European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2035

23.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2035

tat-23 ta’ Ottubru 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-isforzi biex tkompli tiġi limitata l-kapaċità tar-Russja li tiġġieled gwerra jridu jkomplu. Huwa esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet.

(3)

Fid-dawl tal-aggressjoni kontinwa tar-Russja u li qed teskala kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-kampanja militari brutali reċenti tagħha mmirata deliberatament lejn l-infrastruttura ċivili, inkluż il-faċilitajiet tal-enerġija, tal-ilma u tas-saħħa, li kkawżat tbatija serja lill-popolazzjoni ċivili u li għandha l-għan li ddgħajjef ir-reżiljenza tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li huwa neċessarju li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi.

(4)

B’mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 22 persuna u 42 entità responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BJERRE


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1959.

Oleg Sergeevich OSIPOV

magħruf ukoll bħala Oleg Sergeevič OSIPOV

magħruf ukoll bħala Oleg Sergueïevitch OSSIPOV

magħruf ukoll bħala Oleg Sergejewitsch OSSIPOW

bir-Russu: Олег Сергеевич ОСИПОВ

Funzjoni: Assistent tal-Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa;

Eks Segretarju tal-Istampa tal-Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 19.9.1978

Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Dmitry Anatolyevich Medvedev

Oleg Osipov ilu kollaboratur mill-qrib ta’ Dmitry Medvedev mill-2018. Bejn l-2018 u l-2020, Osipov serva bħala Segretarju tal-Istampa ta’ Medvedev, li dak iż-żmien kien il-Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Mill-2020, Osipov serva bħala assistent ta’ Medvedev, attwalment il-Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala l-assistent ta’ Medvedev, Osipov ikompli jservi bħala l-vuċi pubblika tiegħu, u jimmaniġġa l-immaġni pubblika u l-kopertura tal-media tiegħu, inkluż fuq il-media soċjali. Huwa qed ixerred id-diżinformazzjoni u jirriproduċi narrattivi ta’ propaganda Russa, inkluż permezz ta’ attakki verbali.

Bħala l-assistent tiegħu, Oleg Osipov huwa assoċjat ma’ Dmitry Medvedev. Barra minn hekk, bid-disseminazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ Medvedev li jxerrdu diżinformazzjoni u propaganda relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Osipov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna

23.10.2025

1960.

Andrey Alexandrovich USTINSKY

magħruf ukoll bħala Andrei Alexandrovich USTINSKY

bir-Russu: Андрей Александрович УСТИНСКИЙ

Funzjoni: Direttur tar-Republican Cossack Cadet Corps imsemmi għall-Marixxall tal-Ajru Alexander Efimov

Sess: raġel

Andrey Ustinsky huwa d-Direttur tar-‘Republican Cossack Cadet Corps imsemmi għall-Marixxall tal-Ajru Alexander Efimov’ (RCCC) fit-territorju okkupat illegalment ta’ Luhansk. L-RCCC tgħallem lill-minorenni biex isiru d-‘difensuri futuri tar-Russja’. Flimkien mat-taħriġ militari, l-istudenti tal-RCCC huma mgħallma wkoll il-patrijottiżmu u r-reverenza għat-tradizzjonijiet Russi, kif ukoll l-istorja tar-Russja.

Għalhekk, Andrey Ustinsku qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1961.

Svetlana Viktorovna ADAMENKO

bir-Russu: Светлана Викторовна АДАМЕНКО

Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal ta’ Stavropol Krai

Data tat-twelid: 8.6.1956

Post tat-twelid: Chechnya, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Svetlana Adamenko hija l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal ta’ Stavropol Krai, li huwa suġġett federali tar-Russja. Fir-rwol tagħha hija timplimenta politiki relatati mat-tfal fir-reġjun. Hija ssorveljat l-adozzjoni ta’ tfal Ukreni f’familji Russi. Barra minn hekk, Stavropol Krai fetaħ kampijiet fejn it-tfal Ukreni jirċievu edukazzjoni patrijottika Russa.

Għalhekk, Svetlana Adamenko qed tappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1962.

Katerina Yurievna ARLAMENKOVA

magħrufa wkoll bħala Ekaterina Yurievna ARLAMENKOVA

bir-Russu: Катерина Юрьевна АРЛАМЕНКОВА

magħrufa wkoll bħala Екатерина Юрьевна АРЛАМЕНКОВА

Funzjoni: President tal-fergħa reġjonali tar-Repubblika tal-Krimea tal-‘Movement of the First’

Sess: mara

Katerina Arlamenkova hija l-President tal-fergħa reġjonali tal-Krimea tal-organizzazzjoni taż-żgħażagħ immexxija mill-Istat ‘Movement of the First’, li nħolqot permezz ta’ Digriet Presidenzjali. Taħt it-tmexxija tagħha, il-fergħa reġjonali involviet ruħha fil-militarizzazzjoni tat-tfal Ukreni fil-Krimea. Barra minn hekk, il-‘Movement of the First’ wera lill-Krimea bħala Russa, u ppromwova l-integrazzjoni Russa fir-reġjun.

Għalhekk, Katerina Arlamenkova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1963.

Konstantin Igorevich DOMOGATSKY

bir-Russu: Константин Игоревич ДОМОГАЦКИЙ

Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Orel

Data tat-twelid: 2.6.1982

Post tat-twelid: Orel, USSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Konstanti Domogatsky huwa l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Orel. F’dak ir-rwol, kien involut fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja, b’mod partikolari orfni minn territorji okkupati illegalment. Huwa involut ukoll fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-hekk imsejħa ‘kampijiet rikreattivi’ fejn tfal Ukreni meħuda minn territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna jirċievu edukazzjoni patrijottika u militari Russa.

Għalhekk, Konstantin Domogatsky qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1964.

Maxim Yurievich KRIVONOS

bir-Russu: Максим Юрьевич КРИВОНОС

bl-Ukren: Максим Юрійович КРИВОНОС

Funzjoni: Direttur tal-hekk imsejjaħ ‘Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Belt ta’ Sevastopol’

Sess: raġel

Maxim Krivonos huwa d-Direttur attwali tal-hekk imsejjaħ ‘Dipartiment tal-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Belt ta’ Sevastopol’, f’liema kariga huwa jappoġġa u jimplimenta b’mod attiv il-politiki edukattivi Russi relatati mat-tfal Ukreni, inkluż il-promozzjoni tal-propaganda nazzjonali u edukazzjoni militari Russa.

Għalhekk, Maxiim Krivonos qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1965.

Mikhail Artemovich GOLUBOVICH

bir-Russu: Михаил Артемович ГОЛУБОВИЧ

Funzjoni: Ministru għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’

Sess: raġel

Mikhail Golubovich huwa l-Ministru għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ attwali tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’, f’liema kariga huwa jappoġġa u jimplimenta b’mod attiv il-politiki edukattivi Russi relatati mat-tfal Ukreni, inkluż il-promozzjoni tal-propaganda nazzjonali u edukazzjoni militari Russa. Huwa ffaċilita wkoll il-ħruġ ta’ passaporti Russi lit-tfal Ukreni fir-reġjun ta’ Luhansk.

Għalhekk, Mikhail Golubovich qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa wkoll assoċjat mal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

23.10.2025

1966.

Nadezhda Nikolaevna BOLTENKO

bir-Russu: Надежда Николаевна БОЛТЕНКО

Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Novosibirsk

Data tat-twelid: 29.1.1957

Post tat-twelid: Donskoy, Tula Oblast, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Nadezhda Boltenko hija l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Novosibirsk. F’dak ir-rwol, hija kienet involuta fit-trasport illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja u qed tappoġġa b’mod attiv l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. Hija involuta wkoll fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-hekk imsejħa ‘kampijiet rikreattivi’ fejn tfal Ukreni meħuda minn territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna jirċievu edukazzjoni patrijottika Russa.

Għalhekk, Nadezhda Boltenko qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1967.

Oksana Gennadyevna LUGANTSEVA

bir-Russu: Оксана Геннадьевна ЛУГАНЦЕВА

bl-Ukren: Оксана Геннадіївна Луганцева

Funzjoni: Kap Kmandant tal-fergħa reġjonali ta’ ‘Yunarmiya’ fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’

Data tat-twelid: 7.2.1978

Sess: mara

Oksana Lugantseva hija l-Kap Kmandant tal-fergħa reġjonali ta’ ‘Yunarmiya’ fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Taħt it-tmexxija tagħha, il-fergħa reġjonali jippromwovi sentimenti li Luhansk hija Russa. Barra minn hekk, il-fergħa reġjonali tħeġġeġ lit-tfal Ukreni biex ikunu leali lejn ir-Russja, u biex jirreġistraw fil-forzi armati tagħha. Il-fergħa reġjonali tipprovdi wkoll lit-tfal b’edukazzjoni militarizzata.

Għalhekk, Oksana Lugantseva qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1968.

Yulia Sergeevna VELICHKO

magħrufa wkoll bħala Yuliia Velychko

bir-Russu: Юлия Сергеевна ВЕЛИЧКО

Funzjoni: L-Ewwel Viċi Ministru tal-hekk imsejjaħ ‘Ministeru għall-Kultura’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’

Data tat-twelid: 26.6.1993

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 345921579024

Yulia Velichko hija l-Ewwel Viċi Ministru għall-Kultura tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Dak il-ministeru huwa involut direttament fil-manipulazzjoni tal-wirt kulturali tal-Ukrajna. B’mod partikolari, hija kienet preċedentement qed taġixxi bħala l-‘Ministru għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ’, f’liema kariga hija appoġġat u implimentat b’mod attiv politiki edukattivi Russi relatati ma’ tfal Ukreni, inkluż il-promozzjoni tal-propaganda nazzjonali u edukazzjoni militari Russa f’territorji okkupati illegalment. Hija ffaċilitat ukoll il-ħruġ ta’ passaporti Russi lit-tfal Ukreni fir-reġjun ta’ Luhansk.

