European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2011

2.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2011

tal-1 ta’ Ottubru 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1), il-punt (b) u 232(3), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji terzi jridu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji terzi kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’Alberta u Quebec li ġew ikkonfermati fil-15 ta’ Settembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 8 tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Minnesota (4), Montana (1), u South Dakota (3), li ġew ikkonfermati bejn il-11 ta’ Settembru 2025 u t-23 ta’ Settembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat f’dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi sospiż biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B u l-Parti 2, u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ipprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

Fis-17 ta’ Settembru 2025 u l-25 ta’ Settembru 2025, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri meħuda fir-rigward ta’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Devon, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati fis-8 ta’ Awwissu 2025 u fit-30 ta’ Lulju 2025 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimenta politika ta’ qerda sabiex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lesta t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mir-Renju Unit, u jidhrilha li ta garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati ta’ dak il-pajjiż terz, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għar-Renju Unit f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(14)

Filwaqt li jitqies li t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.271 u CA-2.272 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.270:

CA

il-Kanada

CA-2.271

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

15.9.2025

 

CA-2.272

N, P1”

 

15.9.2025”

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.386 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.386

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

30.7.2025

25.9.2025”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.391 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.391

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

8.8.2025

17.9.2025”

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1050 sa US-2.1057 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1049:

US

l-Istati Uniti

US-2.1050

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1”

 

11.9.2025

 

US-2.1051

N, P1”

 

11.9.2025

 

US-2.1052

N, P1”

 

13.9.2025

 

US-2.1053

N, P1”

 

16.9.2025

 

US-2.1054

N, P1”

 

16.9.2025

 

US-2.1055

N, P1”

 

22.9.2025

 

US-2.1056

N, P1”

 

22.9.2025

 

US-2.1057

N, P1”

 

23.9.2025”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.271 u CA-2.272 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.270:

“Il-Kanada

CA-2.271

Alberta - Latitudni 53.95, Lonġitudni -113.24

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Redwater u Sturgeon

10 km SZ: Bon Accord, Coronado, Fedorah, Gibbons, Opal, Redwater, Sturgeon, Thorhild, Waugh, u Westlock

CA-2.272

Quebec - Latitudni 45.24, Lonġitudni -72.49

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Brome, Knowlton, u Lac-Brome

10 km SZ: Bolton-Ouest, Brigham, Brome, Bromont, Cowansville, Foster, Fulford, Knowlton, Lac-Brome, Suto, Shefford, u West Brom”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1050 sa US-2.1057 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1049:

“L-Istati Uniti

US-2.1050

L-Istat ta’ Montana

Liberty 01

Il-Kontea ta’ Liberty: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 111.0502799°W 48.2668325°N)

US-2.1051

L-Istat ta’ South Dakota

Jerauld 03

il-Kontea ta’ Jerauld: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 98.8783135°W 44.1322830°N)

US-2.1052

L-Istat ta’ South Dakota

McPherson 13

Il-Kontea ta’ McPherson: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 98.8351890°W 45.6944596°N)

US-2.1053

L-Istat ta’ South Dakota

Beadle 20

Il-Kontea ta’ Beadle: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 98.1433865°W 44.5700760°N)

US-2.1054

L-Istat ta’ Minnesota

Redwood 06

Il-Kontea ta’ Redwood: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 95.4904365°W 44.6206586°N)

US-2.1055

L-Istat ta’ Minnesota

Redwood 07

Il-Kontea ta’ Redwood: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 95.4899659°W 44.6199986°N)

US-2.1056

L-Istat ta’ Minnesota

Blue Earth 05

Il-Kontea ta’ Blue Earth: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 93.8555959°W 44.0420843°N)

US-2.1057

L-Istat ta’ Minnesota

Stearns 26

Il-Kontea ta’ Stearns: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 94.7980423°W 45.7165948°N)’

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.271 u CA-2.272 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.270:

CA

il-Kanada

CA-2.271

POU, FAR

N, P1”

 

15.9.2025

 

GBM

P1

 

15.9.2025

 

CA-2.272

POU, FAR

N, P1”

 

15.9.2025

 

GBM

P1

 

15.9.2025”

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.386 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.386

POU, FAR

N, P1”

 

30.7.2025

25.9.2025

GBM

P1

 

30.7.2025

25.9.2025”

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.391 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

ir-Renju Unit

GB-2.391

POU, FAR

N, P1”

 

8.8.2025

17.9.2025

GBM

P1

 

8.8.2025

17.9.2025”

(d)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1050 sa US-2.1057 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1049:

US

l-Istati Uniti

US-2.1050

POU, FAR

N, P1”

 

11.9.2025

 

GBM

P1

 

11.9.2025

 

US-2.1051

POU, FAR

N, P1”

 

11.9.2025

 

GBM

P1

 

11.9.2025

 

US-2.1052

POU, FAR

N, P1”

 

13.9.2025

 

GBM

P1

 

13.9.2025

 

US-2.1053

POU, FAR

N, P1”

 

16.9.2025

 

GBM

P1

 

16.9.2025

 

US-2.1054

POU, FAR

N, P1”

 

16.9.2025

 

GBM

P1

 

16.9.2025

 

US-2.1055

POU, FAR

N, P1”

 

22.9.2025

 

GBM

P1

 

22.9.2025

 

US-2.1056

POU, FAR

N, P1”

 

22.9.2025

 

GBM

P1

 

22.9.2025

 

US-2.1057

POU, FAR

N, P1”

 

23.9.2025

 

GBM

P1

 

23.9.2025”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2011/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)