|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1996 |
30.9.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/1996
tad-29 ta’ Settembru 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2025/202 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti miżuri funzjonalment marbuta magħhom, jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies il-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku, kif ukoll l-eżiti tal-laqgħat tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2025/202 stabbilixxa qabda totali permissibbli (TAC, total allowable catch) proviżorja għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-parti tal-Punent tas-subżona 9 u fis-subżona 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES, International Council for the Exploration of the Sea) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Settembru 2025 fil-livell ta’ 7 182 tunnellata, sakemm l-ICES jippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-inċova fil-parti tal-Punent tad-diviżjoni 9a tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-parir fl-20 ta’ Ġunju 2025, jenħtieġ li t-TAC definittiva għall-inċova fil-parti tal-Punent tas-subżona 9 u fis-subżona 10 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026 tiġi stabbilita fil-livell skont il-parir tal-ICES. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2024, l-ICES ippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-iskampu (Nephrops norvegicus) fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES għall-2025. F’dak il-parir, l-ICES kien ta parir li l-qabdiet ta’ dak l-istokk f’dak il-perjodu ma għandhomx ikunu aktar minn 3 502 tunnellati. Fis-6 ta’ Mejju 2025, l-ICES ippubblika parir xjentifiku rivedut għall-iskampu fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES għall-2025. F’dak il-parir rivedut, li jissostitwixxi l-parir tal-31 ta’ Ottubru 2024, l-ICES naqqas il-parir tiegħu dwar il-qbid għal dak l-istokk u għal dak il-perjodu għal 2 601 tunnellata. Ir-Regolament (UE) 2025/202 jistabbilixxi t-TAC għall-iskampu fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-2025 fil-livell ta’ 3 502 tunnellati abbażi tal-parir tal-ICES tal-31 ta’ Ottubru 2024. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament, il-livell tat-TAC għall-iskampu fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES stabbilit għall-2025 jenħtieġ li jiġi emendat abbażi tal-parir rivedut mill-ICES. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Mejju 2025, daħal fis-seħħ ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/837 (3). Ir-Regolament Delegat (UE) 2025/837 emenda r-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn (Thunnus thynnus) f’parti miż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u fil-Mediterran. B’mod partikolari, huwa emenda l-Anness I, il-punti 1 u 2, tar-Regolament (UE) 2023/2053 billi daħħal derogi għall-Golf tal-Iljuni. Għalhekk fir-Regolament (UE) 2025/202, jenħtieġ li dan li ġej jiġi emendat biex jitqiesu dawk id-derogi: (i) l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd Franċiżi artiġjanali kostali li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm fil-Mediterran; u (ii) l-allokazzjoni tal-kwota Franċiża għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u fil-Mediterran, għal tali bastimenti. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2025/202 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex jinżammu l-perjodi ta’ rapportar għat-TACs emendati b’dan ir-Regolament, li japplikaw mill-1 ta’ Jannar jew mill-1 ta’ Lulju 2025, jenħtieġ li t-TACs emendati japplikaw b’mod retroattiv minn dawk id-dati. It-tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għaliex il-kwoti skont dawk it-TACs għadhom ma ġewx eżawriti. |
|
(7) |
Minħabba l-urġenza biex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (UE) 2025/202
L-Anness IA, il-Parti A, u l-Annessi ID u VI tar-Regolament (UE) 2025/202 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 (ĠU L, 2025/202, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/202/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/472/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/837 tas-7 ta’ Frar 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L, 2025/837, 2.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/837/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2053/oj).
ANNESS
Emendi għall-Annessi tar-Regolament (UE) 2025/202
(1)
L-Anness IA huwa emendat kif ġej:|
(a) |
fil-Parti A, it-Tabella 2(1) hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 2(1)
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Fil-Parti A, it-Tabella 9 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 9
|
||||||||||||||||||||||
(2)
Fl-Anness ID, it-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:“Tabella 12
|
Speċi: |
Tonn |
Żona: |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u l-Mediterran |
|
|
Thunnus thynnus |
(BFT/AE45WM) |
|||
|
Ċipru |
195,17 |
TAC Analitika |
||
|
Il-Greċja |
350,95 |
|
L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
|
|
Spanja |
7 161,64 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika |
||
|
Franza |
7 132,06 |
|
||
|
Il-Kroazja |
1 127,25 |
|
||
|
L-Italja |
5 628,97 |
|
||
|
Malta |
450,68 |
|
||
|
Il-Portugall |
650,83 |
|
|
|
|
Stati Membri oħra |
80,60 |
|
||
|
L-Unjoni |
22 778,15 |
|
||
|
TAC |
40 570,00 |
|
|
|
(3)
Fl-Anness VI, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“2. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni artiġjanali kostali li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm fil-Mediterran
|
(1) Parti mis-subżona 9 fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:
|
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
|
1 |
36o00'00"N |
11o00'00"W |
|
2 |
37o01'20"N |
8o59'47"W |
(2) Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026.”
(3) Minbarra Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qabda aċċessorja biss. Il-qabdiet li għandhom jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati separatament (BFT/AE45WM_AMS).
(4) Kondizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw dawn il-limiti tal-qbid u din l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għal qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm mill-bastimenti msemmija fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*8301):
|
Spanja |
1 088,70 |
|
Franza |
505,77 |
|
L-Unjoni |
1 594,47 |
(5) Kondizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjoni li ġejja fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonn li jkun jiżen tal-inqas 6,4 kg jew li jkun twil tal-inqas 70 cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*641):
|
Franza |
100,00 |
|
L-Unjoni |
100,00 |
(6) Kondizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjonijiet li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness VI (BFT/*8302):
|
Spanja |
143,23 |
|
|
Franza |
285,28 |
|
|
L-Italja |
112,58 |
|
|
Ċipru |
3,90 |
|
|
Malta |
9,01 |
|
|
L-Unjoni |
554,00 |
|
(*1) Li minnhom 50 % jistgħu jiġu mistada biss fil-Golf tal-Iljuni.
(7) Kondizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjonijiet li ġejjin fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonna ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness VI (BFT/*643):
|
L-Italja |
112,58 |
|
L-Unjoni |
112,58 |
(8) Kondizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw dawn il-limiti tal-qbid u dawn l-allokazzjonijiet bejn l-Istati Membri għal qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm mill-bastimenti msemmija fil-punt 3 tal-Anness VI għall-finijiet ta’ trobbija tal-ħut (BFT/*8303F):
|
Il-Kroazja |
1 014,53 |
|
L-Unjoni |
1 014,53 |
(9) Wara t-trasferiment ta’ 200 tunnellata mill-Iżlanda lejn l-Unjoni.”
(1) Dan l-għadd jista’ jiżdied jekk bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jiġi sostitwit b’massimu ta’ 10 bastimenti tas-sajd bil-konz f’konformità mat-tabella fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
(2) Li minnhom tal-anqas 9 bastimenti għandhom ikunu bastimenti li jistadu fil-Golf tal-Iljuni.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1996/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)