru 2030.

4.2.4.3.2.1

Brejk tas-servizz

4.2.4.3.2.1

Brejk tas-servizz

Evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D.1, l-Indiċijiet [16] u [17]

fit-28 ta’ Settembru 2030.

4.2.4.3.2.2

Brejk tal-ipparkjar

4.2.4.3.2.2

Brejk tal-ipparkjar

Evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D.1, l-Indiċi [17]

fit-28 ta’ Settembru 2030.

4.2.4.3.2.2

Brejk tal-ipparkjar

4.2.4.3.2.2

Brejk tal-ipparkjar

Bidla fil-kalkolu tal-parametri tal-brejk tal-ipparkjar

fit-28 ta’ Settembru 2030.

6.2.2.8.1

Ittestjar tal-ostakli u t-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

6.2.2.8.1

Ittestjar tal-ostakli

Evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D.1, l-Indiċi [19]

fit-28 ta’ Settembru 2030.

7.1.2 (h)

Immarkar tal-brejk tal-ipparkjar

7.1.2 (h)

Immarkar tal-brejk tal-ipparkjar

Bidla fl-immarkar meħtieġ

fit-28 ta’ Settembru 2030.

Il-punt 9 tal-Appendiċi C

Il-punt 9 tal-Appendiċi C

Evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D.1, l-Indiċijiet [38], [39], [46], [48], [49], [58]

fit-28 ta’ Settembru 2030.

Punti li jirreferu għall-Appendiċi H u l-Appendiċi D.2, l-Indiċi [B]

Rekwiżit ġdid

Inklużjoni ta’ rekwiżiti dwar il-kodifikazzjoni tal-unitajiet maħsuba biex jintużaw fi trasport kombinat

fit-28 ta’ Settembru 2030.

Punti li jirreferu għall-Appendiċi D.2, l-indiċi [A], ħlief għall-punt 3.2.2

Punti li jirreferu għall-ERA/ERTMS/033281 V4 ħlief għall-punt 3.2.2

L-ERA/ERTMS/033281 V5 tissostitwixxi l-ERA/ERTMS/033281 V4, il-bidliet ewlenin jikkonċernaw il-ġestjoni tal-frekwenza għal-limiti attwali tal-interferenza u l-għeluq ta’ punti miftuħa

fit-28 ta’ Settembru 2030.

Bidliet b’reġim ta’ tranżizzjoni speċifiku

Il-bidliet b’reġim ta’ tranżizzjoni speċifiku jaffettwaw il-proġetti fil-fażi tad-disinn, il-proġetti fil-fażi tal-produzzjoni u l-unitajiet operattivi. Dawk il-bidliet huma rilevanti biex tiġi determinata l-applikabbiltà tar-rekwiżiti tal-qafas taċ-ċertifikazzjoni ta’ proġett, abbażi tal-qafas tal-valutazzjoni inizjali tiegħu. Huma rilevanti wkoll biex tiġi determinata l-ħtieġa ta’ modifika retroattiva.

Tabella A.2

Reġim ta’ tranżizzjoni speċifiku

Punt(i) tat-TSI

Punt(i) tat-TSI fit-TSI preċedenti

Spjegazzjoni dwar il-bidla fit-TSI

Reġim ta’ tranżizzjoni

Fażi tad-disinn mhux mibdija

Fażi tad-disinn mibdija

Fażi tal-produzzjoni

unitajiet operattivi

Punti li jirreferu għall-punt 3.2.2 tal-Appendiċi D.2, l-Indiċi [A]

Punti li jirreferu għall-punt 3.2.2 tal-ERA/ERTMS/033281 V4

L-ERA/ERTMS/033281 V5 tissostitwixxi l-ERA/ERTMS/033281 V4

Ir-reġim ta’ tranżizzjoni hu stabbilit fit-Tabella B1 tal-Appendiċi B tas-CCS TSI

