|
“56.
|
JSC Holography Industry
ZAT Galagrafichnaya Industryya
ZAO Golograficheskaya Industriya
|
Закрытае акцыянернае таварыства ‘ГАЛАГРАФIЧНАЯ IНДУСТРЫЯ’
Закрытое акционерное общество ‘ГОЛОГРАФИЧЕСКАЯ ИНДУСТРИЯ’
|
Indirizz: Kalinina 12, Minsk, Belarus
Numru tar-reġistrazzjoni: 101482057
Data tar-reġistrazzjoni: 7.5.1998
Tel: +375 266 01 31, +375 266 34 17
Posta elettronika: info@holography.by
Web: www.holography.by
|
JSC Holography Industry hija l-produttur ewlieni Belarussu ta' ologrammi u kristallogrammi protettivi. Skont il-leġiżlazzjoni Belarussa, l-istikers olografiċi protettivi jitqiegħdu fuq it-timbri tas-sisa, inkluż it-timbri tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku, firxa wiesgħa ta' prodotti għall-konsumatur, ir-reġistri tal-flus kontanti u l-islot machines. Dan joħloq domanda sinifikanti għall-prodotti ta' JSC Holography Industry.
JSC Holography Industry għandha relazzjoni ta' ħidma mill-qrib ma' entitajiet statali, li wħud minnhom huma l-azzjonisti tagħha. Din ir-relazzjoni mill-qrib irriżultat, parzjalment, mill-fatt li l-eks sieħeb kummerċjali tal-fundatur tal-kumpanija ta ishma lill-Istat bħala rigal. Bħala rikonoxximent, l-Istat għamel ordnijiet mal-kumpanija.
Għalhekk, JSC Holography Industry qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka.
|
23.10.2025
|
|
57.
|
ICT Horizont
magħrufa wkoll bħala Research Unitary Enterprise ‘INSTITUTE OF DIGITAL TELEVISION HORIZONT’
magħrufa wkoll bħala DIGITAL TELEVISION INSTITUTE HORIZONT
magħrufa wkoll bħala UE ‘Institute of Digital Television Horizon’
magħrufa wkoll bħala Chelyabinsk Institute of Digital television ‘Horizont’
|
Навукова-даследчае ўнітарнае прадпрыемства ‘IНСТЫТУТ ЛIЧБАВАГА ТЭЛЕБАЧАННЯ ГАРЫЗОНТ’
magħrufa wkoll bħala Унітарнае прадпрыемства ‘IЛТ ГАРЫЗОНТ’
Унитарное предприятие ‘ИЦТ ГОРИЗОНТ’
magħrufa wkoll bħala Научно-исследовательское унитарное предприятие ‘ИНСТИТУТ ЦИФРОВОГО ТЕЛЕВИДЕНИЯ ГОРИЗОНТ’
|
Indirizz: Kuibysheva 35-1, Minsk, 220029, Belarus
Tip ta' entità: kumpanija proprjetà tal-Istat
Numru tar-reġistrazzjoni: 100085149
OKPO: 37406850
Data tar-reġistrazzjoni: 26.11.1991
Post tar-reġistrazzjoni: Belarus
Tel: 8 740 740 91 00, +375 740 740 91 00
Fax: +375 17 288 11 82
Posta elettronika: office@horizont-rnd.by, ict@dtv.horizont.by
Web: https://h-rnd.by/
|
ICT Horizont hija kumpanija Belarussa, u wieħed mill-aktar ċentri moderni ta' teknoloġija avvanzata fil-pajjiż. ICT Horizont hija waħda mill-azjendi mexxejja fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-elettronika speċjali fir-Repubblika tal-Belarussja.
Il-kumpanija tiżviluppa u tipproduċi oġġetti speċjali u b'użu doppju, pereżempju apparat tal-viżwalizzazzjoni tal-vidjo għal vetturi blindati. ICT Horizont tikkollabora mal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja fil-ħolqien u l-immodernizzar ta' tagħmir għall-eżerċizzji tal-isparar, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Forzi Armati.
Barra minn hekk, l-ICT Horizont tieħu sehem fil-programm xjentifiku-tekniku ‘Intelavto’, li għandu l-għan li joħloq komponenti u sistemi diġitali u elettroniċi ta' teknoloġija avvanzata għal vetturi tat-trasport speċjali u b'użu doppju. Il-programm ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Belarussja.
Għaldaqstant, ICT Horizont tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja billi hija involuta fl-iżvilupp ta' teknoloġija u ta' tagħmir militari.
|
23.10.2025
|
|
58.
|
Horizont Holding
magħrufa wkoll bħala Horizon Holding
magħrufa wkoll bħala OJSC N Holding
magħrufa wkoll bħala The Horizon Group of Companies
|
Xолдынга ‘Гарызонт’
Холдинг ‘Горизонт’
magħrufa wkoll bħala ОАО ‘Н Холдинг’
magħrufa wkoll bħala Группа компаний ‘Горизонт’
|
Indirizz: S. Kovalevskaya Lane, 62, room 16, 220014, Minsk, Belarus
Tip ta' entità: kumpanija azzjonarja
Numru tar-reġistrazzjoni: 101050240
Data tar-reġistrazzjoni: 2010
Post tar-reġistrazzjoni: Belarus
Post prinċipali tan-negozju: Minsk, Belarus
Tel: +375 (17) 226 36 01
Fax: +375 (17) 303 76 07
Posta elettronika: info@h-tv.by
Web: https://h-tv.by/, https://h-holding.by/
Entitajiet assoċjati: ICT Horizont
Individwi assoċjati: Yuri Ivanovich Predko
|
Horizont Holding hija kumpanija azzjonarja Belarussa. Horizont Holding hija waħda mill-akbar azjendi u waħda mill-aktar azjendi diversifikati li qed jiżviluppaw b'mod dinamiku fir-Repubblika tal-Belarussja, li tkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' negozju. Ġiet deskritta bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-industrija ta' Minsk. Il-proġetti ta' Horizont Holding qed jiġu implimentati fuq l-istruzzjonijiet ta' Aliaksandr Lukashenka.
ICT Horizont hija parti minn Horizont Holding. ICT Horizont hija waħda mill-azjendi mexxejja fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-elettronika speċjali fir-Repubblika tal-Belarussja.
Il-kumpanija tiżviluppa u tipproduċi oġġetti speċjali u b'użu doppju, pereżempju apparati tal-viżwalizzazzjoni tal-vidjo għal vetturi blindati. ICT Horizont tikkollabora mal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja fil-ħolqien u l-immodernizzar ta' mudelli ta' tagħmir għall-eżerċizzji tal-isparar f'konformità mar-rekwiżiti għat-taħriġ ta' formazzjonijiet u unitajiet militari tal-Forzi Armati.
Barra minn hekk, ICT Horizont tieħu sehem fil-programm xjentifiku-tekniku ‘Intelavto’ tal-Istat tal-Unjoni (Russja u l-Belarussja), li għandu l-għan li joħloq komponenti u sistemi diġitali u elettroniċi ta' teknoloġija avvanzata għal vetturi tat-trasport speċjali u b'użu doppju. Il-programm ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Belarussja.
Għaldaqstant, Horizont Holding qed tappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. Barra minn hekk, hija assoċjata ma' ICT Horizont, li tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja, inkluż billi hija involuta fl-iżvilupp ta' teknoloġija u ta' tagħmir militari.
|
23.10.2025”.
|