Għalhekk, Yulia Velichko qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija wkoll assoċjata mal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

23.10.2025

1969.

Nikita Yurievich ANISIMOV

Russian Никита Юрьевич АНИСИМОВ

Funzjoni: Rettur tan-National Research University Higher School of Economics

Data tat-twelid: 20.2.1978

Post tat-twelid: Khimki, Moscow region, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 504707727120

Nikita Anisimov huwa r-Rettur tan-National Research University Higher School of Economics (HSE University).

F’Marzu 2022, appoġġa pubblikament l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi ffirma l-indirizz tar-Russian Union of Rectors. F’Mejju 2023, ħabbar li l-HSE University ser tiffinanzja l-edukazzjoni, fil-programmi edukattivi ewlenin tagħha, tal-parteċipanti fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’, tat-tfal u l-qraba stretti tagħhom.

F’Novembru 2022, Nikita Anisimov irċieva l-midalja ‘Għat-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni Militari’ mill- Ministeru għad-Difiża Russu.

Fl-2023, żar universitajiet fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna, jiġifieri Donetsk u Luhansk.

Fl-2025, l-HSE University nediet programm ġdid ta’ masters iffukat fuq iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet internazzjonali, u b’hekk appoġġat lill-Gvern Russu billi ffaċilitat tali ċirkomvenzjoni.

Għalhekk, Nikita Anisimov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1970.

Alexey Alexandrovich BELYAEV

bir-Russu: Алексей Александрович БЕЛЯЕВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC ‘Sarapul Electric Generator Plant’

Data tat-twelid: 17.9.1979

Post tat-twelid: Sarapul, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 181802088887

Alexey Belyaev huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC ‘Sarapul Electric Generator Plant’ (SEGZ), kumpanija Russa li timmanifattura sistemi ta’ ġenerazzjoni, kontroll u protezzjoni tal-enerġija, tagħmir għal inġenji tal-ajru u ħelikopters militari, u komponenti għat-teknoloġija tar-rokits. JSC SEGZ tipproduċi partijiet kritiċi għall-inġenji tal-ajru Russi kapaċi ta’ distanzi twal. Il-kumpanija tipparteċipa fit-twettiq tal-ordni ta’ difiża tal-Istat Russu, b’aktar minn nofs id-dħul tagħha derivat minn kuntratti militari.

Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta’ JSC SEGZ, Alexey Belyaev qed jappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Huwa assoċjat ukoll ma’ JSC SEGZ.

23.10.2025

1971.

Maksim Yurievich SOKOLOV

bir-Russu: Максим Юрьевич СОКОЛОВ

Funzjoni: President ta’ JSC AvtoVAZ

Data tat-twelid: 29.9.1968

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 781400967281

Maksim Sokolov huwa l-President ta’ JSC AvtoVAZ, kumpanija Russa tal-Istat li timmanifattura l-karozzi. Il-kumpanija ħolqot diviżjoni strutturali responsabbli għall-appoġġ tal-impjegati tagħha li jipparteċipaw fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ u l-familji tagħhom, billi toffrilhom benefiċċji. L-awtoritajiet Russi rrikonoxxew l-attenzjoni li toffri JSC AvtoVAZ lill-impjegati tagħha li ġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u lill-membri tal-familji tagħhom. Il-kumpanija tat karozzi lill-ħaddiema tal-impjanti li ġġieldu fil-gwerra, u wiegħdet li tkopri l-ispejjeż tal-manutenzjoni għalihom.

Għalhekk, bħala l-President ta’ JSC AvtoVAZ, Maksim Sokolov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Bħala l-President ta’ JSC AvtoVAZ, huwa assoċjat ukoll ma’ JSC AvtoVAZ.

23.10.2025

1972.

Roman Vladimirovich TITKOV

bir-Russu: Роман Владимирович ТИТКОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ PJSC ‘Dalpribor’

Data tat-twelid: 1971

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 253803522871

Roman Titkov huwa d-Direttur Ġenerali ta’ PJSC ‘Dalpribor’, kumpanija li tagħmel l-istrumenti tal-kumpless militari-industrijali Russu. Il-kumpanija kkonsenjat tagħmir lill-Ministeru għad-Difiża Russu, u b’hekk implimentat l-ordni ta’ difiża tal-Istat.

Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta’ PJSC ‘Dalpribor’, Roman Titkov qed jappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Huwa assoċjat ukoll ma’ PJSC ‘Dalpribor’.

23.10.2025

1973.

Kirill Ramilievich ABDRAKHMANOV

bir-Russu: Кирилл Рамилевич АБДРАХМАНОВ

Funzjoni: Maniġer Ġenerali ta’ JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’

Data tat-twelid: 4.11.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 183105192203

Kirill Abdrakhmanov huwa l-Maniġer Ġenerali ta’ JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’, li tipprovdi sistemi u apparati mobbli fuq diversi pjattaformi. Il-prodotti tagħha jintużaw fit-trasportatur blindat tal-persunal Tiger-M u f’sistemi bħal ‘Arbalet’ u ‘Akveduk’, li kollha jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Kirill Abdrakhomanov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025

1974.

Rustam MUMINOV

bir-Russu: Рустам МУМИНОВ

Data tat-twelid: 1965

Nazzjonalità: Russu, Użbekistani, Brittaniku

Sess: raġel

Rustam Muminov jikkontrolla Fargona Chemical Plant, kumpanija Użbekistana. Il-Fargona Chemical Plant forniet lill-Perm Powder Plant u lill-Impjant tal-Polvri tal-Istat tal-Każakistan b’polpa tal-qoton, li dawk l-entitajiet użaw biex jimmanifatturaw armi għall-Forzi Armati Russi.

Għalhekk, Rustam Muminov qed jappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025

1975.

Aleksandr Reshideovich DYUKOV

bir-Russu: Александр Решидеович ДЮКОВ

Funzjoni: Direttur tal-Historical Memory Foundation; membru tal-Presidential Council for Interethnic Relations

Data tat-twelid: 17.10.1978

Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772604463094

Aleksandr Dyukov huwa d-Direttur tal-Historical Memory Foundation, li twettaq riċerka psewdostorika li tappoġġa l-politika uffiċjali tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Permezz tal-manipulazzjoni tal-fatti storiċi, l-istudji tal-Historical Memory Foundation għandhom l-għan li jiġġustifikaw ir-repressjoni Sovjetika u li jżommu l-immaġni li r-Russja qed tiġġieled kontra n-Naziżmu mifrux f’pajjiżi li jopponu r-Russja. L-Ukrajna hija rrappreżentata bħala Stat immexxi min-Nazisti. Billi huwa d-Direttur tal-Historical Memory Foundation, Aleksandr Dyukov huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Fondazzjoni li jxerrdu l-propaganda.

Barra minn hekk, Aleksandr Dyukov huwa membru tal-Presidential Council for Interethnic Relations. Il-Kunsill għar-Relazzjonijiet Interetniċi huwa korp ta’ konsulenza u konsultattiv taħt il-President Russu, stabbilit biex itejjeb il-politika tal-Istat fil-qasam tar-relazzjonijiet interetniċi. Qed jaħdem biex jintegra fir-Russja t-territorji Ukreni okkupati illegalment ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

Għalhekk, Aleksandr Dyukov qed jappoġġa politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u qed jappoġġa u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025

1976.

Ilya Anatolyevich SOROKIN

bir-Russu: Илья Анатольевич СОРОКИН

Funzjoni: Tabib fil-Kolonja Penali Nru 10 fil-Mordovja

Data tat-twelid: 2.8.1990

Post tat-twelid: Potma, Zubovo-Polyansky District, Mordovian ASSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Ilya Sorokin, magħruf ukoll bħala ‘Dr Evil’, huwa tabib fil-Kolonja Penali Nru 10 fil-Mordovja fir-Russja. Il-priġunieri tal-gwerra (POWs) detenuti hemmhekk jiftakru t-trattament inuman u degradanti, li jvarja minn abbuż sesswali għal abbuż fiżiku u indottrinazzjoni oħra. Dan l-aġir degradanti jikkostitwixxi ksur tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra.

Ilya Sorokin irrifjuta li jikkura lill-POWs Ukreni miżmuma fil-Kolonja Penali Nru 10 fil-Mordovja. Huwa ripetutament uża xokkijiet elettriċi fuq il-POWs, ġiegħelhom jinbħu, ġiegħelhom ikantaw kanzunetti patrijottiċi Russi, u ssuġġettahom għal imġiba degradanti oħra. Ilya Sorokin jappoġġa apertament il-passat militari tar-Russja u l-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna, u regolarment iqiegħed kontenut nazzjonalista u favur il-gwerra fuq il-media soċjali tiegħu, inkluż is-simbolu prominenti ‘Z’.

Għalhekk, Ilya Sorokin qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1977.

