|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2019 |
6.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2019
tat-3 ta’ Ottubru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 (1). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Lulju 2025, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni, li fiha kkundannat il-kampanji ibridi persistenti tar-Russja kontra l-Unjoni, l-Istati Membri u s-sħab tagħha. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjarat li matul dawn l-aħħar snin, l-Unjoni osservat xejra deliberata u sistematika ta’ mġiba malizzjuża attribwita lir-Russja, bħal attakki ċibernetiċi, atti ta’ sabotaġġ, tfixkil tal-infrastruttura kritika, attakki fiżiċi, manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza, u azzjonijiet oħra moħbija jew koerċittivi. Dawk l-attivitajiet komplew jeskalaw mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u, skont ir-Rappreżentant Għoli, x’aktarx li jippersistu fil-futur prevedibbli. |
|
(3) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643, il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sad-9 ta’ Ottubru 2026. |
|
(4) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fl-entrata għal persuna fiżika waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tiġi emendata. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sad-9 ta’ Ottubru 2026.” ; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643, fit-tabella bl-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrata 20 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“20. |
Hüseyin DOGRU |
Nazzjonalità: Torka, Ġermaniża Sess: raġel |
Hüseyin Doğru hu l-fundatur u rappreżentant ta’ AFA Medya A.Ș., li hija kumpanija tal-media bbażata f’Istanbul. AFA Medya A.Ș. topera ‘RED’, li tikkonsisti f’diversi pjattaformi tal-media, u li għandha rabtiet finanzjarji u organizzattivi mill-qrib ma’ entitajiet u atturi ta’ propaganda tal-istat Russi, u rabtiet strutturali fil-fond, inkluż interkonnessjonijiet bejn membri tal-persunal individwali u rotazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet tal-media tal-istat Russi. RED użat il-pjattaformi tagħha tal-media – spiss taħt l-isem ‘redstreamnet’ jew ‘thered.stream’ – biex ixerred sistematikament informazzjoni falza dwar suġġetti politikament kontroversjali bl-għan li toħloq inkwiet etniku, politiku u reliġjuż fost l-udjenza tagħha predominantement Ġermaniża, inkluż billi xxandar in-narrattivi ta’ gruppi terroristiċi Iżlamiċi radikali bħall-Ħamas. Waqt okkupazzjoni vjolenti ta’ università Ġermaniża bi protesta kontra Iżrael, membri tal-persunal ta’ RED ikkoordinaw mal-parteċipanti f’dan l-irvell biex ixandru xbihat tal-vandaliżmu tagħhom – li kienu jinkludu simboli tal-Ħamas –bl-użu tal-kanali online tagħhom, u b’hekk ipprovdewlhom pjattaforma esklużiva tal-media, li ffaċilitat in-natura vjolenti tal-protesta. Hüseyin Doğru qed ikompli jxerred informazzjoni falza permezz ta’ AFA Medya A.Ș. kif ukoll permezz tal-kontijiet tal-media soċjali tiegħu stess. Għaldaqstant, permezz ta’ AFA Medya A.Ș u l-kontijiet tal-media soċjali tiegħu stess, Hüseyin Doğru jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni u fi Stat Membru inkluż billi indirettament jappoġġa u jiffaċilita dimostrazzjonijiet vjolenti u jieħu sehem f’manipulazzjoni ta’ informazzjoni kkoordinata. |
20.5.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2019/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)