Punti li jirreferu għall-punt 4.2.2.4.1

Mhux applikabbli

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – qawwa (lonġitudinali, laterali u vertikali ’l isfel)

Applikabbli direttament

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Novembru 2026

Mhux applikabbli

Punti li jirreferu għall-punt 4.2.2.4.2

Mhux applikabbli

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – forza tal-illokkjar (vertikali direzzjonata ’l fuq)

Applikabbli direttament

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Mejju 2027

Punti li jirreferu għall-punt 4.2.2.4.3

Mhux applikabbli

Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – indikazzjonijiet

Applikabbli direttament

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Novembru 2026

Mhux applikabbli

Punti li jirreferu għall-punt 4.2.2.4.4

Mhux applikabbli

Immarkar relatat mal-apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers

Applikabbli direttament

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Novembru 2026

L-4 ta’ Mejju 2027

4.2.6.1.2.1.2

Mhux applikabbli punt ġdid

Tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar obbligatorju għal ċerti kategoriji ta’ vaguni

Applikabbli direttament

l-1 ta’ Jannar 2027

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

4.2.7

mhux applikabbli punt ġdid

Trasferiment tar-rekwiżit tal-vaguni mill-RID għat-TSI

l-1 ta’ Jannar 2027

l-1 ta’ Jannar 2027

fl-1 ta’ Jannar 2033.

Mhux applikabbli

7.1.2(g)

Mhux applikabbli punt ġdid

Trasferiment tar-rekwiżit tal-vaguni mill-RID għat-TSI

l-1 ta’ Jannar 2027

l-1 ta’ Jannar 2027

l-1 ta’ Jannar 2033

Mhux applikabbli

(19)

fl-Appendiċi D, il-punt D.1, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela [1.6] li ġejja:

“[1.6]

Kundizzjonijiet operattivi normali

l-Appendiċi I, il-punt D

8”

(b)

titħassar ir-ringiela [2.2];

(c)

ir-ringiela [2.3] hija sostitwita b’dan li ġej:

“[2.3]

Immarkar applikabbli

7.1.2(g)

il-punti kollha minbarra 4.5.25(b) u 4.5.35”

(d)

ir-ringiela [19.1] hija sostitwita b’dan li ġej:

“[19.1]

Ostakli u tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

6.2.2.8.1

4 sa 12”

(e)

jiddaħħlu r-ringieli [32.2] u [32.3] li ġejjin:

“[32.2]

Buffers tal-Kategorija C

l-Appendiċi I, il-punt D.1.2

4 (ħlief 4.3), 5, 6 (ħlief 6.2.2.3, l-Anness E.4 u l-Anness I)

[32.3]

Buffers tal-Kategorija AX

l-Appendiċi I, il-punt D.2.1

4 (ħlief 4.3), 5, 6 (ħlief 6.2.2.3 u E.4) u 7”

(20)

fl-Appendiċi d, il-punt D.2, it-tabella, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“[D]

Dokument Tekniku tal-ERA dwar il-proċeduri biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.2.4 tal-WAG TSI dwar l-ankraġġ tas-semitrejlers

ERA/TD-2025/ANKRAĠĠ TAS-SEMITREJLERS, il-verżjoni 1.0 (maħruġa fil-11.9.2025)

[D.1]

Preskrizzjonijiet għall-immarkar

4.2.2.4.4

it-Taqsima 2.4

[D.2]

Valutazzjoni tal-konformità rigward l-ankraġġ tas-semitrejlers

6.1.2.7

It-Taqsimiet 2.1, 2.2, u 2.3.