Alexey Vadimovich NIZKOUS

bir-Russu: Алексей Вадимович НИЗКОУС

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ PJSC Energiya

Data tat-twelid: 1989

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 482110760708

Alexey Nizkous huwa d-Direttur Ġenerali ta’ PJSC Energiya, produttur Russu ta’ sorsi ta’ enerġija kimika, inkluż batteriji ddisinjati speċifikament għal applikazzjonijiet militari. Il-kumpanija timmanifattura batteriji użati f’vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, tagħmir tal-avjazzjoni u tagħmir navali. Il-kumpanija żiedet b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni u l-output tagħha, u ssodisfat ordnijiet sostanzjali ta’ difiża tal-Istat. It-tmexxija tal-kumpanija enfasizzat il-prijorità li jiġu ssodisfati l-kuntratti ta’ difiża tal-Istat.

Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta’ PJSC Energiya, Alexey Nizkous qed jappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Huwa assoċjat ukoll ma’ PJSC Energiya.

23.10.2025

1978.

Dmitry Anatolievich GARTSEV

bir-Russu: Дмитрий Анатольевич ГАРЦЕВ

Funzjoni: Ministru għas-Saħħa tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’

Data tat-twelid: 1.2.1989

Post tat-twelid: Vlasikha, Moscow region, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 503227347454

Dmity Gartsev huwa l-Ministru għas-Saħħa tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. F’dak ir-rwol, huwa involut fl-organizzazzjoni tat-trasferiment tat-tfal mit-territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Russja. Għalhekk, Dmitry Gartsev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1979.

CHA Yong Beom

magħruf ukoll bħala CHA Yong-bom

magħruf ukoll bħala CHA Yong-pom

bil-Korean: 차용범

Funzjoni: Logutenent Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Sess: raġel

Cha Yong Beom huwa Logutenent Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Huwa ġie identifikat bħala wieħed mill-kmandanti militari għolja tar-RDPK skjerati fir-Russja flimkien mat-truppi tar-RDPK b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Minħabba l-iskjerament ta’ Cha Yong Beom fir-Russja u l-involviment fil-kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u r-Russja, huwa kien qed jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u b’hekk idgħajjef u jhedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025

1980.

Vladislav Nikolaevich GOLOVIN

bir-Russu: Владислав Николаевич ГОЛОВИН

Funzjoni: Kap tal-Persunal Ġenerali ta’ All-Russia ‘Young Army’ Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya)

Data tat-twelid: 20.5.1997

Post tat-twelid: Kirov, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladislav Golovin huwa l-Kap tal-Persunal Ġenerali ta’ All-Russia ‘Young Army’ Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya). Jieħu sehem attiv fil-militarizzazzjoni ta’ tfal Ukreni fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna. Ixerred ukoll sentimenti favur ir-Russja kif ukoll narrattivi kontra l-Ukrajna, u jħeġġeġ lit-tfal jingħaqdu ma’ Yunarmiya. Ipparteċipa b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż billi mexxa forzi Russi fil-ħtif tal-belt ta’ Mariupol minnhom.

Għalhekk, Vladislav Golovin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Yunarmiya.

23.10.2025.”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“642.

Joint Stock Сompany ‘Krasnoyarsk machine-building plant’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Krasmash’

magħrufa wkoll bħala AO ‘Krasnoiarskyi mashynobudivnyi zavod’

bir-Russu: АО ‘Красмаш’

magħrufa wkoll bħala AO ‘Красноярский Машиностроительный Завод’

Indirizz: Russian Federation, 660123, Krasnoyarsk region, Krasnoyarsk, Pr. im. Gazety Krasnoyarskii Rabochii d. 29

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 23.12.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 1082468060553

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

INN: 2462206345

KPP: 246201001

Sit web: http://www.krskmz.ru

Posta elettronika: info@krskmz.ru

Tel: +7 (391) 264-47-12

JSС ‘Krasnoyarsk machine-building plant’ hija manifattur tal-munizzjon. L-impjant jimmanifattura missili ballistiċi interkontinentali Sarmat li huma strateġikament importanti għar-Russja. L-impjant fl-aħħar mill-aħħar huwa proprjetà tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, JSС ‘Krasnoyarsk machine-building plant’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja u qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

643.

Joint Stock Company NII Steel

magħrufa wkoll bħala JSC ‘NII Stalina’

magħrufa wkoll bħala JSC Research Institute of Steel

magħrufa wkoll bħala Joint Stock Company Nauchno Issledovatelskii Institut Stali

magħrufa wkoll bħala OJSC ‘NII STALLI’

magħrufa wkoll bħala Open Joint-Stock Company ‘Scientific Research Institute of Steel’

bir-Russu: Акционерное Общество ‘НаучноИсследовательский Институт Стали’

magħrufa wkoll bħala АО ‘НИИ Стали’

magħrufa wkoll bħala ОАО ‘НИИ Стали’

magħrufa wkoll bħala Открытое акционерное общество ‘Научно-исследовательский институт стали’

magħrufa wkoll bħala НИИ стали

magħrufa wkoll bħala Научно-исследовательский институт стали

Indirizz: 127411, Moscow, Dubninskaya str., 81a

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.2.1993

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739081556

Post prinċipali tan-negozju: Moscow, Russian Federation

INN: 7713070243

KPP: 771301001

Tel: +7 (495) 484-63-33; (495) 484-63-61

Fax: +7 (495) 485-43-95; (495) 485-43-95

Posta elettronika: mail@niistalli.ru

Entitajiet assoċjati: Kalashnikov Concern

JSC NII Steel hija attiva fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ materjali, strutturi u teknoloġiji għall-protezzjoni tal-armi, it-tagħmir militari u l-persunal ta’ kull tip ta’ forzi tal-art, kif ukoll il-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet protettivi innovattivi għall-użu ċivili. JSC NII Steel nediet l-iżvilupp tal-kumpless ta’ sistemi ta’ tagħmir għat-trażżin tas-senjatura għat-tankijiet T-90M, IT-80 BVM u T-72B3. Barra minn hekk, JSC NII Steel ipprovdiet servizzi ta’ kisi ta’ protezzjoni fuq tankijiet tal-metall u komponenti (spare parts) ta’ tankijiet u vetturi tal-ġlied blindati awtopropulsivi oħrajn.

Għalhekk, JSC NII Steel qed tagħmel parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Peress li l-prodotti tagħha jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, JSC NII Steel barra minn hekk qed iddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

23.10.2025.

644.

Joint Stock Company ‘Solikamsk Plant Ural’

magħruf ukoll bħala AO Solikamskii Zavod Ural

bir-Russu: Акционерное Общество ‘Соликамский Завод “Урал”’

Indirizz: 618554, Russian Federation, Perm region, Solikamsk, Energetikov st., 19a

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 19.12.2011

Numru tar-reġistrazzjoni: 1115919002561

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

INN: 5919015877

KPP: 591901001

Tel: +7 (34253) 4-00-07, +7 (34253) 4-00-29

Sit web: www.zavodural.ru

Posta elettronika: zavod-ural@yandex.ru

JSC ‘Solikamsk Plant Ural’ hija produttur Russu ta’ porvli u splussivi. L-impjant fl-aħħar mill-aħħar huwa proprjetà tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, JSC ‘Solikamsk Plant Ural’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari, u qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

645.

Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Old Vector

magħrufa wkoll bħala ‘Old Vector’ LLC

bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Олд Вектор’

Indirizz: Kyzyl-Ady st. 172, Archa-Beshik, Leninsky district, Bishkek, Kyrgyzstan

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Kyrgyzstan

Data tar-reġistrazzjoni: 13.12.2024

Numru tar-reġistrazzjoni: 311479-3301-ООО

OKPO: 33504589

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 01312202410041

Post prinċipali tan-negozju: Kyrgyzstan

Tel: 0700541245; +996223300013

Web: https://a7a5.kg/; https://a7a5.io/

Entitajiet assoċjati: PSB Bank

LLC Old Vector hija l-emittent ta’ A7A5, stablecoin li hija appoġġata minn depożiti ta’ rubli ta’ kors legali fil-kontijiet ta’ PSB Bank, intrapriża tal-Istat Russu. Għal kull rublu li jintnefaq fuq A7A5, somma ekwivalenti tiġi ddepożitata f’PSB Bank, u b’hekk jiżdied il-kapital tal-istituzzjoni tal-Istat. A7A5 inħolqot b’mod konġunt minn PSB Bank u kumpanija li hija parzjalment proprjetarja tagħha, jiġifieri LLC A7. Dak il-proġett kien parzjalment finanzjat minn VEB.RF, istituzzjoni ewlenija għall-iżvilupp finanzjarju li l-President tagħha jinħatar direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u tirċievi struzzjonijiet direttament mingħandu.

Għalhekk, LLC Old Vector qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, LLC Old Vector hija assoċjata ma’ PSB Bank, persuna ġuridika li twettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna.

23.10.2025.

646.

