European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2016

9.10.2025

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2016

tat-8 ta’ Ottubru 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafi, il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bis-Sloven tal-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) fihom żbalji fil-Kapitolu II, it-Taqsima 4, il-Parti I, il-punt B(1.2), il-kliem introduttorju, u l-punt B(1.4), il-kliem introduttorju, fir-rigward tat-trattamenti li jrid ikun soġġett għalihom il-ħalib. L-iżbalji jibdlu it-tifsira ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, u b’hekk jaffettwaw is-sustanza tagħhom.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bis-Sloven tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 142/2011,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/142/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2016/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)