[E]

Dokument Tekniku tal-ERA dwar it-tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

ERA/TD-2024/Tagħmir għall-Ilqugħ tax-Xrar il-verżjoni 1.1 (maħruġa fil-5 ta’ Diċembru 2024)

[E.1]

Tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar

4.2.6.1.2.1

It-Taqsimiet 2.1, 2.2, 2.3”

(21)

L-Appendiċi F, it-Tabella F.1 “Valutazzjoni assenjata għall-fażijiet tal-produzzjoni”, hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“Apparati għall-ankraġġ tas-semitrejlers – qawwa

4.2.2.4.1

X

X

mhux applikabbli

6.1.2.7

Apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers – forza tal-illokkjar

4.2.2.4.2

X

X

mhux applikabbli

6.1.2.7

Apparat għall-ankraġġ tas-semitrejlers – indikazzjonijiet

4.2.2.4.3

X

X

mhux applikabbli

6.1.2.7

Immarkar fuq l-unità

4.2.2.4.4

X

X

mhux applikabbli

—”

(b)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“Rekwiżiti speċifiċi għall-vaguni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapitolu 7.1 tal-RID

4.2.7

 

Appendiċi I

A sa F

X

X

mhux applikabbli.”

 

(22)

jiżdied l-Appendiċi I li ġej:

“Appendiċi I

Rekwiżiti speċifiċi għall-vaguni maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija perikoluża

Dan l-Appendiċi japplika għall-unitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapitolu 7.1 tal-RID u hu maħsub biex jinqara flimkien mal-RID.

Il-merkanzija perikoluża hi definita fil-punt 1.2.1 tal-RID.

Il-vagun fil-kuntest ta’ dan l-Appendiċi għandu jinftiehem bħala “vagun” kif definit fil-punt 1.2.1 tal-RID, li hu l-ekwivalenti għal “unità” f’din it-TSI.

It-tank, il-vagun tank u l-vagun batterija huma vaguni speċifiċi definiti fil-punt 1.2.1 tal-RID.

Ir-rekwiżiti D, E u F jinkludu r-rekwiżiti addizzjonali għall-konformità mat-Tagħmir tal-Vagun (WE) stabbiliti fil-punt 7.1.2.2 tal-RID.

Rekwiżiti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-RID

A)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.1 tal-RID

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4.2.2.2 ta’ din it-TSI, il-każijiet tat-tagħbija li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-qawwa tat-tank u t-twaħħil tiegħu mal-vagun għandhom iqisu dan li ġej:

(1)

jekk il-pressjoni operattiva massima tat-tank ġietx superimposta fuq il-każijiet tat-tagħbija;

(2)

il-medda tat-temperatura operattiva tal-qoxra;

(3)

il-ħxuna minima tal-ħajt tal-qoxra f’konformità mal-punti 6.8.2.1 u 6.8.3.1 tal-RID.

B)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.2 tal-RID

Tagħmir tal-vagun

Il-vagun għandu jiġi attrezzat b’tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar kif definit fid-Dokument Tekniku ERA/TD-2024/Tagħmir għall-ilqugħ tax-xrar, il-verżjoni 1.1.

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità hija stabbilita fil-punt 6.2.2.8.1 ta’ din it-TSI. Dan il-punt ikopri r-rekwiżiti għad-WE 6 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-RID.

C)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.3 tal-RID

Kull vagun maħsub biex jintuża f’ambjenti potenzjalment splussivi għandu jikkonforma ma’ livell xieraq ta’ protezzjoni li jkun jiddependi fuq iż-żoni fejn dan il-vagun ikun maħsub li jintuża.

Iż-żoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt huma definiti fid-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

Il-livell ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għall-grupp u l-kategorija tat-tagħmir magħżulin hu stabbilit fid-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Il-livell ta’ protezzjoni li skontu jiġi vvalutat il-vagun għandu jiġi rrapportat fil-fajl tekniku tal-vagun.

D)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.4 tal-RID

Il-vaguni tank maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija perikoluża għandhom jinbnew u jiġu attrezzati b’mod li jkunu jifilħu l-impatt tal-ħabtiet li jipproduċu stress akbar minn dawk waqt kundizzjonijiet operattivi normali kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [1].