State Unitary Enterprise of the Lugansk People’s Republic ‘Lugansk Communications’

magħrufa wkoll bħala SUE LPR ‘Lugakom’

magħrufa wkoll bħala State Unitary Enterprise of the Lugansk People’s Republic ‘Republican Digital Communication’

magħrufa wkoll bħala SUE LPR ‘RDC’

bir-Russu: ‘Государственное Унитарное Предприятие Луганской Народной Республики “Луганские Коммуникации”’

magħrufa wkoll bħala Государственное Унитарное Предприятие Луганской Народной Республики ‘Республиканские Цифровые Коммуникации’

Indirizz: Urban District, Lugansk city, Marska Street 261, 291011, Yeremenko sq. 73, Luhansk city, Luhansk district, so-called ‘Luhansk People’s Republic’

Tip ta’ entità: State Unitary Enterprise

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 29.11.2022

Numru tar-reġistrazzjoni: 1229400032839

Post prinċipali tan-negozju: l-hekk imsejħa ‘Luhansk People’s Republic’

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9403009411

State Unitary Enterprise of the Lugansk People’s Republic ‘Lugansk Communications’, li qabel kienet magħrufa bħala State Unitary Enterprise of the Lugansk People’s Republic ‘Republican Digital Communication’, hija operatur tat-telekomunikazzjoni li jopera fir-reġjun okkupat illegalment tal-Ukrajna ta’ Luhansk. Din twaqqfet u hija kkontrollata mill-hekk imsejħa awtoritajiet tar-‘Luhansk People’s Republic’ u hija rreġistrata bħala entità ġuridika Russa.

Għalhekk, State Unitary Enterprise of the Lugansk People’s Republic ‘Lugansk Communications’ qed tappoġġa politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija wkoll assoċjata mal-hekk imsejħa ‘Luhansk People’s Republic’.

23.10.2025.

647.

State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic ‘Ugletelekom’

magħrufa wkoll bħala SUE DPR ‘Ugletelekom’

bir-Russu: Государственное Унитарное Предприятие Донецкой Народной Республыкы ‘Углетелеком’

magħrufa wkoll bħala Гуп Днр ‘Углетелеком’

Indirizz: 283001, Postysheva St. 60, Donetsk city, Donetsk district, so-called ‘Donetsk People’s Republic’

Tip ta’ entità: ‘State Unitary Enterprise’

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1.2.2023

Numru tar-reġistrazzjoni: 2239300329486

Post prinċipali tan-negozju: l-hekk imsejħa ‘Donetsk People’s Republic’

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9303011791

State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic ‘Ugletelekom’ hija operatur tat-telekomunikazzjoni li jopera fir-reġjun okkupat illegalment tal-Ukrajna ta’ Donetsk. Twaqqfet permezz tal-hekk imsejħa ‘Donetsk People’s Republic’ bl-esproprjazzjoni illegali ta’ assi Ukreni.

Għalhekk, State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic ‘Ugletelekom’ tappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija wkoll assoċjata mal-hekk imsejħa ‘Donetsk People’s Republic’.

23.10.2025.

648.

Tianjin Xishanfusheng International Trading Co. LTD

Indirizz: 300350, Jinnan District, Tianjin, Xianshuigu Town, People’s Republic of China

Post tar-reġistrazzjoni: People’s Republic of China

Post prinċipali tan-negozju: People’s Republic of China

Tianjin Xishanfusheng International Trading Co. LTD hija kumpanija Ċiniża. Esportat oġġetti ta’ oriġini mill-Unjoni lil entitajiet fir-Russja li l-esportazzjoni diretta tagħhom mill-Unjoni lejn ir-Russja hija pprojbita mill-Artikolu 3k tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

Għalhekk, Tianjin Xishanfusheng International Trading Co. LTD qed tiffaċilita l-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

23.10.2025.

649.

Public Joint Stock Company ‘Polyus’

magħrufa wkoll bħala: PJSC ‘Polyus’

magħrufa wkoll bħala Polyus

bir-Russu: Публичное акционерное общество ‘ПОЛЮС’

Indirizz: 3 bldg 1, Krasina St., Moscow, 123056, Russian Federation

Tip ta’ entità: Public Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.3.2006

Numru tar-reġistrazzjoni: 1068400002990

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7703389295

PJSC ‘Polyus’ hija kumpanija Russa tal-estrazzjoni tad-deheb li topera fis-settur tad-deheb Russu, li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, PJSC ‘Polyus’ hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

650.

Grinex

bir-Russu: Гринекс

Indirizz: Bishkek, Leninsky district, microdistrict Jal-29, building 14/1, 35, Kyrgyzstan

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Bishkek, Kyrgyzstan

Data tar-reġistrazzjoni: 27.12.2024

Numru tar-reġistrazzjoni: 311748-3301-OOO

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 02312202410120

Indirizzi magħrufa tal-kartieri tal-blockchain: TNZxGWCwvsHr6JxQxzoeDXV597Yf7Zb7nV; TC8axQvzJEVR3NKN6mZnJtGy7537GEmh38; TEcuHDQthTmULe8fFLUccBPpjfXaTmJuuD

Entitajiet assoċjati: PSB Bank

Grinex hija skambju tal-kriptovaluta rreġistrat fil-Kirgiżstan. Grinex hija pjattaforma ewlenija għan-negozjar tal-istablecoin A7A5, li hija kollateralizzata minn PSB Bank, istituzzjoni tal-Istat Russu. Għal kull rublu li jintnefaq fuq A7A5, somma ekwivalenti tiġi ddepożitata f’PSB Bank, u b’hekk jiżdied il-kapital tal-istituzzjoni tal-Istat. A7A5 ġie żviluppat minn LLC A7 u PSB Bank, u jinħareġ minn LLC Old Vector.

Għalhekk, Grinex qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Grinex hija assoċjata ma’ PSB Bank, LLC A7 u LLC Old Vector.

23.10.2025.

651.

ODK-Ufa Engine-Building Production Association

bir-Russu: Публичное Акционерное Общество ‘Одк-Уфимское Моторостроительное Производственное Объединение’

magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company Odk-Ufimskoye Motorostroitelnoye Production Association

magħrufa wkoll bħala UEC-Ufa Engine-Building Production Association

magħrufa wkoll bħala ODK-UMPO

magħrufa wkoll bħala UEC-UMPA

Indirizz: 450039, Ufa, Ferina street 2., Republic of Bashkortostan, Russian Federation

Tip ta’ entità: Public Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1.1.1925

Numru tar-reġistrazzjoni: 1020202388359

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 0273008320

KPP: 027301001

ODK-Ufa Engine-Building Production Association (ODK-UMPO) hija l-akbar manifattur tal-magni b’turbini tal-gass tar-Russja u sussidjarja ewlenija tal-United Engine Corporation (UEC) proprjetà tal-Istat, li għandha rwol ċentrali fil-kumpless militari-industrijali tal-pajjiż. Matul il-forum militari Army-2024, ODK-UMPO għamlet ftehim dwar injezzjoni ta’ 27,5 biljun rublu mir-Rostec State Corporation biex tappoġġa l-operazzjonijiet li għaddejjin tagħha, u kompliet issaħħaħ l-importanza strateġika tagħha.

Il-kumpanija omm ta’ ODK UMPO UEC tipproduċi magni għall-inġenji tal-ajru Su-27, Su-30, Su-35S, Su-57 u Su-25. L-output primarju ta’ ODK-UMPO jinkludi magni turboġett bħall-AL-31F, AL-41F-1S, IR-95Sh u R-195, li huma integrali għal dawk il-ġettijiet tal-ġlied tal-ewwel linja.

Il-Ministeru għad-Difiża Russu kkummissjona direttament lil ODK-UMPO biex tiżviluppa magna AL-41F-1S unifikata għall-użu f’inġenji tal-ajru tar-raba’ ġenerazzjoni Su-series.

Għalhekk, ODK-Ufa Engine-Building Production Association qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja billi tforni teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

652.

Joint Stock Company AvtoVAZ

bir-Russu: Aкционерное общество ‘АВТОВАЗ’

magħrufa wkoll bħala JSC AvtoVAZ

magħrufa wkoll bħala AvtoVAZ

Indirizz: Yuzhnoe highway (Southern highway) 36, Togliatti, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 23.9.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1026301983113

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 6320002223

JSC AvtoVAZ hija kumpanija Russa tal-manifattura tal-karozzi tal-Istat. Il-kumpanija ħolqot diviżjoni strutturali responsabbli għall-appoġġ tal-impjegati tagħha li jipparteċipaw fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ u l-familji tagħhom, billi toffrilhom benefiċċji. L-awtoritajiet Russi rrikonoxxew l-attenzjoni li toffri JSC AvtoVAZ lill-impjegati tagħha li ġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u lill-membri tal-familji tagħhom. Il-kumpanija tat karozzi lill-ħaddiema tal-impjanti li ġġieldu fil-gwerra, u wiegħdet li tkopri l-ispejjeż tal-manutenzjoni għalihom.

Għalhekk, JSC AvtoVAZ qed tappoġġa b’mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025.

653.

Limited Liability Company Plant ‘BUMMASH’

bir-Russu: Oбщество с ограниченной ответственностью завод ‘БУММАШ’

magħrufa wkoll bħala LLC Plant ‘BUMMASH’

magħrufa wkoll bħala Plant ‘BUMMASH’

magħrufa wkoll bħala Zavod ‘BUMMASH’

magħrufa wkoll bħala BUMMASH

Indirizz: Votkinskoe highway 170, Izhevsk, Russian Federation

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Izhevsk, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 9.10.2018

Numru tar-reġistrazzjoni: 1181832022250

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1840083283

LLC Plant ‘BUMMASH’ hija intrapriża industrijali bbażata fir-Russja. Hija rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet reġjonali tar-Repubblika tal-Udmurt bħala waħda mill-intrapriżi tal-kumpless militari-industrijali tagħha. Il-produzzjoni tal-kumpanija tintuża mill-Forzi Armati Russi u tipparteċipa fit-twettiq tal-ordni ta’ difiża tal-Istat Russu. LLC Plant ‘BUMMASH’ hija involuta wkoll fil-manifattura ta’ tagħmir b’użu doppju, li jista’ jintuża għal applikazzjonijiet militari. Dikjarazzjonijiet pubbliċi minn uffiċjali reġjonali jikkonfermaw li LLC Plant ‘BUMMASH’ qed tappoġġa l-isforz tal-gwerra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, LLC Plant ‘BUMMASH’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

654.

