European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2026

10.10.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2026

tad-9 ta’ Ottubru 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2387 fir-rigward ta’ referenza għall-istandard armonizzat EN 17836: 2024 “Fertilizzanti — Deskrizzjoni tal-forom tal-unità fiżika”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-testijiet għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I, II u III ta’ dak ir-Regolament għandhom jitwettqu b’mod affidabbli u riproduċibbli. It-testijiet li huma konformi mal-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti li huma affidabbli u riproduċibbli sakemm it-testijiet ikunu koperti minn dawk l-istandards.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 612 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jabbozza standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/1009.

(3)

Abbażi ta’ dik it-talba, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN 17836: 2024 “Fertilizzanti — Deskrizzjoni tal-forom tal-unità fiżika”.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-standard armonizzat abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 612.

(5)

L-istandard armonizzat jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2387 (4) telenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/1009.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/1009 ikunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 17836:2024 tiġi inkluża fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2387.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2387 tiġi emendata kif xieraq.

(9)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/1009 mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2387 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1009/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 612 tal-10 ta’ Frar 2020 dwar talba tal-istandardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti tal-UE b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2387 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti fertilizzanti tal-UE abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L, 2024/2387, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2387/oj).


ANNESS

Fit-tabella fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2387, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

“3.

EN 17836:2024

Fertilizzanti – Deskrizzjoni tal-forom tal-unità fiżika”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2026/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)