Rekwiżiti tal-kostruzzjoni

Id-distanza minima bejn il-pjan tal-barumbella u l-aktar punt sporġut fl-estremità tal-qoxra fuq il-vaguni tank għandha tkun imqar 300 mm. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-vaguni tank attrezzati b’akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali f’konformità mal-punt E.1.2 ta’ dan l-Appendiċi.

Tagħmir tal-vagun

Dan il-punt ikopri r-rekwiżiti għad-WE 1 (D.1) u għad-WE 2 (D.2) f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-RID.

D.1

Il-vaguni li għalihom hu meħtieġ il-kodiċi WE 1 għandhom jiġu attrezzati b’apparati li jillimitaw l-impatt tal-ħabta. Dawk l-apparati għandhom ikunu kapaċi jassorbu l-enerġija b’deformazzjoni elastika ta’ komponenti definiti tas-sottoqafas.

Id-deformazzjoni elastika minima li skontha jkun ġie vvalutat il-vagun għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tekniku.

Il-kapaċità dinamika tal-enerġija u l-proċedura tal-valutazzjoni jiddependu mit-tip ta’ akkoppjatur kif speċifikat hawn taħt:

D.1.1. -   Vaguni attrezzati b’sistema manwali tal-akkoppjar tat-tarf tal-Union Internationale des Chemins de fer (UIC)

Kapaċità dinamika minima tal-enerġija: 70 kJ għal kull buffer.

Ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni speċjali għandhom jitqiesu ssodisfati jekk jiġu installati buffers tal-Kategorija C kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [32].

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-vaguni attrezzati b’elementi tal-assorbiment f’konformità mal-punt D.2.1.

D.1.2 -   Vaguni attrezzati b’akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali

Kapaċità dinamika minima tal-enerġija: 140 kJ għal kull akkoppjatur.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-vaguni attrezzati b’elementi tal-assorbiment f’konformità mal-punt D.2.2.

D.2

Il-vaguni li għalihom hu meħtieġ il-kodiċi WE 2 għandhom jiġu attrezzati b’apparati li jillimitaw l-impatt tal-ħabta. Dawk l-apparati għandhom ikunu kapaċi jassorbu l-enerġija b’deformazzjoni elastika jew tal-plastik ta’ komponenti definiti tas-sottoqafas jew bi proċedura simili (eż. elementi tal-ħbit).

Il-kapaċità minima tad-deformazzjoni elastika u dik tad-deformazzjoni tal-plastik li skonthom ikun ġie vvalutat il-vagun għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tekniku.

Il-kapaċità totali tal-assorbiment tal-enerġija u l-proċedura tal-valutazzjoni jiddependu fuq it-tip ta’ akkoppjatur kif speċifikat hawn taħt:

D.2.1. -   Vaguni attrezzati b’sistema manwali tal-akkoppjar tat-tarf tal-Union Internationale des Chemins de fer (UIC)

Kapaċità dinamika minima tal-enerġija: 30 kJ għal kull buffer.

Kapaċità totali minima tal-assorbiment tal-enerġija (riversibbli u irriversibbli): 400 kJ għal kull buffer.

Ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni speċjali għandhom jitqiesu ssodisfati jekk jiġu installati buffers tal-Kategorija AX kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Appendiċi D, l-Indiċi [32].

D.2.2 -   Vaguni attrezzati b’akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali

Kapaċità dinamika minima tal-enerġija: 75 kJ għal kull akkoppjatur.

Kapaċità minima totali ta’ assorbiment tal-enerġija (riversibbli u irriversibbli): 675 kJ għal kull akkoppjatur.

E)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.5 tal-RID

Tagħmir tal-vagun

L-issodisfar tat-Taqsima E.1 jew E.2 ta’ dan il-punt għandu jkopri r-rekwiżiti għad-WE 3 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-RID.