Public Joint Stock Company ‘Dalpribor’

bir-Russu: Публичное акционерное общество ‘Дальприбор’

magħrufa wkoll bħala PJSC ‘DALPRIBOR’

magħrufa wkoll bħala Dalpribor

Indirizz: Borodinskaya 46/50, Vladivostok, Russian Federation

Tip ta’ entità: Public Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Vladivostok, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1.8.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022502117505

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2539008807

PJSC ‘Dalpribor’ hija kumpanija li tipproduċi l-istrumenti tal-kumpless militari-industrijali Russu. Ikkonsenjat tagħmir lill-Ministeru għad-Difiża Russu, u b’hekk implimentat l-ordni ta’ difiża tal-Istat.

Għalhekk, PJSC ‘Dalpribor’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

655.

Joint Stock Company ‘Sarapul Electric Generator Plant’

bir-Russu: Aкционерное общество ‘Сарапульский электрогенераторный завод’

magħrufa wkoll bħala JSC Sarapul Electric Generator Plant

magħrufa wkoll bħala Sarapul Electric Generator Plant

magħrufa wkoll bħala JSC SEGZ

Indirizz: Elektrozavodskaya st 1, Sarapul, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Sarapul, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 10.2.1993

Numru tar-reġistrazzjoni: 1021800992190

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1827001683

JSC ‘Sarapul Electric Generator Plant’ (SEGZ), hija kumpanija Russa li timmanifattura sistemi ta’ ġenerazzjoni, kontroll u protezzjoni tal-enerġija, tagħmir għal inġenji tal-ajru u ħelikopters militari, u komponenti għat-teknoloġija tar-rokits. JSC SEGZ tipproduċi partijiet kritiċi għall-inġenji tal-ajru Russi kapaċi ta’ distanzi twal. Il-kumpanija tipparteċipa fit-twettiq tal-ordni ta’ difiża tal-Istat Russu, b’aktar minn nofs id-dħul tagħha derivat minn kuntratti militari. Għalhekk, JSC SEGZ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

Barra minn hekk, permezz tal-implimentazzjoni tal-ordni ta’ difiża tal-Istat, JSC SEGZ qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

656.

Volgotanker Joint Stock Company

Indirizz: Ulitsa Gorkogo 105, Samara, 443693 Russian Federation

Indirizz: Leytenanta Schmidta Naberezhnaya 37, St. Petersburg, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1937

Numru tal-OMI: 4032815

Volgotanker JSC hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja u speċjalizzata fin-negozju tal-ħżin tat-tankijiet u t-trasport taż-żejt u ta’ prodotti taż-żejt. Il-kumpanija hija rreġistrata bħala s-sid benefiċjarju ta’ diversi bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Volgotanker JSC tamministra wkoll dawn il-bastimenti.

Għalhekk, Volgotanker JSC hija s-sid u timmanniġġja bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

23.10.2025.

657.

Maxima Legal Limited Liability Company

magħrufa wkoll bħala Maxima LLC

Indirizz: Liteyniy Ave, 26, St Petersburg, 191028, Russian Federation,

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 19.2.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 1089847079630

Maxima Legal LLC hija ditta legali Russa. F’dik il-kapaċità, Maxima Legal LLC ippreżentat bosta talbiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal deroga mill-iffriżar tal-assi impost mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Maxima Legal LLC ipprovdiet dokumenti foloz b’appoġġ għat-talbiet tagħha għall-iskop uniku li tikseb it-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi tal-klijenti tagħha.

Għalhekk, Maxima Legal LLC qed jiffaċilita l-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, jew qiegħda tfixkel dawn id-dispożizzjonijiet b’mod sinifikanti.

23.10.2025.

658.

JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’

bir-Russu: АО ‘Сарапульский Радиозавод’

Indirizz: 427960, Udmurt Republic, Sarapul, st. Gogolya, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 1.7.1998

OGRN: 1021800992124

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1827013914

JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’ toħloq teknoloġiji innovattivi ta’ komunikazzjoni bir-radju, prinċipalment għal sistemi u apparati mobbli fuq diversi pjattaformi. Il-prodotti tagħha jintużaw fil-trasportatur blindat tal-persunal Tiger-M u f’sistemi bħal ‘Arbalet’ u ‘Akveduk’, li kollha jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.

Sal-2025, aktar minn 50 impjegat ta’ JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’ kienu rċevew premjijiet mill-awtoritajiet tal-Istat, tal-belt u reġjonali, kif ukoll mill-Ministeru għad-Difiża Russu.

Għalhekk, JSC ‘Sarapulsky Radiozavod’ qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSС ‘Sarapulsky Radiozavod’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja u qed tappoġġa lill-Gvern Russu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

659.

Joint Stock Company ‘Volsk Mechanical Plant’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Volsk Mechanical Plant’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘VMP’

bir-Russu: Акционерное Общество ‘Вольский Механический Завод’

magħrufa wkoll bħala АО ‘ВMЗ’

Indirizz: 412921, Saratov region, Volsk, Vidim settlement, house 10, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 29.12.2010

OGRN: 1106441000951

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 6441019849

JSC ‘Volsk Mechanical Plant’ timmanifattura u ssewwi armi u tagħmir militari bħas-sistemi ta’ missili kontra t-tankijiet ‘Kornet’, ‘Konkurs’ u ‘Shturm-S’, li kollha jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, JSC ‘Volsk Mechanical Plant’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. JSC ‘Volsk Mechanical Plant’ qed tagħmel parti wkoll mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025.

660.

Streit Group FZE

magħruf ukoll bħala Streit Group FZ-LLC

Indirizz: P.O. Box 54509, Technology Park – RAKEZ, Ras Al Khaimah, Free Trade Zone, United Arab Emirates

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: United Arabic Emirates

Data tar-reġistrazzjoni: 1.4.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 5002444

CBLS: 11395424

Tel: +97172447395

Posta elettronika: sales@armored-cars.com

Sit web: https://www.armored-cars.com/

Streit Group FZE hija kumpanija militari-industrijali, li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ trasportaturi tal-persunal blindati. Għandha operazzjonijiet ta’ manifattura fir-Russja, u ssieħbet ma’ entitajiet militari-industrijali Russi. Għalhekk, Streit Group FZE hija persuna ġuridika li tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż bl-involviment fil-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

661.

Limited Liability Company ‘Navitron’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘Navitron’

magħrufa wkoll bħala OOO ‘Navitron’

magħrufa wkoll bħala Limited Liability Company NTLAB-SK

magħrufa wkoll bħala NTLAB-SK LLC

bir-Russu: ООО ‘Навитрон’

a.k.a. Общество с Ограниченной Ответственностью ‘НТЛАБ-СК’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘НТЛАБ-СК’

Indirizz: 124498, Moscow, Zelenograd, pl Shokina, 1 str. 9, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 30.4.2015

Numru tar-reġistrazzjoni: 1157746406971

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7710495287

KPP: 773501001

LLC Navitron hija kumpanija Russa li topera fis-settur Russu tat-teknoloġija avvanzata. Tiżviluppa u tittestja ċipep tan-navigazzjoni bis-satellita għall-użu fl-industrija militari. LLC Navitron tikkoopera ma’ kumpaniji Russi li joperaw fis-settur industrijali militari. B’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ militari u teknoloġiku tar-Russja u għall-iżvilupp tas-setturi tad-difiża u tas-sigurtà tagħha. Għalhekk, LLC Navitron qed tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025.

662.

Public Joint Stock Company ‘Far Eastern Shipping Company’

magħrufa wkoll bħala FESCO

magħrufa wkoll bħala Far-Eastern Shipping Company

bir-Russu: Публичное акционерное общество ‘Дальневосточное морское пароходство’

magħrufa wkoll bħala ПАО ‘ДВМП’

Indirizz: 7/11 Novokuznetskaya St., Bld. 1, floor 3, office 338, Zamoskvorechye Municipal District, Moscow, 115184, Russian Federation

Tip ta’ entità: Public Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 16.7.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022502256127

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2540047110

KPP: 770501001

Tel.: +7 800 23 44499

Fax: +7 495 780 6003

Sit web: www.fesco.com/en

Posta elettronika: fesco@fesco.com

PJSC ‘Far Eastern Shipping Company’ (FESCO) hija waħda mill-akbar ditti tat-trasport u tal-loġistika tar-Russja, u l-akbar operatur tal-kontejners tal-port fil-Lvant Imbiegħed Russu. Il-kumpanija tispeċjalizza fit-trasport tal-kontejners fuq il-baħar, fl-operazzjonijiet tal-portijiet, u fit-trasport intermodali bil-baħar, bil-ferrovija u bit-triq. L-operazzjonijiet ewlenin tagħha huma kkonċentrati fil-Lvant Imbiegħed Russu, b’assi ewlenin li jinkludu l-Port Kummerċjali ta’ Vladivostok u flotta ta’ 30 bastiment. Il-kumpanija għandha rwol vitali fil-konnessjoni tar-Russja mal-Asja u l-Lvant Nofsani, billi toffri servizzi ta’ tagħbija ġenerali, kimika u petrolifera.

FESCO hija kumpanija kkontrollata mill-Istat. L-ishma tagħha kienu kkontrollati mill-Gvern Russu u mbagħad ġew ittrasferiti lil korporazzjoni tal-Istat li tispeċjalizza fl-enerġija nukleari. Dik l-integrazzjoni żgurat kuntratti fit-tul lil FESCO, bħall-istatus tagħha bħala l-uniku operatur loġistiku għal impjant tal-enerġija nukleari fit-Turkija. FESCO tappoġġa proġetti tal-Istat, l-ispustar ta’ komponenti tqal għall-impjanti tal-enerġija nukleari - infrastruttura li tirfed il-bażi industrijali usa’ tar-Russja. Il-kumpanija tikkollabora mal-gvernijiet reġjonali dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura u tibbenefika minn appoġġ federali, inkluż status ta’ żona ekonomika speċjali u approvazzjonijiet aċċellerati għal terminals strateġiċi. Barra minn hekk, FESCO taħdem mill-qrib mal-Ministeru Russu għat-Trasport dwar inizjattivi pilota ta’ loġistika, li jsaħħu l-integrazzjoni tagħha fl-ekosistema tal-loġistika appoġġata mill-Istat tar-Russja.

Għalhekk, FESCO qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u tibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, FESCO hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

663.

JSC ‘Cheboksary Production Association named after V.I. Chapaev’

bir-Russu: ‘AO Чебоксарское производственное объединение им. В.И.Чапаева’

Indirizz: 428006, Chuvash Republic, Cheboksary, street Socialisticheskay, 1, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Data tar-reġistrazzjoni: 8.11.2011

Numru tar-reġistrazzjoni: 1112130014325

Posta elettronika: oaochap@mail.ru

Sit web: https://www.chapaew.ru/

JSC ‘Cheboksary Production Association named after V.I. Chapaev’ hija kumpanija Russa li l-attività prinċipali tagħha hija l-produzzjoni ta’ armi u tagħmir militari. Il-kumpanija hija fornitur ta’ kumpaniji tad-difiża Russi u hija proprjetà ta’ JSC ‘Specchemistry’, kumpanija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni għar-rwol tagħha fil-forniment tal-militar Russu. JSC ‘Cheboksary Production Association named after V.I. Chapaev’ hija eżekutur tal-Programm tal-Armamenti tal-Istati Russu u l-Ordni ta’ Difiża tal-Istat.

Għalhekk, JSC ‘Cheboksary Production Association named after V.I. Cpaaev’ qed tifforma parti minn, u qed tappoġġa materjalment, lill-kumpless militari u industrijali Russu.

23.10.2025.

664.

Joint Stock Company ‘Aviation Gearboxes and Transmissions – Perm Motors’

JSC Reductor-PM

bir-Russu: АО ‘Авиационные редуктора и трансмиссии – Пермские моторы’

magħruf ukoll bħala AO ‘Редуктор-ПМ’

Indirizz: 614990, Perm, Komsomolsky Prospekt 93, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Data tar-reġistrazzjoni: 31.8.1995, 7.9.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1025902394385

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 5948017501

KPP: 590401001

Tel: +7 (342) 240 80 11

Fax: +7 (342) 240 80 28

Posta elettronika: info@reductor-pm.com

Sit web: https://rhc.ru/structure/reduktor-pm

JSC ‘Aviation Gearboxes and Transmissions – Perm Motors’ timmanifattura u tipprovdi l-manutenzjoni għall-gearboxes u t-trażmissjonijiet tal-ħelikopters għall-ħelikopters, inkluż l-Mi-28n ‘night hunter’, l-Mi-8/17 u l-Mi-26 (T). L-Mi28n ‘night hunter’ intuża mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija hija parti mill-kumpanija azzjonarja ‘Russian Helicopters’, li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Għalhekk, JSC ‘Aviation Gearboxes and Transmissions – Perm Motors’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

665.

LLC ‘NPO Aviabas’

magħrufa wkoll bħala Limited Liability Company ‘NPO Aviabas’

bir-Russu: OOO ‘НПО Авиабас’

magħrufa wkoll bħala Общество С Ограниченной Ответственностью ‘НПО Авиабас’

Indirizz: 194100, St. Petersburg, in.ter.g. Municipal District Sampsonievskoye, st. Alexander Matrosova, 20, letter A, room. 1-N, part 139, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 30.8.2023

Numru tar-reġistrazzjoni: 1237800098315

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7802943980

KPP: 780201001

LLC ‘NPO Aviabas’ hija kumpanija Russa li tispeċjalizza fil-manifattura ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Hija tipproduċi l-UAVs tal-ġlied Lun-7 u Lun-10 b’viżwalizzazzjoni fl-ewwel persuna, li ntużaw b’mod attiv mill-forzi Russi fl-Ukrajna għal missjonijiet ta’ rikonjizzjoni, attakki u dawk kamikaze. Il-kumpanija topera minn San Pietruburgu u għandha rwol dejjem akbar fil-kapaċitajiet tal-gwerra tal-UAVs li qed jespandu tar-Russja.

L-attivitajiet tal-kumpanija huma marbuta mill-qrib mal-kumpless militari-industrijali tar-Russja u mal-formazzjonijiet ta’ ġlied volontarji. Fl-2023, l-Istat Maġġur Russu xtara 23 LUN-7 UAVs għall-unitajiet voluntiera BARS-3 u BARS-19, li ġew imħarrġa u mgħammra b’dik it-teknoloġija. Dawk l-UAVs ġew iddokumentati f’operazzjonijiet ta’ ġlied, inkluż attakki fuq pożizzjonijiet Ukreni qrib Avdiivka u Lisichansk, b’evidenza permezz ta’ filmati li tikkonferma l-użu tagħhom fil-kamp tal-battalja.

Għalhekk, LLC ‘NPO Aviabas’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

666.

LLC ‘Aviation Systems and Complexes’

magħrufa wkoll bħala LLC ASK

bir-Russu: ООО ‘Авиационные Системы и Комплексы’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘АСК’

Indirizz: Russian Federation, 129128, Moscow, Mira Avenue, 188b, bldg. 2, floor/office 1/1

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Data tar-reġistrazzjoni: 16.12.2022

Numru tar-reġistrazzjoni: 1227700877711

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7716975280

KPP: 771601001

LLC ‘Aviation Systems and Complexes’ hija żviluppatur u manifattur Russu ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Timmanifattura l-UAVs ‘ASK X-2’ b’viżwalizzjoni fl-ewwel persuna użati mill-Forzi Armati Russi. Għalhekk, LLC ‘Aviation Systems and Complexes’ tagħmel parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025.

667.

Limited Liability Company Molot Arms

magħrufa wkoll bħala OOO ‘Molot Arms’

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Молот Армз’

Indirizz: 115054, Moscow, Valovaya Street, 14, Building 8, Room 1 Office 4, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Data tar-reġistrazzjoni: 14.7.2011

Numru tar-reġistrazzjoni: 1114307000730

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4307014667

PPC: 770501001

OKPO: 67582075

LLC Molot Arms, imwaqqfa fl-2011 f’Moska, hija manifattur tad-difiża Russu involut fil-produzzjoni ta’ armi tan-nar u sistemi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Il-prodott ewlieni tagħha huwa l-UAV tal-ġlied ‘Zhmil-17’ b’ viżwalizzazzjoni fl-ewwel persuna (FPV), immanifatturat fl-Oblast ta’ Kirov mill-2023 u fornut lill-forzi Russi fl-Ukrajna. L-output attwali ta’ kull xahar tal-kumpanija jaqbeż il-500 unità UAV, bi pjanijiet appoġġati mill-Istat biex jiżdiedu għal 1 000 UAVs fix-xahar fl-2025.

Iż-Zhmil-17 huwa ddisinjat għal rikonjizzjoni, attakki kamikaze u bumbardamenti ta’ preċiżjoni. Hija UAV fuq medda qasira li tippermetti attakki fuq vetturi blindati u pożizzjonijiet imsaħħa. L-operaturi jenfasizzaw il-piż ta’ 1,5  kg tal-qafas tal-inġenju tal-ajru ta’ Zhmil-17, is-senjalatura akustika baxxa, u l-gwida tal-FPV permezz ta’ links tar-radju kriptati, li jagħmluha kosteffettiva meta mqabbla mal-ekwivalenti importati.

Molot Arms irrapporta dħul ta’ 926 miljun rublu u profitti netti ta’ 49 miljun rublu għall-2024, li jirriflettu l-espansjoni tiegħu fi żmien il-gwerra. Minbarra l-assemblaġġ intern, il-kumpanija tikkoopera ma’ ditti reġjonali tal-elettronika f’Kirov għall-produzzjoni ta’ moduli tan-navigazzjoni u sistemi ta’ kontroll, filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-provvista minkejja miżuri restrittivi. Konsenji lill-Ministeru għad-Difiża Russu huma akkumpanjati minn timijiet ta’ taħriġ tekniku u appoġġ lokalizzat, li jenfasizzaw l-integrazzjoni tal-kumpanija fil-bażi militari-industrijali.

Għalhekk, LLC Molot Arms qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

668.