E.1   Prevenzjoni ta’ trikkib fuq xulxin tal-vaguni

E.1.1   Vaguni attrezzati b’sistema manwali tal-akkoppjar tal-UIC

Il-vagun għandu jkun protett kontra t-trikkib fuq xulxin tal-buffers permezz ta’ tagħmir li:

(1)

jiflaħ forza vertikali (‘il fuq jew ’l isfel) ta’ 150 kN;

(2)

ikun ġie ddisinjat u vvalutat b’mod li jkun jista’ jevita t-trikkib fuq xulxin anki jekk it-Tagħmir tal-Vagun ikun imwaħħal fuq wieħed biss mill-vaguni involuti fil-ħabta;

(3)

ma jżidx il-kantiliver għat-twaħħil tat-Tagħmir tal-Vagun b’aktar minn 20 mm;

(4)

ikun wiesa’ mqar daqs il-wisa’ tar-ras tal-buffer (ħlief għat-tagħmir tal-vagun li jipproteġi kontra t-trikkib fuq xulxin tal-buffers u li jkun hemm fuq mill-mistrieħ tas-saqajn tan-naħa tax-xellug, li għandha tkun tanġenti għall-ispazju ħieles għax-shunter, għalkemm il-wisa’ massima tal-buffer trid tkun mgħottija);

(5)

jinsab fuq kull buffer;

(6)

ikun mibni b’mod li r-riskju ta’ penetrazzjoni ġot-tarf tat-tank ma jiżdiedx fil-każ ta’ impatt.

E.1.2 -   Vaguni li jużaw akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali

Għandu jintwera li l-akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali jevita t-trikkib fuq xulxin billi jibqa’ f’pożizzjoni akkoppjata u billi jibqa’ mwaħħal mal-vaguni akkoppjati meta naħa minnhom tal-akkoppjatur tkun soġġetta għal forza vertikali ta’ 150 kN trażmessa mill-vagun ’il fuq u ’l isfel filwaqt li l-parti l-oħra tal-akkoppjatur tinżamm f’pożizzjoni fissa.

Jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat, il-konsegwenzi ta’ trikkib fuq xulxin għandhom jiġu limitati billi jitwaħħal ilqugħ protettiv f’kull tarf tal-vagun f’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fil-punt E.2.2.

E.2 -   Tagħmir tal-Vagun li jillimita l-impatt minn vagun li jirkeb fuq ieħor fuq is-sustanzi trasportati meta jseħħ trikkib fuq xulxin

E.2.1 -   Vaguni li jużaw sistema manwali tal-akkoppjar tat-tarf tal-Union Internationale des Chemins de fer (UIC)

Il-vagun għandu jiġi attrezzat bi lqugħ protettiv f’kull tarf tal-vagun biex jillimita l-konsegwenza ta’ trikkib fuq xulxin tal-buffers.

Il-wisa’ tal-ilqugħ protettiv għandha:

(1)

tkun imqar wiesgħa daqs id-distanza definita mit-tarf ta’ barra tal-irjus tal-buffers;

(2)

tkopri l-wisa’ tat-tank.

L-għoli tal-ilqugħ protettiv, imkejjel mit-tarf ta’ fuq tal-barumbella, għandu jgħatti wieħed minn dawn li ġejjin:

(1)

żewġ terzi tad-dijametru tat-tank;

(2)

imqar 900 mm, diment li l-ilqugħ protettiv fit-tarf ta’ fuq ikun attrezzat ukoll b’tagħmir tal-waqfien għall-climbing buffers.

Ilqugħ protettiv magħmul minn azzar ħafif jew azzar ta’ referenza bi ħxuna minima tal-ħajt ta’ 6 mm għandu jiġi preżunt konformi.

“Azzar ta’ referenza” tfisser azzar b’qawwa tensili ta’ ta’ 370 N/mm2 u b’titwil fil-qsim ta’ 27 %.