Prom Composite Limited Liability Company

magħrufa wkoll bħala OOO Prom Kompozit

magħrufa wkoll bħala Prom Composite

magħrufa wkoll bħala Prom Kompozit Ltd.

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Пром Композит’

Indirizz: 127411, Moscow, Sh. Dmitrovskoye, 110, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 5.7. 2013

Numru tar-reġistrazzjoni: 1137746585855

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7713772193

PPC: 771301001

OKPO: 68013089

Prom Composite LLC hija kumpanija Russa li tiżviluppa u tipproduċi vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs). Il-portafoll tagħha jinkludi mudelli tal-UAV bħal UAV-KT ‘Lisa’, UAV-KT ‘Volk’, UAV ‘Dozor’ b’ viżwalizzazzjoni fl-ewwel persuna (FPV) u FPV UAV ‘Vespa’, kif ukoll koppli tar-radar kbar. Dawk il-prodotti jappoġġaw applikazzjonijiet kemm ċivili kif ukoll militari, li jirriflettu l-profil ta’ użu doppju ta’ Prom Composite LLC.

Il-kumpanija għandha l-Liċenzja Nru M 004477 VVT-P (2019), li tawtorizza l-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tiswija u l-bejgħ ta’ armi u tagħmir militari, flimkien maċ-ċertifikazzjonijiet ISO 9001-2015 u GOST RV 0015-002-2012. Tipparteċipa regolarment f’wirjiet Russi ta’ difiża u komunikazzjoni, inkluż Army-2019, Army-2022 u Svyaz-2020/2024, fejn ippreżentat pjattaformi tal-UAVs, sistemi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, u l-kunċett tagħha ta’ ‘MiniMax’ bi privattiva.

Għalhekk, Prom Composite LLC qed tappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari.

23.10.2025.

669.

LLC ‘Uvs Avia’

bir-Russu: ООО ‘Ювс Авиа’

Indirizz: Russian Federation, 117525, Moscow, Dnepropetrovskaya st., bldg. 3, bldg. 5

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 4.7.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1127746516809

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7726700284

KPP: 772601001

Sit web: https://uvsavia.ru/

Posta elettronika: info@uvsavia.ru

Tel: +7 (495) 665-3382

LLC Uvs Avia hija żviluppatur, produttur u bejjiegħ Russu ta’ armi u tagħmir militari. Il-prodotti tal-kumpanija jinkludu sistemi mingħajr bdot abbord u vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), tagħmir ta’ kontroll abbord għall-UAVs, faċilitajiet ta’ komunikazzjoni abbord u tagħmir tat-telekomunikazzjoni għall-inġenji tal-ajru. L-UAVs tal-kumpanija, inkluż UAVs ‘Quasimacht’, jintużaw mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, LLC Uvs Avia hija parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025.

670.

Public Joint Stock Company ‘Energiya’

magħrufa wkoll bħala PAO Energiya

magħrufa wkoll bħala Energiya

magħrufa wkoll bħala PJSC Energiya

bir-Russu: Публичное Акционерное Общество ‘Энергия’

magħrufa wkoll bħala ПАО ‘Энергия’

magħrufa wkoll bħala Липецкая ‘Энергия’

magħrufa wkoll bħala Энергия

Indirizz: Elektrik st 1, Yelets (Elets), Russian Federation

Tip ta’ entità: Public Joint Stock Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 2.10.2002

OGRN: 1024800789408

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4821000142

PJSC Energiya hija waħda mill-ikbar produtturi tar-Russja ta’ sorsi ta’ enerġija kimika, inkluż batteriji ddisinjati speċifikament għal applikazzjonijiet militari. Il-kumpanija timmanifattura batteriji użati f’vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, tagħmir tal-avjazzjoni u tagħmir navali. Il-kumpanija żiedet b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni u l-output tagħha, u ssodisfat ordnijiet sostanzjali ta’ difiża tal-Istat. It-tmexxija tal-kumpanija enfasizzat il-prijorità li jiġu ssodisfati l-kuntratti ta’ difiża tal-Istat. Ħafna mill-impjegati ta’ PJSC Energiya vvolontarjaw biex jiġġieldu fil-gwerra kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, PJSC Energiya qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. Barra minn hekk, permezz tal-implimentazzjoni tal-ordni ta’ difiża tal-Istat, PJSC Energiya qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

671.

Limited Liability Company Shipbuilding Complex ‘Zvezda’

magħrufa wkoll bħala LLC Shipbuilding Complex ‘Zvezda’

magħrufa wkoll bħala Shipbuilding Complex ‘Zvezda’

magħrufa wkoll bħala Zvezda

magħrufa wkoll bħala SSK Zvezda

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Судостроительный Комплекс “Звезда”’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ССК “Звезда”’

magħrufa wkoll bħala Судостроительный Комплекс ‘Звезда’

magħrufa wkoll bħala Звезда

magħrufa wkoll bħala ССК ‘Звезда’

Indirizz: Komsomolskaya st. 1, Vladivostok, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.12.2015

OGRN: 1152503000539

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2503032517

LLC Shipbuilding Complex ‘Zvezda’ hija kumpanija Russa ewlenija fil-bini tal-bastimenti u t-tiswijiet tal-bastimenti. Deskritta bħala kumpanija ta’ importanza strateġika għall-industrija domestika tal-bini tal-bastimenti tar-Russja. Il-kumpanija qed tibni tankers għall-esportazzjoni taż-żejt u tal-gass. Wieħed mill-klijenti ewlenin tiegħu huwa Sovcomflot, l-akbar kumpanija tat-tbaħħir tar-Russja, li għaliha LLC Shipbuilding Complex ‘Zvezda’ qed tibni ammont kbir ta’ bastimenti. LLC Shipbuilding Complex ‘Zvezda’ hija għalhekk assoċjata ma’ Sovcomflot, li qed tappoġġa, materjalment u finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Shipbuilding Complex ‘Zvezda’ hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

672.

JSC ‘Signal’,

magħrufa wkoll bħala Open Joint Stock Company ‘Signal’

bir-Russu: АО ‘Сигнал’

Indirizz: 454139, Chelyabinsk region, Chelyabinsk, Novorossiyskaya st., 2, Russian Federation

Tip ta’ entità: Joint Stock Company

Tel: +7 (351) 253-37-60

Posta elettronika: kd@ao-signal.ru

Sit Web: https://ao-signal.ru/

JSC Signal hija kumpanija tad-difiża Russa li timmanifattura armi, munizzjon u splussivi. Il-kumpanija hija parti mill-kumpanija azzjonarja NPK Tekhmash JSC, li tipproduċi armi konvenzjonali, munizzjon u sustanzi kimiċi speċjali u hija parti mill-Korporazzjoni tal-Istat Rostec. Bħala parti minn Tekhmash, JSC Signal tipprovdi prodotti speċjali taħt l-ordni tad-difiża tal-Istat Russu. Ipparteċipat fil-Forum Militari-Tekniku Internazzjonali ‘Army-2023’.

Għalhekk, JSC Signal hija intrapriża tad-difiża Russa li qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja.

23.10.2025.

673.

Limited Liability Company ‘Yadran-Group’

magħrufa wkoll bħala LLC Yadran-Group

magħrufa wkoll bħala ‘Yadran Group’

bir-Russu: Общество с ограниченной

Ответственность ‘Ядран-Групп’

Indirizz: Privolnaya 2-ya str., 33a , Kazan, Tatarstan, 420043, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 16.2.2016

Numru tar-reġistrazzjoni: 1161690067021

LLC Yadran-Group huwa konglomerat Russu stabbilit f’Tatarstan u prinċipalment attiv fis-settur taż-żejt, inkluż fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ żejt u prodotti taż-żejt. Is-settur taż-żejt huwa settur li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Għalhekk, LLC Yadran-Group hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

674.

Litasco Middle East DMCC

bl-Għarbi:

ليتاسكو ميدل إيست م.د.م.س

Indirizz: Unit 1801-A, Plot DMCC-UD-T2, Uptown Tower, Dubai, PO Box 48800, United Arab Emirates

Post tar-reġistrazzjoni: United Arabic Emirates

Data tar-reġistrazzjoni: 8.9.2004

Numru tar-reġistrazzjoni: DMCC0117

Tel: +971 4 279 5900

Litasco Middle East DMCC hija sussidjarja ta’ PJSC Lukoil ibbażata f’Dubai, b’rabtiet qawwija mal-industrija tal-enerġija Russa. Litasco Middle East DMCC u entità li tikkontrolla, Eiger Shipping DMCC, iffaċilitat l-akkwist ta’ bosta bastimenti li jagħmlu parti mill-hekk imsejħa ‘flotta mistura’. Dawk il-bastimenti ttrasportaw żejt mir-Russja filwaqt li tfew jew immanipulaw it-transponders tal-AIS tagħhom, u ma kellhomx assigurazzjoni ta’ responsabbiltà jew garanzija finanzjarja adegwata oħra, u dan waqt li wettqu operazzjonijiet marittimi perikolużi.

Għalhekk, Litasco Middle East DMCC hija entità li tikkontrolla bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li tinvolvi ruħha fi prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, jew prattiki li b’xi mod ieħor jipprovdu appoġġ materjali, tekniku jew finanzjarju lill-operazzjonijiet ta’ dawn il-bastimenti.

23.10.2025.

675.