“Azzar ħafif” tfisser azzar b’qawwa tensili ta’ bejn 360 N/mm2 u 490 N/mm2 u b’titwil fil-qsim b’% mhux inqas minn:

Formula

Jekk jintużaw materjali oħra, il-ħxuna ekwivalenti għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

ħxuna ekwivalenti = 6

Formula

fejn Rm1 hija l-qawwa tensili tal-materjal maħsub u A1 hija t-titwil fil-qsim tal-materjal maħsub.

Il-valuri ta’ Rm1 u A1 li jridu jintużaw għandhom ikunu l-valuri minimi speċifikati fl-istandards li jiddefinixxu l-proprjetajiet materjali.

L-ilqugħ protettiv għandu jissawwar u jitwaħħal b’mod li titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà li t-truf tat-tank jiġu ppenetrati mill-ilqugħ protettiv stess.

E.2.2 -   Vaguni li jużaw akkoppjar ċentrali, minbarra l-akkoppjatur awtomatiku tat-tarf ċentrali, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-punt E.1.2.

Il-vagun għandu jiġi attrezzat bi lqugħ protettiv f’kull tarf tal-vagun.

F’dan il-każ, l-ilqugħ protettiv għandu jgħatti t-tarf tat-tank sa għoli ta’ mqar 1 100 mm, imkejjel mit-tarf ta’ fuq tal-barumbella, l-akkoppjaturi għandhom jiġi attrezzati b’apparati kontra t-tkaxkir biex jevitaw diżakkoppjar mhux intenzjonat, u l-ilqugħ protettiv għandu jkun wiesa’ mqar 1 200 mm tul l-għoli kollu tal-ilqugħ.

Ilqugħ protettiv magħmul minn azzar ħafif jew azzar ta’ referenza kif definit fil-punt E.2.1 bi ħxuna tal-ħajt ta’ 12 mm għandu jiġi preżunt konformi.

Jekk jintużaw materjali oħra, il-ħxuna ekwivalenti għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

ħxuna ekwivalenti = 12

Formula

fejn Rm1 hija l-qawwa tensili tal-materjal maħsub u A1 hija t-titwil fil-qsim tal-materjal maħsub.

Il-valuri ta’ Rm1 u A1 li jridu jintużaw għandhom ikunu l-valuri minimi speċifikati fl-istandards li jiddefinixxu l-proprjetajiet materjali.

L-ilqugħ protettiv għandu jissawwar u jitwaħħal b’mod li titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà li t-truf tat-tank jiġu ppenetrati mill-ilqugħ protettiv stess.

F)    Rekwiżiti għall-konformità mal-punt 7.1.2.1.6 tal-RID

Tagħmir tal-vagun

Din it-Taqsima tkopri r-rekwiżiti għad-WE 4 u d-WE 5 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-RID.

F.1

Il-konformità mal-punti 4.2.3.5.3.3 jew 4.2.3.5.3.4 ta’ din it-TSI għandha titqies biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għad-WE 4.

F.2

Il-konformità mal-punt 4.2.3.5.3.2 ta’ din it-TSI għandha titqies biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għad-WE 5.

.

(*1)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/68/oj).”;”


(*2)  Il-moduli CA1, CA2 jew CH jistgħu jintużaw biss fil-każ ta’ prodotti introdotti fis-suq, u għalhekk żviluppati qabel l-4 ta’ Novembru 2025, diment li l-manifattur juri lill-korp notifikat (NoBo) li r-rieżami tad-disinn u l-eżami tat-tip kienu saru għal applikazzjonijiet preċedenti f’kundizzjonijiet komparabbli, u huma konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI; din id-dimostrazzjoni għandha tiġi dokumentata u titqies li tipprovdi l-istess livell ta’ prova bħall-modulu CB jew l-eżami tad-disinn f’konformità mal-modulu CH1.”;

(*3)  Id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-ħtiġiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi splussivi (il-15-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 23, 28.1.2000, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/92/oj).

(*4)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/34/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2064/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)