Liaoyang Petrochemical Company

biċ-Ċiniż: 辽阳石化公司

Indirizz: No. 5 Huoju Street, Hongwei District, Liaoyang City, Liaoning Province, 111003, People’s Republic of China

Post tar-reġistrazzjoni: People’s Republic of China

Nru tal-Liċenzja tan-Negozju: 211000004009999

Kodiċi ta’ Kreditu Soċjali Unifikat: 91211000701696207Q

Tel.: 0419-5152248; 0419-5355566

Liaoyang Petrochemical Company hija raffinerija fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u wieħed mill-proċessuri ewlenin tal-pajjiż ta’ żejt mhux maħdum ta’ oriġini Russa. Hija l-unika intrapriża tar-raffinar u kimika integrata taċ-Ċina li tipproċessa b’mod sħiħ iż-żejt mhux maħdum Russu. Liaoyang Petrochemical Company tista’ tipproċessa miljuni ta’ tunnellati ta’ żejt Russu kull sena.

Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt, huwa settur li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Għalhekk, Liaoyang Petrochemical Company hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

676.

Chinaoil (Hong Kong) Corporation Limited

biċ-Ċiniż:

中國石油(香港)有限公司

Indirizz: 1201 Central Plaza, 18 Harbour Road, Wanchai, Hong Kong

Post tar-reġistrazzjoni: Hong Kong

Numru tar-reġistrazzjoni: BE0845873256

Chinaoil (Hong Kong) Corporation Limited hija kumpanija Ċiniża bbażata f’Hong Kong. Hija xerrejja sinifikanti ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum ta’ oriġini Russa. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt, huwa settur li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Għalhekk, Chinaoil (Hong Kong) Corporation Limited hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

677.

Shandong Yulong Petrochemical Co., Ltd.

biċ-Ċiniż:

山东裕龙石化有限公司

Indirizz: Yulong Island, Huangshanguan Town, Longkou Yantai, Shandong, 265715, People’s Republic of China

Post tar-reġistrazzjoni: People’s Republic of China

Data tar-reġistrazzjoni: 28.6.2019

Kodiċi ta’ Kreditu Soċjali Unifikat: 91370681MA3Q3PFJ1R

Shandong Yulong Petrochemical Co., Ltd. topera raffinerija fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Hija xerrejja sinifikanti ta’ żejt Russu, peress li xtrat miljuni ta’ bramel taż-żejt mill-pipeline taż-żejt tal-Oċean Paċifiku tas-Siberja tal-Lvant u l-Urals. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt, huwa settur li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Għalhekk, Shandong Yulong Petrochemical Co., Ltd. hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

23.10.2025.

678.

Evraz PLC

Indirizz: 2 Portman Street, W1H 6DU London, United Kingdom

Tip ta’ entità: Public Limited Company

Data tar-reġistrazzjoni: 1992

Numru tal-VAT: GB202537249

Evraz PLC hija kumpanija bbażata fir-Renju Unit minn ta’ quddiem fl-industriji tal-azzar u tal-estrazzjoni, bin-negozju ewlieni tagħha jseħħ fil-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Evraz PLC hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

23.10.2025.

679.

Limited Liability Company ‘Urban Air Mobility Operations Center’

magħrufa wkoll bħala LLC ‘UAMOC’

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответсвенностью ‘Центр Управления Городской Аэромобильностью’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ЦУГАМ’

Indirizz: 119607, Moscow, inner territory of the city municipal district Ramenki, Ramensky boulevard, 1, Russian Federation

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.6.2022

OGRN: 1227700378553

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9731094770

LLC ‘Urban Air Mobility Operations Center’ (LLC UAMOC) hija kumpanija bbażata fir-Russja involuta fil-manifattura ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) b’viżwalizzazzjoni fl-ewwel persuna (FPV) għall-Forzi Armati Russi. Il-kumpanija twaqqfet wara l-bidu tal-gwerra fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna u espandiet malajr il-produzzjoni tagħha. LLC UAMOC tipproduċi FPV UAVs ‘Kort’, ‘Brus-1’, ‘Osa’ u ‘Boomerang’, li jintużaw fil-gwerra kontra l-Ukrajna. Nediet ukoll faċilità ta’ produzzjoni u ttestjar f’Luhansk okkupata illegalment.

Barra minn hekk, LLC UAMOC akkwistat ishma maġġoritarji ta’ kumpaniji oħra tal-manifattura tal-UAV, bħal LLC KB ‘ATAMANOVA’ u LLC ‘RBS HARPIA’.

Għalhekk, bħala manifattur ta’ UAVs FPV għall-militar Russu, LLC UAMOC qed tifforma parti mill-kumpless militari-industrijali tal-Federazzjoni Russa. Bħala fornitur lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa ta’ FPV UAVs użati kontra l-Ukrajna, LLC UAMOC qed tappoġġa b’mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.10.2025.

680.

Aruba Maritime Administration & Offshore Company Registry

magħrufa wkoll bħala AMAOCR

Indirizz: 4100, C.Expressway, Suite 881, Dallas TX 75204, United States of America

Post tar-reġistrazzjoni: United States of America

Tel: +1-7138370255

Email: registration@amaocr.org

Aruba Maritime Administration & Offshore Company Registry hija entità li tiddikjara li tipprovdi r-registrazzjoni ta’ bastimenti taħt il-bandiera noneżistenti ta’ Aruba. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza ta’ Aruba ngħatat lil tliet tankers taż-żejt li huma soġġetti għall-miżuri ristrettivi tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 b’rabta mat-trasport ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi mir-Russja waqt li wettqu prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza tagħti l-apparenza ta’ ċertifikazzjoni, u b’hekk tippermetti li dawk il-bastimenti jibqgħu joperaw.

Għalhekk, Aruba Maritime Administration & Offshore Company Registry hija entità li tipprovdi appoġġ materjali lil bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li jwettqu prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

23.10.2025.

681.

International Maritime Ship Registry

Indirizz: Office 986, 321-323 High Road, Chadwell Heath. Essex, RM6 6AX, United Kingdom

Post tar-reġistrazzjoni: United Kingdom

Tel: +447830670309

International Maritime Ship Registry hija entità li tiddikjara li tipprovdi r-registrazzjoni ta’ bastimenti taħt il-bandiera ta’ Curaçao. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza ta’ Curaçao ngħatat lil tanker taż-żejt li huwa soġġett għall-miżuri ristrettivi tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 b’rabta mat-trasport ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi mir-Russja waqt li wettaq prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza tagħti l-apparenza ta’ ċertifikazzjoni, u b’hekk tippermetti li dak il-bastiment ikompli jopera.

Għalhekk International Maritime Ship Registry hija entità li tipprovdi appoġġ materjali lil bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li jwettqu prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

23.10.2025.

682.

MSTA-International Maritime Registries & Regulatory Inc.

Indirizz: St Maarten, Billy Folly Road #37, Sint Maarten, Netherlands Antilles; Cohune Walk, 3 Lime St, Belmopan, Belize; 9350 Wilshire Blvd, Beverly Hills CA 90212, United States of America

Post tar-reġistrazzjoni: Netherlands Antilles; Belize; United States of America

Tel: +1-310-734-2662

MSTA-International Maritime Registries & Regulatory Inc. hija entità li tiddikjara li tipprovdi r-registrazzjoni ta’ bastimenti taħt il-bandiera noneżistenti ta’ Sint-Maarten. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza ta’ Sint-Maarten ingħatat lil erba’ tankers taż-żejt li huma soġġett għall-miżuri ristrettivi tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 b’rabta mat-trasport ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi mir-Russja waqt li wettqu prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli. Dik ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera falza tagħti l-apparenza ta’ ċertifikazzjoni, u b’hekk tippermetti li dawk il-bastimenti jkomplu joperaw.

Għalhekk MSTA-International Maritime Registries & Regulatory Inc. hija entità li tipprovdi appoġġ materjali lil bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti petroliferi, li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja, filwaqt li jwettqu prattiki ta’ tbaħħir irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali."

23.10.2025.

683.

Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata A7

bir-Russu: Общество С Ограниченной Ответственностью ‘А7’

Indirizz: Morskaya street 35, Gelendzhik, Krasnodar Krai, 353460, Russian Federation

Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta’ Reġistrazzjoni: 2.9.2024

Numru tar-reġistrazzjoni: 1247700586891

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Entitajiet assoċjati: PSB Bank; VEB.RF

LLC A7 hija kumpanija Russa parzjalment proprjetà ta’ PSB Bank, intrapriża tal-Istat Russu. LLC A7 inħolqot b’mod konġunt minn PSB Bank biex tniedi A7A5, stablecoin li hija appoġġata minn depożiti ta’ rubli ta’ kors legali fil-kontijiet tal-bank ta’ PSB Bank. Għal kull rublu li jintnefaq fuq A7A5, somma ekwivalenti tiġi ddepożitata fi PSB Bank, u b’hekk jiżdied il-kapital tal-istituzzjoni tal-Istat. Barra minn hekk, LLC A7 irċeviet self minn VEB.RF, istituzzjoni ewlenija għall-iżvilupp finanzjarju li l-President tagħha jinħatar direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u tirċievi struzzjonijiet direttament mingħandu.

Għalhekk, LLC A7 qed tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, LLC A7 hija assoċjata ma’ PSB Bank, persuna ġuridika li twettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna. LLC A7 hija wkoll assoċjata ma’ VEB.RF, persuna ġuridika li tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, jew li tibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

23.10.2025”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2035/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)